EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0378

L-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas- 7 ta' Mejju 2009 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) No […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0825 – C6-0475/2008 – 2008/0242(COD))
P6_TC1-COD(2008)0242 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 7 ta’ Mejju 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] (Tfassil mill-ġdid)
ANNESS I
ANNESS II
ANNESS III

OJ C 212E , 5.8.2010, p. 404–427 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/404


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0378

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-7 ta' Mejju 2009 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) No […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0825 – C6-0475/2008 – 2008/0242(COD))

2010/C 212 E/53

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0825),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63(1)(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0475/2008),

wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta' April 2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bi qbil mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0283/2009),

A.

Billi, skond il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' l-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha sempliċi kondifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom;

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0242

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Mejju 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] (Tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63, punt (1)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi

(1)

Għandhom isiru numru ta’ tibdiliet sostantivi lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effetiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (2) u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jimplimentaw ir-Regolament ║ (KE) Nru 2725/2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (3). Fl-interess tal-kjarezza dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid. Fl-interess tal-kjarezza dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid.

(2)

Politika komuni fuq l-ażil, inkluża Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil, hija parti fundamentali mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li tkun miftuħa għal dawk li, ▐ jfittxu leġittimament kenn internazzjonali fil-Komunità.

(3)

L-ewwel fażi fil-ħolqien ta’ Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil li għandha, fuq medda twila ta’ żmien, twassal għal proċedura komuni u status uniformi, validu tul l-Unjoni kollha, għal dawk li jingħataw ażil, issa nkiseb. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu 2005-2010. F’dan ir-rigward, il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-istrumenti legali tal-ewwel fażi u tissottometti l-istrumenti u l-miżuri tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex dawn jiġu adottati qabel it-tmiem tal-2010.

(4)

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni Regolament ║ (KE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat (4), huwa neċessarju li tkun stabbilita l-identità tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta’ persuni maqbuda b’konnessjoni mal-qsim irregolari tal-fruntieri esterni tal-Komunità. Hija wkoll ix-xewqa, sabiex ir-Regolament ║ (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] ikun applikat b’mod effettiv, u b’mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 18(1) tiegħu , li kull Stat Membru jitħalla jikkontrolla jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat preżenti li jinstab fit-territorju tiegħu b’mod illegali jkunx applika għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.

(5)

Il-marki ta’ swaba’ jikkostitwixxu element importanti biex tkun stabbilita l-identità eżatta ta’ dawn il-persuni. Huwa neċessarju li tkun stabbilita sistema għat-tqabbil ta’ informazzjoni tal-marki tas-swaba’ tagħhom.

(6)

Għal dan il-għan, hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema magħrufa bħala “Eurodac”, li tikkonsisti minn Sistema Ċentrali, li għandha tħaddem database ċentrali komputerizzata ta’ informazzjoni fuq marki tas-swaba’, kif ukoll tal-mezzi eletroniċi ta’ trażmissjoni bejn l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali.

(7)

Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs għall-applikanti u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kollha, kif ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-acquis attwali dwar l-ażil, b’mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (5) u r-Regolament ║ (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat], huwa xieraq li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex jinkludi applikanti għal protezzjoni sussidjarja u persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja.

(8)

Hemm bżonn ukoll li l-Istati Membri jkunu mitluba li jieħdu u jittrażmettu fil-pront data dwar il-marki tas-swaba’ ta’ kull applikant għal protezzjoni internazzjonali u ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jinqabad b’konnessjoni ma’ qsim irregolari ta’ fruntieri esterni ta’ Stat Membru, jekk ikun minn 14-il sena 'l fuq.

(9)

Hemm bżonn li jkunu preskritti regoli preċiżi dwar it-trażmissjoni ta’ dik id-data dwar marki tas-swaba’ lis-Sistema Ċentrali, l-irreġistrar ta’ dik id-data fuq marki tas-swaba’ u data rilevanti oħra fis-Sistema Ċentrali, iż-żamma tagħhom, it-tqabbil ma’ idata fuq marki tas-swaba’ oħra, it-trażmissjoni tar-riżultati ta’ dak it-tqabbil u l-imblukkar u l-immarkar tad-data rreġistrata. Dawn ir-regoli jistgħu jkunu differenti għal, u għandhom ikunu adattati speċifikament, għas-sitwazzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat.

(10)

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu talbu protezzjoni internazzjonali f’wieħed mill-Istati Membri jista’ jkollhom l-għażla li jkunu jistgħu jitolbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor għal ħafna snin oħra. Għalhekk, il-perjodu massimu li matulu d-data dwar marki tas-swaba’ għandha tinżamm mis-Sistema Ċentrali għandu jkun ta’ tul mhux ħażin. Peress li ħafna ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għexu fil-Komunità għal bosta snin jkunu kisbu status definit jew anki kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru wara dak il-perjodu, perjodu ta’ għaxar snin għandu jkun ikkunsidrat bħala perjodu raġonevoli għall-ħżin ta’ data dwar marki tas-swaba’.

(11)

Il-perjodu ta’ ħżin għandu jkun iqsar f’ċerti sitwazzjonijiet speċjali fejn ma jkunx hemm bżonn li tinżamm data dwar marki tas-swaba’ għal dak it-tul ta’ żmien. Id-data dwar marki tas-swaba’ għandha titħassar immedjatament ladarba ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jieħdu ċittadinanza ta’ Stat Membru jew permess ta’ residenza fit-tul fi Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 rigward l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul  (6).

(12)

Huwa xieraq li tinħażen data relatata ma’ dawk is-suġġetti tad-data li l-marki tas-swaba’ tagħhom ġew inizjalment reġistrati fil-Eurodac meta ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali u li ngħataw protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru sabiex id-data reġistrata mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun tista’ tiġi mqabbla magħhom.

(13)

Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-ġestjoni tas-Sistema Ċentrali u l-Infrastruttura tat-Telekomunikazzjoni għal perjodu tranżitorju. Fuq medda twila taż-żmien u wara li ssir stima tal-impatt li tkun tinkludi analiżi sostantiva tal-alternattivi mill-perspettivi finanzjarja, operattiva u organizzattiva, għandha tiġi stabbilita Awtorità tal-Ġestjoni b’responsabbiltà għal dawn il-kompiti.

(14)

Hemm bżonn li jkunu preskritti b’mod ċar ir-responsabilitajiet rispettivi tal-Kummissjoni u l-Awtorità tal-Ġestjoni , f’dak li għandu x’jaqsam mas-Sistema Ċentrali u mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni , u tal-Istati Membri, f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tad-data, s-sigurta’ tad-data, l-aċċess għaliha, u l-korrezzjoni tad-data reġistrata.

(15)

Filwaqt li r-responsabilità mhux kuntrattwali tal-Komunità b’konnessjoni mat-tħaddim tas-sistema ta’ Eurodac għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, huwa neċessarju li jkunu preskritti regoli speċifiċi għar-responsabilità mhux kuntrattwali tal-Istati Membri b’konnessjoni mat-tħaddim tas-sistema.

(16)

Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ sistema għat-tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’ sabiex tgħin l-implimentazzjoni tal-politika ta’ ażil tal-Komunità, ma jistax ║ jkun sodisfatt biżżejjed mill-Istati Membri u, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, ilKomunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidarjeta’ kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif previst f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(17)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali u dwar il-moviment ħieles ta’ dik l-informazzjoni (7) tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament mill-Istati Membri.

(18)

Il-prinċipji preskritti fid-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ individwi, partikolarment id-dritt tagħhom għal privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għandha tkun miżjuda jew iċċarata, b’mod partikolari sa fejn ikunu kkonċernati ċerti setturi.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (8) japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità li jsir skont dan ir-Regolament . Madankollu, għandhom jiġu ċċarati xi punti rigward ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data u s-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data.

(20)

Huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jwettqu monitoraġġ fuq il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, maħtur skont id-Deċiżjoni 2004/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ║ (9), għandu jwettaq il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità rigward l-ipproċessar tad-data personali fid-dawl tal-kompiti limitati tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità stess rigward id-data.

(21)

Huwa xieraq li r-rendiment tal-Eurodac jiġi kkontrollat u evalwat f’intervalli regolari.

(22)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sistema ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex ikun sanzjonat l-użu ta’ dejta mdaħħla fid- fis-Sistema Ċentrali kontra l-għan tal-Eurodac.

(23)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu infurmati bl-istat ta’ proċeduri partikolari tal-ażil b’għan li jiffaċilitaw l-applikazzjoni sodisfaċenti tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat].

(24)

Dan ir-Regolament jirrispetta u għandu jiġi applikata skont id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għall-ażil u li jinkoraġġixxi l-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 18 tal-Karta.

(25)

Huwa xieraq li l-iskop territorjali ta’ dan ir-Regolament ikun ristrett sabiex ikun allinjat mal-iskop territorjali tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan tal-Eurodac

1.   Qed tiġi stabbilita sistema magħrufa bħala Eurodac, li l-għan tagħha għandu jkun li tgħin biex ikun determinat liema Stat Membru għandu jkun responsabbli konformement mar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali sottomessa fi Stat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat , u inkella sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ hawn fuq taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-użu tad-data maħsuba għall-Eurodac mill-Istat Membru ta’ oriġini f’databases mwaqqfa taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, id-data dwar marki tas-swaba’ u data personali oħra jistgħu jkunu pproċessati fil-Eurodac biss għall-għanijiet tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat].

Artikolu 2

Tifsiriet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“ir-Regolament ta’ Dublin” ifisser ir-Regolament ║ (KE) Nru […/…][li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat];

(b)

“applikant għal protezzjoni internazzjonali” tfisser protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tiegħu għadha ma tteħditx deċiżjoni finali;

(ċ)

“Stat Membru ta’ oriġini” tfisser:

(i)

f’dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta mill-Artikolu 6, l-Istat Membru li jittrażmetti d-data personali lis-Sistema Ċentrali u jirċievi r-riżultati tat-tqabbil;

(ii)

f’dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 10, l-Istat Membru li jittrażmetti d-data personali lis-Sistema Ċentrali;

(iii)

f’dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 13, l-Istat Membru li jittrażmetti dik d-data lis-Sistema Ċentrali u li jirċievi r-riżultati tat-tqabbil;

(d)

“persuna mogħtija protezzjoni internazzjonali” tfisser li teħtieġ protezzjoni internazzjonali kif definita mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ║ 2004/83/KE;

(e)

“suċċess” ║ tfisser l-eżistenza ta’ tqabbila jew tqabbil stabbilit mis-Sistema Ċentrali permezz ta’ tqabbil bejn data dwar marki tas-swaba’ rreġistrata fid- database u dawk trażmessi minn Stati Membru fir-rigward ta’ persuna, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li Stati Membri għandhom jikkontrollaw immedjatament ir-riżultati tat-tqabbil konformement mal-Artikolu 17(4).

2.   It-termini mfissra fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament.

3.   Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod ieħor, it-termini mfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Dublin għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Arkitettura tas-sistema u prinċipji bażiċi

1.   Il-Eurodac għandha tkun tikkonsisti minn:

(a)

database ċentrali tal-marki tas-swaba’ (Sistema Ċentrali) magħmul minn

Unità Ċentrali,

Sistema ta’ Kontinwità tan-Negozju;

(b)

infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Istati Membri li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikat għad-data tal-Eurodac (Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni).

2.   Kull Stat Membru għandu jkollu sistema nazzjonali tad-data waħda dedikata għalih (Punt ta’ Aċċess Nazzjonali) li tikkomunika mas-Sistema Ċentrali.

3.   Id-data dwar persuni koperti bl-Artikoli 6, 10 and 13 li tiġi pproċessata fis-Sistema għandha tkun ipproċessata f’isem l-Istat Membru ta’ oriġini taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament u sseparata b’mezzi tekniċi xierqa.

4.   Ir-regoli li jirregolaw il-Eurodac għandhom japplikaw ukoll għal ħidmiet magħmula mill-Istati Membri mit-trażmissjoni ta’ data għas-Sistema Ċentrali sakemm isir użu mir-riżultati tat-tqabbil.

5.   Il-proċedura sabiex jittieħdu l-marki tas-swaba’ għandha tkun stabbilita u applikata bi qbil mal-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u skont il-protezzjonijiet preskritti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Artikolu 4

Ġestjoni Operattiva mill-Awtorità tal-Ġestjoni

1.   Wara perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Awtorità tal-Ġestjoni, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-Eurodac. L-Awtorità tal-Ġestjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li jintużaw f’kull ħin, u suġġett għal analiżi tal-benefiċċju mill-ispiża, l-aħjar tekniki disponibbli għas-Sistema Ċentrali.

2.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun ukoll responsabbli għall-kompiti segwenti relatati mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni:

(a)

superviżjoni;

(b)

sigurtà;

(c)

koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur.

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni:, b’mod partikolari:

(a)

kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(b)

l-akkwist u t-tiġdid;

(c)

kwistjonijiet kuntrattwali.

4.   Matul perjodu ta’ tranżizzjoni qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tassumi r-responsabbiltajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-Eurodac.

5.   Il-ġestjoni operattiva tal-Eurodac għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex il-Eurodac jiffunzjona 24 siegħa kull jum u sebat ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħidma ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistema tiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità operattiva, b’mod partikolari rigward iż-żmien meħtieġ għal tiftixa tas-Sistema Ċentrali.

6.   Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tapplika regoli xierqa dwar segretezza professjoni jew dmirijiet ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità għall-persunal kollu tagħha li hu meħtieġ jaħdem b’data tal-Eurodac. Dan l-obbliga għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal jitlaq mill-kariga jew mill-impjieg jew wara li jkunu ntemmew l-attivitajiet tagħhom.

7.   L-Awtorità tal-Ġestjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandha tkun l-Awtorità tal-Ġestjoni responsabbli għall-Eurodac , is-SIS II u l-VIS.

8.     It-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Ġestjoni u l-interoperabilità tal-bosta bażijiet tad-dejta li hija għandha kompetenza għalihom għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tħaddim separat u diskret ta’ dawn il-bażijiet tad-dejta.

Artikolu 5

Statistika

Kull, l- Awtorità tal-Ġestjoni għandha tħejji statistiċi dwar ix-xogħol tas-Sistema Ċentrali, li jindikaw b’mod partikolari:

(a)

in-numru ta’ settijiet ta’ data trażmessi dwar applikanti għal u l-persuni msemmija fl-Artikoli 10 u 13;

(b)

in-numru ta’ suċċessi dwar applikanti għal protezzjoni internazzjonali li kienu ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor;

(ċ)

in-numru ta’ suċċessi dwar persuni msemmija fl-Artikolu 10 li sussegwentement kienu ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali;

(d)

in-numru ta’ suċċessi dwar persuni msemmija fl-Artikolu 13 li qabel kienu ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor;

(e)

in-numru ta’ data dwar marki ta’ swaba’ li s-Sistema Ċentrali kellha titlob ripetutament mill-Istati Membri ta’ oriġini minħabba li d-data dwar marki ta’ swaba’ trażmessa oriġinarjament ma setgħetx twassal għal tqabbil bl-użu tas-sistema komputerizzata ta’ għarfien ta’ marki ta’ swaba’;

(f)

in-numru ta’ settijiet ta’ data mmarkati skont l-Artikolu 14(1);

(g)

in-numru ta’ suċċessi għall-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1).

Fl-aħħar ta’ kull sena, id-data statistika għandha tkun stabbilita fil-forma ta’ kompilazzjoni tal-istatistiċi ta’ kull xahar għal dik is-sena inkluża indikazzjoni tan-numru ta’ persuni li dwarhom ikunu ġew reġistrati suċċessi taħt (b), (ċ) , (d) u (g) .

L-istatistiċi għandhom ikun fihom tqassim tad-data għal kull Stat Membru.

KAPITOLU II

APPLIKANTI GĦAL PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 6

Ġbir, trażmissjoni u tqabbil tad-dejta tal-marki tas-swaba’

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu , mhux iżjed tard minn 48 siegħa wara li jippreżenta applikazzjoni kif definit mill-Artikolu 20(2) tar-Regolament ta’ Dublin , il-marki tas-swaba’ tas-swaba’ kollha ta’ kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li jkollu tal-inqas 14-il sena u għandu mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-teħid tal-marki tas-swaba’ , jittrażmetti d-dejta tas-swaba’ flimkien mad- data msemmija fil-punti (b sa (g) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali.

Bħala eċċezzjoni, f’każi meta l-marki tas-swaba’ jkollhom xi taħsir serju iżda temporanju, u ma jkunux jistgħu jipprovdu dejta adegwata dwar il-marki tas-swaba’, jew f’każi meta jkun meħtieġ li jiġi infurzat perjodu ta’ kwarantina minħabba mard gravi u kontaġjuż, il-perjodu ta’ 48 siegħa li fih għandu jsir it-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-applikanti għall-kenn internazzjonali, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, jista’ jiġi estiż sa mhux iżjed minn tliet ġimgħat. L-Istati Membri jistgħu jestendu wkoll il-perjodu ta’ 48 siegħa f’każi ssostanzjati u ppruvati kif imiss ta’ force majeure sa kemm dawk iċ-ċirkostanzi jibqgħu jippersistu. Il-perjodu ta’ 24 siegħa għat-trażmissjoni tad-dejta għandu japplika kif meħtieġ.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, meta applikant għal protezzjoni internazzjonali jasal fl-Istat Membru responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni għall-kenn internazzjonali, wara trasferiment skont l-Artikolu 23 tar -Regolament ta’ Dublin, l-Istat Membru responsabbli għandu jindika biss ▐ il-fatt li jkun sar trasferiment b’suċċess fir-rigward tad -data relevanti reġistrata fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament , konformement mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbiliti mill-Awtorità tal-Ġestjoni. Din l-informazzjoni għandha tinħażen skont l-Artikolu 8 għall-għan tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ▐.

3 .    L-Istat Membru li jassumi din ir-responsabbiltà skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Dublin għandu jindika dan il-fatt fir-rigward tad-data relevanti reġistrata fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u konformement mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbiliti mill-Awtorità tal-Ġestjoni. Din l-informazzjoni għandha tinħażen skont l-Artikolu 8 għall-għan tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Id-data dwar il-marki ta’ swaba’ skont it-tifsira fil-punt (a) tal-Artikolu 7, trażmessa minn kull Stat Membru, għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki ta’ swaba’ trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà miżmuma Ċentrali.

5.   Is-Sistema Ċentrali għandha tiżgura, fuq it-talba ta’ Stat Membru, li t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 4 jkopri d-data dwar marki tas-swaba’ trażmessa qabel minn dak l-Istat Membru, b’żieda għad-data minn Stati Membri oħra.

6.   Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament is-suċċess jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta’ oriġini. Fejn ikun hemm suċċess, għandha tittrażmetti għal kull sett ta’ data li jikkorrispondi għas-suċċess, id-data msemmija fil-punti (a) sa (ġ) tal-Artikolu 7 flimkien, fejn ikun xieraq, mal-marka msemmija fl-Artikolu 14(1) .

Artikolu 7

Reġistrazzjoni ta’ data

Id-data li ġejja biss għandha tiġi reġistrata fis-Sistema Ċentrali:

(a)

id-data dwar marki tas-swaba’;

(b)

l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali;

(ċ)

is-sess;

(d)

in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini;

(e)

id-data li fiha ttieħdu l-marki ta’ swaba’;

(f)

id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali;

(g)

l-identità tal-operatur utent.

Artikolu 8

Żamma ta’ data

Kull sett ta’ data, kif imfisser fl-Artikolu 7, għandu jinżamm Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki ta’ swaba’.

Malli jiskadi dan il-perjodu, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data Ċentrali.

Artikolu 9

Tneħħija ta’ data skaduta

1.   Data li għandha x’taqsam ma’ persuna li tkun kisbet ċittadinanza fi kwalunkwe Stat Membru jew li jkun inħarġilha permess ta’ residenza fit-tul fi Stat Membru skont id-Direttiva 2003/109/KE qabel l-iskadenza tal–perjodu msemmi fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi mħassra is-Sistema Ċentrali, skont l-Artikolu 20(3), malli l-Istat Membru ta’ oriġini jsir jaf li dik il-persuna tkun kisbet dik iċ-ċittadinanza jew li jkun inħarġilha dak il-permess .

2.   Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha bit- tneħħija ta’ data għar-raġuni msemmija fil-paragrafu 1 minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kellu riżultat ta’ suċċess fil-każ ta’ data li jkunu ttrażmettew u li tkun relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 6 jew ║ 10.

KAPITOLU III

ĊITTADIN TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT LI JINQABDU B’KONNESSJONI MAL-QSIM IRREGOLARI TA’ FRUNTIERA ESTERNA

Artikolu 10

Ġbir u trażmissjoni ta’ data dwar marki tas-swaba’

1.   Kull Stat Membru għandu, bi qbil mal-protezzjonjiet preskritti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal , u mhux iżjed tard minn 48 siegħa mid-data tal-arrest, jieħu ▐ l-marki ta’ swaba’ tas-swaba’ kollha ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jkollu tal-inqas 14-il sena li jinqabad mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru wara li jkun ġie minn pajjiż terz u li ma jintbagħatx lura fih.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jittrażmetti, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-teħid tal-marki tas-swaba’ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna bla stat, kif imsemmi fil-paragrafu 1, mid-data li jinqabad , lis-Sistema Ċentrali id-data li ġejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dik il-persuna :

(a)

id-data dwar il-marki tas-swaba’;

(b)

l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data ta’ meta nqabad;

(ċ)

is-sess;

(d)

in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini;

(e)

id-data li fiha ttieħdu l-marki ta’ swaba’;

(f)

id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali;

(g)

l-identità tal-operatur utent.

Bħala eċċezzjoni, f’każi meta l-marki tas-swaba’ jkollhom xi taħsir serju iżda temporanju, u ma jkunux jistgħu jipprovdu dejta adegwata dwar il-marki tas-swaba’, jew f’każi meta jkun meħtieġ li jiġi infurzat perjodu ta’ kwarantina minħabba mard gravi u kontaġjuż, il-perjodu ta’ 48 siegħa li fih għandu jsir it-teħid tal-marki tas-swaba’, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, jista’ jiġi estiż sa mhux iżjed minn tliet ġimgħat. L-Istati Membri jistgħu jestendu wkoll il-perjodu ta’ 48 siegħa f’każi ssostanzjati u ppruvati kif imiss ta’ force majeure sa kemm dawk iċ-ċirkostanzi jibqgħu jippersistu. Il-perjodu ta’ 24 siegħa għat-trażmissjoni tad-dejta għandu japplika kif meħtieġ.

Artikolu 11

Reġistrazzjoni ta’ data

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, l-informazzjoni trażmessa lis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(2) għandha tiġi reġistrata għall-għan waħdieni ta’ tqabbil ma’ data dwar applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa sussegwentement lis-Sistema Ċentrali.

Is-Sistema Ċentrali ma għandhiex tqabbel id-data trażmessa lilha bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) ma’ kwalunkwe data rreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali , lanqas ma’ data trażmessa wara fis-Sistema Ċentrali.bis-saħħa tal-Artikolu 10(2).

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqabbil ta’ data dwar applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa wara lis-Sistema Ċentrali mad-data msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 6(4) and (6).

Artikolu 12

Żamma ta’ data

1.   Kull sett ta’ li jkollu x’jaqsam ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kif previst fl-Artikolu 10(1), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal sena mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki ta’ swaba’ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat. Malli jiskadi dan il-perjodu, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data mis-Sistema Ċentrali.

2.   Id-data li jkollha x’taqsam ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ma’ persuna mingħajr stat kif previst fl-Artikolu 10(1) għandha titneħħa mis-Sistema Ċentrali skont l- Artikolu 20(3) malli l-Istat Membru ta’ oriġini jsir jaf b’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sena msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jkun ingħatalu permess għal residenza;

(b)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jkun telaq mit-territorju tal-Istati Membri;

(ċ)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jkun akkwista ċ-ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stati Membru.

3.   Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha bit- tneħħija permanenti ta’ data għar-raġuni msemmija fil-paragrafu 2(a) jew (b) minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kellu riżultat ta’ suċċess fil-każ ta’ data li jkun ittrażmetta li tkun relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 10.

4.   Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha bit- tneħħija permanenti ta’ data għar-raġuni msemmija fil-paragrafu 2(c) minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kellu riżultat ta’ suċċess fil-każ ta’ data li jkunu ttrażmettew li tkun relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 6 jew ║10.

KAPITOLU IV

ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT LI JINSTABU ILLEGALMENT FI STAT MEMBRU

Artikolu 13

Tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’

1.   Sabiex ikun ikkontrollat jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jinstab illegalment fit-territorju tiegħu jkunx issottometta applikazzjoni għal fi Stat Membru ieħor, kull Stat Membru jista’ jittrażmetti Ċentrali kull data dwar marki tas-swaba’ li jkollha x’taqsam ma’ marki tas-swaba’ li l-Istat Membru seta’ kien ħa ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bħal dak li jkollu mill-inqas 14-il sena flimkien man-numru ta’ referenza użat minn dak l-Istat Membru.

Bħala regola ġenerali hemm bażi sabiex isiru kontrolli ta’ jekk il- iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikunx issottometta applikazzjoni għal fi Stat Membru ieħor fejn:

(a)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jiddikjara li hu/hi kien issottometa applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali iżda mingħajr ma jkun indika l-Istat Membru li fih hu/hi kien issottometta l-applikazzjoni;

(b)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma jitlobx iżda ma jaċċettax li jkun mibgħut lura lejn il-pajjiż tiegħu/tagħha ta’ oriġini billi jgħid li hu/hi jkun fil-periklu; jew

(ċ)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jfittex b’mod ieħor li ma jħallix li jittneħħa/titneħħa billi jirrifjuta li jikkopera f’li tkun stabbilita l-identità tiegħu/tagħha, b’mod partikolari billi ma jurix karti tal-identità jew juri karti tal-identità foloz.

2.   Fejn Stati Membri jipparteċipaw fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jittrażmettu lis-Sistema Ċentrali d-data dwar marki tas-swaba’ li jkollha x’taqsam mas-swaba’ kollha jew tal-inqas tas-swaba’ werrejja, u, jekk dawk ikunu nieqsin, il-marki tas-swaba’ l-oħra kollha, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kif imfisser fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali għall-għan waħdieni ta’ tqabbil data dwar marki tas-swaba’ ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.

Id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bħal dak ma għandhiex tkun irreġistrata fis-Sistema Ċentrali , u lanqas ma għandha tkun mqabbla ma’ data trażmessa lis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(2).

4.   F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’ trażmessa taħt dan l-Artikolu mad-data dwar marki tas-swaba’ ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa minn Stati Membri oħra li ġiet diġà miżmuma fis-Sistema Ċentrali, għandhom jgħoddu l-proċeduri preskritti fl-Artikolu 6(4) u (6).

KAPITOLU V

PERSUNI MOGĦTIJA PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 14

L-immarkar tad-data

1.   L-Istat Membru tal-oriġini li jkun ikkonċeda protezzjoni internazzjonali lil applikant għal protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet qabel irreġistrata fis-Sistema Ċentrali skont l- Artikolu 7 għandu jimmarka d-data relevanti konformement mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbiliti mill-Awtorità tal-Ġestjoni. Din il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 8 għall-għan ta’ trażmissjoni taħt l-Artikolu 6(6).

2.   L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data li tirrigwarda ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li l-informazzjoni dwarha kienet qabel ġiet immarkata skont il-paragrafu 1 jekk l-istatus ta’ din il-persuna jkun ġie rrevokat jew mitmum jew jekk it-tiġdid tal-istatus tagħha jinċaħad skont l-Artikolu 14 jew 19 tad-Direttiva ║ 2004/83/KE , jew jekk din il-persuna ma tibqax refuġjata jew eleġibbli għal protezzjoni sussidjarja skont l-Artikoli 11 u 16 rispettivament ta’ dik id-Direttiva .

KAPITOLU VI

UŻU TA’ DATA, PROTEZZJONI TA’ DATA U RESPONSABILITÀ DWAR DATA

Artikolu 15

Responsibilità għall-użu ta’ data

1.   L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun responsabbli biex jiżgura li:

(a)

il-marki ta’ swaba’ jittieħdu b’mod legali;

(b)

id-data dwar il-marki tas-swaba’ u d-data oħra msemmija fl-Artikolu 7 ║, fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 13(2) tkun trażmessa b’mod legali lis-Sistema Ċentrali;

(ċ)

id-data tkun preċiża u aġġornata meta tkun trażmessa lis-Sistema Ċentrali;

(d)

mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-Kummissjoni, id-data fis-Sistema Ċentrali irreġistrata, miżmuma, korretta u mneħħija b’mod legali;

(e)

ir-riżultati ta’ tqabbil ta’ idata dwar marki tas-swaba’ trażmessi mis-Sistema Ċentrali jintużaw b’mod legali.

2.   B’mod konformi mal-Artikolu, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura s-sigurtà tad-data msemmija fil-paragrafu 1 qabel u matul it-trażmissjoni lis-Sistema Ċentrali kif ukoll is-sigurtà tad-data li jirċievi mis-Sistema Ċentrali.

3.   L-Istat Membru ta’ oriġini jkun responsabbli għall-identifikazzjoni finali tad-data skont l-Artikolu 17(4).

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-Sistema Ċentrali topera skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tadotta miżuri li jiżguraw li persuni li jaħdmu mas-Sistema Ċentrali jużaw id-data hemm rreġistrata biss b’mod konformi mal-għan tal-Eurodac kif stabbilit fl-Artikolu 1(1);

(b)

jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 19;

(c)

jiżguraw li persuni awtorizzati li jaħdmu mas-Sistema Ċentrali biss ikollhom aċċess, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri li tieħu konformement mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 16

Trażmissjoni

1.   Il-marki tas-swaba’ għandhom ikunu proċessati diġitalment u trażmessi fil-format tad-data msemmi fl-Anness I. Safejn huwa meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-format tad-data mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa. L- Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li d-data tal-marki tas-swaba’ trażmessi mill-Istati Membri jistgħu jitqabblu mis-sistema kompjuterizzata tar-rikonoxximent tal-marki tas-swaba’.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 7, l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(2). d-data msemmija fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 10(2) għandha tiġi awtomatikament irreġistrata fis-Sistema Ċentrali. Safejn huwa meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi biex tiżgura li d-data tkun tista’ tinbagħat elettronikament minn Stati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa.

3.   In-numru ta’ riferenza msemmi fl-Artikolu 7(d) , l-Artikolu 10(2)(d) u l-Artikolu 13(1) għandu jagħmel possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma’ persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li ttrażmetta d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x’taqsam persuna msemmija fl-Artikolu 6, ║ 10 jew ║ 13.

4.   In-numru ta’ referenza għandu jibda b’ittra jew ittri ta’ identifikazzjoni li bih, skont in-norma msemmija fl-Anness I, huwa identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta’ identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna. “1” jirriferi għal data rigward il-persuni msemmija fl-Artikolu 6 , “2” għall-persuni msemmija fl-Artikolu 10 u “3” għall-persuni msmemija fl-Artikolu 13.

5.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri tekniċi meħtieġa għall-Istati Membri biex tkun żgurata l-irċevuta ta’ data bla ambigwità mis-Sistema Ċentrali.

6.   Is-Sistema Ċentrali għandha tikkonferma l-irċevuta ta’ data trażmessa kemm jista’ jkun malajr. Għal dan l-iskop l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri jirċievu konferma tal-irċevuta jekk mitluba.

Artikolu 17

Tqabbil u t-trażmissjoni tar-riżultati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta’ data tal-marki tas-swaba’ tkun ta’ kwalità xierqa għall-iskopijiet ta’ tqabbil permezz ta’ sistema kompjuterizzata ta’ rikonoxximent tal-marki tas-swaba’. Safejn huwa meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta’ preċiżjoni, l- Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta’ data tal-marki tas-swaba’ trażmessi. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista’ jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba’ trażmessi. Jekk id-data tal-marki tas-swaba’ ma tistax itqabbel bl-użu ta’ sistema kompjuterizzata ta’ rikonoxximent tal-marki tas-swaba’, is-Sistema Ċentrali għandha titlob l-Istat Membru li jitrażmetti d-data tal-marki tas-swaba’ ta’ kwalità xierqa.

2.   Is-Sistema Ċentrali għandha tagħmel it-tqabbil fl-ordni ta’ kif jaslu t-talbiet. Kull talba trid tinħadem f’24 siegħa. ▐ Stat Membru jista’ għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-liġi nazzjonali jeħtieġ tqabbil partikolarment urġenti biex isir f’siegħa. Meta dawn -iskadenzi ma jistgħux ikunu rispettati minħabba ċirkostanzi li huma ’il barra mir-responsabbilità tal- Awtorità tal-Ġestjoni , is-Sistema Ċentrali għandha tipproċessa t-talba bħala kwistjoni ta’ prijorità hekk kif dawk iċ-ċirkostanzi ma jibqgħu aktar fis-seħħ. F’dawn il-każijiet, safejn huma meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi kriterji biex ikun żgurat li t-talbiet jiġu tratti skont il-prijorità.

3.   Safejn huwa meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri operattivi għall-ipproċessar tad-data riċevuta u għat-trażmissjoni tar-riżultat tat-tqabbil.

4.   Ir-riżultati tat-tqabbil għandhom jiġu minnufih ikkontrollati fl-Istat Membru ta’ oriġini. Għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta’ oriġini b’koperazzjoni mal-Istati Membri interessati, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Dublin.

Informazzjoni li tiġi riċevuta mis-Sistema Ċentrali li jkollha x’taqsam ma’ data oħra li tinstab li tkun mhux ta’ min jorbot fuqha għandha titneħħa ▐ malli jkun stabbilit li d-data ma tkunx ta’ min jorbot fuqha.

5.   Meta l-aħħar identifikazzjoni skont il-paragrafu 4 tiżvela li r-riżultat tat-tqabbil rċevut mis-Sistema Ċentrali mhuwiex eżatt, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan il-fatt lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni u lis-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta .

Artikolu 18

Komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali

Data trażmessa mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa għandha tuża l-Infrastruttura tat-Telekomunikazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Awtorità tal-Ġestjoni . Safejn huma meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri tekniċi għall-użu ta’ tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

Artikolu 19

Sigurtà tad-data

1.   L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura s-sigurtà tad-data qabel u matul it-trażmissjoni lejn is-Sistema Ċentrali. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sigurtà tad-data li jirċievi mis-Sistema Ċentrali.

2.   Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tas-sistema nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan tas-sigurtà, sabiex:

(a)

iħares fiżikament id-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-ħarsien ta’ infrastruttura kritika;

(b)

jiċħad l-aċċess ta’ persuni mhux awtorizzati għal istallazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq ħidmiet skont l-għan tal-Eurodac (kontrolli fil-bieb tal-istallazzjoni);

(ċ)

iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta’ medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data);

(d)

iwaqqaf l-inserzjoni mhux awtorizzata ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)

iwaqqaf ir-reġistrazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni fil-Eurodac u kull modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data pproċessata fil-Eurodac (kontroll ta’ dħul ta’ data);

(f)

jiżgura li l-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għall- Eurodac ikollhom biss aċċess għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet għall-utenti individwali u uniċi u mezzi ta’ aċċess kunfidenzjali biss (kontroll tal-aċċess għad-data);

(g)

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta’ aċċess għall-Eurodac joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess, li jdaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u li jagħmlu dawn il-profili disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 24 mingħajr dewmien fuq it-talba tagħhom (profili tal-persunal);

(h)

jiżguraw li jkun possibbli li jsir kontroll u jkun stabbilit lil liema korpi tista’ tkun trażmessa data personali permezz ta’ tagħmir ta’ komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i)

jiżgura li jkun possibbli li jsir kontroll u jkun stabbilit liema data ġiet ipproċessata fil-Eurodac, meta, minn min u għal liema skop (kontroll tar-reġistrazzjoni tad-data);

(j)

iwaqqaf il-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ tali data lill-Eurodac jew minnha jew matul mit-trasport ta’ medja tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniċi kriptografiċi xierqa (kontroll ta’ trasport);

(k)

jissorvelja l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern sabiex jiżgura li dan ir-Regolament jitħares (awtoverifika).

3.     L-awtoritajiet kollha li jipparteċipaw fis-sistema Eurodac għandhom jipprevjenu l-aċċess għal jew it-trasferiment ta’ dejta rreġistrata fl-Eurodac lill-awtoritajiet ta’ kwalunkwe pajjiż terz mhux awtorizzat, speċjalment lill-istat ta’ oriġini ta’ persuni koperti minn dan ir-Regolament.

4.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 rigward l-operazzjoni tal-Eurodac, inkluża l-adozzjoni ta’ pjan ta’ sigurtà.

5.     L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistipula sett komuni ta’ rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn persuni sabiex tingħatalhom l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-Eurodac.

Artikolu 20

Aċċess għal, u korrezzjoni jew tħassir ta’, data rreġistrata fil-Eurodac

1.   L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkollu aċċess għal data li hu jkun ittrażmetta u li tkun irreġistrata fis-Sistema Ċentrali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-ebda Stat Membru ma jista’ jagħmel tfittxija fid-data trażmessa minn Stat Membru ieħor, lanqas ma jista’ jirċievi dik id-data apparti minn data li tirriżulta mit-tqabbil imsemmi fl-Artikolu 6(6).

2.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri li, bis-saħħa tal-paragrafu 1, jkollhom aċċess għal data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali għandhom ikunu dawk maħtura minn kull Stat Membru għall-iskop tal-Artikolu 1(1). Din il-ħatra għandha tispeċifika l-unità eżatta responsabbli biex twettaq il-kompiti relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lista ta’ dawk l-awtoritajiet u kull emenda li tkun saritilha lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni mingħajr dewmien , fil-każ ta’ emendi mhux iżjed tard minn 30 ġurnata wara li tkun ġiet emendata l-lista . L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tippubblika lista konsolidata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm emendi għal din il-lista, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata kull sena.

3.   L-Istat Membru ta’ oriġini biss ikollu d-dritt li jemenda d-data li jkun ittrażmetta lill-Unità Ċentrali billi jikkoreġi jew iżid ma’ dik d-data, jew iħassarha kollha, mingħajr preġudizzju għat-tħassir mwettaq bis-saħħa tal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 12(1).

4.   Jekk Stat Membru jew l-Awtorità tal-Ġestjoni jkollhom evidenza li tissuġġerixxi li data rreġistrata tkun fil-fatt mhux eżatta, għandhom javżaw lill-Istat Membru ta’ oriġini kemm jista’ jkun malajr.

Jekk Stat Membru jkollu evidenza li tissuġġerixxi li tkun ġiet irreġistrata data fis-Sistema Ċentrali kontrarjament għal dan ir-Regolament, għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru ta’ oriġini kemm jista’ jkun malajr. Dan tal-aħħar għandu jikkontrolla d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jikkorreġiha jew iħassarha mingħajr telf ta’ żmien.

5.   L-Awtorità tal-Ġestjoni ma għandhiex tittrasferixxi jew tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet ta’ xi pajjiż terz data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali , sakemm ma tkunx speċifikament awtorizzata li tagħmel hekk fil-qafas ta’ ftehim komunitarju dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 21

Żamma ta’ reġistrazzjonijiet

1.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha żżomm reġistrazzjoni ta’ kull ħidma ta’ pproċessar ta’ informazzjoni fis-Sistema Ċentrali. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom juru l-għan tal-aċċess, id-data u l-ħin, id-data trażmessa, id-data użata għal interrogazzjoni u l-isem ta’ kemm l-unità li ddaħħal jew li taqra l-informazzjoni u l-persuni responsabbli.

2.   Dawn ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kontroll dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni fuq l-ammissibilità tal-ipproċessar ta’ data kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data konformement mal-Artikolu 19. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti b’miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jiġu mħassra wara perjodu ta’ sena wara li jkun skada l-perjodu  tal-ħżin msemmi fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 12(1), jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta’ kontroll li jkunu diġà bdew.

3.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikseb l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 rigward is-sistema nazzjonali tiegħu. Barra minn dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords dwar il-persunal debitament awtorizzat li jkollu aċċess għad-data jew li jeħodha.

Artikolu 22

Responsabbiltà

1.   Kull persuna li, jew Stat Membru li, tkun sofriet ħsara minħabba ħidma ta’ proċessar kontra l-liġi jew minħabba kull att inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament tkun intitolata li tirċievi kumpens mill-Istat Membru responsabbli għall-ħsara li tkun sofriet. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-ġrajja li biha tkun seħħet il-ħsara.

2.   Jekk in-nuqqas ta’ Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża ħsara lis-Sistema Ċentrali , dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal dik il-ħsara, sakemm u safejn l-Awtorità tal-Ġestjoni jew Stat Membru ieħor jkunu naqsu li jieħdu passi raġonevoli sabiex ma jħallux li ssir il-ħsara jew sabiex jitnaqqas l-impatt.

3.   It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konvenut.

Artikolu 23

Drittijiet tas-soġġett tad-data

1.   Persuna koperta b’dan il-Regolament għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta’ oriġini bil-miktub, u fejn xieraq, oralment, fi lsien li hi tifhem jew li jkun jista’ jiġi preżunt raġonevolment tifhem dwar dan li ġej:

(a)

l-identità tal-kontrollur u tar-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm;

(b)

l-għan li għalih id-data li jkollha x’taqsam miegħu jew magħha ser tkun ipproċessata fil-Eurodac inkluża deskrizzjoni tal-għanijiet tar-Regolament ta’ Dublin, skont l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament;

(ċ)

dawk li ser jirċievu id-data;

(d)

għal dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 6 jew ║ 10, l-obbligu li jittieħdulha l-marki ta’ swaba’;

(e)

id-dritt ta’ aċċess għal data relatata miegħu jew magħha u d-dritt li jirrikjedu li d-data mhux eżatta li tirrigwarda lilu jew lilha tiġi korretta jew li data tirrigwarda lilu jew lilha ipproċessata illegalment titneħħa, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ Superviżjoni msemmija fl- Artikolu 24 , li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta’ data personali.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 6 jew ║ 10, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun provduta meta jittieħdu l-marki tas-swaba’ tagħha.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 13, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata mhux aktar tard mill-ħin meta l-data li jkollha x’taqsam mal-persuna tkun trażmessa lis-Sistema Ċentrali. Dan l-obbligu ma japplikax fejn l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jkun impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat.

Fil-każ li l-persuna koperta b’dan ir-Regolament tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b’mod adattat għall-età.

2.   F’kull Stat Membru kull tad-data jista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, jeżerċita d-drittijiet previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jagħti informazzjoni oħra skont il-punt (a) tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, is-suġġett tad-data jkollu d-dritt li jikseb komunikazzjoni tad-data li jkollha x’taqsam miegħu/magħha reġistrata fis-Sistema u tal-Istat Membru li ttrażmettiehom lis-Sistema Ċentrali. Dak l-aċċess għal data jista’ jingħata biss minn Stat Membru.

3.   F’kull wieħed mill-Istati Membri, kull persuna tista’ titlob li data li tkun fil-fatt mhux korretta tiġi kkoreġġuta jew li dik d-data li tkun ġiet rreġistrata kontra l-liġi tkun imħassra. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu mingħajr dewmien eċċessiv mill-Istat Membru li ttrażmetta d-data, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.

4.   Jekk id-drittijiet ta’ korrezzjoni u tħassir jiġu eżerċitati fi Stat Membru, li ma jkunx dak li, jew ma jkunux dawk li, ttrażmettew d-data, l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru għandhom jikkomunikaw mal-awtoritajiet tal-Istat Membru, jew Stati Membri, inkwistjoni sabiex dan tal-aħħar jkun jista’ jikkontrolla l-korrettezza tad-data u l-legalità tat-trażmissjoni u r-reġistrazzjoni tagħha fis-Sistema Ċentrali.

5.   Jekk jinstab li data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tkun fil-fatt inkorretta jew tkun ġiet irreġistrata kontra l-liġi, l-Istat Membru li ttrażmettieha għandu jikkoreġi jew iħassar l-informazzjoni skont l-Artikolu 20(3). Dak l-Istat Membru għandu jikkonferma bil-miktub lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien eċċessiv li hu jkun ħa l-passi sabiex jikkoreġi jew iħassar d-data dwaru/dwarha.

6.   Jekk l-Istat Membru li ttrażmetta d-data ma jaqbilx li informazzjoni rreġistrata fis-Sistema Ċentrali hi fil-fatt mhux korretta jew li ġiet irreġistrata kontra l-liġi, għandu jispjega bil-miktub lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien eċċessiv il-għala mhuwiex lest li jikkoreġi jew iħassar d-data.

Dak l-Istat Membru għandu jgħaddi wkoll lis-suġġett tad-data l-informazzjoni li tispjega l-passi li hu/hi jista’ jieħu jekk hu/hi ma jaċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tinġieb azzjoni jew, jekk ikun xieraq, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru u kull għajnuna finanzjarja jew għajnuna oħra li tkun disponibbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru.

7.   Kull talba taħt il-paragrafi 2 u 3 għandu jkun fiha d-dettalji kollha neċessarji sabiex ikun identifikat is-suġġett tad-data, inklużi l-marki tas-swaba’. Din id-data għandha tkun użata esklużivament sabiex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandha tkun meqruda immedjatament wara.

8.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikoperaw b’mod attiv sabiex jenforzaw fil-pront id-drittijiet preskritti fil-paragrafi 3, 4 u 5.

9.   Kull meta persuna titlob għal data relatata magħha skont il- paragrafu 2 , l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra li din it-talba saret fil-forma ta’ dokument miktub u għandha, mingħajr dewmien u fuq it-talba tagħhom, tpoġġi dad-dokument għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni msemmija fl- Artikolu 24 .

10.   F’kull Stat Membru, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali għandha tgħin lis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu/tagħha.

11.   L-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li ttrażmettiet l-informazzjoni u l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li fiha s-suġġett tad-data jkun preżenti għandhom jassistu u, fejn mitlub, jagħtuh/jagħtuha parir dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu/tagħha sabiex tkun ikkoreġuta jew titħassar l-informazzjoni. Iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jikkoperaw għal dan il-għan. Talbiet għal dik l-għajnuna jistgħu jkunu magħmula lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li fih is-suġġett tal-informazzjoni jkun preżenti, li għandha tittrażmetti t-talbiet lill-awtorità tal-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni.

12.   F’kull Stat Membru kull persuna tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, tibda azzjoni jew, jekk ikun xieraq, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru jekk hi/hu ma jkunx ingħatalu d-dritt ta’ aċċess preskritt fil-paragrafu 2.

13.   Kull persuna tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni, tibda’ azzjoni jew, jekk ikun xieraq, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru dwar l-informazzjoni li jkollha x’taqsam magħha rreġistrata fis-Sistema Ċentrali, sabiex teżerċita d-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 3. L-obbligu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali sabiex jgħinu u, fejn mitlub, jagħtu parir lis-suġġett tad-data, skont il-paragrafu 11, jibqa’ jeżisti matul il-proċedimenti.

Artikolu 24

Sorveljanza mill- Awtorità ta’ Sorveljanza Nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jara li l-awtorità jew awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali maħtura bis-saħħa tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tikkontrolla indipendentement, skont il-liġi nazzjonali rispettiva tagħha, il-legalità tal-ipproċessar, skont dan ir-Regolament, ta’ data personali mill-Istat Membru inkwistjoni, inkluża t-trażmissjoni tagħha lis-Sistema Ċentrali.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità jew awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali tiegħu jkollha aċċess għal parir minn persuni b’tagħrif suffiċjenti dwar informazzjoni fuq marki ta’ swaba’.

Artikolu 25

Sorveljanza mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jivverifika jekk l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-Awtorità tal-Ġestjoni jitwettqux skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 ttar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom għaldaqstant japplikaw. Is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob kwalunkwe informazzjoni mill-Awtorità ta’ Ġestjoni li huwa jqis bħala neċessarja biex iwettaq il-funzjonijiet li huwa inkarigat minnhom taħt dak ir-Regolament.

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li titwettaq verifika tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-Awtorità tal-Ġestjoni kull erba’ snin skont l-istandards tal-verifika internazzjonali. Għandu jintbagħat rapport dwar din il-verifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità tal-Ġestjoni ║ u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tingħata opportunità tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport.

Artikolu 26

Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sorveljanza u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkoperaw attivament fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u jiżguraw sorveljanza koordinata tal-Eurodac.

2.   Huma għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ verifiki u ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta’ interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jistudjaw problemi li jirrigwardaw it-twettiq ta’ sorvaljanza indipendenti jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tal-informazzjoni, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data, hekk kif ikun meħtieġ.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak il-għan mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u l-servizzi ta’ appoġġ ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data Għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta’ ħidma ulterjuri hekk kif ikun meħtieġ. Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt dwar l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Spejjeż

1.   L-ispejjeż inkorsi b’konnessjoni mat-twaqqif u t-tħaddim mis-Sistema Ċentrali u mill-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-ispejjeż inkorsi minn unitajiet nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni tagħhom mas-Sistema Ċentrali għandhom jitħallsu minn kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 28

Rapport annwali, montroll u valutazzjoni

1.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Eurodac skont indikaturi definiti minn qabel għall-għanijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.

2.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li jkun hemm f’posthom proċeduri sabiex jikkontrollaw il-funzjonament tas-Sistema Ċentrali skont l-għanijiet, relatati mal- output, effettività fl-infiq u kwalità ta’ servizz.

3.   Għall-għanijiet tal-manutenzjoni teknika, ir-rappurtar u l-istatistika, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar magħmula fis-Sistema Ċentrali.

4.   Kull sentejn l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-Sistema Ċentrali inkluża s-sigurtà tal-istess sistema.

5.   Tliet snin wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 33(2) u kull erba’ snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni totali tal-Eurodac, billi teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla ma’ għanijiet u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, is-sigurtà tas-Sistema Ċentrali, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità tal-Ġestjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex ifasslu r-rapporti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

7.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tħejji l-valutazzjonijiet totali msemmija fil-paragrafu 5.

Artikolu 29

Penali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull użu ta’ data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali li ma jaqbilx mal-għan tal-Eurodac kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) huwa punibbli b’penalitajiet, inklużi penalitajiet amministrattivi u/jew kriminali skont id-dritt nazzjonali, li jkunu effettivi proporzjonati u diżważivi.

Artikolu 30

Skop territorjali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal xi territorju li r-Regolament ta’ Dublin ma japplikax għalih.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Data mblukkata fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000 għandha tiġi żblukkata u mmarkata skont l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament fid-data li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 32

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2725/2000 u ║ (KE) Nru 407/2002 ║ qed jiġu mħassra b’effett mid-data li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 33(2) ta’ dan ir-Regolament.

Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom għandhom jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ u applikabilità

1.   Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha l-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea, meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni li jkun għamel l-arranġamenti tekniċi neċessarji sabiex jittrażmetti data lis-Sistema Ċentrali skont dan ir-Regolament; u

(b)

il-Kummissjoni tkun għamlet l-arranġamenti tekniċi neċessarji sabiex is-Sistema Ċentrali tibda topera skont dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni malli l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2(a) jkunu saru, li f’kull każ għandhom isiru mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.     Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 4(4), referenzi għall-Awtorità tal-Ġestjoni f’dan ir-Regolament għandhom jinftehmu bħala referenza għall-Kummissjoni.

║ Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009.

(2)  ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1.

(4)  ĠU L …

(5)   ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(6)   ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(7)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(9)  ĠU L 12, 17.1.2004, p. 47.

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS I

Format tad-data għall-iskambju tad-data dwar il-marki tas-swaba’

Il-format li ġej huwa stabbilit għall-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba’:

ANSI/NIST-ITL 1a-1997, Ver.3, Ġunju 2001 (INT-1) u kull żvilupp futur ulterjuri ta' dan l-istandard.

Norma għall-ittri ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru

Għandha tapplika n-norma ISO li ġejja: ISO 3166 – kodiċi b'żewġ ittri.

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS II

Regolamenti mħassra

(msemmija fl-Artikolu 32)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000

(ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002

(ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1.)

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2725/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2) l-aħħar subparagrafu

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 5

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 4(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 4(6)

Artikolu 17(4)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11(1)-(4)

Artikolu 13(1)-(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 22

Artikolu 18

Artikolu 23

Artikolu 19

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 25

Artikolu 21

Artikolu 27

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 28

Artikolu 25

Artikolu 29

Artikolu 26

Artikolu 30

Artikolu 27

Artikolu 33

Anness II


Regolament (KE) Nru 407/2002

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 16

Artikolu 3

Artikolu 17

Artikolu 4

Artikolu 18

Artikolu 5(1)

Artikolu 3(3)

Anness I

Anness I

Anness II


Top