This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0145
Case C-145/18: Request for a preliminary ruling from the Conseil d'Etat (France) lodged on 23 February 2018 — Regards Photographiques SARL v Ministre de l’Action et des Comptes publics
Kawża C-145/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Frar 2018 – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
Kawża C-145/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Frar 2018 – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/40 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Frar 2018 – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-145/18)
(2018/C 161/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Regards Photographiques SARL
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Domandi preliminari
|
— |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 103 u 311 tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 (1) kif ukoll tal-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jeżiġu biss li r-ritratti jittieħdu mill-artist tagħhom, jiġu stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, jiġu ffirmati u nnumerati u sa massimu ta’ 30 kopja, bid-daqsijiet u montaturi kollha inklużi, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud? |
|
— |
Fil-każ fejn tingħata risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, l-Istati Membri jistgħu madankollu jeskludi mill-benefiċċju tar-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud ir-ritratti li, barra minn hekk, ma humiex ta’ natura artistika? |
|
— |
Fil-każ fejn tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-ritratti għandhom jissodisfaw liema kundizzjonijiet oħra sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud? B’mod partikolari, dawn ir-ritratti għandhom ikunu ta’ natura artistika? |
|
— |
Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jew inkella dawn jirreferu għad-dritt ta’ kull Stat Membru, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-qasam tal-proprjetà intellettwali? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).