Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0362

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 362/2014 tad- 9 ta' April 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 107, 10.4.2014, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/362/oj

10.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 362/2014

tad-9 ta' April 2014

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2011 tat-2 ta' Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sar żball fil-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3) u l-emenda tiegħu permezz tar-Regolament (UE) Nru 1258/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel. Għaldaqstant hija meħtieġa korrezzjoni tat-test tat-tabella fl-Anness tal-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Il-lingwi l-oħra m'humiex affettwati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għaldaqstant għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Spanjola).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 3.12.2011, p. 15.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).


Top