Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1311

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal- 10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE

OJ L 354, 11.12.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1311/oj

11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1311/2014

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tas-servizzi kollha ta' netwerk għajr għal servizzi li jippermettu li jiġu invokati servizzi ta' dejta spazjali.

(2)

L-interoperabilità ta' servizzi ta' dejta spazjali hija kkaratterizzata mill-kapaċità li d-dejta tiġi komunikata, eżegwita jew trasferita bejniethom. Prerekwiżit għall-invokazzjoni tas-servizzi ta' dejta spazjali huwa l-kapaċità li wieħed jaċċessal-informazzjoni rilevanti. Permezz tas-servizzi ta' sejbien ordnati fid-Direttiva 2007/2/KE, b'regoli għall-implimentazzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009, l-Istati Membri qed jagħmlu disponibbli l-elementi ta' metadejta ordnati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (3). Ir-regoli ta' implimentazzjoni għal servizzi ta' dejta spazjali fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (4) jintroduċu elementi ġodda ta' metadejta għal servizzi ta' dejta spazjali, u bħala konsegwenza ta' dan, id-definizzjoni ta' element ta' metadejta fir-Regolament (KE) Nru 976/2009 għandha tiġi aġġornata sabiex jiġu permessi wkoll l-iskoperta u d-disponibbiltà tal-elementi l-ġodda ta' metadejta bis-servizzi ta' sejbien tal-Istati Membri.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 976/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 976/2009, il-punt 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

“7.

l-‘Element ta' metadejta INSPIRE’ tfisser element ta' metadejta stabbilit fil-parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1205/2008 jew fil-Parti B tal-Anness V, Parti B tal-Anness VI u Parti B tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (*);

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).


Top