EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1726

Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011

PE/29/2018/REV/1

OJ L 295, 21.11.2018, p. 99–137 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/06/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1726/oj

21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/99


REGOLAMENT (UE) 2018/1726 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Novembru 2018

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 74, l-Artikolu 77(2)(a) u (b), l-Artikolu 78(2)(e), l-Artikolu 79(2)(c), l-Artikolu 82(1)(d), l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) ġiet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (3). Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jistabbilixxu li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli, matul perijodu tranżizzjonali, għat-tmexxija operattiva tas-sistema ċentrali tas-SIS II (SIS II Ċentrali). Wara dak il-perijodu tranżizzjonali, għandu jkun hemm Awtorità tat-Tmexxija li tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali u għal ċerti aspetti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(2)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (4). Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli, matul perijodu tranżizzjonali, għat-tmexxija operattiva tal-VIS. Wara dak il-perijodu tranżizzjonali, għandu jkun hemm Awtorità tat-Tmexxija li tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS Ċentrali u tal-interfaċċji nazzjonali u għal ċerti aspetti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(3)

L-Eurodac ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 (6). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 (7) stabbilixxa r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa. Dawk l-atti legali tħassru u ġew sostitwiti mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) b’effett mill-20 ta’ Lulju 2015.

(4)

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT (teknoloġija tal-informazzjoni) fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li komunement tissejjaħ eu-LISA, ġiet stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) sabiex tiżgura t-tmexxija operattiva tas-SIS, tal-VIS u tal-Eurodac u ta’ ċerti aspetti tal-infrastrutturi ta’ komunikazzjoni tagħhom u, potenzjalment, dik ta’ sistemi oħrajn tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, soġġetta għall-adozzjoni ta’ atti legali separati tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 sabiex jiġu riflessi l-bidliet introdotti fl-Eurodac.

(5)

Minħabba li l-Awtorità tat-Tmexxija kienet teħtieġ awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja, hija ġiet stabbilita fl-għamla ta’ aġenzija regolatorja (l-“Aġenzija”) b’personalità ġuridika. Kif kien miftiehem, is-sede tal-Aġenzija ġiet stabbilita f’Tallinn, l-Estonja. Madankollu, minħabba li l-kompiti relatati mal-iżvilupp tekniku u t-tħejjija għat-tmexxija operattiva tas-SIS II u tal-VIS kienu diġà qegħdin jitwettqu fi Strasburgu, Franza u kien installat sit ta’ riżerva għal dawk is-sistemi f’Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija, b’konformità wkoll mal-postijiet tas- SIS II u l-VIS kif stabbilit skont l-atti legali rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan jitkompla hekk. Jenħtieġ li dawk iż-żewġ siti jkomplu jkunu wkoll il-postijiet, rispettivament, fejn jitwettqu l-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tal-Eurodac u fejn jiġi stabbilit sit ta’ riżerva għall-Eurodac. Jenħtieġ ukoll li dawk iż-żewġ siti jkunu l-postijiet, rispettivament, għall-iżvilupp tekniku u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT oħrajn fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u għal sit ta’ riżerva li jkun kapaċi jiżgura t-tħaddim ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira f’każ li dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira jkollha ħsara. Sabiex jimmassimizza l-użu possibbli tas-sit ta’ riżerva, dak is-sit jista’ jintuża wkoll għat-tħaddim tas-sistemi b’mod simultanju diment li jibqa’ kapaċi jiżgura t-tħaddim tagħhom f’każ ta’ ħsara f’sistema waħda jew aktar. Minħabba li s-sistemi jinvolvu livell għoli ta’ sigurtà, livell għoli ta’ disponibbiltà u huma kritiċi għall-missjoni, jekk il-kapaċità ospitanti tas-siti tekniċi eżistenti ssir insuffiċjenti, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija (il-Bord tat-Tmexxija), fejn ġustifikat abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt u analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji indipendenti, li jipproponi li jiġi stabbilit it-tieni sit tekniku separat, jew fi Strasburgu jew f’Sankt Johann im Pongau jew inkella fiż-żewġ postijiet, skont il-ħtieġa, biex jospita s-sistemi. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jikkonsulta lill-Kummissjoni u jqis il-fehmiet tagħha qabel ma jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-“awtorità baġitarja”) bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà.

(6)

Minn mindu bdiet tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta’ Diċembru 2012, l-Aġenzija ħadet f’idejha l-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija b’rabta mal-VIS permezz tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (10). F’April 2013, l-Aġenzija ħadet f’idejha wkoll il-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija b’rabta mas-SIS II permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI wara li s-SIS ġiet attivatau, f’Ġunju 2013, bdiet tassumi l-kompiti mogħtija lill-Kummissjoni b’rabta mal-Eurodac b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 2725/2000 u (KE) Nru 407/2002.

(7)

L-ewwel evalwazzjoni tal-ħidma tal-Aġenzija, ibbażata fuq evalwazzjoni esterna indipendenti u mwettqa fil-perijodu 2015-2016, ikkonkludiet li l-Aġenzija qed tiżgura b’mod effettiv it-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u kompiti oħrajn fdati lilha, kif ukoll li huma meħtieġa għadd ta’ bidliet fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, bħat-trasferiment lill-Aġenzija tal-kompiti tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni. Filwaqt li tibni fuq dik l-evalwazzjoni esterna, il-Kummissjoni qieset l-iżviluppi politiċi, legali u fattwali u pproponiet b’mod partikolari fir-rapport tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2017 dwar il-funzjonament tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) (ir-rapport tal-evalwazzjoni), li jenħtieġ li l-mandat tal-Aġenzija jiġi estiż sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti derivati mill-adozzjoni mill-koleġislaturi tal-proposti leġislattivi li jafdaw sistemi ġodda f’idejn l-Aġenzija u l-kompiti msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016 intitolata “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar Intelliġenti u b’Saħħithom għall-Fruntieri u s-Sigurtà”, fir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà tal-11 ta’ Mejju 2017 u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2017 intitolata “Is-Seba” Rapport ta’ Progress lejn Unjoni tas-Sigurtà Effettiva u Ġenwina’, soġġetta għall-adozzjoni tal-atti legali rilevanti, fejn meħtieġ. B’mod partikolari, l-Aġenzija jenħtieġ li tiġi inkarigata bl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet rigward l-interoperabbiltà, definita fil-Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 bħala l-kapaċità ta’ sistemi tal-informazzjoni li jiskambjaw data u jippermettu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni.

Fejn rilevanti, jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni mwettqa fir-rigward tal-interoperabbiltà tkun iggwidata mill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2017 intitolata “Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta’ Implimentazzjoni”. L-Anness 2 ta’ dik il-Komunikazzjoni jipprevedi l-linji gwida ġenerali, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-kisba tal-interoperabbiltà jew għall-inqas għall-ħolqien tal-ambjent sabiex tinkiseb interoperabbiltà aħjar meta jitfasslu, jiġu implimentati u ġestiti s-servizzi pubbliċi Ewropej.

(8)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni kkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-mandat tal-Aġenzija jiġi estiż sabiex hija tkun tista’ tipprovdi lill-Istati Membri b’pariri fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li tmexxi (is-“sistemi”) u b’assistenza u appoġġ ad hoc, fejn mitlub, u biex tipprovdi lis-servizzi tal-Kummissjoni b’assistenza u appoġġ fuq kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ sistemi ġodda.

(9)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tiġi fdata bit-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), stabbilita mir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(10)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tiġi fdata ukoll bit-tmexxija operattiva ta’ DubliNet, mezz sigur ta’ trażmissjoni elettronika separat, stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 (12), li l-awtoritajiet tal-ażil kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jużaw għall-iskambju tal-informazzjoni dwar l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

(11)

Barra minn hekk, jenħtieġ ukoll li l-Aġenzija tiġi fdata bit-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) stabbilita mir-Regolament(UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(12)

Il-funzjoni ċentrali tal-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tkun it-twettiq tal-kompiti ta’ tmexxija operattiva għas-SIS II, il-VIS, Eurodac, l-EES, DubliNet, ETIAS u, jekk jiġi deċiż hekk, għal sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli wkoll għall-miżuri tekniċi meħtieġa bħala riżultat tal-kompiti li mhumiex ta’ natura normattiva fdati lilha. Dawk ir-responsabbiltajiet jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-kompiti normattivi riżervati għall-Kummissjoni weħidha jew għall-Kummissjoni assistita minn Kumitat fl-atti legali tal-Unjoni rispettivi li jirregolaw is-sistemi.

(13)

L-Aġenzija għandha tkun kapaċi timplimenta soluzzjonijiet tekniċi sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ disponibbiltà stipulati fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dawk l-atti rigward l-arkitettura teknika tas-sistemi rispettivi. Fejn dawk is-soluzzjonijiet tekniċi jirrikjedu duplikazzjoni ta’ sistema jew duplikazzjoni ta’ komponenti ta’ sistema, jenħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt u analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji indipendenti u jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni mill-Bord tat-Tmexxija wara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tal-impatt tinkludi wkoll eżami tal-ħtiġijiet f’termini ta’ kapaċità ta’ akkoljenza tas-siti tekniċi eżistenti relatati mal-iżvilupp ta’ tali soluzzjonijiet tekniċi u r-riskji possibbli relatati mal-istruttura operattiva attwali.

(14)

M’għadux iġġustifikat li l-Kummissjoni żżomm ċerti kompiti relatati mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-sistemi, u għalhekk, dawk il-kompiti jenħtieġ li jiġu ttrasferiti lill-Aġenzija sabiex tittejjeb il-koerenza tal-ġestjoni tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni. Madankollu, għal dawk is-sistemi li jużaw l-EuroDomain, infrastruttura tal-komunikazzjoni protetta pprovduta minn TESTA-ng (Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet – ġenerazzjoni ġdida) u stabbilita bħala parti mill-Programm ISA li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u kontinwata bħala parti mill-Programm ISA2 li kien stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid u l-kwistjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li jinżammu mill-Kummissjoni.

(15)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ tafda kompiti relatati mal-forniment, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni lil entitajiet jew korpi esterni fis-settur privat b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha baġit u persunal biżżejjed għad-dispożizzjoni tagħha biex tillimita kemm jista’ jkun il-ħtieġa li testernalizza l-kompiti u d-dmirijiet tagħha lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat.

(16)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tkompli twettaq il-kompiti relatati ma’ taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS II, tal-VIS u tal-Eurodac u ta’ sistemi oħrajn fdati lilha fil-ġejjieni.

(17)

Sabiex tikkontribwixxi għat-tfassil ta’ politika, fuq livell tal-Unjoni, ibbażat fuq l-evidenza dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà u għall-monitoraġġ tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġbor u tippubblika l-istatistika, u tipproduċi rapporti statistiċi u tagħmilhom disponibbli għall-atturi rilevanti f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi, pereżempju sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (17) u għall-finijiet tat-twettiq ta’ analiżi tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(18)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Aġenzija responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi addizzjonali tal-IT fuq skala kbira skont l-Artikoli 67 sa 89 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Eżempji possibbli ta’ tali sistemi jistgħu jkunu s-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar is-sentenzi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi biex tiġi ssupplimentata u appoġġata s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS_TCN) jew is-sistema kompjuterizzata għall-komunikazzjoni transfruntiera fi proċedimenti ċivili u kriminali (e-CODEX). Madankollu, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun fdata b’tali sistemi unikament permezz ta’ atti legali tal-Unjoni, li qabilhom tkun saret valutazzjoni tal-impatt.

(19)

Il-mandat tal-Aġenzija fir-rigward tar-riċerka jenħtieġ li jiġi estiż sabiex tiżdied il-kapaċità tagħha li tkun aktar proattiva billi tissuġġerixxi l-bidliet tekniċi meħtieġa u rilevanti fis-sistemi. L-Aġenzija jenħtieġ li mhux biss tkun tista’ timmonitorja l-attivitajiet ta’ riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-sistemi iżda wkoll tkun tista’ tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, fejn il-Kummissjoni tiddelega s-setgħat rilevanti lill-Aġenzija. Mill-inqas darba fis-sena, jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni dwar tali monitoraġġ lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(20)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kummissjoni tafda lill-Aġenzija bir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ proġetti pilota ta’ natura esperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha, li jistgħu jiġu implimentati mingħajr att bażiku f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tafda lill-Aġenzija b’kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, wara li tinforma l-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Aġenzija li tippjana u timplimenta attivitajiet ta’ ttestjar fuq kwistjonijiet strettament koperti minn dan ir-Regolament u l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi, bħall-ittestjar ta’ kunċetti ta’ virtwalizzazzjoni. Meta tingħata l-kompitu li twettaq proġett pilota, l-Aġenzija jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-Istrateġija ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(21)

Jenħtieġ li l-Aġenzija, fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali previsti fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi, tipprovdi pariri lill-Istati Membri fuq talba tagħhom.

(22)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri fuq talba tagħhom, soġġett għall-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament, fejn meħtieġ minn sfidi jew ħtiġijiet straordinarji tas-sigurtà u tal-migrazzjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li Stat Membru jkun jista’ jitlob u jiddependi fuq rinforzi operattivi u tekniċi fejn dak l-Istat Membru jiffaċċa sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f’żoni partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu kkaratterizzati mill-wasla ta’ flussi migratorji kbar. Tali rinforzi jenħtieġ li jiġu pprovduti fil-hotspots minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni komposti minn esperti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. Fejn l-appoġġ tal-Aġenzija jkun meħtieġ f’dan il-kuntest rigward kwistjonijiet relatati mas-sistemi, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jittrażmetti talba għall-appoġġ lill-Kummissjoni, li wara li tivvaluta li tali appoġġ ikun effettivament iġġustifikat, jenħtieġ li tittrasmetti t-talba għal appoġġ, mingħajr dewmien lill-Aġenzija. Jenħtieġ li tinforma lill-Bord tat-Tmexxija b’tali talbiet. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni timmonitorja wkoll jekk l-Aġenzija tipprovdix rispons f’waqtu għat-talba għal appoġġ ad hoc. Ir-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija jenħtieġ li jirrapporta fid-dettall dwar l-azzjonijiet li l-Aġenzija wettqet sabiex tipprovdi appoġġ ad-hoc lill-Istati Membri u dwar l-ispejjeż imġarrba f’dak ir-rigward.

(23)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tappoġġja wkoll lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ sistemi eżistenti jew ġodda, meta mitlub, b’mod partikolari għat-tħejjija ta’ proposti ġodda dwar is-sistemi tal-IT fuq skala kbira li għandhom jiġu fdati lill-Aġenzija.

(24)

Jenħtieġ li jkun possibbli għal grupp ta’ Stati Membri li jafdaw lill-Aġenzija bl-iżvilupp, il-ġestjoni jew l-ospitar ta’ komponent tal-IT komuni biex jgħinhom jimplimentaw l-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mill-atti legali tal-Unjoni rigward sistemi deċentralizzati tal-IT fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Jenħtieġ li dan ikunmingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri skont l-atti legali tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari rigward l-arkitettura ta’ dawk is-sistemi. Dan jenħtieġ li jirrikjedi approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, ikun soġġett għal deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija, ikun rifless fi ftehim ta’ delega bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Aġenzija u jkun iffinanzjat għalkollox mill-Istati Membri kkonċernati. L-Aġenzija jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehim ta’ delega approvat u dwar kwalunkwe modifika li ssirlu. Jenħtieġ li Stati Membri oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem f’tali soluzzjonijiet tal-IT komuni, dment li din il-possibbiltà hija prevista fil-ftehim ta’ delega u li jsirulu l-emendi meħtieġa. Jenħtieġ li dan il-kompitu ma jolqotx b’mod negattiv it-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija.

(25)

Meta l-Aġenzija tiġi fdata bit-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ma jkunux affettwati r-regoli speċifiċi applikabbli għal dawk is-sistemi. B’mod partikolari, ir-regoli speċifiċi li jirregolaw il-fini, id-drittijiet għal aċċess, il-miżuri ta’ sigurtà u rekwiżiti oħrajn tal-protezzjoni tad-data għal kull tali sistema huma applikabbli bis-sħiħ.

(26)

Bil-għan li jsir monitoraġġ effikaċi tal-funzjonament tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu rappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jiġi fdat bil-funzjonijiet meħtieġa, b’mod partikolari, biex jadotta l-programm ta’ ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija u jistabbilixxi proċeduri biex jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operattivi tal-Aġenzija mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jwettaq dawk il-kompiti b’mod effiċjenti u trasparenti. Wara l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ għażla xierqa mill-Kummissjoni, u wara smigħ tal-kandidati proposti fil-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew, il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jaħtar ukoll Direttur Eżekuttiv.

(27)

Meta jitqies li l-għadd ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija jkun żdied b’mod sinifikanti sal-2020 u li l-kompiti tal-Aġenzija qed jissaħħu b’mod konsiderevoli, ikun hemm żieda qawwija korrispondenti fil-persunal tal-Aġenzija sal-2020. Għaldaqstant jenħtieġ li tinħoloq pożizzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li l-kompiti relatati mal-iżvilupp u mal-ġestjoni operattiva tas-sistemi se jirrikjedu sorveljanza akbar u dedikata u li l-kwartieri ġenerali u s-siti tekniċi tal-Aġenzija jkunu mqassma fi tliet Stati Membri. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jaħtar il-Viċi Direttur Eżekuttiv.

(28)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun regolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(29)

Rigward is-SIS II, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Unità Ewropea ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust), li t-tnejn li huma għandhom id-dritt ta’ aċċess u ta’ tiftix dirett għad-data li tiddaħħal fis-SIS II skont id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, jenħtieġ li jkollhom status ta’ osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni fuq l-aġenda. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li għandha d-dritt li taċċessa u tfittex fis-SIS skont ir-Regolament (UE) 2016/1624 għandu jkollha status ta’ osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament fuq l-aġenda. L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru rappreżentant għall-Grupp Konsultattiv tas-SIS II stabbilit skont dan ir-Regolament.

(30)

Rigward il-VIS, jenħtieġ li l-Europol ikollu status ta’ osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI fuq l-aġenda. L-Europol jenħtieġ li jkun jista’ jaħtar rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-VIS stabbilit skont dan ir-Regolament.

(31)

Rigward l-Eurodac, jenħtieġ li l-Europol ikollu status ta’ osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 fuq l-aġenda. L-Europol jenħtieġ li jkun jista’ jaħtar rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-Eurodac stabbilit skont dan ir-Regolament.

(32)

Rigward l-EES, jenħtieġ li l-Europol ikollu status ta’ osservatur waqt il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda r-Regolament (UE) 2017/2226 fuq l-aġenda.

(33)

Rigward l-ETIAS, jenħtieġ li l-Europol ikollu status ta’ osservatur waqt il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda r-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta wkoll jenħtieġ li jkollha status ta’ osservatur waqt il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija meta jkun hemm mistoqsija li tirrigwarda l-ETIAS b’rabta mal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament fuq l-aġenda. L-Europol u l-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru rappreżentant għall-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIASstabbilit skont dan ir-Regolament.

(34)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom drittijiet ta’ vot fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija rigward sistema tal-IT fuq skala kbira, fejn ikunu marbutin taħt il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema partikolari. Id-Danimarka jenħtieġ li jkollha wkoll drittijiet ta’ vot fir-rigwardta’ sistema tal-IT fuq skala kbira jekk hija tiddeċiedi, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, li timplimenta l-att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.

(35)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru membru għall-Grupp Konsultattiv ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk ikunu marbutin skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema partikolari. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Danimarka taħtar membru fil-Grupp Konsultattiv ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira jekk hija tiddeċiedi, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 li timplimenta att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha. Il-Gruppi Konsultattivi jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin meta jkun meħtieġ.

(36)

Sabiex tiġi garantita l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza tagħha u biex tkun tista’, b’mod xieraq, tissodisfa l-objettivi u twettaq il-kompiti assenjati lilha f’dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tingħata baġit adegwat u awtonomu bi dħul mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-finanzjament tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun soġġett għal ftehim bejn il--Parlament Ewropew u l-Kunsill kif imniżżel fil-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (20). Il-proċeduri baġitarji u ta’ kwittanza tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu applikabbli. L-awditjar tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti jenħtieġ li jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(37)

Għall-fini tal-adempiment tal-missjoni tagħha u sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, f’materji koperti minn dan ir-Regolament u l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi b’konformità mal-liġi u l-politika tal-Unjoni u fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fejn huwa previst hekk b’att legali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla wkoll tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet rilevanti oħra u jenħtieġ li tkun tista’ tikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma għal dak il-għan. Jenħtieġ li dawk l-arranġamenti ta’ ħidma jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni u jiġu awtorizzati mill-Bord tat-Tmexxija. Jenħtieġ ukoll li l-Aġenzija tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), rigward is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, fejn ikun xieraq.

(38)

Meta tiżgura l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistemi, l-Aġenzija jenħtieġ li ssegwi l-istandards Ewropej u dawk internazzjonali filwaqt li tqis l-ogħla rekwiżiti professjonali, b’mod partikolari l-Istrateġija ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(39)

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi, li jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-Regolament (UE) 2018/1725. Sabiex iżomm is-sigurtà u tipprevjeni l-ipproċessar li jikser ir-Regolament (UE) 2018/1725 u l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi, l-Aġenzija jenħtieġ li tevalwa r-riskji inerenti fl-ipproċessar u timplimenta miżuri sabiex ittaffi dawk ir-riskji, bħal pereżempju l-kriptaġġ. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiżguraw livell adatt ta’ sigurtà, inkluża kunfidenzjalità, filwaqt li jikkunsidraw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni b’rabta mar-riskji u n-natura tad-data personali li għandha tkun protetta. Fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà tad-data, jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni lir-riskji li huma ppreżentati mill-ipproċessar tad-data personali, bħall-qerda, telf, bidla, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, li jkun aċċidentali jew illegali, li jista’ b’mod partikolari jwassal għal dannu fiżiku, materjali jew mhux materjali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkun jista’ jikseb aċċess mill-Aġenzija għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li ta l-opinjoni tiegħu fl-10 ta’ Ottubru 2017.

(40)

Sabiex ikun żgurat l-operat trasparenti tal-Aġenzija, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun trasparenti kemm jista’ jkun fir-rigward tal-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li hija tippubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħha. Bl-istess mod, jenħtieġ li hija tiżgura wkoll li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni rigward il-ħidma tagħha.

(41)

L-attivitajiet tal-Aġenzija jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-iskrutinju tal-Ombudsman Ewropew b’konformità mal-Artikolu 228 tat-TFUE.

(42)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) japplika għall-Aġenzija, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (26).

(43)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (27), dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jenħtieġ li japplika għall-Aġenzija.

(44)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ta’ impjieg miftuħa u trasparenti u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali”) u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea (“Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati oħrajn”), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (28) (li flimkien issir referenza għalihom bħala r-“Regolamenti tal-Persunal”), jenħtieġ li japplikaw għall-persunal (inkluż id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija), inklużi r-regoli dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità.

(45)

Minħabba li l-Aġenzija hija korp stabbilit mill-Unjoni fit-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-Aġenzija jenħtieġ li tadotta r-regoli finanzjarji tagħha kif xieraq.

(46)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (29) jenħtieġ li japplika għall-Aġenzija.

(47)

L-Aġenzija, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. Għalhekk jenħtieġ li tkun is-suċċessur legali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, ir-responsabbiltajiet tagħha u l-proprjetajiet akkwistati minnha kif stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jolqotx il-forza legali ta’ ftehimiet, arranġamenti ta’ ħidma u memoranda ta’ fehim konklużi mill-Aġenzija kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda għalihom kif meħtieġa minn dan ir-Regolament.

(48)

Sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tkompli twettaq il-kompiti tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, skont l-aħjar ħiliet tagħha, jenħtieġ li jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b’mod partikolari rigward il-Bord tat-Tmexxija, il-Gruppi Konsultattivi, id-Direttur Eżekuttiv u r-regoli interni adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

(49)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jemenda u li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011. Peress li l-emendi li ser isiru minn dan ir-Regolament huma ta’ għadd u ta’ natura sostanzjali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1077/2011, fl-interess taċ-ċarezza, jiġi sostitwit fl-intier tiegħu fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’dan ir-Regolament. L-Aġenzija, kif stabbilita b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tissostitwixxi u tassumi l-funzjonijiet tal-Aġenzija, kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, u, bħala konsegwenza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar.

(50)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ Aġenzija fil-livell tal-Unjoni responsabbli mit-tmexxija operattiva u, fejn xieraq, mill-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(51)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament, f’dak li jirrigwarda lis-SIS II, il-VIS, l-EES u l-ETIAS, jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex sertimplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (30), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni jekk hijiex se timplimenta l-kontenut ta’ dan ir-Regolament, f’dak li jirrigwarda lill-Eurodac u lid-DubliNet.

(52)

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw is-SIS II kif regolata mid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-TUE u mat-TFUE u mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (31). Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardjaw lis-SIS II kif regolata mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u lill-VIS, l-EES u l-ETIAS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li r-Renju Unit ma jiħux sehem fihom f’konformità mad-Deċiżjoni 2000/365/KE; ir-Renju Unit talab, bl-ittra tiegħu tad-19 ta’ Lulju 2018 lill-President tal-Kunsill, l-awtorizzazzjoni biex jieħu sehem ‘f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 19. Permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1600 (32), ir-Renju Unit ġie awtorizzat jieħu sehem f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu huma relatati mal-Eurodac u mad-DubliNet, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz tal-ittra tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2017 lill-President tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE. Ir-Renju Unit għalhekk jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa marbut bih u soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(53)

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw is-SIS II kif regolata mid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Irlanda tista, fil-prinċipju, tieħu sehem f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (33). Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu jirrigwardjaw lis-SIS II kif regolata mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u lill-VIS, lill-EES u lill-ETIAS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fih, f’konformità mad-Deċiżjoni 2002/192/KE: L-Irlanda ma talbitx li tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 19. Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu sal-punt li l-miżuri tiegħu jiżviluppaw dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen minħabba li jirrigwardaw lis-SIS II kif regolata mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, lill-VIS, lill-EES u lill-ETIAS,.Barra minn hekk, rigward id-dispożizzjonijiet tiegħu relatati mal-Eurodac u mad-DubliNet, f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u mal-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll 21 l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi mhuwiex possibbli, taħt dawn iċ-ċirkostanzi, li jkun żgurat li dan ir-Regolament ikun applikabbli kollu kemm hu għall-Irlanda, kif meħtieġ mill-Artikolu 288 tat-TFUE, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha taħt il-Protokolli Nru 19 u Nru 21.

(54)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi, f’dak li jirrigwarda lis-SIS II u l-VIS, l-EES u l-ETIAS, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (34) li jaqgħu fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (35). Fir-rigward tal-EURODAC u tad-DubliNet, dan ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida relatata mal-EURODAC fit-tifsira tal-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil li ssir fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (36). Konsegwentement, soġġetti għad-deċiżjoni tagħhom li jimplimentawh fl-ordinament ġuridiku intern tagħhom, jenħtieġ li delegazzjonijiet tar-Repubblika tal-Iżlanda u tar-Renju tan-Norveġja jipparteċipaw fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija. Sabiex jiġu ddeterminati r-regoli dettaljati ulterjuri li jippermettu l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Iżlanda u tar-Renju tan-Norveġja fl-attivitajiet tal-Aġenzija, jenħtieġ li jiġi konkluż arranġament ieħor bejn l-Unjoni u dawn l-Istati.

(55)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi, f’dak li jirrigwarda lis-SIS II u l-VIS, l-EES u l-ETIAS, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (37) li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (38). Fir-rigward tal-Eurodac u tad-DubliNet, dan ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar l-EURODAC fit-tifsira tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil li ssir fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (39). Konsegwentement, soġġetta għad-deċiżjoni tagħha li timplimentah fl-ordinament ġuridiku intern tagħha, jenħtieġ li d-delegazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera tipparteċipa fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija. Sabiex jiġu ddeterminati r-regoli dettaljati ulterjuri li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet tal-Aġenzija, jenħtieġ li jiġi konkluż arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

(56)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi, f’dak li jirrigwarda lis-SIS II u l-VIS, l-EES u l-ETIAS, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (40) li jaqgħu fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara’ flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (41).

Fir-rigward tal-Eurodac u tad-DubliNet, dan ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (42). Konsegwentement, soġġetta għad-deċiżjoni tagħha li timplimentah fl-ordinament ġuridiku intern tagħha, jenħtieġ li d-delegazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein tipparteċipa fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija. Sabiex jiġu ddeterminati r-regoli dettaljati ulterjuri li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija, jenħtieġ li jiġi konkluż arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-Prinċipat tal-Liechtenstein,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U OBJETTIVI

Artikolu 1

Suġġett

1.   B’dan hija stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (l-Aġenzija).

2.   L-Aġenzija, kif stabbilita b’dan ir-Regolament, għandha tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

3.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II), tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u tal-Eurodac.

4.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), DubliNet, u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).

5.   L-Aġenzija tista’ ssir ukoll responsabbli għat-tħejjija, għall-iżvilupp jew għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, inklużi s-sistemi eżistenti, unikament jekk dan ikun previst mill-atti legali tal-Unjoni rilevanti li jirregolaw dawk is-sistemi, abbażi tal-Artikoli 67 sa 89 tat-TFUE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, l-iżviluppi fir-riċerka msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u r-riżultati tal-proġetti pilota u l-provi tal-kunċett imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

6.   It-tmexxija operattiva għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa sabiex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jinżammu jiffunzjonaw f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull waħda minnhom, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura ta’ komunikazzjoni użata minnhom. Dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ma għandhomx jiskambjaw data jew jippermettu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni jew għarfien, sakemm dan ma jkunx stabbilit f’att legali tal-Unjoni speċifiku.

7.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin:

(a)

l-iżgurar tal-kwalità tad-data b’ konformità mal-Artikolu 12;

(b)

l-iżvilupp tal-azzjonijiet meħtieġa li jippermettu l-interoperabbiltà b’konformità mal-Artikolu 13;

(c)

it-twettiq tal-attivitajiet ta’ riċerka b’konformità mal-Artikolu 14;

(d)

it-twettiq ta’ proġetti pilota, provi tal-kunċett u attivitajiet ta’ ttestjar b’konformità mal-Artikolu 15, u

(e)

l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 2

Objettivi

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri skont l-atti legali tal-Unjoni jirregolaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-Aġenzija għandha tiżgura:

(a)

l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira bl-użu ta’ struttura adegwata għat-tmexxija tal-proġetti għall-iżvilupp effiċjenti ta’ tali sistemi;

(b)

it-tħaddim effettiv, sigur u kontinwu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(c)

it-tmexxija effiċjenti u finanzjarjament responsabbli ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(d)

kwalità adegwatament għolja tas-servizz għall-utenti ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(e)

kontinwità u servizz mingħajr interruzzjoni;

(f)

livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;

(g)

livell xieraq ta’ sigurtà tad-data u fiżika, b’konformità mar-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;

KAPITOLU II

KOMPITI TAL-AĠENZIJA

Artikolu 3

Kompiti relatati mas-SIS II

Fir-rigward tas-SIS II, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

il-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI; u

(b)

il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS II, b’mod partikolari għall-persunal tas-SIRENE (SIRENE – Talba għal Informazzjoni Supplimentari fil-Punti tad-Dħul Nazzjonali), u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tas-SIS II fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 4

Kompiti relatati mal-VIS

Fir-rigward tas-SIS II, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

il-kompiti konferiti lill-Awtorità tat-Tmexxija bir-Regolament (KE) Nru 767/2008 u d-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI; u

(b)

il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-VIS u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tal-VIS fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 5

Kompiti relatati mal-Eurodac

Fir-rigward tal-Eurodac, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

il-kompiti konferiti lilha mir-Regolament (UE) Nru 603/2013; u

(b)

il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-Eurodac.

Artikolu 6

Kompiti relatati mal-EES

Fir-rigward tal-EES, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

il-kompiti konferiti lilha mir-Regolament (UE) 2017/2226; u

(b)

il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-EES u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tal-EES fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 7

Kompiti relatati mal-ETIAS

Fir-rigward tal-ETIAS, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

il-kompiti konferiti lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240; u

(b)

il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-ETIAS u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tal-ETIAS fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 8

Kompiti relatati mad-DubliNet

Fir-rigward tad-DubliNet, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

it-tmexxija operattiva tad-DubliNet, mezz sigur ta’ trażmissjoni elettronika separat bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003, għall-finijiet tal-Artikoli 31, 32 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43); u

(b)

kompiti relatati ma’ taħriġ dwar l-użu tekniku tad-DubliNet.

Artikolu 9

Kompiti relatati mat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira

Meta tiġi fdata bit-tħejjija, l-iżvilupp jew it-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira oħra msemmija fl-Artikolu 1(4), l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti konferiti lilha skont l-att legali tal-Unjoni li jirregola s-sistema rilevanti, kif ukoll il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku ta’ dawk is-sistemi, kif xieraq.

Artikolu 10

Soluzzjonijiet tekniċi li jirrikjedu kundizzjonijiet speċifiċi qabel l-implimentazzjoni

Fejn l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi jeħtieġu li l-Aġenzija żżomm dawk is-sistemi jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa u mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Fejn dawk is-soluzzjonijiet tekniċi jeħtieġu duplikazzjoni ta’ sistema jew duplikazzjoni ta’ komponenti ta’ sistema, dawn għandhom jiġu implimentati biss meta jkunu twettqu valutazzjoni tal-impatt u analiżi kosti-benefiċċji indipendenti li għandhom jiġu kkummissjonati mill-Aġenzija u wara l-konsultazzjoni mal-Kummissjoni u d-deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha teżamina wkoll il-ħtiġijiet eżistenti u dawk futuri f’termini ta’ kapaċità ta’ akkoljenza tas-siti tekniċi eżistenti relatati mal-iżvilupp ta’ tali soluzzjonijiet tekniċi u r-riskji possibbli relatati mal-istruttura operattiva attwali.

Artikolu 11

Kompiti relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni

1.   L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti kollha relatati mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-sistemi mogħtija lilha mill-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk is-sistemi li jagħmlu użu mill-EuroDomain għall-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom. Fil-każ li dawk is-sistemi li jagħmlu tali użu tal-EuroDomain, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit, l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u l-kwistjonijiet kuntrattwali. Skont l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi li jużaw l-EuroDomain, il-kompiti li jirrigwardjaw l-infrastruttura tal-komunikazzjoni (inkluża t-tmexxija operattiva u s-sigurtà) huma maqsuma bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, l-arranġamenti ta’ ħidma operattivi għandhom jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u riflessi f’memorandum ta’ ftehim.

2.   L-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi ġestita u kkontrollata b’mod adegwat b’tali mod li tkun protetta mit-theddid, u sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha u dik tas-sistemi, inkluża dik tad-data skambjata permezz tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni.

3.   L-Aġenzija għandha tadotta miżuri xierqa, inklużi pjanijiet ta’ sigurtà, fost l-oħrajn, sabiex jiġu prevenuti l-qari, l-ikkopjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali matul it-trasferimenti ta’ data personali jew it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki ta’ kriptaġġ xierqa. L-informazzjoni operattiva kollha relatata mas-sistema li tiċċirkola fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi kkriptata.

4.   Il-kompiti relatati mal-forniment, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni tista’ tiġi fdata lil entitajiet jew korpi esterni fis-settur privat b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Tali kompiti għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija u taħt is-sorveljanza mill-qrib tagħha.

Meta jwettqu dawk il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat kollha, inklużi l-fornituri tan-netwerk, għandhom ikunu marbuta bil-miżuri ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafu 3 u ma għandu jkollhom ebda aċċess, bi kwalunkwe mezz, għal kwalunkwe data operattiva maħżuna fis-sistemi jew trasferiti permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni jew lill-iskambju tas-SIRENE relatat tas-SIS II, bi kwalunkwe mezz.

5.   Il-ġestjoni tal-kodiċijiet tal-kriptaġġ għandha tibqa’ fil-kompetenza tal-Aġenzija u ma għandha tiġi esternalizzata lil ebda entità esterna tas-settur privat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kuntratti eżistenti dwar l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni tas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac.

Artikolu 12

Kwalità tad-data

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda d-data mdaħħla fis-sistemi, l-Aġenzija, b’involviment mill-qrib mal-Gruppi Konsultattivi tagħha, flimkien mal-Kummissjoni, għandha taħdem sabiex tistabbilixxi, għal dawk is-sistemi kollha, mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u indikaturi komuni tal-kwalità tad-data, kif ukoll sabiex tiżviluppa repożitorju ċentrali li jkun fih biss data anonimizzata għar-rapportar u l-istatistika, soġġetta għal dispożizzjonijiet speċifiċi fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi.

Artikolu 13

Interoperabbiltà

Fejn l-interoperabbiltà ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira tkun ġiet stipulata f’att legali tal-Unjoni rilevanti, l-Aġenzija għandha tiżviluppa wkoll l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tippermetti dik l-interoperabbiltà.

Artikolu 14

Monitoraġġ tar-riċerka

1.   L-Aġenzija għandha timmonitorja l-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS, il-Eurodac, l-EES, l-ETIAS, DubliNet u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira kif imsemmi fl-Artikolu 1(5).

2.   L-Aġenzija tista’ tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-partijiet tal-Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jirrigwardjaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għal dak il-għan, u fejn il-Kummissjoni tkun iddelegat is-setgħat rilevanti lill-Aġenzija, l-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)

tiġġestixxi xi stadji tal-implimentazzjoni tal-programmi u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi fuq il-bażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni;

(b)

tadotta l-istrumenti tal-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u twettaq l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programm;

(c)

tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm.

3.   L-Aġenzija għandha, fuq bażi regolari u minn tal-inqas darba fis-sena, iżżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u, f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta’ data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, infurmati dwar l-iżviluppi msemmija f’dan l-Artikolu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rapportar b’rabta mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 15

Il-proġetti pilota, il-provi tal-kunċett u l-attivitajiet ta’ ttestjar

1.   Fuq it-talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni, li għandha tkun infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas tliet xhur bil-quddiem minn meta tagħmel tali talba, u wara deċiżjoni pożittiva mill-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista’, b’konformità mal-punt (u) tal-Artikolu 19(1) ta’ dan ir-Regolament u permezz ta’ ftehim ta’ delega, tiġi fdata bit-twettiq tal-proġetti pilota msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 58(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għall-iżvilupp jew it-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, skont l-Artikoli 67 sa 89 tat-TFUE, b’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

L-Aġenzija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta’ data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, infurmati fuq bażi regolari dwar l-evoluzzjoni tal-proġetti pilota mwettqa mill-Aġenzija taħt l-ewwel subparagrafu.

2.   L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-proġetti pilota msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li ntalbu mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji konsekuttivi.

3.   Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, wara li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew, u wara deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista’ tiġi fdata, permezz ta’ ftehim ta’ delega, b’kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 b’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

4.   Wara deċiżjoni pożittiva mill-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista’ tippjana u timplimenta attivitajiet ta’ ttestjar fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u minn kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi.

Artikolu 16

Appoġġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni

1.   Kwalunkwe Stat Membru jista’ jitlob lill-Aġenzija biex tipprovdi pariri dwar il-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali tiegħu mas-sistemi ċentrali sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.

2.   Kwalunkwe Stat Membru jista’ jippreżenta talba għal appoġġ ad-hoc lill-Kummissjoni li, soġġetta għall-valutazzjoni pożittiva tagħha li tali appoġġ huwa meħtieġ minħabba ħtiġijiet straordinarji tas-sigurtà jew tal-migrazzjoni, għandha titrażmettiha, mingħajr dewmien, lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar tali talbiet. L-Istat Membru għandu jiġi informat fil-każ li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva.

Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-Aġenzija pprovdietx rispons f’waqtu għat-talba tal-Istat Membru. Ir-rapport ta’ attività annwali għandu jirrapporta fid-dettall dwar l-azzjonijiet li l-Aġenzija wettqet sabiex tipprovdi appoġġ ad hoc lill-Istati Membri u dwar l-ispejjeż imġarrba f’dak ir-rigward.

3.   L-Aġenzija tista’ wkoll tintalab tipprovdi pariri jew appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ sistemi eżistenti jew ġodda, inkluż permezz ta’ studji u ttestjar. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar tali talbiet.

4.   Grupp ta’ mill-inqas ħames Stati Membri jista’ jafda lill-Aġenzija bil-kompitu li tiżviluppa, tiġġestixxi jew tospita komponent tal-IT komuni biex jgħinhom jimplimentaw l-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mill-liġi tal-Unjoni dwar sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dawk is-soluzzjonijiet tal-IT komuni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu t-talba skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-arkitettura ta’ dawk is-sistemi.

B’mod partikolari, l-Istati Membri li jagħmlu t-talba jistgħu jafdaw lill-Aġenzija bil-kompitu li tistabbilixxi komponent komuni jew router għal informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri u data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri bħala għodda ta’ appoġġ tekniku sabiex tkun iffaċilitata l-konnettività mat-trasportaturi tal-ajru biex tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE (44) u d-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45). F’każ bħal dan, l-Aġenzijagħandha tiġbor ċentralment id-data mingħand it-trasportaturi bl-ajru u tittrażmetti dik id-data lill-Istati Membri permezz tal-komponent komuni jew router. L-Istati Membri li jagħmlu t-talba għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-data permezz tal-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha tkun fdata bil-kompitu li tiżviluppa, tamministra jew tospita komponent tal-IT komuni biss wara approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u soġġetta għal deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija.

L-Istati Membri li jagħmlu t-talba għandhom jafdaw lill-Aġenzija bil-kompiti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi permezz ta’ ftehim ta’ delega li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-delega tal-kompiti u l-kalkolu tal-ispejjeż kollha rilevanti u l-metodu tal-fatturazzjoni. L-ispejjeż rilevanti kollha għandhom ikunu koperti mill-Istati Membri parteċipanti. Il-ftehim ta’ delega għandu jkun konformi mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi ikkonċernati. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehim ta’ delega approvat u dwar kwalunkwe modifika għalih.

Stati Membri oħrajn jistgħu jitolbu li jipparteċipaw fis-soluzzjoni tal-IT komuni fejn din il-possibbiltà tkun prevista fil-ftehim ta’ delega li jistabbilixxi b’mod partikolari l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tali parteċipazzjoni. Il-ftehim ta’ delega għandu jiġi modifikat biex jirrifletti dan wara l-approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u wara deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija.

KAPITOLU III

STRUTTURA U ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 17

Status legali u sede

1.   L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni u għandu jkollha personalità ġuridika.

2.   L-Aġenzija għandha tgawdi mill-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali, f’kull Stat Membru. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista proprjetà mobbli jew immobbli jew tiddisponi minnha u tkun parti fil-proċedimenti legali.

3.   Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f’Tallinn, l-Estonja.

Il-kompiti relatati mal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5) u fl-Artikoli 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 11 għandhom jitwettqu fis-sit tekniku tal-Aġenzija fi Strasburgu, Franza.

Sit ta’ riżerva li huwa kapaċi li jiżgura t-tħaddim ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira f’każ ta’ ħsara f’tali sistema għandu jiġi installat f’Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija.

4.   Iż-żewġ siti tekniċi jistgħu jintużaw għat-tħaddim simultanju tas-sistemi, bil-kondizzjoni li s-sit ta’ riżerva jibqa’ kapaċi li jiżgura t-tħaddim tagħhom f’każ ta’ ħsara f’waħda jew aktar mis-sistemi.

5.   Minħabba n-natura speċifika tas-sistemi, f’każ li jkun neċessarju għall-Aġenzija li tistabbilixxi t-tieni sit tekniku separat, jew fi Strasburgu jew f’Sankt Johann im Pongau, jew fiż-żewġ postijiet, kif meħtieġ, sabiex jiġu ospitati s-sistemi, tali ħtieġa għandha tiġi ġġustifikata fuq il-bażi ta’ valutazzjoni indipendenti tal-impatt u fuq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u jqis il-fehmiet tagħha qabel ma jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà skont l-Artikolu 45(9).

Artikolu 18

Struttura

1.   L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)

Bord tat-Tmexxija;

(b)

Direttur Eżekuttiv;

(c)

Gruppi Konsultattivi.

2.   L-istruttura tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)

uffiċjal għall-protezzjoni tad-data;

(b)

uffiċjal tas-sigurtà;

(c)

uffiċjal tal-kontabbiltà.

Artikolu 19

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu:

(a)

jipprovdi l-orjentazzjoni ġenerali għall-attivitajiet tal-Aġenzija;

(b)

jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għall-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu V;

(c)

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv u, fejn ikun rilevanti, jestendi l-mandati rispettivi tagħhom jew itemm il-mandat tagħhom, b’konformità mal-Artikoli 25 u 26 rispettivament;

(d)

jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, u jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-Viċi Direttur Eżekuttiv, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;

(e)

jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istruttura organizzazzjonali tal-Aġenzija u, fejn meħtieġ, il-modifika tagħha, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-Aġenzija kif ukoll il-ġestjoni baġitarja soda;

(f)

jadotta l-politika dwar il-persunal tal-Aġenzija;

(g)

jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Aġenzija;

(h)

jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(i)

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu u jippubblikahom fuq is-sit web tal-Aġenzija;

(j)

jadotta regoli u proċeduri interni dettaljati biex jipproteġi lill-informaturi, inklużi mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni għar-rapportar ta’ kondotta ħażina;

(k)

jawtorizza l-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikoli 41 u 43;

(l)

japprova, wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali li jikkonċerna s-sede tal-Aġenzija u l-ftehimiet li jikkonċernaw is-siti tekniċi u ta’ riżerva, stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 17(3), li jridu jiġu ffirmati mid-Direttur Eżekuttiv u mill-Istati Membri ospitanti;

(m)

jeżerċita, b’konformità mal-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali dwar l-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn fuq l-Awtorità li Għandha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(n)

jadotta, bi qbil mal-Kummissjoni, ir-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex jiddaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

(o)

jadotta r-regoli meħtieġa dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali għall-Aġenzija;

(p)

jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija, inkluż l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, u jippreżentahom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena;

(q)

jadotta l-abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni, li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Aġenzija u l-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena ta’ wara, kif ukoll abbozz tal-estimi provviżorji tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija, inkluż l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, u jippreżentah sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, flimkien ma’ kwalunkwe verżjoni aġġornata ta’ dak id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(r)

jadotta, qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, u b’konformità mal-proċedura baġitarja annwali, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u jiżgura li l-verżjoni definittiva ta’ dan id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li tiġi ppubblikata;

(s)

jadotta rapport interim sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ kull sena dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati għas-sena attwali u jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(t)

jivvaluta u jadotta r-rapport tal-attività annwali kkonsolidat tal-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, billi jqabbel, b’mod partikolari, ir-riżultati miksuba mal-objettivi tal-programm ta’ ħidma annwali, u jibgħat kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu, sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jiżgura li r-rapporttal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat;

(u)

iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija, inkluża l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota u provi tal-kunċett kif imsemmi fl-Artikolu 15;

(v)

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija b’konformità mal-Artikolu 49;

(w)

jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal, li għandu jkun indipendenti bis-sħiħ fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;

(x)

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);

(y)

jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(4) u jaġġornahom regolarment;

(z)

jadotta l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, inklużi pjan ta’ sigurtà, pjan ta’ kontinwità fin-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet possibbli tal-esperti tas-sigurtà preżenti fil-Gruppi Konsultattivi;

(aa)

jadotta r-regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata wara approvazzjoni mill-Kummissjoni;

(bb)

jaħtar uffiċjal tas-sigurtà;

(cc)

jaħtar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725;

(dd)

jadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

(ee)

jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2008/1240.

(ff)

jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI respettivament u tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, u tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(gg)

jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;

(hh)

jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi mwettqa skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 603/2013, l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u jiżgura li jsir segwitu xieraq ta’ dawk l-awditi;

(ii)

jippubblika statistika relatata mas-SIS II skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, rispettivament;

(jj)

jikkompila u jippubblika statistika dwar il-ħidma tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;

(kk)

jippubblika statistika relatata mal-EES skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(ll)

jippubblika statistika relatata mal-ETIAS skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(mm)

jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ awtoritajiet kompetenti awtorizzati sabiex ifittxu direttament id-data fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, flimkien mal-lista ta’ Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (Uffiċċji N.SIS II u l-Uffiċċji ta’ SIRENE skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-lista ta’ awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(nn)

jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ unitajiet skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;

(oo)

jiżgura li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet kollha tal-Aġenzija li jaffettwaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-Unjoni Ewropea fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jirrispettaw il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura;

(pp)

iwettaq kull kompitu ieħor mogħti lilu b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tal-listi tal-awtoritajiet rilevanti previsti fl-atti legali tal-Unjoni msemmija fil-punt (mm) tal-ewwel subparagrafu u fejn obbligu ta’ pubblikazzjoni u ta’ aġġornament kontinwu ta’ dawk il-listi fuq is-sit web tal-Aġenzija ma jkunx diġà ġie previst f’dawk l-atti legali, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura tali pubblikazzjoni u aġġornament;

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn, filwaqt li jiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom din id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li jkunu ġew sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata mal-iżvilupp jew mat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u dwar l-attivitajiet relatati mar-riċerka, il-proġetti pilota, il-provi tal-kunċett u l-attivitajiet ta’ ttestjar.

Artikolu 20

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kull rappreżentant għandu jkollu dritt tal-vot b’konformità mal-Artikolu 23.

2.   Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu jew f’każ li l-membru jiġi elett President jew Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija u jkun qed jippresjedi l-laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru abbażi tal-livell għoli tal-esperjenza u l-kompetenzi rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-għarfien tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, bil-għan li jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tagħhom għandu jkun ta’ erba’ snin u għandu jkun jiġġedded. Mal-iskadenza tal-mandati tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.

4.   Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentant wieħed u sostitut fil-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 21

President tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost dawk il-membri tal-Bord tat-Tmexxija li jinħatru mill-Istati Membri li huma marbutin b’mod sħiħ skont il-liġi tal-Unjoni bl-atti legali tal-Unjoni kollha li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT kollha fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.

Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk dan/din ma jkunx/tkunx jista’/tista’ jattendi/tattendi għal dmirijietu/a.

2.   Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandati tagħhom jistgħu jiġġeddu darba. Fejn is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

Artikolu 22

Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu msejħa mill-President.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jorganizza mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.

4.   L-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm mistoqsija dwar is-SIS II fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI fuq l-aġenda. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista’ tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar is-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624 fuq l-aġenda. L-Europol jista’ jattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar il-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI jew meta jkun hemm mistoqsija li tikkonċerna l-Eurodac, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 fuq l-aġenda.

L-Europol jista’ jattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar l-EES fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 fuq l-aġenda jew meta jkun hemm mistoqsija dwar l-ETIAS fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista’ tattendi wkoll il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar l-ETIAS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.

Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li jista’ jkollha opinjoni ta’ interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

5.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti, soġġetti għar-regoli ta’ proċedura għall-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-Gruppi Konsultattivi.

6.   L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 23

Regoli tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-votazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u għall-punti (b) u (r) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 25(8), id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu minn maġġoranza tal-membri kollha tiegħu li għandhom dritt tal-vot.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru bi dritt tal-vot, is-sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.

3.   Kull membru maħtur minn Stat Membru, li huwa marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira ġestita mill-Aġenzija, jista’ jivvota fuq kwistjoni li tikkonċerna dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira.

Id-Danimarka tista’ tivvota fuq kwistjoni li tikkonċerna sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk hija tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 li timplimenta l-att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema partikolari tal-IT fuq skala kbira fil-liġi nazzjonali tagħha.

4.   L-Artikolu 42 għandu japplika fir-rigward tad-drittijiet tal-vot tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi li daħlu f’arranġamenti mal-Unjoni dwar l-assoċjazzjoni tagħhom mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac.

5.   F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fost il-membri dwar jekk vot jikkonċerna sistema speċifika tal-IT fuq skala kbira, kwalunkwe deċiżjoni li ssib li dan il-vot ma jikkonċernax din is-sistema speċifika tal-IT fuq skala kbira għandha tittieħed minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.

6.   Il-President, jew il-Viċi President meta qed jieħu post il-President, m’għandux jivvota. Id-dritt tal-vot tal-President, jew tal-Viċi President meta qed jieħdu post il-President, għandu jiġi eżerċitat mill-membru sostitut tiegħu.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv m’għandux jivvota.

8.   Ir-regoli ta’ proċedura għall-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti aktar dettaljati tal-votazzjoni, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li taħthom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor u kwalunkwe rekwiżiti ta’ kworum, fejn xieraq.

Artikolu 24

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord tat-Tmexxija u jkun responsabbli lejh. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta’ dmirijietu jew dmirijietha meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq ta’ dmirijietu jew dmirijietha.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

(a)

l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija;

(b)

l-operat tal-Aġenzija f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(c)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċeduri, tad-deċiżjonijiet, tal-istrateġiji, tal-programmi u tal-attivitajiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija, fil-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu u l-liġi tal-Unjoni applikabbli;

(d)

it-tħejjija tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Gruppi Konsultattivi;

(e)

l-implimentazzjoni tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u r-rapportar lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(f)

it-tħejjija ta’ rapport interim dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati għas-sena attwali u, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi, il-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija għal adozzjoni sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ kull sena;

(g)

it-tħejjija tar-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi, il-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

(h)

it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll dwar l-investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-UPPE, u rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b’mod regolari lill-Bord tat-Tmexxija;

(i)

il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-UPPE u tal-OLAF, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettement u, fejn ikun xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji;

(j)

it-tħejjija ta’ strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni kif ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni xierqa u f’waqtha ta’ dik l-istrateġija;

(k)

it-tħejjija ta’ abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(l)

it-tħejjija tal-abbozz ta’ baġit għas-sena ta’ wara, stabbilit abbażi tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività;

(m)

it-tħejjija ta’ abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija;

(n)

l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija;

(o)

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema effettiva li tippermetti l-monitoraġġ u evalwazzjoni regolari:

(i)

ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża statistika, u

(ii)

tal-Aġenzija, inkluża l-kisba effettiva u effiċjenti tal-objettivi tagħha;

(p)

l-istabbiliment, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali, ta’ rekwiżiti tal-kunfidenzjalità għall-fini ta’ konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, mal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, mal-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013; l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(q)

in-negozjar u, wara l-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, l-iffirmar ta’ Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali fir-rigward tas-sede tal-Aġenzija u ftehimiet fir-rigward ta’ siti tekniċi u ta’ riżerva mal-Istati Membri ospitanti;

(r)

it-tħejjija tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(s)

it-tħejjija tal-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, inklużi pjan ta’ sigurtà, u pjan ta’ kontinwità tan-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru, u, wara konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv rilevanti, il-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(t)

it-tħejjija tar-rapporti dwar il-funzjonament tekniku ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira msemmija fil-punt (ff) tal-Artikolu 19(1) u tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac imsemmija fil-punt (gg) tal-Artikolu 19(1), abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni u, wara konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv rilevanti, il-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(u)

it-tħejjija tar-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES imsemmija fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u dwar l-iżvilupp tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(v)

it-tħejjija tal-lista annwali għall-pubblikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti awtorizzati sabiex ifittxu direttament id-data fis-SIS II, inkluża l-lista tal-Uffiċċji ta’ N.SIS II u l-Uffiċċji ta’ SIRENE u l-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jagħmlu tiftix dirett fid-data li jkun hemm fl-EES u fl-ETIAS imsemmija fil-punt (mm) tal-Artikolu 19(1)u l-lista ta’ unitajiet imsemmija fil-punt (nn) tal-Artikolu 19(1) u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju li jiġu lokalizzati wieħed jew aktar mill-membri tal-persunal fi Stat Membru wieħed jew aktar għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u effettiv sabiex jiġi stabbilit uffiċċju lokali għal dak il-fini. Qabel jadotta tali deċiżjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati. Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekettiv għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’mod li jkunu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. L-attivitajiet li jitwettqu f’siti tekniċi ma għandhomx jitwettqu f’uffiċċju lokali.

Artikolu 25

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta’ mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tipprevedi l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’midja xierqa oħra ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ mertu, esperjenza ppruvata fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, ħiliet amministrattivi, finanzjarji u ta’ tmexxija kif u għarfien fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.

2.   Qabel ma jinħatru, il-kandidati proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu il-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri tal-kumitat. Wara li jkun sema’ d-dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tagħti l-fehma tiegħu u jista’ jindika kandidat preferut.

3.   Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet.

4.   Jekk il-Bord tat-Tmexxija jieħu deċiżjoni li jaħtar kandidat ieħor għajr il-kandidat indikat mill-Parlament Ewropew bħala l-kandidat preferut tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub dwar il-mod kif l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ġiet ikkunsidrata.

5.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tagħha tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux aktar minn ħames snin.

7.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-ħsieb li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien il-perijodu ta’ xahar qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tal-kumitat.

8.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perijodu globali.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta minn maġġoranza tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot jew mill-Kummissjoni.

10.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.

11.   Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt ta’ impjieg mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati oħrajn.

Artikolu 26

Viċi Direttur Eżekuttiv

1.   Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi-Direttur għandu jissostitwixxi lid-Direttur Eżekuttiv fl-assenza tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi d-dmirijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv.

2.   Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar il-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi tal-mertu u l-ħiliet ta’ amministrazzjoni u ġestjoni adegwati, inkluża esperjenza professjonali rilevanti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni tal-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jkeċċi lill-Viċi Direttur Eżekuttiv permezz ta’ deċiżjoni adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li jkollhom dritt tal-vot.

3.   Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi dak it-terminu darba, għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta din id-deċiżjoni b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.

Artikolu 27

Gruppi konsultattivi

1.   Il-Gruppi Konsultattivi li ġejjin għandhom jipprovdu lill-Bord tat-Tmexxija b’għarfien espert li jirrigwardja s-sistemi tal-IT fuq skala kbira u, b’mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali u r-rapport tal-attività annwali:

(a)

il-Grupp Konsultattiv tas-SIS II;

(b)

il-Grupp Konsultattiv tal-VIS;

(c)

il-Grupp Konsultattiv tal-Eurodac;

(d)

il-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS;

(e)

kwalunkwe Grupp Konsultattiv ieħor li jirrigwardja sistema tal-IT fuq skala kbira, meta dan ikun stabbilit fl-att legali tal-Unjoni rilevanti li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira.

2.   Kull Stat Membru li jkun marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari, u l-Kummissjoni għandhom jaħtru membru wieħed fil-Grupp Konsultattiv li jirrigwardja dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira, għal terminu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded.

Id-Danimarka għandha taħtar ukoll membru fi Grupp Konsultattiv li jirrigwardja sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk hija tiddeċiedi, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 li timplimenta l-att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.

Kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u ma’ miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac li jieħu sehem f’sistema partikolari tal-IT fuq skala kbira għandu jaħtar membru fil-Grupp Konsultattiv li jirrigwarda dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira.

3.   L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II. L-Europol jista’ jaħtar ukoll rappreżentant fil-Gruppi Konsultattivi tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES-ETIAS. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista’ taħtar ukoll rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS.

4.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom ma għandhomx ikunu membri ta’ xi wieħed mill-Gruppi Konsultattivi. Id-Direttur Eżekuttiv jew ir-rappreżentant tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dritt li jattendi l-laqgħat kollha tal-Gruppi Konsultattivi bħala osservatur.

5.   Il-Gruppi Konsultattivi għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kull meta jkun meħtieġ. Il-proċeduri għall-operat u l-kooperazzjoni tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Aġenzija.

6.   Meta jħejju opinjoni, il-membri ta’ kull Grupp Konsultattiv għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-pożizzjoni motivata tal-maġġoranza tal-membri għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Grupp Konsultattiv. Il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet motivati tal-minoranza għandhom jiġu rreġistrati wkoll. L-Artikolu 23(3) u (5) għandhom japplikaw kif xieraq. Il-membri li jirrappreżentaw lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac għandhom ikunu permessi jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet li dwarhom ma għandhomx dritt tal-vot.

7.   Kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac għandu jiffaċilita l-attivitajiet tal-Gruppi Konsultattivi.

8.   L-Artikolu 21 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-president tal-Gruppi Konsultattivi.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 28

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli adottati permezz ta’ ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiddaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv.

2.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Aġenzija għandha titqies bħala aġenzija fis-sens tal-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali.

3.   Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti f’uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali. Il-Bord tat-Tmexxija, fuq bazi annwali, jagħti l-kunsens tiegħu fil-każ ta’ kuntratti li d-Direttur Eżekuttiv ikun qed jippjana li jġedded fejn, wara t-tiġdid, dawk il-kuntratti jkunu għal perijodu indefinit skont il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn.

4.   L-Aġenzija ma għandhiex timpjega persunal interim biex iwettaq dmirijiet finanzjarji meqjusa bħala sensittivi.

5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jissekondaw uffiċjali jew esperti nazzjonali għall-Aġenzija fuq bażi temporanja. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali, l-Aġenzija għandha tapplika regoli xierqa tas-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità.

7.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali.

Artikolu 29

Interess pubbliku

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dak il-fini, huma għandhom joħorġu dikjarazzjoni ta’ impenn annwali, pubblika u bil-miktub, li għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.

Il-lista tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.

Artikolu 30

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u ftehimiet dwar is-siti tekniċi

1.   L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istati Membri ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dawk l-Istati Membri, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istati Membri ospitanti, għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija, għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri l-oħra tal-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali rigward is-sede tal-Aġenzija u fi ftehimiet rigward is-siti tekniċi. Tali ftehimiet għandhom jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri ospitanti wara l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

2.   L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-Aġenzija, inklużi, fost l-oħrajn, sistemi edukattivi multilingwi b’dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet tat-trasport xierqa.

Artikolu 31

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.

Artikolu 32

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li taqta’ sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinstab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, b’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni f’tilwimiet fuq kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Aġenzija lejn l-Aġenzija għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali jew fil-Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn li japplikaw għalihom.

Artikolu 33

Arranġamenti lingwistiċi

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (46) għandu japplika għall-Aġenzija.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 342 tat-TFUE, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fil-punt (r) tal-Artikolu 19(1) u r-rapport tal-attività annwali msemmi fil-punt (t) tal-Artikolu 19(1) għandhom jiġu prodotti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta deċiżjoni dwar il-lingwi operattivi mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Trasparenza u komunikazzjoni

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2.   Abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mingħajr dewmien.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jifformaw is-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman Ewropew jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE, rispettivament.

4.   L-Aġenzija għandha tikkomunika b’konformità mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u, fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni li jaqgħu fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. L-Aġenzija għandha tiżgura, b’mod partikolari, li minbarra l-pubblikazzjonijiet speċifikati fil-punti (r), (t), (ii), (jj), (kk) u (ll) tal-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 47(9), il-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, preċiża, affidabbli, komprensiva u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhiex tkun detrimentali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tal-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 3 sa 16. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu b’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

5.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza korrispondenza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tirċievi risposta bl-istess lingwa.

Artikolu 35

Il-protezzjoni tad-data

1.   L-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) 2018/1725.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mill-Aġenzija, inkluż miżuri li jikkonċernaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati wara li jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 36

Il-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali

1.   L-Aġenzija tista’ tipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)

meta meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati mat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fdati lilha taħt id-dritt tal-Unjoni;

(b)

meta meħtieġ għall-kompiti amministrattivi tagħha.

2.   Meta l-Aġenzija tipproċessa data personali għall-finijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi.

Artikolu 37

Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata

1.   L-Aġenzija għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha abbażi tal-prinċipji u r-regoli stipulati fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju ma’ pajjiżi terzi, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (47) u 2015/444 (48). Kwalunkwe arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stat terz jew, fin-nuqqas ta’ arranġament bħal dan, kwalunkwe rilaxx eċċezzjonali ad hoc ta’ EUCI lil tali awtoritajiet, għandu jkun irċieva l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. L-Aġenzija tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u tħaddem sistema ta’ informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja informazzjoni kklassifikata ma’ dawk l-atturi b’konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 2 u l-punt (z) tal-Artikolu 19 (1) ta’ dan ir-Regolament, jiddeċiedi dwar l-istruttura interna tal-Aġenzija meħtieġa għall-konformità mal-prinċipji ta’ sigurtà xierqa.

Artikolu 38

Sigurtà tal-Aġenzija

1.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għas-sigurtà u ż-żamma tal-ordni fil-bini, is-sede u l-art użati minnha. L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji ta’ sigurtà u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira.

2.   L-Istati Membri ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri effettivi u adegwati kollha biex iżommu l-ordni u s-sigurtà fil-viċinanza immedjata tal-bini, is-sede u l-art użati mill-Aġenzija u għandhom jagħtu lill-Aġenzija l-protezzjoni adatta, f’konformità mal-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali fir-rigward tas-sede tal-Aġenzija u l-ftehimiet dwar is-siti tekniċi u ta’ riżerva, filwaqt li jiggarantixxu l-aċċess liberu għal persuni awtorizzati mill-Aġenzija għal dak il-bini, is-sede u l-art.

Artikolu 39

Evalwazzjoni

1.   Sat-12 ta’ Diċembru 2023, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, għandha tevalwa, skont il-linji gwida tal-Kummissjoni, il-prestazzjoni tal-Aġenzija b’rabta mal-objettivi, il-mandat, il-postijiet u l-kompiti tagħha. Dik l--evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-mod li bih, u sa liema punt, l-Aġenzija tikkontribwixxi b’mod effikaċi għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u għall-istabbiliment ta’ ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. B’mod partikolari, dik l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe tali modifika. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-emendi għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.

2.   Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hija tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew inkella jitħassar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 40

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b’konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 41

Kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni

1.   L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u b’mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jinkisbu, fost l-oħrajn, koordinament u ffrankar finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fir-rigward tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

2.   L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni fil-qafas ta’ arranġament ta’ ħidma li jistabbilixxi l-metodi operattivi ta’ ħidma.

3.   L-Aġenzija għandha tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, fejn xieraq.

4.   Il-kooperazzjoni ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha sseħħ fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jawtorizza tali arranġamenti ta’ ħidma, b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni. Fejn l-Aġenzija ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, din għandha tiġġustifika r-raġunijiet tagħha. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jipprevedu l-kondiviżjoni ta’ servizzi bejn l-aġenziji, fejn xieraq, jew skont il-prossimità tal-postijiet jew inkella skont il-qasam ta’ politika fil-limiti tal-mandati rispettivi u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tagħhom. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu għall-irkupru tal-ispejjeż.

5.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-informazzjoni rċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u sa fejn dawn ikunu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. It-trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta’ data personali pproċessata mill-Aġenzija lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal arranġamenti ta’ ħidma speċifiċi rigward l-iskambju ta’ data personali u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali mill-Aġenzija għandu jkun f’konformità mal-Artikoli 35 u 36. Fir-rigward tat-trattament ta’ informazzjoni kklassifikata, tali arranġamenti ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu li l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni kkonċernati għandhom jikkonformaw ma’ regoli u standards tas-sigurtà ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

Artikolu 42

Parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac

1.   L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni dwar l-assoċjazzjoni tagħhom mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac.

2.   Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura u l-firxa, u r-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi kif imsemmi fil-paragrafu 1 fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet tal-vot.

Artikolu 43

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra rilevanti

1.   Fejn huwa hekk previst minn att legali tal-Unjoni, sa fejn huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija tista’, permezz tal-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma, tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-korpi subordinati tagħhom, regolati mid-dritt internazzjonali pubbliku, jew minn entitajiet jew korpi rilevanti oħra, li huma stabbiliti minn, jew abbażi ta’, ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar.

2.   F’konformità mal-paragrafu 1, jistgħu jiġu konklużi arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-ambitu, in-natura, l-iskop u l-limiti ta’ tali kooperazzjoni. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jkunu konklużi biss bl-awtorizzazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u wara li jkunu rċevew l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

KAPITOLU V

L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT

TAQSIMA 1

Dokument uniku ta’ programmazzjoni

Artikolu 44

Dokument uniku ta’ programmazzjoni

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni għas-sena ta’ wara, kif stabbilit fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament u b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.

Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jinkludi programm pluriennali, programm ta’ ħidma annwali u l-baġit u informazzjoni dwar ir-riżorsi tal-Aġenzija, kif stabbilit fid-dettall fir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 49.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi u għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kif ukoll kwalunkwe verżjoni aġġornata ta’ dak id-dokument.

3.   Qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, u b’konformità mal-proċedura baġitarja annwali, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-verżjoni definittiva ta’ dan id-dokument uniku ta’ programmazzjoni jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jiġi ppubblikat.

4.   Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, jiġi aġġustat kif xieraq. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni adottat għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jiġi ppubblikat.

5.   Il-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta’ wara għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività u tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 6. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi adottat bl-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.

6.   Il-programm pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata, fejn xieraq, u b’mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 39.

Artikolu 45

L-istabbiliment tal-baġit

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, wara li jqis l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, u għandu jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi mħejjija mid-Direttur Eżekuttiv, jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħatu lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac, bħala parti mid-dokument uniku ta’ programmazzjoni,.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Abbażi tal-abbozz tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tqis li huma meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja b’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

5.   L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.

6.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Aġenzija.

7.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

8.   Kwalunkwe modifika għall-baġit tal-Aġenzija, inkluż għall-pjan ta’ stabbiliment, għandha ssegwi l-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-istabbiliment tal-baġit inizjali.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(5), il-Bord tat-Tmexxija għandu, malajr kemm jista’ jkun, jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jirrigwardja l-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Jekk xi waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja jkollha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-intenzjoni tagħha li toħroġ tali opinjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Aġenzija tista’ tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata. Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 għandu japplika għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija.

TAQSIMA 2

Preżentazzjoni, implimentazzjoni u kontroll tal-bAĠIT

Artikolu 46

Struttura tal-baġit

1.   L-estimi tad-dħul u l-infiq kollu għall-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, b’mod li jkunu jikkorrespondu għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Aġenzija.

2.   Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq.

3.   Mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta’ introjtu, id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

(a)

kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (it-taqsima tal-Kummissjoni);

(b)

kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac, li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, kif stabbilit fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi u fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 42 li jispeċifikaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom;

(c)

finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delega b’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 49 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politiki tal-Unjoni;

(d)

il-kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Istati Membri għas-servizzi pprovduti lilhom b’konformità mal-ftehim ta’ delega msemmi fl-Artikolu 16;

(e)

l-irkupru tal-ispejjeż imħallsa minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għal servizzi pprovduti lilhom, f’konformità mal-arranġamenti ta’ ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 41; u

(f)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri.

4.   L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali u n-nefqa operazzjonali.

Artikolu 47

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.

3.   Sal-1 ta’ Marzu ta’ sena finanzjarja N+1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji għas-sena finanzjarja N lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati b’konformità mal-Artikolu 245 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1.

5.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1.

6.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

7.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija għas-sena N.

8.   Sal-1 ta’ Lulju tas-sena N+1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac.

9.   Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena N+1.

10.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru tas-sena N+1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.

11.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena N, b’konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

12.   Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 48

Prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jeżiġu li l-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Gruppi Konsultattivi tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrapportaw tali sitwazzjonijiet. Dawk ir-regoli interni għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija.

Artikolu 49

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013, sakemm tali devjazzjoni ma tintalabx speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u sakemm il-Kummissjoni ma tkunx tat il-kunsens tagħha minn qabel.

Artikolu 50

Ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, għandhom japplikaw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament 2017/1939.

2.   L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandha tadotta, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u ta’ spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni mill-Aġenzija.

4.   L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (49), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija,.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 4, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri, lill-OLAF u lill-UPPE biex iwettqu verifiki u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU VI

EMENDI F’ATTI LEGALI OĦRAJN TAL-UNJONI

Artikolu 51

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006

Fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikoli 15(2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari:

(a)

is-superviżjoni;

(b)

is-sigurtà;

(c)

il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

(d)

kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(e)

l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u

(f)

kwistjonijiet kuntrattwali.”.

Artikolu 52

Emenda fid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI

Fid-Deċiżjoni 2007/533/KE, l-Artikolu 15(2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, b’mod partikolari:

(a)

is-superviżjoni;

(b)

is-sigurtà;

(c)

il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

(d)

kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(e)

l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u

(f)

kwistjonijiet kuntrattwali.”.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 53

Suċċessjoni legali

1.   L-Aġenzija, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, għandha tkun is-suċċessur legali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mill-Aġenzija Ewropea, ir-responsabbiltajiet li għalihom hija responsabbli, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Aġenzija Ewropea, għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja kif stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-forza legali ta’ ftehimiet, arranġamenti ta’ ħidma u memoranda ta’ qbil konklużi mill-Aġenzija kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda għalihom meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Gruppi Konsultattivi

1.   Il-membri u l-President u l-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija, maħtura abbażi tal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 rispettivament, għandhom ikomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom għall-bqija tal-mandati tagħhom.

2.   Il-membri, il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Gruppi konsultattivi, maħtura abbażi tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, għandhom ikomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom għall-bqija tal-mandati tagħhom.

Artikolu 55

Żamma fis-seħħ tar-regoli interni adottati mill-Bord tat-Tmexxija

Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord tat-Tmexxija abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-11 ta’ Diċembru 2018, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda għalihom meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Artikolu 56

Arranġamenti tranżizzjonali rigward id-Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, maħtur abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandu, għall-bqija tal-mandat tiegħu, ikun assenjat għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu għandhom jibqgħu l-istess. Jekk deċiżjoni li testendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tkun adottata qabel il-11 ta’ Diċembru 2018, il-mandat għandu jiġi estiż awtomatikament sal-31 ta’ Ottubru 2022.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 57

Sostituzzjoni u tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 huwa b’dan sostitwit għall-Istati Membri marbuta b’dan ir-Regolament.

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 huwa mħassar.

Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’dan ir-Regolament, ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 58

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-11 ta’ Diċembru 2018. Madankollu, il-punt (x) tal-Artikolu 19(1), il-punti (h) u (i) tal-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 50(5) ta’ dan ir-Regolament, safejn jirreferu għall-UPPE, u l-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-Regolament, safejn jirreferi għar-Regolament (UE) 2017/1939, għandhom japplikaw mid-data determinata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2018 għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2018.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta’ Eurodac għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 dwar l-istabbiliment ta’ Eurodac għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624, u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 280, 3.10.2009, p. 20).

(15)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(20)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ara paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(25)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(26)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(27)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(29)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(30)  ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1600 tat-28 ta’ Settembru 2018 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) (ĠU L 267, 25.10.2018, p. 3).

(33)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(34)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(35)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(36)  ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40.

(37)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(38)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(39)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.

(40)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(41)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(42)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.

(43)  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(44)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data tal-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).

(45)  Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).

(46)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

(47)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(48)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(49)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra(ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011

Dan ir-Regolament

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3) u (4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(6)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5a

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 11(3)

Artikolu 7(5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 7(6)

Artikolu 11(5)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 8(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 16

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 17(1) u (2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 24(2)

Artikolu 10(4)

Artikolu 17(3)

Artikolu 17(4)

Artikolu 17(5)

Artikolu 11

Artikolu 18

Artikolu 12(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 19(1)(a)

Artikolu 19((1)(b)

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 19(1)(c)

Artikolu 12(1)(b)

Artikolu 19(1)(d)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 19(1)(e)

Artikolu 19(1)(f)

Artikolu 12(1)(d)

Artikolu 19(1)(g)

Artikolu 19(1)(h)

Artikolu 19(1)(i)

Artikolu 19(1)(j)

Artikolu 19(1)(k)

Artikolu 12(1)(e)

Artikolu 19(1)(l)

Artikolu 19(1)(m)

Artikolu 12(1)(f)

Artikolu 19(1)(n)

Artikolu 12(1)(g)

Artikolu 19(1)(o)

Artikolu 19(1)(p)

Artikolu 12(1)(h)

Artikolu 19(1)(q)

Artikolu 12(1)(i)

Artikolu 19(1)(q)

Artikolu 12(1)(j)

Artikolu 19(1)(r)

Artikolu 19(1)(s)

Artikolu 12(1)(k)

Artikolu 19(1)(t)

Artikolu 12(1)(l)

Artikolu 19(1)(u)

Artikolu 12(1)(m)

Artikolu 19(1)(v)

Artikolu 12(1)(n)

Artikolu 19(1)(w)

Artikolu 12(1)(o)

Artikolu 19(1)(x)

Artikolu 19(1)(y)

Artikolu 12(1)(p)

Artikolu 19(1)(z)

Artikolu 12(1)(q)

Artikolu 19(1)(bb)

Artikolu 12(1)(r)

Artikolu 19(1)(cc)

Artikolu 12(1)(s)

Artikolu 19(1)(dd)

Artikolu 12(1)(t)

Artikolu 19(1)(ff)

Artikolu 12(1)(u))

Artikolu 19(1)(gg)

Artikolu 12(1)(v)

Artikolu 19(1)(hh)

Artikolu 12(1)(w)

Artikolu 19(1)(ii)

Artikolu 12(1)(x)

Artikolu 19(1)(jj)

Artikolu 19(1)(ll)

Artikolu 12(1)(y)

Artikolu 19(1)(mm)

Artikolu 12(1)(z)

Artikolu 19(1)(nn)

Artikolu 19(1)(oo)

Artikolu 12(1)(aa)

Artikolu 19(1)(pp)

Artikolu 12(1)(sa)

Artikolu 19(1)(ee)

Artikolu 12(1)(xa)

Artikolu 19(1)(kk)

Artikolu 12(1)(za)

Artikolu 19(1)(mm)

Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 13(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 13(2) u (3)

Artikolu 20(2)

Artikolu 13(4)

Artikolu 20(3)

Artikolu 13(5)

Artikolu 20(4)

Artikolu 14(1) u (3)

Artikolu 21(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 22(1) u (3)

Artikolu 15(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 22(5)

Artikolu 15(4) u (5)

Artikolu 22(4)

Artikolu 15(6)

Artikolu 22(6)

Artikolu 16(1) sa (5)

Artikolu 23(1) sa (5)

Artikolu 23(6)

Artikolu 16(6)

Artikolu 23(7)

Artikolu 16(7)

Artikolu 23(8)

Artikolu 17(1) u (4)

Artikolu 24(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 17(3)

Artikolu 17(5) u (6)

Artikolu 24(3)

Artikolu 17(5)(a)

Artikolu 24(3)(a)

Artikolu 17(5)(b)

Artikolu 24(3)(b)

Artikolu 17(5)(c)

Artikolu 24(3)(c)

Artikolu 17(5)(d)

Artikolu 24(3)(o)

Artikolu 17(5)(e)

Artikolu 22(2)

Artikolu 17(5)(f)

Artikolu 19(2)

Artikolu 17(5)(g)

Artikolu 24(3)(p)

Artikolu 17(5)(h)

Artikolu 24(3)(q)

Artikolu 17(6)(a)

Artikolu 24(3)(d) u (g)

Artikolu 17(6)(b)

Artikolu 24(3)(k)

Artikolu 17(6)(c)

Artikolu 24(3)(d)

Artikolu 17(6)(d)

Artikolu 24(3)(l)

Artikolu 17(6)(e)

Artikolu 17(6)(f)

Artikolu 17(6)(g)

Artikolu 24(3)(r)

Artikolu 17(6)(h)

Artikolu 24(3)(s)

Artikolu 17(6)(i)

Artikolu 24(3)(t)

Artikolu 17(6)(j)

Artikolu 24(3)(v)

Artikolu 17(6)(k)

Artikolu 24(3)(u)

Artikolu 17(7)

Artikolu 24(4)

Artikolu 24(5)

Artikolu 18

Artikolu 25

Artikolu 18(1)

Artikolu 25(1) u (10)

Artikolu 18(2)

Artikolu 25(2), (3) u (4)

Artikolu 18(3)

Artikolu 25(5)

Artikolu 18(4)

Artikolu 25(6)

Artikolu 18(5)

Artikolu 25(7)

Artikolu 18(6)

Artikolu 24(1)

Artikolu 25(8)

Artikolu 18(7)

Artikolu 25(9) u (10)

Artikolu 25(11)

Artikolu 26

Artikolu 19

Artikolu 27

Artikolu 20

Artikolu 28

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 20(4)

Artikolu 28(3)

Artikolu 20(5)

Artikolu 28(4)

Artikolu 20(6)

Artikolu 28(5)

Artikolu 20(7)

Artikolu 28(6)

Artikolu 20(8)

Artikolu 28(7)

Artikolu 21

Artikolu 29

Artikolu 22

Artikolu 30

Artikolu 23

Artikolu 31

Artikolu 24

Artikolu 32

Artikolu 25(1) u (2)

Artikolu 33(1) u (2)

Artikolu 33(3)

Artikolu 25(3)

Artikolu 33(4)

Artikoli 26 u 27

Artikolu 34

Artikolu 28(1)

Artikolu 35(1) u Artikolu 36(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 35(2)

Artikolu 36(1)

Artikolu 29(1) u (2)

Artikolu 37(1)

Artikolu 29(3)

Artikolu 37(2)

Artikolu 30

Artikolu 38

Artikolu 31(1)

Artikolu 39(1)

Artikolu 31(2)

Artikolu 39(1) u (3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 32(1)

Artikolu 46(3)

Artikolu 32(2)

Artikolu 46(4)

Artikolu 32(3)

Artikolu 46(2)

Artikolu 32(4)

Artikolu 45(2)

Artikolu 32(5)

Artikolu 45(2)

Artikolu 32(6)

Artikolu 44(2)

Artikolu 32(7)

Artikolu 45(3)

Artikolu 32(8)

Artikolu 45(4)

Artikolu 32(9)

Artikolu 45(5) u (6)

Artikolu 32(10)

Artikolu 45(7)

Artikolu 32(11)

Artikolu 45(8)

Artikolu 32(12)

Artikolu 45(9)

Artikolu 33(1) sa (4)

Artikolu 47(1) sa (4)

Artikolu 47(5)

Artikolu 33(5)

Artikolu 47(6)

Artikolu 33(6)

Artikolu 47(7)

Artikolu 33(7)

Artikolu 47(8)

Artikolu 33(8)

Artikolu 47(9)

Artikolu 33(9)

Artikolu 47(10)

Artikolu 33(10)

Artikolu 47(11)

Artikolu 33(11)

Artikolu 47(12)

Artikolu 48

Artikolu 34

Artikolu 49

Artikolu 35(1) u (2)

Artikolu 50(1) u (2)

Artikolu 50(3)

Artikolu 35(3)

Artikolu 50(4) u (5)

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 42

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 53

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 38

Artikolu 58

Anness


Top