This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004AE0951
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Communication from the Commission to the Council and the European Parliament concerning a new legal framework for payments in the internal market’ (COM(2003) 718 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna struttura legali ġdida għall-pagamenti fis-Suq Intern — COM (2003) 718 finali
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna struttura legali ġdida għall-pagamenti fis-Suq Intern — COM (2003) 718 finali
ĠU C 302, 7.12.2004, p. 12–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
7.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 302/12 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna struttura legali ġdida għall-pagamenti fis-Suq Intern
COM (2003) 718 finali
(2004/C 302/03)
Fit-2 ta' Diċembru 2003 il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, skond l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar struttura legali ġdida għall-pagamenti fis-Suq Intern.
Is-Sezzjoni Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum, li kienet responsabbli biex tħejji x-xogħlijiet tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni fid-9 ta' Ġunju 2004. Ir-rapporteur kien is-Sur Ravoet.
Waqt is-sessjoni plenarja tiegħu Nru 410 tat-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2004 (laqgħa tat-30 ta' Ġunju 2004), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'140 vot favur, u ħames astensjonijiet.
1. Kontenut u għan ta' din il-proposta
1.1 |
Il-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta' Diċembru 2003 ħarġet dokument konsultattiv bl-isem “Kommunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Struttura Legali Ġdida għall-Pagament fis-Suq Intern”. |
1.1.1 |
Il-Kummissjoni Ewropea tara ineffiċjenzi ta' natura legali u teknika fil-qasam tal-pagamenti tal-bejgħ u x-xiri bl-imnut bejn il-fruntieri li jużaw l-Ewro. Skond il-Kummissjoni Ewropea raġuni li qed twassal għal dawn l-ineffiċjenzi bejn il-fruntieri tinstab fl-istruttura legali inadegwata fuq livell Ewropew. Numru ta' atti legali konnessi mal-pagamenti kienu adottati – fosthom ir-Regolament 2560/2001/KE (1), li introduċa l-prinċipju ta' ħlas indaqs ta' pagamenti bl-Ewro bejn il-fruntieri, u d-Direttiva 97/5/KE (2) li tikkonċerna l-protezzjoni ta' dawk li jużaw l-istrumenti elettroniċi ta' pagament – iżda l-ebda struttura legali koerenti ma teżisti. Huwa prerekwiżit neċessarju għat-tħaddim korrett tas-Suq Intern, għall-merkanzija u għas-servizzi, li jkunu jistgħu jużaw servizzi ta' pagament siguri, effiċjenti u irħas. Il-Kummissjoni kklassifikat numru ta' prinċipji bħala gwida, li huma meqjusa b'mod partikulari rilevanti fil-kuntest tal-leġislazzjoni ta' l-UE dwar il-pagamenti. Dawn huma kif ġejjin: 1) Effiċjenza bħala objettiv permanenti; 2) Sigurtà bħala “conditione sine qua non”; 3) Kompettizzjoni: aċċess lejn swieq fejn kulħadd ikollu l-istess vantaġġi; 4) Protezzjoni tal-konsumatur (3) f'livell għoli; 5) Provvedimenti legali li għandhom ikunu newtrali mill-lat tekniku; 6) Il-kitba mill-ġdid tal-leġislazzjoni dwar il-pagamenti għandha żżid il-valur; 7) In-natura ta' strument(i) legali fil-futur. |
1.2 |
Id-dokument konsultattiv tal-Kummissjoni huwa r-riżultat ta' xogħol preliminarju mwettaq matul perijodu relattivament twil u għandu l-intenzjoni li jwassal fl-2004 għal inzjattiva leġislattiva. |
1.3 |
Il-Kummissjoni taspira, permezz tat-tneħħija ta' ostakoli legali u tekniċi, li jirnexxielha toħloq servizzi ta' pagament effiċjenti, kompetizzjoni b'kondizzjonijiet ugwali, protezzjoni adekwata tal-konsumatur, sigurtà ta' pagament u ċertezza legali għall-partijiet kollha involuti fi proċess ta' ħlas. |
1.4 |
Il-Kummissjoni tagħraf l-isforzi magħmulin mill-banek Ewropej (4). Tabilħaqq il-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti kien imwaqqaf f'Ġunju 2002. Hu ddeċieda dwar programm ta' xogħol wiesa' għaż-Żona Waħda ta' Pagament bl-Ewro (Single Euro Payment Area) b'suġġerimenti għal tibdil konsiderevoli dwar kif għandhom ikunu organizzati pagamenti fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-pjanijiet jinkludu, partikularment, id-deċiżjoni li tkun imwaqqfa, bħala prijorità, infrastruttura ġdida (5) għat-trasferiment tal-krediti f'Ewro permezz ta' spejjeż ta' transazzjoni baxxi ħafna u f'ħin ta' esekuzzjoni konvenjenti ta' mhux aktar minn tlitt ijiem. |
1.5 |
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-liberalizzazzjoni tal-kapitali ffaċilitat it-trasferiment ta' flus bejn il-fruntieri fi ħdan l-UE. Fl-istess waqt, is-suq intern, b'mod speċjali fil-qasam tal-pagamenti ta' bejgħ u xiri bl-imnut, għad mhux effiċjenti daqs kemm hu fuq livell nazzjonali. Differenzi jeżistu wkoll bejn leġislazzjonijiet nazzjonali u konvenzjonijiet fir-rigward ta' servizzi ta' pagament fis-Suq Intern. L-istruttura legali ġdida għandha tneħħi, fejn hemm bżonn, dawn l-ostakoli legali f'żona waħda ta' pagament, b'mod partikulari, jekk huma joħolqu ostakoli għat-tħaddim korrett tas-sistemi u l-infrastrutturi mifruxin fl-UE, per eżempju, fejn ir-regoli relatati mar-revokazzjoni ta' ordni ta' pagament ma jaqblux għax ikun jiddependi fejn tkun saret l-ordni fis-Suq Intern. L-interoperabilità, l-użu ta' standards tekniċi komuni u l-armonizzazzjoni tar-regoli legali essenzjali huma ta' l-akbar importanza. |
1.6 |
Inċertezza legali hija element li tfixkel il-provdituri u l-klijenti tas-servizzi ta' pagament fit-transazzjoni bla retiċenza jew għal kollox. Dan hu, per eżempju, il-każ ta' transazzjonijiet ta' debitu dirett, li għadhom ma jeżistux fil-livell ta' l-UE (ara Anness 16). Dan huwa wkoll rilevanti għall-pagamenti rikorrenti u regolari (e.g. standing order għal abbonament f'gazzetta barranija jew għal servizz pubbliku għal residenza tas-sajf fi Stat Membru ieħor) li għaliha “domiċiljazzjoni” mhix possibbli. Jekk il-klijenti, eż konsumaturi u SMEs, għandhom jieħdu l-benefiċċju kollu tas-Suq Intern, is-servizzi ta' pagament bejn il-fruntieri għandhom ikunu effiċjenti bħal dawk f'livell nazzjonali. L-istruttura ġdida legali għandha għalhekk timpedixxi lil min jipprova jaħrab mir-regoli u żżid il-fiduċja u l-prosperità tal-konsumaturi fiż-żona waħda ta' pagament fis-Suq Intern. |
1.7 |
Fis-Suq Intern il-fiduċja tal-konsumatur fit-transazzjonijiet ta' pagament hija b'mod partikulari rilevanti għaliex ta' spiss ikun hemm dimensjoni li tmur lil hinn mill-fruntieri u għalhekk il-fiduċja hija essenzjali meta jintuża l-potenzjal tal-kummerċ elettroniku (e-commerce) fi ħdan is-suq ta' l-UE. Għalhekk l-Artikolu 153 tat-Trattat jirrekjiedi protezzjoni għolja fil-livell tal-konsumatur, li huwa prinċipju ta' gwida għall-istruttura ġdida legali. Għaldaqstant, l-ispejjeż għal din il-protezzjoni għandhom ikunu kkalkolati għax fl-aħħarnett b'mod jew ieħor dawn ħa jkunu mħallsa mill-klijent. |
1.8 |
Għall-benefiċċju tal-protezzjoni tal-klijent hu neċessarju li jkun hemm kondizzjonijiet rigward informazzjoni koerenti u ħafifa biex tinftiehem qabel u wara l-esekuzzjoni tat-transazzjoni ta' pagament. Ħafna provvedimenti jeżistu digà f'dan ir-rispett fil-leġislazzjoni attwali ta' l-UE, li għandha tkun riveduta. Biċċa xogħol mill-aktar diffiċli hija li tibbilanċja b'mod korrett il-kontenut u l-volum ta' informazzjoni sabiex il-Payment Service User li jkun qed jaqraha jkun jista' jifhem u jsir konxju b'dawn id-drittijiet u obbligazzjonijiet. |
1.9 |
Il-Kummissjoni tikkonsidra protezzjonijiet legali li huma importanti ħafna għall-ħarsien tal-konsumatur f'każ ta' transazzjonijiet ta' pagament li huma difettużi jew li mhumiex awtorizzati. |
1.10 |
Il-parti essenzjali tal-Komunikazzjoni hija rrappreżentata bil-21 anness, li kull wieħed minnhom iqajjem kwistjoni speċifika legali u/jew teknika dwar it-tħaddim effiċjenti tal-pagamenti fis-Suq Intern. |
2. Osservazzjonijiet ġenerali
2.1 |
L-għan ta' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex titwaqqaf struttura legali komprensiva u koerenti għaż-Żona Waħda ta' Pagament bl-Ewro huwa l-istess bħal dak tal-Kumitat. Filwaqt li hemm ċerti ostakoli għall-pagamenti fis-Suq Intern, dawn huma l-prodott ta' differenzi li jeżistu fis-sistemi tal-leġislazzjonijiet nazzjonali. Il-pagamenti fis-Suq Intern illum il-ġurnata għadhom jaqgħu b'mod wiesa' ħafna taħt ir-regoli u/jew konvenzjonijiet nazzjonali. B'98 % ta' pagamenti ta' l-imnut Ewropej magħmulin domestikament (6), id-domanda tal-konsumatur għall-pagamenti bejn il-fruntieri fl-UE hija ovvjament limitata. |
2.2 |
Ħafna swieq domestiċi ta' pagamenti fl-Ewropa huma effiċjenti ħafna. Għalhekk, il-leġislazzjoni għandha tkun illimitata biex tneħħi l-ostakoli għall-pagamenti li jsiru bejn il-fruntieri, sabiex jintleħaq livell effiċjenti komuni. It-titjib tas-sistemi ta' pagament bejn il-fruntieri ma għandhomx għalhekk iħallu konsegwenzi negattivi fuq sistemi effiċjenti ta' pagament nazzjonali li jeżistu. |
2.3 |
Il-Kumissjoni għandha tneħħi l-ostakoli li jimpedixxu l-ħolqien ta' arranġamenti u konvenzjonijiet ta' suq mifrux ma' l-UE iżda ma għandiex timponi regola dwar aspetti li jistgħu jkunu koperti minn dawn il-konvenzjonijiet u arranġamenti. Tabilħaqq, wieħed għandu jsib l-aħjar bilanċ bejn l-awtoregolazzjoni/ko-regolazzjoni u l-leġislazzjoni ta' l-UE. |
2.4 |
Skond il-KESE (7), l-awtoregolazzjoni kif ukoll il-ko-regolazzjoni għandhom ikunu appoġġati. Għaldaqstant, regolazzjoni stretta għandha tkun adottata fl-oqsma kollha fejn miżuri ta' awtoregolazzjoni u ta' ko-regolazzjoni juru li mhumiex adatti jew li huma inadekwati jew applikati ħażin. |
2.5 |
Tabilħaqq, il-Kumitat jappoġġa l-prinċipju ta' protezzjoni sħiħa ta' livell komuni lill-konsumatur, minħabba li hi għan importanti tat-Trattat, li għandu jingħata preċedenza. |
2.6 |
Is-Suq Intern ta' pagamenti għandu jkun kompetittiv f'livell internazzjonali. Jekk l-istruttura leġislattiva ġdida ta' l-UE twassal għal żieda fl-ispejjeż relatati mal-pagament, hemm riskju veru li n-negozju ta' pagamenti se jkun, aktar u aktar, f'idejn konkorrenti li mhumiex Ewropej u l-leġislazzjoni ma jirnexxilhiex tilħaq l-għanijiet tagħha. |
2.7 |
Il-Kumitat ma jaħsibx li jkun tajjeb li jkunu esklużi ċ-ċekkijiet għall-iskop ta' pagamenti koperti mill-istrument il-ġdid, għaliex dan il-mezz ta' pagament għadu użat f'xi Stati Membri. |
2.8 |
Se jkun neċessarju wkoll taħt l-arranġamenti l-ġodda li jkun assigurat, permezz ta' l-awtoregolazzjoni, li l-kards ta' kreditu u ta' debitu maħruġin jew awtorizzati minn kull istituzzjoni finanzjarja rikonoxxuta fi Stat Membru jkunu aċċettati fl-ATM ta' kull Stat Membru ieħor. |
3. Osservazzjonijiet speċifiċi
3.1 Id-dritt li jkun provdut servizz ta' pagament lill-pubbliku (Anness 01)
It-trattament ta' din il-kwistjoni fi struttura legali ġdida ta' pagamenti hija ta' importanza vitali għas-sigurtà tas-sistema finanzjarja. La darba sistema ta' pagament hija l-pedament ta' l-ekonomija kollha, is-servizzi ta' pagament għandhom ikunu regolati fl-Istati Membri kollha. Il-prinċipju ta' l-għarfien reċiproku ma għandux ikun użat mingħajr ma jkunu l-ewwel stabbiliti kondizzjonijiet minimi armonizzati li jagħtu permess għal servizzi ta' pagament. Dan il-prinċipju waħdu mhux se jipprovdi la sigurtà suffiċjenti għall-konsumaturi u lanqas għall-vantaġġi ndaqs. Strument (Regolament) legali obbligatorju applikabbli b'mod dirett biex jimplimenta t-tieni għażla tal-Kummissjoni (liċenzja speċjali għas-servizzi ta' pagament) se jkun jista' jassigura struttura legali soda għal din l-attività. Għandu jkun magħmul ċar li jekk provditur ta' servizz ikollu permess biex jieħu depożiti hu għandu joqgħod għall-kondizzjonijiet tal-liċenzja bankarja (kondizzjoni ta' solvibilità eċċ.). Fuq nota ġenerali, huwa mifhum li kull regolazzjoni li għandha tkun żviluppata f'dan il-qasam se tkun tapplika wkoll għall-provdituri ta' servizz ta' pagament li mhumiex Ewropej li joperaw fi ħdan l-Unjoni.
3.2 Ħtiġijiet ta' Informazzjoni (Anness 02)
Istituzzjonijiet ta' kreditu huma obbligati bid-Direttiva 97/5/KE dwar it-trasferiment ta' krediti bejn il-fruntieri, bir-Regolament 2560/2001/KE dwar il-pagament bl-Ewro ta' bejn il-fruntieri u bir-Rakkomandazzjoni 97/489/KE dwar l-istrumenti ta' pagamenti elettroniċi. Xi Stati Membri jista' jkollhom il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u fejn hemm jeżistu r-regoli ta' l-UE li speċifikament jittrattaw il-kwistjoni ta' l-informazzjoni tal-konsumatur, i.e. id-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna x-xiri b'korrespondenza ta' sevizzi finanzjari mill-konsumatur u d-Direttiva 2000/31/KE (“id-Direttiva tal-Kummerċ Elettroniku”). Dawn ir-rekwiżiti, li huma suffiċjenti fl-għan u fil-kontenut, huwa implimentati mill-banek. Il-Kumitat jappoġġa b'mod sħiħ lill-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex ikunu kkonsolidati l-provvedimenti legali li diġà jeżistu sabiex ikun stabbilit test legali ċar li jkopri l-qasam sħiħ tal-ħtiġijiet ta' informazzjoni. Ħtiġijiet ta' informazzjoni għandhom ikunu tant ġenerali li aktar 'il quddiem ikunu jistgħu japplikaw għall-istrumenti ta' pagament li għandhom ma jeżistux illum il-ġurnata.
3.3 Kontijiet ta' dawk li mhumiex residenti (Anness 03)
Din il-kwistjoni tmur lil hinn mill-oqsma tal-pagamenti u għandha għalhekk tkun ikkonsidrata x'imkien ieħor.
3.4 Dati ta' valur (Anness 04)
3.4.1 |
Id-dating tal-valur mhuwiex biss kwistjoni ta' pagamenti, tabilħaqq dati ta' valur spiss mhumiex marbutin b'mod speċifiku ma' transazzjoni ta' pagament – din tista' tirriżulta minn kull operazzjoni li fih jintuża l-kont. |
3.4.2 |
Kif il-Kummissjoni tammetti, id-dating tal-valur huwa b'mod primordjali kwistjoni ta' prezz (jiġifieri immaniġġar ta' prodott jew relazzjoni mal-klijent). Bħala kwistjoni ta' immaniġġar ta' prodott, il-valur tad-dati huma indipendenti mill-bookings, li huma wżati biex jingħaddu l-movimenti tal-kont. |
3.4.3 |
Id-dati ta' valur jistgħu jvarjaw skond il-bank, skond il-klijent fl-istess bank, jew inkella minħabba operazzjonijiet differenti mill-istess klijent fl-istess bank. |
3.4.4 |
Il-Kumitat jilqa' l-idea ta' rekwiżiti trasparenti għall-provdituri ta' servizz ta' pagamenti dwar l-użu tad-dati ta' valur. Għandu jkun hemm moderazzjoni ta' l-impatt finanzjarju tad-dating tal-valur fuq il-konsumatur. Konverġenza tas-sistema ta' valur fl-Ewropa kollha għandha tkun ukoll ikkunsidrata, għalkemm is-sistemi nazzjonali jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri, il-konverġenza għandha tkun meqjusa bħala għan għal tul ta' żmien medju. |
3.4.5 |
Il-proċess ta' konverġenza għandu jkun iggwidat mill-prinċipju li d-data ta' valur ta' transazzjoni ta' pagament għandha tkun l-istess bħad-data li fiha l-ħruġ tal-flus ta' l-ordni ta' pagament għand il-provditur tas-servizz ta' pagament rilevanti jkun seħħ |
3.5 It-trasferimenti (portability) tan-numri tal-kont bankarju (Anness 05)
3.5.1 |
Ir-Regolament 2560 attwali tirreferi għall-IBAN (8) u għall-BIC (9) li kienu promossi u sponsorjati mill-Awtoritajiet Ewropej, fosthom l-ESCB (Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/Europeam System of Central Banks). Il-livell tan-numru ta' l-IBAN huwa aċċettat u jiffunzjona tajjeb fl-UE, dan hu prova tas-suċċess tiegħu. Din is-sistema ta' kowds ma tippermettix trasferiment. Il-banek għandhom, bħala minimu, jiggarantixxu lill-klijent li jkun jista' jżomm in-numru tal-kont tiegħu meta jmur f'fergħa oħra ta' l-istess bank. |
3.6 Mobilità tal-klijent (Anness 06)
Bħala regola ġenerali suq kompetittiv għandu jkollu ġibda naturali lejn aktar mobilità tal-klijent. Il-banek għandhom jiffaċilitaw it-trasferimenti ta' kontijiet kemm jista' jkun possibbli billi jgħaddu d-dettalji kollha rilevanti lill-klijenti. Il-Kumitat jinkoraġġixxi b'mod sħiħ l-awtoregolazzjoni mmirata biex tiżdied il-mobilità tal-klijent. Barra minn dan il-Kumitat hu favur it-trasparenza dwar l-onorarji ta' l-għeluq tal-kont. Dawn l-onorarji jridu jkunu raġjonevoli u adattati skond l-ispejjeż veri amministrattivi li huma involuti biex jingħalqu jew jiġu trasferiti l-kontijiet. Barra minn dan, dawn għandhom ikunu mgħarrfa lill-klijent qabel ma jiftaħ kont ma' bank.
3.7 L-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' l-istrumenti u l-komponenti ta' pagament (Anness 07)
Minħabba li inizjattivi leġislattivi jissograw li jagħlqu f'niċċa soluzzjonijiet teknoloġiċi qodma (komponenti ta' “sigurtà” huma essenzjalment aġġustati mingħajr interruzzjoni) l-istandardizzazzjoni għandha preferibbilment tkun immexxija mill-industrija fl-istruttura ta' awtoregolazzjoni li hija proposta bħala l-ewwel għażla mill-Kummissjoni. Il-Kumitat jemmen li ċ-ċertifikazzjoni mmexxija mill-industrija dwar is-sigurtà għandha tkun taqbel mal-prinċipji komuni ta' l-UE li jridu jkunu stabbiliti, sabiex tkun evitata l-konfużjoni.
3.8 Informazzjoni dwar l-oriġinatur ta' pagament (SRVII tal-FATF) (Anness 08)
Il-FATF hija entità inter-governattiva li tissettja l-istandards u l-policies ta' żvilupp biex ikunu kkumbattuti l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fuq livell internazzjonali. Ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII fil-qasam tal-finanzjament tat-terroriżmu tirreferi għat-trasferimenti permezz tal-linji u tiddikjara “Il-pajjiżi għandhom jieħdu miżuri biex iġiegħlu istituzzjonijiet finanzjarji, fosthom dawk li jħallsu l-flus, biex jinkludu informazzjoni korretta u li tagħmel sens dwar l-oriġinatur (isem, indirizz u numru tal-kont) fuq trasferimenti ta' fondi u messaġġi relatati li jkunu mibgħuta, u li l-informazzjoni għandha tibqa' mat-trasferiment jew il-messaġġ relatat permezz tas-sistema ta' pagament. Il-pajjiżi għandhom jieħdu miżuri biex jassiguraw li istituzzjonijiet finanzjarji, li jinkludu dawk li jħallsu, jeżaminaw u jimmonitarjaw bl-akbar reqqa trasferimenti ta' fondi li jkunu suspettużi li ma jkollhomx informazzjoni kompluta dwar l-oriġinatur (isem, indirizz u numru tal-kont)”. Il-Kumitat jissuġġerixxi, li r-Rakkomandazzjoni Speċjali VII għandha tkun implimentata b' armonizzazzjoni sħiħa taħt forma ta' Regolament fis-Suq Intern kollu sabiex tassigura l-applikazzjoni uniformi u konsistenti tagħha. Il-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea għandom preferibbilment ikunu wkoll inklużi. Fuq nota speċifika, l-informazzjoni dwar dak li jħallas għandha tinkludi l-isem ta' dak li għandu l-kont minflok ta' dak li qed iħallas, għaliex dawn jistgħu jkunu differenti, sabiex l-informazzjoni dwar dak li għandu l-kont tkun diġà marfugħa u aċċessibbli malajr mill-provditur tas-servizz ta' pagament.
3.9 Riżoluzzjoni alternattiva f'każ ta' kontroversja (ADR) (Anness 09)
Il-Kumitat fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper “Riżoluzzjoni alternattiva f'każ ta' kontroversja fil-liġi ċivili u kummerċjali” (10) jappoġġa FIN-NET mill-bidunett tat-twaqqif tagħha mill-Kummissjoni. Hi turi li l-iskemi ta' konċiljazzjoni ta' bejn il-fruntieri jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti u bla burokrazzija permezz ta' l-użu tal-mekkaniżmi li diġà jeżistu. L-effiċjenza ta' FIN-NET taf is-suċċess tagħha għall-fatt li hi kopriet l-ADR, il-qasam ġdid tal-pagament ta' bejn il-fruntieri, filwaqt li bniet fuq skemi li ma jaqsmux il-fruntieri li diġà jeżistu. Fil-qasam tal-pagamenti, il-ħeffa tal-proċedura hija ta' importanza partikulari għall-konsumatur.
3.10 Revokabilità ta' ordni ta' pagament (Anness 10)
3.10.1 |
Sabiex tkun assigurata ċ-ċertezza legali tal-klijent, avviċinament aktar adatt għal dan l-anness għandu jkun li tiġi diskussa d-definizzjoni u l-komunikazzjoni ta' “punt ta' revokabilità” li jiddependi mill-istrument ta' pagament użat. Il-Kumitat jappoġġa li klijent għandu jkun informat dwar il-kondizzjonijiet ta' revokabilità li jirrigwardjaw numru ta' sistemi ta' pagament u l-istrument ta' pagament involut. |
3.10.2 |
Hu għandu jżomm f'moħħu li l-klijenti mhumiex biss jibgħatu iżda jirċievu pagamenti. Estensivament perjodi twal ta' revokabilità jkollhom għalhekk effet bil-maqlub u jkunu ta' detriment għall-klijenti li jkunu qed jistennew il-pagamenti tagħhom. |
3.10.3 |
Aktar minnhekk, hu importanti li jkun hemm distinzjoni bejn ir-revokabilità tal-klijent u r-revokabilità tas-sistema. Għal raġunijiet ta' kjarezza u ta' ċertezza legali, il-ħlas akkont ta' ordnijiet ta' pagament ma għandux, bħala regola ġenerali, ikun revokat ladarba jkun daħal f'sistema li hi definita bid-Direttiva dwar il-Finalità ta' Ħlas Akkont (Settlement Finality Directive). |
3.10.4 |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kwistjoni tar-revokabilità hija kumplessa u li hemm bżonn ta' aktar diskussjoni. Għaldaqstant, il-provditur ta' servizz ta' pagament għandu jinforma lill-klijenti tiegħu dwar il-punt tar-revokabilità relatata mal-pagament individwali msemmi. |
3.11 Ir-rwol tal-provditur ta' servizz ta' pagament fil-każ ta' tilwima bejn il-klijent/negozjant dwar kummerċ li jkun sar b'korrespondenza (Anness 11)
Il-Kumitat iqis li għandu jkun hemm distinzjoni bejn it-transazzjoni bażika u l-esekuzzjoni tal-pagament: it-transazzjoni ta' pagament fih innifsu hu kompletament newtrali. La l-banek ta' l-oriġinatur u lanqas dawk tal-benefiċjarju ma għandhom l-ebda influwenza dwar il-bażi tat-transazzjoni bejn l-oriġinatur (il-klijent tan-negozjant) jew il-benefiċjarju (in-negozjant). Il-Kumitat jagħraf li din il-kwistjoni rappreżentata f'dan l-anness hija kumplessa ħafna u għandha bżonn ta' aktar diskussjoni.
3.12 Esekuzzjoni li ma seħħx jew esekuzzjoni difettuża (Anness 12)
3.12.1 |
Il-Kumitat jaqbel li provditur ta' servizz ta' pagament għandu jkun responsabbli li jesegwixxi b'mod preċiż ordni ta' pagament u li jipprova li transazzjoni kienet reġistrata, esegwita u kreditata b'mod preċiż fil-kont tal-benefiċjarju. Hu responsabbli għall-parti tas-sistema ta' pagament (f'sens tekniku), li hija taħt il-kontroll tiegħu. Fl-istess waqt huwa ċar li provditur ta' servizz ta' pagament ma jistax ikun miżmum obbligat bil-liġi lil hinn mir-responsabbiltà ċivili tiegħu, u ċertament jekk hu ma kienx negliġenti, jew f'każ ta' “force majeure”. Hu għalhekk f'idejn il-provditur tas-servizz li jipprova li transazzjoni tal-pagament kienet reġistrata, esegwita u mniżżla b'mod preċiż fil-kontijiet skond l-istruzzjonijiet li kienu mogħtija, u dan l-obbligu ma jistax ikun limitat jew evitat b'mezzi kuntrattwali. |
3.12.2 |
Il-Kumitat jemmen li l-provdituri ta' servizz ta' pagament jistgħu joffru li jkunu obbligati bil-liġi lejn rivendikazzjonijiet relatati ma' affarijiet li mhumiex taħt il-kontroll tagħhom bħala forma ta' servizz b'valur miżjud. Dan ikun ta' benefiċċju għall-klijent u jwassal għal żieda fil-kompetizzjoni. |
3.13 Obbligazzjonijiet u responsabbilitajiet legali tal-partijiet kuntrattwali relatati ma' transazzjonijiet li ma jkunux awtorizzati (Anness 13)
3.13.1 |
Rigward il-pagamenti bil-kard, l-istituzzjonijiet ta' kreditu qablu diġà mal-provvedimenti tar-Rakkomandazzjoni 97/489/KE b'mod partikulari rigward:
|
3.13.2 |
Il-kriminalità organizzata tinstab ukoll wara transazzjonijiet frodulenti. Il-limitu ta' 150 Ewro għandu l-potenzjal li jinkoraġġixxi l-frodi. Għalhekk, il-Kumitat jemmen li l-għola limitu bbażat fuq riskju għandu jkun introdott. L-obbligi legali ta' dak li jkollu l-kard fil-każ imsemmi hawn fuq għandu jkun persentaġġ ta' total tal-limitu tal-kreditu tal-kard tiegħu li dwaru hu jaqbel waqt li jiffirma l-kuntratt. Avviċinament ġust bħal dan ikun qed jirrifletti r-riskji veri u l-ispiża, filwaqt li fl-istess ħin ikun qed jiskoraġġixxi b'mod aktar effiċjenti l-frodi, biex b'hekk inaqqas l-ispiża komuni. |
3.13.3 |
Aġġornament limitat tar-Rakkomandazzjoni 97/489/KE skond l-Istruttura Legali Ġdida hu pass pożittiv 'il quddiem. Il-Kumitat hu tal-fehma li dan l-anness għandu jkun moqri ma dak li għandu x'jaqsam ma' l-opportunitajiet ta' l-użu ta' firma elettronika b'relazzjoni mad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi (e-signatures). |
3.13.4 |
Mhux ċar jekk provditur ta' servizz ta' pagament hux kapaċi juri b'mod konklużiv – jekk qatt jista'– jekk klijent hu jew mhux dak li jkun beda t-transazzjoni effettwata bl-istrument ta' pagament elettroniku li għandu sigurtà teknika. Speċjalment fil-każ ta' transazzjonijiet bankarji bit-telefon jidher li l-provdituri ta' servizz ta' pagament għandhom diffikultà li jipprovdu din l-evidenza għaliex dawn it-transazzjonijiet jistgħu jkunu magħmula fuq kompjuters personali privati li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-provditur ta' servizz ta' pagament. |
3.14 L-użu ta' “OUR”, “BEN” u “SHARE” (11) (Anness14)
3.14.1 |
Il-prinċipju li l-ammont sħiħ għandu jkun trasferit lil benefiċjarju huwa l-qofol ta' dan l-anness. Dan il-prinċipju hu attwalment stabbilit tajjeb wara r-Regolazzjoni 2560/2001 dwar il-pagamenti li jistgħu jkunu pproċessati b'mod sħiħ permezz tal-STP (Straight-Through-Processing) sakemm il-pagament domestiċi li għandhom x'jaqsmu miegħu huma mħallsa kollha mingħajr tnaqqis għall-benefiċjarju. |
3.14.2 |
Barra minn dan, l-awtoregolazzjoni li teżisti taħt il-forma ta' l-ICP (Konvenzjoni Interbankarja dwar il-Pagamenti/Interbank Convention on Payments) (12) , illum il-ġurnata tillimita l-iskop tat-trasferimenti bl-Ewro. L-ICP tippromovi t-tneħħija tal-possibbiltà ta' banek intermedjarji, meta użata, biex jitnaqqsu l-ispejjeż mill-ammont trasferit. |
3.14.3 |
Kull struttura legali għandha kemm jista' jkun tevita l-użu ta' kliem tekniku f'sistemi u formati ta' messaġġi speċifiċi (bħalma huma SHARE, BEN, OUR), li f'ħafna każijiet huma inadatti għal kuntest domestiku. Il-Kumitat hu tal-fehma li l-ebda provvedimenti addizzjonali ma għandhom għalhekk ikunu magħmula biex tkun mibdula d-Direttiva 97/5/KE. L-għażliet attwali ta' ħlas jeżistu biex jagħtu lill-klijenti għażla, li hija parti mill-ftehim u mill-kondizzjonijiet negozjati bejn il-klijent u l-bank. Ir-riskju ta' simplifikazzjoni żejda u ta' limitazzjoni fl-għażla għandhu jkun evitat għaliex l-għażliet ta' ħlas huma r-reazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq li jmorru lil hinn mil-instrumenti ta' trasferiment bażiku ta' kreditu fi ħdan l-UE u huma neċessarji biex jappoġġaw it-tipi differenti ta' pagamenti kif ukoll il-kummerċ b'korrespondenza. Il-Kumitat jixtieq lill-industrija tkun aktar trasparenti dwar l-għażla ta' ħlas li tkun applikata. |
3.14.4 |
Il-Kumitat jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tneħħi d-diskrepanza bejn l-għażla tad-defaut “OUR” tad-Direttiva, mekkaniżmu ta' ħlas li ma jeżistix fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, u l-għażla “SHA” iffavorita mir-Regolament. |
3.15 Ħinijiet ta' esekuzzjoni għat-trasferimenti ta' krediti (Anness 15)
3.15.1 |
Il-Kumitat ifakkar li l-bank Ewropew fi ħdan il-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti ftehmu li n-nuqqas taż-żmien fl-esekuzzjoni ta' trasferiment għandu jkun ta' 3 ġranet ta' xogħol bankarju (wara d-data li fiha jkun aċċettat) permezz ta' awtoregolazzjoni taħt il-Konvenzjoni CREDEURO. Fil-fatt it-tlitt ijiem huwa żmien ta' nuqqas ta' ħlas li jistgħu jkunu mqassra minn banek partikulari. Billi l-ħin ta' esekuzzjoni huwa element importanti tas-servizz, dan għandu jkun fdat f'idejn l-forzi kompetittivi biex jittejjeb is-servizz. |
3.15.2 |
Aktar ħtieġa ta' leġislazzjoni għandha tkun ikkunsidrata biss jekk l-inizjattiva tas-settur tfalli. |
3.16 Debitu dirett (Anness 16)
3.16.1 |
Leġiżlazzjoni li trid issir u/jew ostakoli legali li għandhom jitneħħew se jkunu identifikati b'mod preċiż mill-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti (EPC) u kkomunikati lill-Kummissjoni meta l-iskema Pan-Ewropea tad-Debitu Dirett tkun ġiet approvata b'mod formali mill-EPC. L-istruttura legali meħtieġa biex tappoġġa l-iskema Pan-Ewropea tad-Debitu Dirett se tkun tiddependi ħafna fuq il-mudell magħżul. Għalhekk, il-Kumitat hu konvint li kooperazzjoni mill-viċin bejn l-industrija u l-leġislatur (KE) għandha tkun ikkunsidrata. |
3.17 It-tneħħija ta' l-ostakoli li jaffettwaw iċ-ċirkolazzjoni professjonali ta' flus kontanti (Anness 17) (13)
3.17.1 |
Dan l-anness mhux relatat mal-kwistjoni tal-pagamenti u għalhekk joħroġ barra mill-iskop ta' l-Istruttura Legali Ġdida tal-Pagamenti. |
3.17.2 |
Ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn regolazzjoni dwar pagamenti bi flus kontanti u pagamenti li mhumiex bi flus kontanti. Numru ta' ostakoli regolatorji u tekniċi jimpedixxu l-iżvilupp tat-trasport ta' flus kontanti fiż-żona Ewro ta' bejn il-fruntieri, b'mod partikulari bejn il-friegħi tal-banek ċentrali nazzjonali f'pajjiż u l-friegħi ta' istituzzjonijiet finanzjarji f'pajjiż ieħor. |
3.17.3 |
L-aċċess għal servizzi ta' Bank Ċentrali Nazzjonali bejn il-fruntieri (NCB) huwa parti mill-iżvilupp naturali ta' l-użu ta' munita waħda fiż-żona Ewro. |
3.17.4 |
Il-Kompetizzjoni fis-settur tat-trasport tal-flus kontanti għandha tkun inkorraġġuta fiż-żona Ewro sabiex tintleħaq l-aħjar effiċjenza, iżda l-Kumitat jesprimi n-neċessità li tinħoloq liċenzja ta' trasport tal-flus kontanti u kontrolli suffiċjenti tat-tħaddim tagħha. |
3.18 Problemi tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni (Anness 18)
L-għażla tal-Kummissjoni li tinkludi f'Regolazzjoni provvediment li jikkorrespondi ma' l-Artikolu 13, ittra d) tad-Direttiva eżistenti dwar il-Protezzjoni ta' l-informazzjoni 95/46/KE (14) hija l-aħjar possibbiltà li jkunu armonizzati fl-iqsar żmien il-possibbiltajiet ta' skambju ta' informazzjoni għall-skopijiet ta' prevenzjoni ta' frodi f'sistemi ta' pagament (bejn l-operaturi u l-awtoritajiet, u bejn l-operaturi nfushom, permezz ta' eċċezzjoni għad-Direttiva dwar il-Protezzjoni ta' l-Informazzjoni: eż bank ta' informazzjoni ta' negozjanti frodulenti f'dak li għandu x'jaqsam mat-transazzjonijiet bil-kards).
3.19 Firem diġitali (Anness 19)
Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha l-ewwelnett tissottometti r-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva1999/93/KE (15) dwar il-Firem Elettroniċi. Proposti għal miżuri ġodda minn naħa tal-Kummissjoni huma milqugħin bi pjaċir. Fuq nota ġenerali l-Kumitat jixtieq jenfasizza li ċ-ċertifikazzjoni diġitali taqa' fil-qasam ta' l-immaniġġar ta' prodott fejn japplikaw il-prinċipji ta' newtralità teknika u ta' kompetizzjoni.
3.20 Sigurtà tan-networks (Anness20)
Il-Kumitat jilqa' bi pjaċir azzjonijiet u inizjattivi li jagħmlu d-delitt ċibernetiku offiża aktar serja u li jħarsu lejn armonizzazzjoni f'dan ir-rispett fl-UE kollha b'kooperazzjoni ma' ġurisdizzjonijiet oħra (eż l-Istati Uniti). It-tħaddim ta' sanzjonijiet dissważivi biex ikun kkastigat l-aċċess mingħajr permess għal sistemi awtomatiċi ta' proċessar ta' data bl-iskop ta' frodi, ta' destruzzjoni jew ta' modifikazzjoni ta' tagħrif u ta' tibdil ta' kif taħdem sistema hu pożittiv. Hu wkoll neċessarju li jkunu sanzjonati dawk li jagħmlu disponibbli tagħrif, programmi, hardware jew informazzjoni magħmula b'mod speċifiku jew adattata sabiex tagħti l-kapaċità ta' aċċess mhux awtorizzat f'sistema ta' proċessar ta' tagħrif sabiex isir frodi. Distinzjoni għandha għalhekk tkun magħmula bejn il-kriminalizzazzjoni ta' attivitajiet frodulenti fuq networks ta' pagament fejn aktar armonizzazzjoni għalihom mill-UE permezz ta' leġislazzjoni tkun milqugħa bi pjaċir u l-miżuri ta' prevenzjoni biex ikunu protetti n-networks ta' pagament li għandhom ikunu f'idejn l-industrija sabiex hi tinkludi l-iżviluppi teknoloġiċi kollha.
3.21 Ħsara fin-network ta' pagament (Anness 21)
3.21.1 |
Il-Kumitat jidhirlu li l-kwistjoni li l-Anness 21 qed jirreferi għaliha hija kwistjoni inqas importanti li taqa' taħt l-Anness 12 (Esekuzzjoni li ma sseħħx jew esekuzzjoni difettuża). Tabilħaqq, għandu jkun rikonoxxut li:
|
3.21.2 |
L-ebda obbligazzjoni legali ma għandha tkun imposta fuq il-provdituri ta' servizz ta' pagament dwar pagamenti li mhumiex imdaħħlin fis-sistema waqt il-ħin li fih ikun hemm il-ħsara. Il-provditur ta' servizz ta' pagament għandu obbligazzjoni legali limitata skond ir-responsabbiltajiet ċivili tiegħu u għandu jipprova li hu ħa l-miżuri neċessarji kollha biex jevita l-ħsara. |
3.21.3 |
Wara l-każ reċenti ta' attakki bl-email “phushing” fuq banek fir-Renju Unit, wieħed mill-provdituri online innota li l-istruttura tas-servizz online għandha tkun imqassma f'numru ta' servizzi separati bħala reazzjoni għall-attakk. Attakki bħal dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll dirett tal-provditur, minħabba l-kuntatt dirett bl-email bejn attakkant u l-klijent. Il-provdituri ta' servizz ta' pagament għandhom jinformaw il-klijenti tagħhom, jekk hu possibbli, qabel ma jagħlqu s-sistema minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Il-Kumitat jikkunsidra li ma jkunx xieraq li jkun ippenalizzat provditur talli jkun ħa miżuri biex jipproteġi l-klijenti b'dan il-mod. Aktar minn hekk, il-Kumitat jinkoraġġixxi l-provdituri ta' servizz ta' pagament li jkunu pro-attivi fir-rigward ta' frodi ta' dan it-tip. |
4. Konklużjoni
4.1 |
L-Istruttura Legali Ġdida għandha tkun konsistenti ma' l-Istrateġija tal-Policy dwar il-Konsumatur Ewropew, li timmira lejn it-twettiq ta' livell għoli u komuni ta' protezzjoni tal-konsumatur bħala objettiv prinċipali. |
4.1.1 |
Il-Kumitat jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni Ewropea li trid iżżid il-fiduċja tal-konsumatur, iċ-ċertezza legali u l-effiċjenza tas-suq tal-pagamenti fis-Suq Intern. Hu jkompli billi jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-awtoregolazzjoni u l-ko-regolazzjoni huma kkunsidrati bħal mezzi possibbli li permezz tagħhom wieħed jista' jimxi 'l quddiem f'bosta mill-oqsma msemmija f'dawn il-21 anness. |
4.2 |
Il-miżuri leġislattivi li jaqaw taħt l-Annessi 1, 2, 8, 12, 13, 18 u 19 għandhom jingħataw prijorità. B'mod partikulari għandhom bżonn ta' attenzjoni urġenti, l-annessi “Ħtiġijiet ta' Informazzjoni dwar il-Konsumatur” (2), “Informazzjoni dwar l-Oriġinatur ta' Pagament” (8) u “Problemi tal-Protezzjoni ta' l-Informazzjoni”(18). |
4.3 |
Żieda fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-industrija bankarja għandha tkun ikkunsidrata dwar it-twaqqif ta' Skema ta' Debitu Dirett Ewropew (Anness 16), deċiżjoni dwar min għandu d-dritt li jipprovdi servizzi ta' pagament (Anness 01) kif ukoll fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni ta' sigurtà ta' l-istrumenti u tal-komponimenti ta' pagament (Anness 07). |
4.4 |
Rigward l-annessi l-oħra l-Kumitat jidhirlu li l-awtoregolazzjoni jew il-ko-regolazzjoni huma mezzi aktar adatti sabiex jitwettaq l-għan tal-Kummissjoni ta' Suq Intern effiċjenti għall-pagamenti. Huwa ċar li jekk miżuri ta' awtoregolazzjoni ma jkunux taw xiedha ta' suċċess, Regolazzjoni Ewropea għandha tkun ikkunsidrata. |
4.5 |
Bl-istess mod, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-istruttura kollha għandha tikkonċentra biex tipprovdi trasparenza lill-konsumaturi u tipprova tibni kemm jista' jkun fuq prattiki eżistenti u regoli ta' awtoregolazzjoni. Per eżempju, mhux bżonjuż li jkun hemm aktar regolazzjoni fejn is-suq ikun diġà laħaq l-għanijiet tal-leġislatur (eż: mhemmx bżonn immedjat li tkun aġġornata d-Direttiva dwar it-Trasferimenti ta' Krediti biex ikunu mqassra l-ħinijiet ta' esekuzzjoni). Madankollu, f'ċerti oqsma avviċinament komuni joffri s-soluzzjoni ġusta. |
4.6 |
L-iskop tal-Komunikazzjoni hu spiss aktar wiesa' mill-qasam tal-pagamenti u l-Kummissjoni għandha tenfasizza b'mod aktar espliċitu d-differenzi bejn servizzi kummerċjali u sistemi ta' pagament. Kull miżura leġislattiva relatata ma' pagamenti għandha teskludi kwistjonijiet relatati mat-twettiq ta' l-impenji li mhumiex marbuta mal-pagamenti nfushom. |
Brussel, 30 ta' Ġunju 2004.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Roger BRIESCH
(3) Il-kelma konsumatur qed tirreferi ghall-konsumaturi u persuni ohra, bhalma huma n-negozjanti li jbighu u jixtru bl-imnut u l-SMEs (Intrapriżi żghar u ta' daqs medju) li jużaw is-servizzi ta' pagament.
(4) eż. Is-sistema ta' l-Assocjazzjoni tal-Ewro Banking (EBA) EWRO 1 u STEP1.
(5) L-EBA ghamlet l-ewwel transazzjonijiet taghha fit-28.04.2003.
(6) Persentagg mehud f'daqqa ta' diversi sorsi (Swift, EBA, Card Schemes) migbura mill-Federazzjoni Bankarja Ewropea (2003).
(7) KESE 500/2004, rapporteur is-Sur Retureau.
(8) Numru Internazzjonali ta' Kont Bankarju
(9) Kowd Identifikatur tal-Bank
(11) “our”, “beneficiary” u “share” huma tliet ghażliet ta' hlas ghal trasferimenti ta' krediti.
(12) Il-Konvenzjoni Interbankarja dwar il-Pagamenti ghall-hlas ta' trasferimenti bażici ta' krediti taqa' taht ir-Regolament 2560/2001.
(13) Attenzjoni partikulari ghandha tinghata lill-eżattezza tat-traduzzjonijiet. Fit-Taljan, per eżempju, it-titlu ghandu pjuttost ikun “Rimozióne delle barriere al transporto di fondi”, li huwa eqreb lejn is-sens tal-verżjoni originali.