This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Division of competences within the European Union
Diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea
Diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea
Diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea
SOMMARJU
L-UE għandha biss il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati (prinċipju tal-konferiment). Taħt dan il-prinċipju, l-UE tista’ taġixxi biss fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-pajjiżi tal-UE fit-Trattati sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fih. Kompetenzi mhux mogħtija lill-UE fit-Trattati jibqgħu għand il-pajjiżi tal-UE. It-Trattat ta’ Lisbona jiċċara t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE. Dawn il-kompetenzi huma maqsumin fi 3 kategoriji ewlenin:
3 tipi ewlenin ta’ kompetenzi
Kompetenzi esklussivi ( Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — TFUE) oqsma fejn l-UE biss tista’ tilleġiżla u tadotta atti vinkolanti. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu dan biss jekk għandhom is-setgħa mill-UE sabiex jimplimentaw dawn l-atti. L-UE għandha l-kompetenza esklussiva fl-oqsma li ġejjin:
Kompetenzi kondiviżi (Artikolu 4 tat-TFUE): l-UE u l-pajjiżi tal-UE jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legali vinkolanti. Il-pajjiżi tal-UE jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom stess fejn l-UE ma teżerċitax, jew tkun iddeċidiet li mhux se teżerċita, il-kompetenza tagħha stess. Kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE tapplika fl-oqsma li ġejjin:
Kompetenzi ta’ sostenn (Artikolu 6 tat-TFUE): l-UE tista’ tintervjeni biss biex tappoġġja, tikkoordina jew tikkumplimenta l-azzjoni tal-pajjiżi tal-UE. Atti legalment vinkolanti tal-UE ma jeħtiġux l-armonizzazzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti tal-pajjiżi tal-UE. Kompetenzi ta’ sostenn jirrelataw mal-oqsma politiċi li ġejjin:
Kompetenzi speċjali
L-UE tista’ tieħu miżuri biex tiżgura li l-pajjiżi tal-UE jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tagħhom f’livell tal-UE.
Il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni tal-UE hija kkaratterizzata minn karatteristiċi istituzzjonali speċifiċi, bħall-parteċipazzjoni limitata tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fil-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-esklużjoni ta’ kull attivita ta’ leġiżlazzjoni. Dik il-politika hija ddefinita u implimentata mill-Kunsill Ewropew (li jikkonsisti mill-Kapijiet tal-Istati jew Gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE) u mill-Kunsill (li jikkonsisti minn rappreżentant ta’ kull pajjiż tal-UE fuq livell ministerjali). Il-President tal-Kunsill Ewropew u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta' Sigurtà jirrappreżenta lill-UE fi kwistjonijiet relatati mal-politika estera u ta' sigurtà komuni.
Eżerċitar tal-kompetenza
L-eżerċitar tal-kompetenza tal-UE huwa soġġett għal żewġ prinċipji fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea:
l-aħħar aġġornament 26.01.2016