This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0202
Patenting of essential biological processes European Parliament resolution of 10 May 2012 on the patenting of essential biological processes (2012/2623(RSP))
Privattivi għal proċessi bijoloġiċi essenzjali Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali (2012/2623(RSP))
Privattivi għal proċessi bijoloġiċi essenzjali Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali (2012/2623(RSP))
ĠU C 261E, 10.9.2013, pp. 31–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
10.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 261/31 |
Il-Ħamis 10 ta’ Mejju 2012
Privattivi għal proċessi bijoloġiċi essenzjali
P7_TA(2012)0202
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali (2012/2623(RSP))
2013/C 261 E/05
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (1) (imsejħa minn hawn “il quddiem d-'Direttiva 98/44/KE”), u b'mod partikolari Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-varjetajiet ta' pjanti u annimali u proċessi essenzalment bioloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti jew annimali ma għandhomx jiġu privatizzati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) u l-Premessa 33 tad-Direttiva 98/44/KE, li tiddikjara li proċess għall-produzzjoni tal-pjanti jew annimali huwa essenzjalment bijoloġiku jekk jikkonsisti b'mod sħiħ minn fenomeni naturali bħalma huma l-inkroċjar jew is-selezzjoni naturali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-importanza tal-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/44/KE, li tiżgura l-privileġġ tal-bdiewa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-5 ta' Ottubru 1973 dwar l-Għotja ta' Privattivi Ewropej (imsejħa minn hawn “il quddiem bħala l-'Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi”) u l-Artikolu 53 (b) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea dwar il-Privattivi tas-16 ta' Ġunju 1999 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva 98/44/KE fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni G 2/06 tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO) u d-Deċiżjoni C-34/10 tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi li meta tinterpreta projbizzjonijiet fil-liġi tal-privattivi wieħed għandu jikkunsidra t-tagħlim tekniku kollu tal-applikazzjoni u mhux biss kliem it-talbiet, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet G 2/07 (fuq il-brokkoli) u G 1/08 (fuq it-tadam) tal-Bord Estiż tal-Appell tal-EPO, li fil-prinċipju jeskludu proċess ta' tgħammir milli jsiru privattivi fuqu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-privattivi mogħtija mill-EPO għall-produzzjoni tal-pjanti mkabbra b'mod konvenzjonali bħall-brokkoli (PE 1 069 819), it-tadam (PE 1 211 926) u l-bettieħ (PE 1 962 578), |
|
— |
wara li kkunsidra l-privattivi mogħtija mill-EPO għall-produzzjoni ta' annimali mgħammra b'mod konvenzjonali, bħall-għażla tas-sess u materjal użat għat-tgħammir konvenzjonali (PE 1 263 521, EP 1 257 168), l-għażla tal-baqar għall-ħalib (PE 1 330 552) u l-produzzjoni tal-bhejjem (PE 1 506 316 ), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, li l-Unjoni Ewropea rrispettat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/869/KE (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tat-2 ta' Diċembru 1961 għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti, kif riveduta f'Ġinevra fl-10 ta' Novembru 1972, 23 ta' Ottubru 1978 u 19 ta' Marzu 1991 (imsejħa minn hawn 'il quddiem il-'Konvenzjoni UPOV'), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-Drittijiet ta' varjetajiet tal-pjanti fil-komunità (4) (minn hawn 'il quddiem ir- 'Regolament (KE) Nru 2100/94'), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110 (2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma importanti għall-istimular tal-iżvilupp ta' varjetajiet ta' pjanti ġodda u innovazzjonijiet relatati mal-pjanti, u huma prerekwiżit neċessarju għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-innovazzjoni u biex tingħata għajnuna lin-negozju Ewropew, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), biex jiffaċċjaw il-kriżi ekonomika u l-kompetizzjoni globali; |
|
B. |
billi, speċjalment fil-qasam tat-tgħammir, protezzjoni eċċessivament wiesgħa tal-privattivi tista' tfixkel l-innovazzjoni u l-progress u ssir ta' detriment għal min ikabbar il-pjanti jew irabbi l-annimali fuq skala żgħira jew medja billi tibblokka l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali u l-pjanti; |
|
C. |
billi t-tkabbir tal-pjanti huwa prerekwiżit essenzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u, sa ċertu punt, tal-provvista tal-enerġija; |
|
D. |
billi metodi ta' tkabbir konvenzjonali huma ta' importanza kritika għat-tkabbir modern tal-pjanti u l-annimali; |
|
E. |
billi huwa prinċipju fundamentali tas-sistema internazzjonali tad-drittijiet fuq il-varjetajiet tal-pjanti bbażat fuq il-Konvenzjoni UPOV, u tas-sistema tal-UE bbażata fuq Regolament (KE) Nru 2100/94, li d-detentur ta' varjetà ta' pjanta ma jistax iżomm lil oħrajn milli jużaw il-pjanti protetti sabiex jiġi promoss l-użu ta' varjetajiet protetti għall-attivitajiet ulterjuri ta' tgħammir; |
|
F. |
billi huwa importanti li privileġġ simili għandu jeżisti fi ħdan il-liġi fuq il-privattivi fl-Unjoni Ewropea; |
|
G. |
billi l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE u l-Artikolu 53(b) tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi jistabbilixxu li l-varjetajiet ta' pjanti u annimali u proċessi essenzalment bijoloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti jew annimali m'għandhomx ikunu privattizzati; |
|
H. |
billi privattivi fuq prodotti derivati mit-tgħammir konvenzjonali jew fuq materjal ġenetiku meħtieġ għat-tgħammir konvenzjonali jistgħu jimminaw l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE u Artikolu 53 (b) tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi; |
|
I. |
billi, fil-qasam tal-inġinerija ġenetika, il-privattivi jistgħu jingħataw iżda l-projbizzjoni tal-privattivi fuq varjetajiet ta' pjanti u annimali għandha tiġi mħarsa; |
|
J. |
billi, fil-qasam tal-bijoteknoloġija, mhux biss it-test tat-talbiet, iżda t-tagħlim tekniku tal-invenzjoni b'mod ġenerali għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-privattività, u dan il-prinċipju ta’ approċċ tal-kontenut sħiħ applikawh l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f’uħud mid-deċiżjonijiet reċenti tagħhom (5); |
|
K. |
billi skont l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 98/44/KE il-Kummissjoni hija meħtieġa li tirrapporta kull sena 'fuq l-iżvilupp u l-implikazzjonijiet tal-liġi tal-privattivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija u l-inġinerija ġenetika'; |
|
L. |
billi l-Kummissjoni ma ppubblikat l-ebda rapport bħal dawn mill-2005 ’l hawn; |
|
M. |
billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-privattivi għal invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (6), il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex fir-rapport li jmiss tagħha tindirizza b'attenzjoni l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 98/44/KE; |
|
N. |
billi rapporti tal-Kummissjoni bħal dawn iservu l-iskop li jżommu lill-pubbliku infurmat b' mod sħiħ, u billi l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol ewlieni fl-inkoraġġiment tad-dibattitu pubbliku; |
|
1. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-EPO fl-appoġġ tal-kompetittività fl-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa; |
|
2. |
Jirrikonoxxi li l-privattivi jippromwovu t-tixrid ta' informazzjoni teknika siewja u huma għodda importanti għat-trasferiment tat-teknoloġija; |
|
3. |
Jilqa d-deċiżjonijiet tal-Bord Estiż tal-Appell tal-EPO fl-hekk imsejħa każijiet tal-'brokkoli' (G 2/07) u tat-'tadam' (G 1/08), li jittrattaw l-interpretazzjoni korretta tat-terminu 'proċessi essenzjalment bijoloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti (jew annimali)' użat fid-Direttiva 98/44/KE u l-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi biex jiġu esklużi dawn il-proċessi mill-privattività; |
|
4. |
Jistieden lill-EPO biex teskludi wkoll li jsiru privattivi fuq prodotti derivati mit-tgħammir konvenzjonali u l-metodi kollha ta' tgħammir konvenzjonali, inkluż it-tgħammir SMART (tgħammir ta' preċiżjoni) u materjal ta' tgħammir użat għat-tgħammir konvenzjonali; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza fir-rapport li jmiss tagħha d-'deċiżjonijiet fuq il-brokkoli u t-tadam' tal-Bord Estiż tal-Appell tal-EPO; |
|
6. |
Jilqa’ d-deċiżjoni reċenti tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fil-każ WARF u tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża Brüstle, għaliex jinterpretaw id-Direttiva 98/44/KE u jagħtu indikazzjonijiet importanti dwar l-hekk imsejjaħ approċċ tal-kontenut sħiħ; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tislet il-konklużjonijiet xierqa minn dawn id-deċiżjonijiet ukoll f’oqsma oħra ta’ politika relevanti, ħalli tallinja l-politika tal-UE ma’ dawn id-deċiżjonijiet. |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza fir-rapport li jmiss tagħha l-implikazzjonijiet potenzjali li jista' jkun hemm meta jsiru privattivi fuq metodi tat-tkabbir tal-pjanti u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tat-tgħammir, l-agrikoltura, l-industrija tal-ikel u s-sigurtà alimentari; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-UE tkompli tapplika eżenzjoni komprensiva għal min irabbi fl-liġi tal-privattivi tagħha għat-tkabbir tal-pjanti u annimali; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-EPO. |
(1) ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.
(2) Ġurnal Uffiċjali EPO 7/1999, p. 437.
(3) ĠU L 378, 23.12.2004, p. 1.
(5) Bord Estiż tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, id-deċiżjoni tal-25 ta’ Novembru 2008, G 2/06 (“WARF”), u s-sentenza tal-QĠE fil-Kawża C-34/10 (Greenpeace vs. Brüstle).
(6) ĠU Ċ 272E, 9.11.2006, p. 440.