This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0464
Protocol to the EC-Switzerland Agreement on the free movement of persons (participation of Bulgaria and Romania) *** European Parliament legislative resolution of 9 October 2008 on the draft Council decision on the conclusion, on behalf of the European Community and its Member States, of a Protocol to the Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other, on the free movement of persons, regarding the participation, as contracting parties, of the Republic of Bulgaria and Romania pursuant to their accession to the European Union (9116/2008 — C6-0209/2008 — 2008/0080(AVC))
Protokoll għall-Ftehima bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-moviment ħieles ta' persuni (parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (9116/2008 — C6-0209/2008 — 2008/0080(AVC))
Protokoll għall-Ftehima bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-moviment ħieles ta' persuni (parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (9116/2008 — C6-0209/2008 — 2008/0080(AVC))
ĠU C 9E, 15.1.2010, pp. 69–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/69 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Protokoll għall-Ftehima bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-moviment ħieles ta' persuni (parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
P6_TA(2008)0464
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (9116/2008 — C6-0209/2008 — 2008/0080(AVC))
2010/C 9 E/13
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (9116/2008),
wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, (8689/2008),
wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja. tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (1),
wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni (2),
wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens imressqa mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0209/2008),
wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005,
wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0343/2008),
|
1. |
Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni Żvizzera. |
(1) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 30.
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.