This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M9660(01)
Final Report of the Hearing Officer (Pursuant to Articles 16 and 17 of Decision 2011/695/EU of the President of the European Commission of 13 October 2011 on the function and terms of reference of the hearing officer in certain competition proceedings (OJ L 275, 20.10.2011, p. 29) (‘Decision 2011/695/EU’).) Case M.9660 – Google/Fitbit (Text with EEA relevance) 2021/C 194/04
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).) Il-Każ M.9660 – Google/Fitbit (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 194/04
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).) Il-Każ M.9660 – Google/Fitbit (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 194/04
C/2020/9105
ĠU C 194, 21.5.2021, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/6 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ M.9660 – Google/Fitbit
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 194/04)
Fil-15 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Google, LLC (“Google”) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Fitbit, Inc. (“Fitbit”) permezz tax-xiri ta’ ishma (“it-Tranżazzjoni Proposta”).
Fit-8 ta’ Lulju 2020, jiena rrikonoxxejt lil Privacy International bħala terza persuna interessata skont l-Artikolu 18(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, l-Artikoli 11(c) u 16(1) tar-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Konċentrazzjonijiet (3), u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.
Fl-4 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”).
Fil-21 ta’ Awwissu 2020, Google ppreżentat kummenti bil-miktub dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c).
Fit-2 ta’ Settembru 2020, jiena rrikonoxxejt lil BEUC, l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi, bħala terza persuna interessata.
Fit-22 ta’ Settembru u fis-16 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni u Google qablu dwar estensjonijiet tal-limitu ta’ żmien għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, b’total ta’ 15-il jum ta’ xogħol.
Fit-28 ta’ Settembru 2020, Google ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni.
Fid-29 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni nediet test tas-suq dwar dawn l-impenji. Il-Kummissjoni pprovdiet lil Google b’reazzjoni dettaljata dwar l-eżitu tat-testijiet tas-suq matul diversi sejħiet f’Ottubru u fil-bidu ta’ Novembru 2020.
Fl-4 ta’ Novembru 2020, Google ppreżentat impenji riveduti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
L-abbozz tad-deċiżjoni jiddikjara li t-Tranżazzjoni Proposta hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, soġġett għal konformità sħiħa mal-impenji riveduti.
B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie osservat matul dawn il-proċedimenti.
Brussel, Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2020.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1) (“ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Konċentrazzjonijiet”).