Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0024

Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 94, 28.3.2014, p. 65–242 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj

28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/65


DIRETTIVA 2014/24/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi, kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawk il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

(2)

L-akkwist pubbliku għandu rwol ċentrali fl-istrateġija Ewropa 2020, stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (“Strateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”), bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom jiġu riveduti u modernizzati sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, tiġi ffaċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-akkwist pubbliku u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-għanijiet soċjali komuni. Hemm bżonn ukoll li jiġu ċċarati ideat u kunċetti bażiċi sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva, għandu jittieħed kont tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (6), b’mod partikolari f’rabta mal-għażla tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, speċifiċitajiet tekniċi, kriterji ta’ għoti u kondizzjonijiet tat-twettiq tal-kuntratt.

(4)

Il-forom dejjem aktar varji ta’ azzjoni pubblika jeħtieġu definizzjoni aktar ċara tal-kunċett ta’ akkwist innifsu; madankollu dik il-kjarifika ma għandhiex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jitqabbel ma’ dak tad-Direttiva 2004/18/KE. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi mhumiex maħsuba li jkopru kull forma ta’ ħlas ta’ fondi pubbliċi, iżda dawk biss immirati lejn l-akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi għal konsiderazzjoni permezz ta’ kuntratt pubbliku. Għandu jkun ikkjarifikat li dawn l-akkwisti ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi għandhom ikunu soġġett għal din id-Direttiva sew jekk ikunu implimentati permezz ta’ xiri, kiri jew forom kuntrattwali oħrajn.

Il-kunċett ta’ akkwist għandu jiġi interpretat fis-sens wiesa’ tal-kisba tal-benefiċċji tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi inkwistjoni, li ma jeħtiġux neċessarjament trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, il-finanzjament sempliċi, b’mod partikolari permezz ta’ għotjiet, ta’ attività, li ta’ spiss hu marbut mal-obbligu tar-rimborż tal-ammonti li jkunu ngħataw meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, normalment ma jaqax fl-ambitu tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Bl-istess mod, is-sitwazzjonijiet fejn l-operaturi kollha li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet huma intitolati jwettqu kompitu speċifiku, mingħajr ebda selettività, bħall-għażla tal-konsumatur u sistemi ta’ skemi ta’ kupuni, ma għandhomx jitqiesu bħala akkwist iżda sempliċement skemi ta’ awtorizzazzjoni (pereżempju liċenzji għal mediċini jew servizzi mediċi).

(5)

Għandu jiġi mfakkar li xejn f’din id-Direttiva ma jobbliga lill-Istati Membri li għandhom jagħtu b’kuntratt jew jesternalizzaw il-forniment ta’ servizzi li jixtiequ jipprovdu huma stess jew li jorganizzaw b’mezzi oħra minbarra l-kuntratti pubbliċi skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva. Ma għandux ikun kopert, il-forniment tas-servizzi bbażat fuq il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti ta’ impjiegi. F’xi Stati Membri, dan jista’ pereżempju jkun il-każ għal ċerti servizzi amministrattivi u governattivi bħal servizzi eżekuttivi u leġislattivi jew il-forniment ta’ ċerti servizzi lill-komunità, bħal servizzi tal-affarijiet barranin jew servizzi ġuridiċi jew servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorji.

(6)

Huwa wkoll xieraq li jiġi mfakkar li din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri.Lanqas m’għandha tittratta l-liberalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, riservat għall-entitajiet pubbliċi jew privati, u lanqas m’għandha tittratta l-privatizzazzjoni tal-entitajiet pubbliċi li jipprovdu s-servizzi.

Għandu jiġi mfakkar bl-istess mod li l-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħal servizzi postali jew bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali jew taħlita tagħhom. Huwa adatt li jiġi ċċarat li servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali ma għandhomx jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(7)

Fl-aħħar, għandu jiġi mfakkar li din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiddefinixxu, f’konformità mad-Dritt tal-Unjoni, servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u l-karatteristiċi tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, inkluż kwalunkwe kondizzjonijiet dwar il-kwalità tas-servizz, sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom. Din id-Direttiva għandha tkun ukoll mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, servizzi ta’ kummissjoni u finanzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar Servizzi ta’ Interess Ġenerali anness għat-TFUE u għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew is-sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(8)

Kuntratt għandu jitqies biss bħala kuntratt għal xogħlijiet pubbliċi jekk is-suġġett tiegħu jkopri speċifikament l-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness II, anke jekk il-kuntratt ikopri l-għoti ta’ servizzi oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawk l-attivitajiet. Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, b’mod partikolari fil-qasam tas-servizzi ta’ ġestjoni ta’ proprjetà, jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, jinkludu xogħlijiet. Madankollu, sa fejn dawk ix-xogħlijiet ikunu inċidentali għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u jkunu konsegwenza possibli tagħhom jew komplimentari għalihom, il-fatt li dawk ix-xogħlijiet huma inklużi fil-kuntratt ma jiġġustifikax il-kwalifika tal-kuntratt pubbliku ta’ servizzi bħala kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet.

Madankollu, fid-dawl tad-diversità tal-kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li kuntratti għad-disinn u l-eżekuzzjoni ta’ xogħol jingħataw separatament jew b’mod konġunt. Din id-Direttiva mhix intiża li tippreskrivi għotji ta’ kuntratti konġunti jew separati.

(9)

It-twettiq ta’ biċċa xogħol li tikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati minn awtorità kontraenti jirrikjedi li l-awtorità inkwistjoni tkun ħadet miżuri biex tiddefinixxi t-tip ta’ xogħol jew, tal-anqas, tkun eżerċitat influwenza deċiżiva fuq id-disinn tiegħu. Jekk il-kuntrattur jwettaqx ix-xogħol kollu jew parti minnu bil-mezzi tiegħu stess jew jiżgura li t-twettiq b’mezzi oħra m’għandux ibiddel il-klassifikazzjoni tal-kuntratt bħala kuntratt ta’ xogħlijiet, sakemm il-kuntrattur jibqa’ jassumi obbligu dirett jew indirett li huwa legalment infurzabbli biex jiżgura li x-xogħlijiet ser jitwettqu.

(10)

Il-kunċett ta’ “awtoritajiet kontraenti” u b’mod partikolari dak ta’ “korpi rregolati mil-liġi pubblika” ġew eżaminati ripetutament fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Biex ikun iċċarat li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ratione personae għandu jibqa’ l-istess, huwa opportun li jinżammu d-definizzjonijiet li l-Qorti bbażat fuqha u li jiġu inkorporati għadd ta’ kjarifiki mogħtija minn dik il-każistika bħala mezz biex jinftiehmu dawk id-definizzjonijiet, mingħajr l-intenzjoni li jinbidel il-fehim tal-kunċett kif elaborat mill-każistika. Għal dak l-iskop, għandu jkun iċċarat li korp li jopera f’kondizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jġarrab it-telf li jirriżulta mill-eżerċizzju tal-attività tiegħu ma għandux jitqies bħala “korp irregolat mil-liġi pubblika” peress li l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li jkun twaqqaf biex jissodisfa jew ingħata l-inkarigu biex jissodisfa, jistgħu jitqiesu li huma ta’ natura industrijali jew kummerċjali.

Bl-istess mod, il-kondizzjoni dwar l-oriġini tal-finanzjament tal-korp ikkunsidrat ġiet ukoll eżaminata mill-każistika, li ċċarat fost oħrajn li jkun iffinanzjat “fil-parti maġġuri” tfisser għal aktar min-nofs u li dak il-finanzjament jista’ jinkludi ħlasijiet minn utenti li huma imposti, ikkalkulati u miġbura f’konformità mar-regoli tal-liġi pubblika.

(11)

Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati fir-rigward tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt fejn il-partijiet differenti li jifformaw il-kuntratt huma oġġettivament inseparabbli. Għandu għalhekk ikun iċċarat kif l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw jekk il-partijiet humiex separabbli jew le. Dik il-kjarifika għandha tkun ibbażata fuq il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Id-determinazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ, fejn l-intenzjonijiet espressi jew preżunti tal-awtorità kontraenti li jqisu d-diversi aspetti li jifformaw kuntratt imħallat bħala indiviżibbli ma għandhomx ikunu suffiċjenti, iżda għandhom ikunu sostnuti b’evidenza oġġettiva li tista’ tiġġustifikahom u tistabbilixxi l-ħtieġa li jsir kuntratt wieħed. Ħtieġa ġustifikata bħal din biex isir kuntratt wieħed tista’ pereżempju tkun fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ bini wieħed, li parti minnu tkun ser tintuża direttament mill-awtorità kontraenti kkonċernata u parti oħra titħaddem fuq bażi ta’ konċessjonijiet, pereżempju biex jingħataw faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-pubbliku. Għandu jkun iċċarat li l-ħtieġa li jiġi konkluż kuntratt uniku tista’ tkun minħabba raġunijiet ta’ kemm natura teknika kif ukoll ta’ natura ekonomika.

(12)

Fil-każ tal-kuntratti mħallta li jistgħu jiġu sseparati, l-awtoritajiet kontraenti huma, dejjem liberi li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati tal-kuntratt imħallat, f’liema każ id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull parti separata għandhom jiġu ddeterminati eskusslivament fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dak il-kuntratt speċifiku. Min-naħa l-oħra, fejn l-awtoritajiet kontrajenti jagħżlu li jinkludu elementi oħra fl-akkwist, ikun xi jkun il-valur tagħhom u jkun xi jkun ir-reġim legali li l-elementi miżjuda kienu jkunu soġġetti għalihom, il-prinċipji ewlenin għandhom ikunu li fejn kuntratt għandu jingħata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jekk jingħata waħdu, f’dak il-każ din id-Direttiva għandha tkompli tapplika għall-kuntratt imħallat fl-intier tiegħu.

(13)

Madankollu, għandhom isiru dispożizzjonijiet speċjali għall-kuntratti mħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà jew partijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ appliazzjoni tat-TFUE. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun possibbli dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi u li d-deċiżjoni li jingħata kuntratt uniku ma titteħidx għall-fini li jiġu esklużi kuntratti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għandu jkun iċċarat li l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx jinżammu milli jagħżlu li japplikaw din id-Direttiva li ċerti kuntratti mħallta minflok japplikaw id-Direttiva 2009/81/KE.

(14)

Għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ “operaturi ekonomiċi” għandu jiġi interpretat f’sens wiesa’ sabiex jinkludi kwalunkwe persuna u/jew entità li toffri t-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq, irrispettivament mill-forma legali li taħtha jkunu għażlu li joperaw. Għalhekk, impriżi, fergħat, sussidjarji, sħubijiet, soċjetajiet kooperattivi, kumpanniji b’responsabbiltà limitata, universitajiet, pubbliċi jew privati, u forom oħra ta’ entitajiet minbarra persuni fiżiċi għandhom kollha jaqgħu taħt il-kunċett ta’ operatur ekonomiku, kemm jekk huma sew jekk mhumiex “persuni ġuridiċi” fi kwalunkwe u f’kull ċirkostanza.

(15)

Għandu jiġi ċċarat li gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inkluż fejn ikunu ngħaqdu flimkien fil-forma ta’ assoċjazzjoni temporanja, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ għoti mingħajr ma jkun meħtieġ minnhom li jieħdu xi forma legali speċifika. Sa fejn dan hu meħtieġ, pereżempju fejn hi mitluba responsabbiltà konġunta u diversa, forma speċifika tista’ tkun mitluba meta tali gruppi jingħataw il-kuntratt.

Għandu jkun ċċarat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu kapaċi jistabilixxu b’mod espliċitu kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja kif stabbiliti f’din id-Direttiva, jew il-kriterji marbuta mal-abbiltà teknika u professjonali, li huma mitluba mill-operaturi ekonomiċi li jkunu qed jipparteċipaw weħidhom.

It-twettiq tal-kuntratti minn gruppi ta’ operaturi ekonomiċi tista’ tkun teħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet, li mhumiex imposti fuq il-parteċipanti individwali. Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati, jistgħu pereżempju jinkludu r-rekwiżiti tal-ħatra ta’ rappreżentazzjoni konġunta jew ta’ sieħeb mexxej għall-finijiet tal-proċedura ta’ akkwist jew jitolbu informazzjoni dwar l-iffurmar tagħhom.

(16)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu l-użu mill-mezzi kollha possibbli disponibbli għalihom taħt id-dritt nazzjonali sabiex jipprevjenu distorsjonijiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jirriżutaw minn kunflitti ta’ interess. Dan jista’ jinkludi proċeduri biex jiġu identifikati, evitati u rimedjati kunflitti ta’ interess.

(17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (8) approvat b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”). L-għan tal-FAP huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta’ drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Għal kuntratti koperti mill-Annessi 1, 2, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jissodisfaw l-obbligi skont dawn il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

(18)

Il-FAP japplika għall-kuntratti li jaqbżu ċerti limiti, stipulati fil-FAP u mfissra bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. Il-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva għandhom jiġu allinjati sabiex ikun żgurat li dawn jikkorrispondu għall-ekwivalenti f’euro tal-livelli stabbiliti fil-FAP. Huwa meħtieġ ukoll li jkunu previsti reviżjonijiet perjodiċi tal-livelli stabbiliti mfissra f’euro sabiex jiġu aġġustati, permezz ta’ operazzjoni purament matematika, għall-varjazzjonijiet possibbli fil-valur tal-euro fir-rigward ta’ dawk id-drittijiet speċjali ta’ prelevament. Barra minn dawk l-aġġustamenti matematiċi perijodiċi, matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss għandha tiġi esplorata żieda fil-limiti mniżżla fil-FAP.

(19)

Għandu jiġi ċċarat li, għall-istima tal-valur ta’ kuntratt, irid jittieħed kont tad-dħul kollu, kemm jekk irċevut mill-awtorità kontraenti kif ukoll minn partijiet terzi. Għandu jkun iċċarat ukoll li, għall-fini tal-istima tal-limiti, il-kunċett ta’ provvisti simili għandu jinftiehem bħala prodotti li huma maħsuba għal użi identiċi jew simili, bħal provvisti ta’ firxa ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ diversi għamajjar tal-uffiċċju. Tipikament, operatur ekonomiku attiv fil-qasam ikkonċernat x’aktarx jinkludi dawk il-provvisti bħala parti mill-firxa normali tiegħu ta’ prodotti.

(20)

Għall-finijiet tal-istima tal-valur ta’ akkwist partikolari, għandu jiġi ċċarat li għandu jkun permess li l-istima tal-valur tiġi bbażata fuq subdiviżjoni tal-akkwist biss meta jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Pereżempju, għandu jkun ġustifikat li valuri kontrattwali jiġu stmati fil-livell ta’ unità operazzjonali separata tal-awtorità kontraenti, bħal pereżempju skejjel jew kindergartens, dment li l-unità partikolari tkun responsabbli b’mod indipendenti għall-akkwist tagħha. Dan jista’ jiġi assunt meta unità operazzjonali separata tmexxi b’mod indipendenti l-proċeduri ta’ akkwist u tieħu d-deċiżjonijiet ta’ xiri, għandha linja ta’ baġit separata għad-dispożizzjoni tagħha għall-akkwisti kkonċernati, tikkonkludi l-kuntratt b’mod indipendenti u tiffinanzjah minn baġit li hi għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Subdiviżjoni ma tkunx ġustifikata meta l-awtorità kontraenti sempliċiment torganizza l-akkwist biss b’mod deċentralizzat.

(21)

Kuntratti pubbliċi li jingħataw minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali u li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawk l-attivitajiet huma koperti bid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Madankollu, kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti fil-kuntest tal-operazzjoni minnhom ta’ servizzi ta’ trasport marittimu, kostali jew fuq ix-xmajjar jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(22)

Minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, din id-Direttiva ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti rregolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(23)

L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal ċerti servizzi awdjoviżivi u tal-midja tar-radju minn fornituri tal-midja għandhom iħallu li jitqiesu l-aspetti ta’ sinifikat kulturali u soċjali, li jagħmel l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ kisba mhux xierqa. Għal dawk ir-raġunijiet, għalhekk għandha ssir eċċezzjoni għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, mogħtija mill-fornituri tas-servizzi tal-media nnifishom, għax-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew koproduzzjoni ta’ programmi kummerċjalment disponibbli u servizzi oħra preparatorji, bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ skripts jew esekuzzjoni artistika meħtieġa għall-produzzjoni tal-programm. Għandu jiġi ċċarat ukoll li dik l-esklużjoni għandha tapplika ugwalment għas-servizzi tax-xandir tal-media u għal servizzi on-demand (servizzi non-lineari). Madankollu, dik l-esklużjoni ma għandhiex tapplika għall-provvista ta’ tagħmir tekniku meħtieġ għall-produzzjoni, il-koproduzzjoni u x-xandir ta’ dawn il-programmi.

(24)

Għandu jiġi mfakkar li s-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u forom oħra simili ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim normalment jiġu pprovduti minn korpi jew individwi li jkun hemm qbil dwarhom, jew magħżula, b’mod li ma jistax jiġi regolat minn regoli ta’ akkwist. Għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ servizzi għall-provvista ta’ dawn is-servizzi, irrispettivament mid-denominazzjoni tagħhom taħt id-dritt nazzjonali.

(25)

Ċertu numru ta’ servizzi legali jitwettqu minn fornituri tas-servizzi li huma maħtura minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, jinvolvu rappreżentanza ta’ klijenti fi proċedimenti ġudizzjarji minn avukati, għandhom jiġu pprovduti min-nutara jew huma marbuta mal-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali. Servizzi legali bħal dawn huma normalment ipprovduti minn korpi jew individwi maħtura jew magħżula b’mod li ma jistax jiġi rregolat minn regoli ta’ akkwist, bħal per eżempju l-ħatra ta’ Avukati tal-Istat f’ċerti Stati Membri. Dawk is-servizzi legali għandhom għalhekk ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(26)

Huwa adatt li jiġi speċifikat li l-kunċett ta’ strumenti finanzjarji kif imsemmija f’din id-Direttiva jingħata l-istess tifsira bħal f’leġislazzjoni oħra tas-suq intern u, fid-dawl tal-ħolqien reċenti tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l- Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, għandu jiġi stipulat li operazzjonijiet imwettqa b’dik il-Faċilità u dak il-Mekkaniżmu għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Finalment għandu jiġi ċċarat li s-self, kemm b’rabta jew le mal-ħruġ ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra jew operazzjonijiet oħra ma’ dawn, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(27)

Għandu jitfakkar li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jipprevedi espliċitament li d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE japplikaw, rispettivament, għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm. Għandu jitfakkar, barra minn hekk, li dak ir-Regolament jibqa’ japplika għal kuntratti (pubbliċi) ta’ servizzi kif ukoll għal konċessjonijiet ta’ servizz għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro. Biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jkun previst espliċitament li din id-Direttiva ma għandhiex tkun applikabbli għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għall-forniment ta’ servizzi ta’ traspost pubbliku ta’ passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro, li l-għoti tagħhom għandu jibqa’ soġġett għal dak ir-Regolament. Dment li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 iħalli f’idejn il-liġi nazzjonali biex titbiegħed mir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro għandhom jingħataw permezz tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt li ssegwi r-regoli ġenerali tal-akkwist pubbliku tagħhom.

(28)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal ċerti servizzi ta’ emerġenza fejn dawn jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, minħabba li n-natura partikolari ta’ dawk l-organizzazzjonijiet hija diffiċli biex tiġi ppreservata jekk il-fornituri tas-servizzi jkollhom jintgħażlu skont il-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-esklużjoni m’għandhiex tiġi estiża lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ. Għalhekk għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li s-servizzi tat-trasport tal-pazjenti b’ambulanzi m’għandhomx jiġu esklużi. F’dak il-kuntest huwa aktar meħtieġ li jiġi ċċarat li l-Grupp CPV 601 “Servizzi tat-Trasport bl-Art” ma jkoprix is-servizzi tal-ambulanzi, li jinsab fil-klassi CPV 8514. Għandu għalhekk jiġi ċċarat li servizzi, li huma koperti bil-kodiċi CPV 85143000-3, li jikkonsistu b’mod esklussiv fis-servizzi tat-trasport tal-pazjenti b’ambulanzi għandu jkun soġġett għar-reġim speċjali stipulat għal servizzi soċjali u għal servizzi speċifiċi oħra (ir-reġim anqas strett”. Konsegwentament, kuntratti mħallta għall-provvista tas-servizzi tal-ambulanzi b’mod ġenerali jkunu wkoll soġġetti għar-reġim anqas strett jekk il-valur tas-servizzi tat-trasport tal-pazjenti bl-ambulanzi jkun ikbar mill-valur ta’ servizzi oħra tal-ambulanza.

(29)

Huwa xieraq li jiġi mfakkar li din id-Direttiva tapplika biss għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri. Konsegwentement, il-partiti politiċi b’mod ġenerali, peress li mhumiex awtoritajiet kontraenti, mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha. Madankollu, xi partiti politiċi f’xi Stati Membri jistgħu jaqgħu taħt in-nozzjoni ta’ korpi regolati mil-liġi pubblika.

Madankollu, ċerti servizzi (bħall-filmati ta’ propoganda u produzzjoni tal-vidjo) tant huma marbuta b’mod strett mal-fehmiet politiċi tal-fornitur tas-servizz meta jingħataw fil-kuntest ta’ kampanja elettorali, li l-fornituri tas-servizz huma normalment magħżula b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu regolati b’regoli tal-akkwisti.

Fl-aħħarnett, għandu jiġi mfakkar li l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma soġġetti għal regoli oħra minbarra dawk stipulati f’din id-Direttiva.

(30)

F’ċerti każijiet, awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti tista’ tkun l-uniku sors għal servizz partikolari, li tgawdi d-dritt esklussiv għall-forniment tiegħu skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ppubblikati li huma kompatibbli mat-TFUE. Għandu jiġi ċċarat li m’hemmx għalfejn li din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi lil dik l-awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni.

(31)

Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar sa fejn il-kuntratti konklużi bejn entitajiet fis-settur pubbliku għandhom ikunu koperti bir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi fi ħdan is-settur pubbliku mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet pubbliċi huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi biex iwettqu l-kompiti pubbliċi ta’ servizzi kkonferiti lilhom billi jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom li tinkludi l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn.

Għandu jiġi żgurat li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tirriżultax f’distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi privati peress li hi tpoġġi lill-fornitur privat ta’ servizzi f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tagħha.

(32)

Kuntratti pubbliċi mogħtija lil persuni ġuridiċi kkontrollati ma għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva jekk l-awtorità kontraenti twettaq kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata simili għal dak li twettaq fuq id-dipartimenti tagħha stess, dment li l-persuna legali kkontrollata twettaq aktar minn 80 % tal-attivitajiet tagħha fit-twettiq ta’ kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti li tikkontrollaha jew minn persuni ġuridiċi oħrajn ikkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti, irrilevanti mill-benefiċjarju tat-twettiq tal-kuntratt.

L-eżenzjoni m’għandhiex tiġi estiża għal sitwazzjonijiet fejn hemm parteċipazzjoni diretta minn operatur ekonomiku privat fil-kapital tal-persuna ġuridika kkontrollata minħabba li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għotja ta’ kuntratt pubbliku mingħajr proċedura kompetittiva tagħti lill-operatur ekonomiku privat b’parteċipazzjoni kapitali fil-persuna ġuridika kkontrollata vantaġġ mhux dovut fuq il-kompetituri tiegħu. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-korpi pubbliċi bi sħubija obbligatorja, bħal organizzazzjonijiet responsabbli għall-amministrazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ ċerti servizzi pubbliċi, dan m’għandux japplika f’każijiet fejn il-parteċipazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi privati speċifiċi fil-kapital tal-persuna ġuridika kkontrollata ssir obbligatorja minn dispożizzjoni leġislattiva nazzjonali f’konformità mat-Trattati, sakemm din il-parteċipazzjoni ma tkunx tikkontrolla jew tibblokka u ma jkollhiex influwenza deċisiva fuq id-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata. Barra minn dan għandu jiġi ċċarat li l-element deċisiv huwa biss il-parteċipazzjoni privata diretta fil-persuna ġuridika kkontrollata. Għalhekk fejn ikun hemm parteċipazzjoni ta’ kapital privat fl-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew fl-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll dan ma jeskludix l-għotja ta’ kontratti pubbliċi lil persuna ġuridika kkontrollata, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti minn din id-Direttiva peress li dawn il-parteċipazzjonijiet ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi privati.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti bħall-korpi regolati mil-liġi pubblika, li jista’ jkollhom parteċipazzjoni kapitali privata, għandhom ikunu f’pożizzjoni li jużufruwixxu mill-eżenzjoni tal-kooperazzjoni orizzontali. Konsegwentement, fejn il-kondizzjonijiet l-oħra kollha f’rabta mal-kooperazzjoni orizzontali jiġu sodisfatti, l-eżenzjoni għall-kooperzzjoni orizzontali għandha tkun estiża għal dawn l-awtoritajiet kontraenti fejn il-kuntratt huwa konkluż b’mod esklussiv bejn l-awtoritajiet kontraenti.

(33)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jipprovdu b’mod konġunt is-servizzi pubbliċi tagħhom permezz ta’ kooperazzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jużaw kwalunkwe forma legali partikolari. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri t-tipi kollha ta’ attivitajiet relatati mat-twettiq tas-servizzi u r-responsabbiltajiet li l-awtoritajiet parteċipanti jiġu assenjati jew jassumu, bħal kompiti obbligatorji jew voluntarji tal-awtoritjiet lokali jew reġjonali jew servizzi konferiti lil korpi speċifiċi permezz tal-liġi pubblika. Is-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet parteċipanti diversi mhux neċessarjament għandhom ikunu identiċi; jistgħu jkunu wkoll kumplimentari.

Kuntratti għall-provvista konġunta ta’ servizzi pubbliċi ma għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva dment li jkunu konklużi esklussivament bejn awtoritajiet kontraenti, li l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni tkun regolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku u li l-ebda fornitur tas-servizzi privat ma jitqiegħed f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tiegħu.

Sabiex jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet, il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunċett ta’ kooperazzjoni. Tali kooperazzjoni ma tirrikjedix li l-awtoritajiet parteċipanti kollha jassumu t-twettiq tal-obbligi kuntrattwali ewlenin, sakemm ikun hemm impenji għall-kontribuzzjoni lejn twettiq kooperattiv tas-servizz pubbliku inkwistjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, inkluż kwalunkwe trasferiment finanzjarju bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, għandhom ikunu regolati biss b’kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.

(34)

Jeżistu ċerti każijiet fejn entità legali taġixxi, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, bħala strument jew servizz tekniku għal awtoritajiet kontraenti ddeterminati, tkun obbligata twettaq ordnijiet mogħtija lilha minn dawk l-awtoritajiet kontraenti u ma għandha l-ebda influwenza fuq ir-remunerazzjoni tal-prestazzjoni tagħha. Fid-dawl tan-natura mhux kuntrattwali tagħha, relazzjoni amminstrattiva bħal din ma għandhiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

(35)

Il-kofinanzjament ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) minn għejun tal-industrija għandu jkun inkoraġġut. Konsegwentement għandu jkun iċċarat li din id-Direttiva tapplika biss fejn ma hemm ebda kofinanzjament bħal dan u fejn ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ R&Ż imorru għand l-awtorità kontraenti kkonċernata. Dan ma għandux jeskludi l-possibbiltà li l-fornitur tas-servizz li jkun wettaq dawk l-attivitajiet jista’ jippubblika kont dwarhom dment li l-awtorità kontraenti żżomm id-dritt esklużiv li tuża r-riżultati tar-R&Ż fit-tħaddim tal-affarijiet tagħha stess. Madankollu kondiviżjoni fittizja tar-riżultati tar-R&Ż jew sempliċiment parteċipazzjoni simbolika fir-remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz ma għandhiex twaqqaf l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(36)

L-impjieg u x-xogħol jikkontribwixxu għall-integrazzjoni fis-soċjeta u huma elementi prinċipali fil-garanzija ta’ opportunitajiet ugwali għal kulħadd. F’dan il-kuntest, workshops protetti jista’ jkollhom rwol sinifikanti. L-istess jgħodd għal impriżi soċjali oħra li l-għan prinċipali tagħhom hu li jappoġġaw l-integrazzjoni jew ir-reintegrazzjoni soċjali u professjonali tal-persuni diżabbli u żvantaġġati, bħal ma huma n-nies qiegħda, il-membri ta’ minoranzi żvantaġġati jew gruppi soċjalment marġinalizzati. Madankollu, dawn il-workshops jew impriżi jistgħu ma jkunux kapaċi jiksbu kuntratti b’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, huwa xieraq li jkun previst li l-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew għal gruppi minnhom għal workshops jew impriżi bħal dawn jew jirriservaw it-twettiq tal-kuntratti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjieg protetti.

(37)

Bil-ħsieb ta’ integrazzjoni adegwata ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku huwa ta’ importanza partikolari li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti jieħdu l-miżuri relevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn ikun qed iseħħ ix-xogħol jew ipprovduti s-servizzi u jirriżultaw minn liġijiet, regolamenti, digrieti u deċiżjonijiet, sew fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi, dment li dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni. Bl-istess mod, obbligazzjonijiet li joriġinaw minn ftehimiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u elenkati fl-Awnness XI għandhom japplikaw matul it-twettiq tal-kuntratt. Madankollu, dan m’għandu bl-ebda mod jipprevjeni l-applikazzjoni tat-termini u kondizzjonijiet tal-impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

Il-miżuri rilevanti għandhom ikunu applikati f’konformità mal-prinċipji bażiċi tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali. Dawn il-miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u b’mod li jiżgura trattament ugwali u li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra l-operaturi ekonomiċi u ħaddiema minn Stati Membri oħra.

(38)

Is-servizzi għandhom ikunu meqjusa li jkunu pprovduti fil-post li fih it-twettiq karatteristiku jitwettaq. Meta s-servizzi huma pprovduti mill-bogħod, pereżempju servizzi pprovduti minn ċentri telefoniċi, dawk is-servizzi għandhom jitqiesu bħala pprovduti fil-post fejn is-servizzi twettqu, irrispettivament mill-postijiet u l-Istati Membri li lejhom is-servizzi huma diretti.

(39)

L-obbligi rilevanti jistgħu jiġu riflessi fi klawsoli kuntrattwali. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu inklużi klawsoli li jiżguraw konformità mal-ftehimiet kollettivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti jista’ jiġi kkunsidrat bħala kondotta serjament skorretta min-naħa tal-operatur ekonomiku kkonċernat, li tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku.

(40)

Il-kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ambjentali, soċjali u tax-xogħol, għandhom jitwettqu fl-istadji rilevanti tal-procedura ta’ akkwist, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti tal-kuntratti, meta jiġi applikat il-kriterju ta’ esklużjoni u meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw offerti baxxi b’mod anormali. Il-verifika meħtieġa għal dak il-għan għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-mezzi ta’ prova u l-awtodikjarazzjonijiet.

(41)

F’din id-Direttiva xejn m’għandu jxekkel l-impożizzjoni jew l-infurzar ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu protetti l-politika pubblika, il-moralità pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa, il-ħajja tal-bniedem u dik tal-annimali, il-preservazzjoni tal-ħajja tal-pjanti jew miżuri ambjentali oħrajn, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżvilupp sostenibbli, dment li dawk il-miżuri jkunu konformi mat-TFUE.

(42)

Hemm ħtieġa kbira li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom flessibbiltà miżjuda sabiex jagħżlu proċedura għall-akkwist, li tipprevedi negozjati. Aktar użu ta’ dawk il-proċeduri x’aktarx ukoll iżid il-kummerċ transkonfinali, hekk kif l-evalwazzjoni wriet li l-kuntratti mogħtija bi proċedura negozjata b’pubblikazzjoni minn qabel għandhom rata ta’ suċċess partikolarment għolja fl-offerti transkonfinali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu l-użu tal-proċedura kompetittiva b’negozjar jew tad-djalogu kompetittiv, f’diversi sitwazzjonijiet fejn proċeduri miftuħa jew ristretti mingħajr negozjati x’aktarx li ma jwasslux għal riżultati sodisfaċenti ta’ akkwist. Għandu jitfakkar li l-użu tad-djalogu kompetittiv kellu żieda sostanzjali f’termini ta’ valuri ta’ kuntratt fis-snin li għaddew. Huwa rriżulta siewi f’każijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jkunux jistgħu jiddefinixxu l-mezzi li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom jew li jevalwaw x’jista’ joffri s-suq f’termini ta’ soluzzjonijiet tekniċi, finanzjarji jew legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti innovattivi, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali kbar fit-trasport integrat, netwerks kbar ta’ kompjuters jew proġetti li jinvolvu finanzjament kumpless u strutturat. Fejn rilevanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jaħtru mexxej tal-proġett sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtorità kontraenti matul l-proċedura tal-għoti tal-kuntratt.

(43)

Għal kuntratti ta’ xogħlijiet, tali sitwazzjonijiet jinkludu xogħlijiet li mhumiex binjiet standard jew fejn ix-xogħlijiet jinkludu d-disinn jew soluzzjonijiet innovattivi. Għal servizzi jew provvisti li jeħtieġu sforzi ta’ adattament jew disinn, l-użu ta’ proċedura kompetittiva bin-negozjar jew djalogu kompetittiv x’aktarx ikun siewi. Dawk l-isforzi ta’ adattament jew disinn huma partikolarment meħtieġa fil-każ ta’ xirjiet kumplessi bħalma huma prodotti sofistikati, servizzi intellettwali, pereżempju xi servizzi ta’ konsulenza, servizzi ta’ arkitettura jew ta’ inġinerija, jew proġetti kbar tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT). F’dawk il-każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa negozjati biex jiggarantixxu li l-provvista jew is-servizz inkwistjoni jikkorrispondu għall-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti. Fir-rigward ta’ servizzi jew provvisti minn fuq l-ixkaffa li jistgħu jiġu pprovduti minn bosta operaturi differenti tas-suq, il-proċedura kompetittiva b’negozjar u d-djalogu kompetittiv ma għandhomx jintużaw.

(44)

Il-proċedura kompetittiva b’negozjar għandha tkun disponibbli wkoll f’każijiet fejn proċedura miftuħa jew ristretta rriżultat biss f’offerti irregolari jew inaċċettabbli. F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu permessi jwettqu negozjati bil-għan li jinkisbu offerti regolari u aċċettabbli.

(45)

Il-proċedura kompetittiva b’negozjar għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw minn qabel ir-rekwiżiti minimi li jikkaratterizzaw in-natura tal-akkwist u li ma għandhomx jinbidlu fin-negozjati. Il-kriterji tal-għoti u l-piż li jingħatalhom għandhom jibqgħu stabbli tul il-proċedura kollha u ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati, biex ikun garantit trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi kollha. In-negozjati għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-offerti sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jixtru xogħlijiet, provvisti u servizzi perfettament adatti għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. In-negozjati jistgħu jkunu dwar il-karatteristiċi kollha tax-xogħlijiet, provvisti u servizzi mixtrija inkluż, pereżempju, il-kwalità, il-kwantitajiet, klawżoli kummerċjali kif ukoll aspetti soċjali, ambjentali u innovattivi, sakemm ma jkunux rekwiżiti minimi.

Għandu jkun iċċarat li r-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità kontraenti huma dawk il-kondizzjonijiet u l-karatteristiċi (b’mod partikolari fiżiċi, funzjonali u legali) li kull offerta għandha tissodisfa jew tippossjedi sabiex l-awtorità kontraenti tkun tista’ tagħti l-kuntratt f’konformità mal-kriterju tal-għoti magħżul. Biex jiżgura t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-proċess, l-istadji kollha għandhom ikunu dokumentati kif dovut. Barra minn hekk, l-offerti kollha tul il-proċedura għandhom isiru bil-miktub.

(46)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew iqassru ċerti skadenzi applikabbli għall-proċedura miftuħa u ristretta u għall-proċeduri ta’ kompettitività permezz tan-negozjar fejn l-iskadenzi inkwistjoni jkunu imprattikabbli minħabba stat ta’ urġenza li għandu jkun debitament sostanzjat mill-awtoritajiet kontraenti. Għandu jiġi ċċarat li din ma għandhiex għalfejn tkun urġenza estrema minħabba avvenimenti mhux previsti u mhux attribwibbli għall-awtorità kontraenti.

(47)

Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-ekoinnovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni u tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ prodotti, xogħlijiet u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza sfidi soċjetali kbar. Huwa jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għal benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Għandu jitfakkar li għadd ta’ mudelli ta’ akkwist ġew deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007 intitolata “L-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa”, li tittratta l-akkwist ta’ dawk is-servizzi ta’ riċerka u żvilupp li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk il-mudelli jibqgħu disponibbli, iżda din id-Direttiva għandha wkoll tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri biex jiksbu l-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.

(48)

Minħabba l-importanza tal-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jippermettu varjanti ta’ spiss kemm jista’ jkun. Konsegwentement għandha tinġibed l-attenzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet għall-ħtieġa li jiġu definiti r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-varjanti qabel ma jiġi indikat li jistgħu jiġu ppreżentati l-varjanti.

(49)

Meta l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodott jew servizz innovattiv jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw ma tistax tiġi sodisfatta bis-soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom aċċess għal proċedura ta’ akkwist speċifika fir-rigward ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din il-proċedura speċifika għandha tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet ġodda u innovattivi dment li dak il-prodott jew servizz jew xogħlijiet innovattivi jkunu jistgħu jitwasslu bil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftiehma, mingħajr il-ħtieġa għal proċedura ta’ akkwist separata għax-xiri. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli proċedurali li japplikaw għall-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar u l-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi biss tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, li hija l-aktar xierqa biex jitqabblu l-offerti għal soluzzjonijiet innovattivi. Kemm fir-rigward ta’ proġetti kbar ħafna jew proġetti innovattivi iżgħar, is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-‘attrazzjoni tas-suq’ meħtieġa, biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq.

L-awtoritajiet kontraenti għaldaqstant ma għandhomx jużaw is-sħubiji għall-innovazzjoni b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni. F’ċerti każijiet, l-istabbiliment ta’ sħubiji għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab jista’ jikkontribwixxi biex ikunu evitati effetti bħal dawn.

(50)

Minħabba l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, il-proċeduri negozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt għandhom jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal każijiet fejn il-pubblikazzjoni ma tkunx possibbli, minħabba raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn ġrajjiet imprevedibbli għall-awtorità kontraenti u li ma jistgħux jiġu attribwiti lilha, jew fejn ikun ċar mill-bidu nett li l-pubblikazzjoni mhux ser toħloq aktar kompetizzjoni jew riżultati ta’ akkwist aħjar, b’mod speċjali minħabba li jkun hemm oġġettivament operatur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-kuntratt. Dan huwa l-każ tax-xogħlijiet artistiċi, fejn l-identità tal-artist tiddetermina intrinsikament il-karattru uniku u l-valur tal-oġġett artistiku nnifsu. L-esklużività tista’ tirriżulta wkoll minn raġunijiet oħrajn, iżda huma biss sitwazzjonijiet ta’ esklużività oġġettiva li jistgħu jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività ma tkunx inħolqot mill-awtorità kontraenti stess bil-ħsieb ta’ proċedura ta’ akkwist futura.

L-awtoritajiet kontraenti li jirrikorru għal din l-eċċezzjoni għandhom jipprovdu raġunijiet għalfejn ma hemmx alternattivi jew sostituti raġonevoli bħal ma hu l-użu ta’ kanali tad-distribuzzjoni alternattivi inkluż barra l-Istat Membru tal-awtorità kontraenti jew billi jitqiesu xogħlijiet, provvisti u servizzi funzjonalment komparabbli.

Fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività tkun minħabba raġunijiet tekniċi, dawn għandhom jiġu ddefiniti rigorożament u ġġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ. Huma jistgħu jinkludu, pereżempju, il-fatt li jkun teknikament kważi impossibbli biex operatur ekonomiku ieħor jilħaq il-prestazzjoni meħtieġa jew in-neċessità li jintużaw kompetenza, għodod jew mezzi speċifiċi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu operatur ekonomiku wieħed biss. Ir-raġunijiet tekniċi jistgħu jirriżultaw ukoll minn rekwiżiti speċifiċi ta’ interoperabbiltà li jridu jiġu sodisfatti sabiex ikun żgurat il-funzjonament tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati.

Fl-aħħar nett, proċedura ta’ akkwist ma tkunx siewja meta l-provvisti jinxtraw direttament minn suq ta’ prodotti bażiċi, inkluż pjattaformi tan-negozju għal prodotti bażiċi bħal ma huma skambji ta’ prodotti agrikoli, materja prima u enerġija, fejn l-istruttura rregolata u taħt superviżjoni ta’ negozju multilaterali tiggarantixxi l-prezzijiet tas-suq b’mod naturali.

(51)

Għandu jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali ma tipprevjeni bl-ebda mod l-iżvelar pubbliku ta’ partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluż kwalunkwe bidliet sussegwenti.

(52)

Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta’ akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist, peress li huma jsaħħu bil-kbir il-possibbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist fis-suq intern. Għal dak il-għan, it-trasmissjoni ta’ avviżi f’forma elettronika, id-disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist u - wara perijodu ta’ transizzjoni ta’ 30 xahar - il-komunikazzjoni elettronika kompleta, jiġifieri il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż it-trasmissjoni ta’ talbiet għal parteċipazzjoni u, b’mod partikolari, it-trasmissjoni tal-offerti (sottomissjoni elettronika) għandhom ikunu obbligatorji. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi li jmorru oltre jekk ikunu jixtiequ dan. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-użu obbligatorju ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi skont din id-Direttiva ma għandux, madankollu, jobbliga lill-awtoritajiet kontraenti biex iwettqu proċessi elettroniċi ta’ offerti, u lanqas ma għandu jeħtieġ evalwazzjoni elettronika jew proċessar awtomatiku. Barra minn hekk, skont din id-Direttiva, l-ebda element tal-proċess ta’ akkwist pubbliku wara l-għoti tal-kuntratt ma għandu jkun kopert mill-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, u lanqas il-komunikazzjoni interna fi ħdan l-awtorità kontraenti.

(53)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom, ħlief f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, jużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li mhumiex diskriminatorji, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tal-ICT f’użu ġenerali u li ma jirristrinġux l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist. L-użu ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom jieħdu kont tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku la jkun adatt fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi tirrikjedi għodod speċjalizzati jew formats ta’ fajls li ġeneralment mhumiex disponibbli u lanqas fejn il-komunikazzjoni kkonċernata setgħet tiġi ttrattata biss bl-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju. Għalhekk l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu obbligati li jirrikjedu l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni f’ċerti każijiet, li għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti. Din id-Direttiva tistipula li tali każijiet għandhom jinkludu sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju li mhux ġeneralment disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti bħal stampaturi b’format wiesa’. F’xi proċeduri ta’ akkwist id-dokumenti tal-akkwist jistgħu jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ mudell fiżiku jew fuq skala li ma jistax jiġi sottomess lill-awtoritajiet kontraenti bl-użu ta’ mezzi elettroniċi. F’tali sitwazzjonijiet, il-mudell għandu jkun trasmess lill-awtoritajiet kontraenti bil-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor.

Għandu jkun iċċarat madankollu li l-użu ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-elementi tal-offerta li għalihom mhumiex meħtieġa mezzi ta’ komunikazzjoni.

Huwa adatt li jiġi ċċarat li, fejn meħtieġ għal raġunijiet tekniċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu limitu massimu għad-daqs tal-fajls li jistgħu jiġu ppreżentati.

(54)

Jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu permessi ma jużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni meta dan in-nuqqas tal-użu ta’ tali mezz ta’ komunikazzjoni jkun meħtieġ sabiex tiġi protetta n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni. Għandu jiġi ċċarat li fejn l-użu ta’ għodod elettroniċi li mhumiex ġeneralment disponibbli jista’ joffri l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, dawn l-għodod elettroniċi għandhom jintużaw. Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn awtoritajiet kontraenti jitolbu l-użu ta’ mezzi siguri dedikati ta’ komunikazzjoni li għalihom huma joffru aċċess.

(55)

Formati tekniċi jew standards ta’ proċessi jew ta’ messaġġi li huma differenti jistgħu joħolqu ostakoli għall-interoperabbiltà, mhux biss f’kull Stat Membru iżda wkoll u speċjalment bejn l-Istati Membri. Pereżempju, biex jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist li fiha l-użu ta’ katalogi elettroniċi, li huwa format għall-preżentazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li huwa komuni għall-offerenti li jipparteċipaw u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament, huwa permess jew meħtieġ, l-operaturi ekonomiċi huma,fin-nuqqas ta’ standardizzazzjoni, meħtieġa li jbiddlu l-katologi tagħhom stess skont kull proċedura ta’ akkwist, li jinkludi l-provvediment ta’ informazzjoni simili ħafna f’formati differenti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-awtorità kontraenti kkonċernata. Għalhekk l-istandardizzazzjoni tal-format tal-katalogu ttejjeb il-livell ta’ interoperabbiltà, issaħħaħ l-effiċjenza kif ukoll tnaqqas l-isforz meħtieġ tal-operaturi ekonomiċi.

(56)

Meta tikkonsidra jekk hemmx ħtieġa li tiżgura jew issaħħaħ l-interoperabbiltà bejn formati tekniċi jew standards ta’ proċessi jew ta’ messaġġi differenti billi tagħmel l-użu ta’ standards speċifiċi obbligatorji, u jekk inhu hekk liema standards timponi, il-Kummissjoni għandha tieħu l-akbar kont tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati kkonċernati. Hija għandha tikkunsidra wkoll sal-liema punt standard partikolari diġà intuża fil-prattika mill-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kontraenti u kemm dan iffunzjona sew. Qabel ma jsir użu minn kwalunkwe standard tekniku obbligatorju partikolari, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra bir-reqqa l-ispejjeż li dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software. Fejn l-istandards ikkonċernati mhumiex żviluppati minn organizzazzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, Ewropea jew nazzjonali, huma għandhom jilħqu r-rekwiżiti applikabbli għall-istandards tal-ICT kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(57)

Qabel ma jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fl-istadji diversi tal-proċedura tal-għoti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jevalwaw il-proporzjonalità bejn min-naħa waħda r-rekwiżiti immirati biex jiżguraw identifikazzjoni korretta u affidabbli tal-ispedituri tal-komunikazzjoni kkonċernata kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħha u min-naħa l-oħra r-riskju tal-problemi bħal sitwazzjonijiet fejn messaġġi jintbagħtu minn speditur li huwa differenti minn dak indikat. Jekk il-kondizzjonijiet ikunu l-istess, dan ikun ifisser li l-livell ta’ sigurtà meħtieġ għal, pereżempju, posta elettronika li titlob konferma tal-indirizz eżatt fejn tkun ser issir laqgħa ta’ informazzjoni, ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit fl-istess livell tal-offerta nfisha li tikkostitwixxi offerta vinkolanti għall-operatur ekonomiku. Bl-istess mod, l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tista’ tirriżulta fil-ħtieġa ta’ livelli aktar baxxi ta’ sigurtà fir-rigward mas-sottomissjoni mill-ġdid ta’ katalogi elettroniċi jew is-sottomissjoni ta’ offerti fil-kuntest ta’ minikompetizzjonijiet taħt ftehim qafas jew l-aċċess għal dokumenti tal-akkwist.

(58)

Waqt li elementi essenzjali ta’ proċedura ta’ akkwist bħad-dokumenti tal-akkwist, talbiet għal parteċipazzjoni, konferma ta’ interess u offerti għandhom dejjem isiru bil-miktub, komunikazzjoni bil-fomm mal-operaturi ekonomiċi għandha tkompli tkun altrimenti possibbli, kemm-il darba l-kontenut tagħha jkun iddokumentat sa livell suffiċjenti. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ trasparenza li jippermetti verifika ta’ kemm il-prinċipju ta’ trattament ugwali ikun ġie rispettat. B’mod partikolari, huwa essenzjali li l-komunikazzjoni bil-fomm mal-offerenti li jista’ jkollha impatt fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti tkun iddokumentata sa punt suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-mitbu jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

(59)

Madwar is-swieq Ewropej tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont in-numru ta’ awtoritajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċita tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-SMEs.

(60)

L-istrument tal-ftehimiet qafas intuża ħafna u huwa kkunsidrat bħala teknika ta’ akkwist effiċjenti madwar l-Ewropa kollha. Għalhekk għandu jinżamm prattikament kif inhu. Madankollu, ċerti aspetti jeħtieġ li jkunu kkjarifikati, b’mod partikolari li l-ftehimiet qafas ma għandhomx jintużaw mill-awtoritajiet kontraenti li mhumiex identifikati fihom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kontraenti li huma partijiet minn ftehim qafas speċifiku mill-bidu għandhom ikunu indikati b’mod ċar, jew b’isem jew b’mezz ieħor, bħal referenza għal kategorija partikolari ta’ awtoritajiet kontraenti f’żona ġeografika delimitata b’mod ċar, sabiex l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u inekwivokabbilment. Bl-istess mod, ftehim qafas m’għandux ikun miftuħ għal dħul ta’ operaturi ekonomiċi ġodda ladarba jkun konkluż. Dan jimplika pereżempju li fejn korp ta’ xiri ċentrali juża reġistru ġenerali tal-awtoritajiet kontraenti jew kategoriji tagħhom, bħall-awtoritajiet lokali f’żona ġeografika partikolari, li għandhom il-jedd għal rikors għal ftehimiet qafas li hija tikkonkludi li l-korp ta’ xiri ċentrali għandu jagħmel dan b’mod li jagħmilha possibbli li ssir verifika mhux biss tal-identità tal-awtorità kontraenti kkonċernata iżda wkoll tad-data minn meta hija takkwista l-jedd li jkollha rikors għal ftehim qafas konkluż mill-korp ta’ xiri ċentrali peress li dik id-data tiddetermina liema ftehimiet qafas speċifiċi dik l-awtorità kontraenti għandha titħalla tuża.

(61)

Il-kondizzjonijiet oġġettivi biex jiġi identifikat liema mill-operaturi ekonomiċi parti mill-ftehim qafas għandhom iwettqu kompitu partikolari, bħal provvisti jew servizzi maħsuba għal użu minn persuni fiżiċi, jistgħu, fil-kuntest ta’ ftehimiet qafas li jistipulaw it-termini kollha, jinkludu l-ħtiġijiet jew l-għażla tal-persuni fiżiċi kkonċernati.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jingħataw flessibbiltà addizzjonali meta jagħmlu akkwisti taħt il-ftehimiet qafas, li huma konklużi ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed u li jistipulaw it-termini kollha.

F’tali każijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi speċifiċi, li huma koperti mill-ftehim qafas, jew billi jeħtiġuhom minn wieħed mill-operaturi ekonomiċi, determinati skont kriterji oġġettivi u fuq it-termini diġà stabbiliti, jew billi jagħtu kuntratt speċifiku għax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi ikkonċernati wara minikompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi li huma parti mill-ftehim qafas. Biex jiżguraw trasparenza u trattament ugwali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist għall-ftehim qafas il-kriterji oġġettivi li ser jirregolaw l-għażla bejn dawk iż-żewġ metodi ta’ twettiq tal-ftehim qafas. Kriterji bħal dawn pereżempju jirrigwardaw il-kwantità, il-valur jew il-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi kkonċernati, inkluż il-ħtieġa għal livell ogħla ta’ servizz jew livell ta’ siġurtà miżjud, jew għal żviluppi fil-livell tal-prezz meta mqabbel ma’ indiċi ta’ prezz predeterminat. Il-ftehimiet qafas m’għandhomx jintużaw b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni. L-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati skont din id-Direttiva li jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma koperti minn ftehim qafas, taħt dan il-ftehim qafas.

(62)

Għandu jiġi wkoll iċċarat li filwaqt li kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw il-kuntratt qabel tmiem l-obbligu tal-ftehim qafas innifsu, id-durata tal-kuntratti individwali bbażati fuq ftehim qafas mhix meħtieġa li tikkoinċidi mad-durata ta’ dak il-ftehim qafas, iżda jista’ jkun, kif adegwat, iqsar jew itwal. B’mod partikolari, għandu jiġi permess li d-durata tal-kuntratti individwali tiġi stabbilita abbażi ta’ ftehim qafas li jieħu kont ta’ fatturi bħaż-żmien meħtieġ għat-twettiq tagħhom, fejn tkun inkluża l-manutenzjoni tat-tagħmir li l-ħajja utli mistennija tiegħu tkun ta’ aktar minn erba’ snin jew fejn ikun meħtieġ taħriġ estensiv tal-persunal biex jitwettaq il-kuntratt.

Għandu wkoll jiġi ċċarat li jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom id-durata tal-ftehimiet qafas infushom għandha titħalla tkun itwal minn erba’ snin. Dawn il-każijiet, li għandhom ikunu ġustifikati debitament, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas, jistgħu jseħħu pereżempju meta l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu jarmu t-tagħmir li l-perjodu tal-amortizzament tiegħu jkun itwal minn erba’ snin u li għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe mument matul id-durata tal-ftehim qafas.

(63)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ ukoll li jiġu aġġustati r-regoli li jirregolaw is-sistemi dinamiċi ta’ xiri biex b’hekk l-awtoritajiet kontraenti jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri dak l-istrument. Jeħtieġ li s-sistemi jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari huma għandhom jitħaddmu fil-forma ta’ proċedura ristretta, biex b’hekk jeliminaw il-bżonn għall-offerti indikattivi, li ġew identifikati bħala wieħed mill-piżijiet ewlenin assoċjati mas-sistemi dinamiċi ta’ xiri. Għalhekk, kull operatur ekonomiku li jissottometti talba għall-parteċipazzjoni u jissodisfa l-kriterji ta’ għażla għandu jitħalla jieħu sehem fil-proċeduri ta’ akkwist li jitwettqu permezz tas-sistemi dinamiċi ta’ xiri matul il-perijodu ta’ validità tagħha. It-teknika ta’ xiri tippermetti li l-awtorità kontraenti jkollha firxa partikolarment wiesgħa ta’ offerti u b’hekk tiżgura l-użu ottimali ta’ finanzi pubbliċi permezz ta’ kompetizzjoni wiesgħa fir-rigward ta’ prodotti użati komunament jew minn fuq l-ixkaffa, xogħlijiet jew servizzi li huma ġeneralment disponibbli fis-suq.

(64)

L-eżami ta’ dawk it-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu normlament jitwettaq fi żmien massimu ta’ 10 ijiem ta’ xogħol, peress li l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għażla ser issir fuq il-bażi tar-rekwiżiti simplifikati għal dokumentazzjoni li huma mniżżla f’din id-Direttiva. Madankollu, meta sistema dinamika ta’ xiri hija stabbilta l-ewwel darba, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, b’respons għall-ewwel pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt jew l-istedina biex jiġi kkonfermat l-interess, jiġu ffaċċjati b’għadd tant kbir ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni li huma jkollhom bżonn aktar żmien biex jeżaminaw it-talbiet. Dak għandu jkun ammissibbli, kemm-il darba ma jkun tnieda l-ebda akkwist speċifiku qabel ma t-talbiet kollha jkunu ġew eżaminati. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu liberi li jorganizzaw il-mod li bih huma beħsiebhom jeżaminaw it-talbiet għall-parteċipazzjoni, pereżempju billi jiddeċiedu li jwettqu tali eżamijiet darba biss fil-ġimgħa, kemm-il darba l-iskadenzi għall-eżami ta’ kull talba ta’ ammissjoni jiġu osservati.

(65)

Fi kwalunkwe mument matul il-perijodu tal-validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu liberi li jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu awtodikjarazzjoni mġedda u aġġornata dwar l-issodisfar tal-kriterji għall-għażla kwalitattiva, f’limitu ta’ żmien adegwat. Għandu jkun imfakkar li l-possibbiltà prevista fid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-mezzi ta’ prova ta’ din id-Direttiva sabiex l-operaturi ekonomiċi jintalbu jissottomettu dokumenti ta’ appoġġ u l-obbligu li dan isir mill-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt, japplikaw ukoll fil-kuntest partikolari tas-sistemi dinamiċi ta’ xiri.

(66)

Sabiex tavvanza l-possibiltajiet tal-SMEs li jipparteċipaw f’sistema dinamika ta’ xiri fuq skala kbira, pereżempju waħda li titħaddem minn korp ta’ xiri ċentrali, l-awtorità kontraenti kkonċernata għandha tkun tista’ tartikola s-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi definiti oġġettivament. Tali kategoriji għandhom jiġu definiti b’referenza għal fatturi oġġettivi li jistgħu pereżempju jinkludu d-daqs massimu permess ta’ kuntratti speċifiċi li għandhom jingħataw fil-kategorija kkonċernata jew żona ġeografika speċifika li fiha kuntratti speċifiċi għandhom jitwettqu. Fejn sistema dinamika ta’ xiri tinqasam f’kategoriji, l-awtorità kontraenti għandha tapplika kriterji ta’ għażla li huma proporzjonati għall-karatteristiċi tal-kategorija kkonċernata.

(67)

Għandu jkun iċċarat li rkantijiet elettroniċi tipikament mhumiex adatti għal ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet u ċerti kuntratti pubbliċi ta’ servizzi li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom prestazzjonijiet intellettwali, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, għaliex huma biss l-elementi xierqa għal evalwazzjoni awtomatika b’mezzi elettroniċi, mingħajr xi intervent jew apprezzament mill-awtorità kompetenti, jiġifieri elementi li huma kwantifikabbli sabiex ikunu espressi f’ċifri jew perċentwali, li jistgħu jkunu suġġetti għal irkantijiet elettroniċi.

Madankollu, għandu jkun iċċarat ukoll li l-irkantijiet elettroniċi jistgħu jintużaw fi proċedura ta’ akkwist għax-xiri ta’ dritt speċifiku ta’ propjetà intellettwali. Huwa wkoll adatt li jitfakkar li waqt li l-awtoritajiet kontraenti jibqgħu liberi li jnaqqsu l-għadd ta’ kandidati jew offerenti sakemm l-irkant ma jkunx diġà beda, l-ebda tnaqqis ieħor fl-għadd ta’ offerenti li jipparteċipaw fl-irkant elettroniku ma jista’ jkun permess wara li jkun beda l-irkant.

(68)

Qegħdin jiġu żviluppati kontinwament tekniki ġodda ta’ xiri elettroniku, bħalma huma l-katalogi elettroniċi. Il-katologi elettroniċi huma format għall-preżentazhoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jkun komuni għall-offerenti parteċipanti kollha u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament. Eżempju jista’ jkun offerti preżentati fil-forma ta’ spreadsheet. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu katalogi elettroniċi fil-proċeduri disponibbli kollha fejn ikun meħtieġ l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Il-katalogi elettroniċi jgħinu biex tiżdied il-kompetizzjoni u titjieb l-effiċjenza tax-xiri pubbliku, b’mod partikolari f’termini ta’ nuqqas ta’ telf ta’ ħin u flus. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli biex jiġi żgurat li l-użu tal-metodi l-ġodda jkun konformi ma’ din id-Direttiva u mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza. Għalhekk, l-użu ta’ katalogi elettroniċi għat-tfigħ tal-offerti m’għandux jimplika l-possibbilta li l-operaturi ekonomiċi jillimitaw lilhom infushom għat-trasmissjoni tal-katalogu ġenerali tagħhom. L-operaturi ekonomiċi xorta għandhom jadattaw il-katalogi ġenerali minħabba l-proċedura speċifika ta’ akkwist. Tali adattament jiżgura li l-katalogu li huwa trasmess b’respons għal proċedura speċifika ta’ akkwist ikun fih biss prodotti, xogħlijiet jew servizzi li l-operaturi ekonomiċi jkunu vvalutaw - wara eżami attiv - li jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti. Billi jagħmlu dan, l-operaturi ekonomiċi għandhom jitħallew jikkuppjaw informazzjoni li tinsab fil-katalogi ġenerali tagħhom, iżda huma m’għandhomx jitħallew jissottomettu l-katalogu ġenerali bħala tali.

Barra minn hekk, fejn jiġu offruti garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-assigurazzjoni tat-traċċabbiltà, it-trattament ugwali u l-prevedibbiltà, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jiġġeneraw offerti fir-rigward ta’ xiri speċifiku fuq il-bażi tal-katalogi elettroniċi trasmessi qabel, b’mod partikolari fejn il-kompetizzjoni tkun reġgħet infetħet skont ftehim qafas jew fejn tkun qed tintuża sistema dinamika ta’ xiri.

Fejn ikunu ġenerati offerti mill-awtorità kontraenti, l-operatur kontraenti ikkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jivverifika li l-offerta hekk kostitwita mill-awtorità kontraenti ma jkunx fiha żbalji materjali. Fejn ikun hemm żbali materjali, l-operatur ekonomiku m’għandux ikun marbut mill-offerta ġġenerata mill-awtorità kontraenti sakemm ma jkunx ikkoreġut l-iżball.

F’konformità mar-rekwiżiti tar-regoli għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jevitaw ostakli mhux iġġustifikati għall-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċeduri ta’ akkwist li fihom l-offerti għandhom ikunu ppreżentati fil-forma ta’ katalogi elettroniċi u li jiggarantixxu l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u trattament ugwali.

(69)

It-tekniki ta’ xiri ċentralizzat qed jintużaw dejjem aktar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-korpi ta’ xiri ċentrali huma responsabbli għat-twettiq tal-akkwisti, il-ġestjoni ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri jew l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi/ftehimiet qafas għal awtoritajiet kontraenti oħrajn, b’remunerazzjoni jew mingħajrha. L-awtoritajiet kontraenti li għalihom ġie konkluż ftehim qafas għandhom ikunu jistgħu jużawh għal xiri individwali jew ripetittiv. Fid-dawl tal-volumi kbar mixtrija, tali tekniki jistgħu jgħinu biex iżidu l-kompetizzjoni u għandhom jgħinu biex jipprofessjonalizzaw l-akkwist pubbliku. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal defnizzjoni tal-Unjoni ta’ korpi ta’ xiri ċentrali dedikati għal awtoritajeit kontraenti u għandu jkun iċċarat li korpi ta’ xiri ċentrali joperaw f’żewġ modi differenti.

L-ewwel nett, huma għandhom ikunu kapaċi jaġixxu bħala grossisti billi jbigħu, jaħżnu, jbigħu mill-ġdid jew, it-tieni nett, għandhom ikunu jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji billi jagħtu kuntratti, joperaw sistemi dinamiċi ta’ xiri jew jikkonkludu ftehimiet qafas li għandhom jintużaw minn awtoritajiet kontraenti. Dan ir-rwol intermedjarju jista’ f’xi każijiet jitwettaq billi jsiru proċeduri ta’ akkwist rilevanti b’mod awtonomu, mingħajr struzzjonijiet dettaljati mill-awtoritajiet kontraenti kkonċernati; f’każijiet oħra, bit-twettiq tal-proċeduri ta’ għoti rilevanti taħt l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, f’isimhom u għall-kont tagħhom.

Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi skont din id-Direttiva, bejn il-korp ta’ xiri ċentrali u l-awtoritajiet kontraenti li jakkwistaw minnu jew permezz tiegħu. Fejn il-korp ta’ xiri ċentrali jkun responsabbli biss għat-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist, dan għandu wkoll ikun unikament u direttament responsabbli għal-legalità tal-proċeduri. Fejn awtorità kontraenti twettaq ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-istadji li twettaq.

(70)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jagħtu kuntratt pubbliku ta’ servizz għall-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati lil korp ta’ xiri ċentrali mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva. Huwa għandu jkun permess ukoll li tali kuntratti pubbliċi ta’ servizzi jinkludu l-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari. Il-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għall-provvediment ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari għandhom, meta mwettqa b’mod ieħor minn korp ta’ xiri ċentrali b’rabta mal-provvediment ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentrali lill-awtorità kontraenti kkonċernata, jingħataw skont din id-Direttiva. Għandu jitfakkar ukoll li din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati jew anċillari jiġu pprovduti jekk mhux b’kuntratt għal interess perkunjarju li jikkostitwixxi akkwist fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(71)

It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-korpi ta’ xiri ċentrali m’għandu bl-ebda mod jostakola l-prattiċi attwali ta’ akkwist konġunt okkażjonali, jiġifieri akkwist komuni anqas istituzzjonalizzat u sistematiku jew il-prattika stabbilita li jsir rikors għal fornituri ta’ servizzi li jħejju u jiġġestixxu l-proċeduri ta’ akkwist f’isem u għall-kont ta’ awtorità kontraenti u taħt l-istruzzjonijiet tagħha. Għall-kuntrarju, ċerti karatteristiċi ta’ akkwist konġunt għandhom jiġu ċċarati minħabba r-rwol importanti li l-akkwist konġunt jista’ jkollu, mhux l-anqas b’rabta ma’ proġetti innovattivi.

L-akkwist konġunt jista’ jieħu ħafna forom differenti, li jvarjaw minn akkwist ikkoordinat permezz tat-tħejjija ta’ speċifikazzjonijet tekniċi komuni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati minn għadd ta’ awtoritajiet kontraenti, li kull waħda minnhom twettaq proċedura ta’ akkwist separat, għal sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jwettqu konġuntament proċedura waħda ta’ akkwist jew billi jaġixxu flimkien jew billi jafdaw awtorità kontraenti waħda bil-ġestjoni tal-proċedura ta’ akkwist f’isem l-awtoritajiet kontraenti kollha.

Fejn diversi awtoritajiet kontraenti jwettqu konġuntament proċedura ta’ akkwist, huma għandhom ikunu konġuntament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Madankollu, fejn partijiet biss tal-proċedura ta’ akkwist jitwettqu konġuntament mill-awtoritajiet kontraenti, ir-responsabbiltà konġunta għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet tal-proċedura li twettqu flimkien. Kull awtorità kontraenti għandha tkun unikament responsabbli fir-rigward ta’ proċeduri jew partijiet ta’ proċeduri li hija twettaq waħedha, bħall-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-operat ta’ sistema dinamika ta’ xiri, il-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-istabbiliment ta’ min mill-operaturi ekonomiċi parti mill-ftehim qafas għandu jwettaq kompitu partikolari.

(72)

Il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xierqa biex jappoġġaw prattiki u għodod ta’ xiri ċentralizzat minħabba li joffru l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u pproċessar awtomatiku tad-data u ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-informazzjoni u t-transazzjonijiet. Għalhekk, bħala l-ewwel pass, l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bħal dawn għandu jsir obbligatorju għall-korpi ta’ xiri ċentrali, filwaqt li għandhom jiġu ffaċilitati wkoll il-prattiki konverġenti madwar l-Unjoni. Dan għandu jiġi segwit minn obbligu ġenerali li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist kollha wara perijodu transitorju ta’ 30 xahar.

(73)

Attwalment, l-għoti konġunt ta’ kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi rigward kunflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE ppermettiet impliċitament akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, l-awtoritajiet kontraenti xorta qed jiffaċċjaw diffikultajiet legali u prattiċi konsiderevoli fix-xiri minn korpi ta’ xiri ċentrali fi Stati Membri oħra jew fl-għoti b’mod konġunt ta’ kuntratti pubbliċi. Sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju massimu mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji, mhux l-anqas għal proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju minn dak raġonevolment tollerabbli minn awtorità kontraenti unika, dawk id-diffikultajiet għandhom jiġu remedjati. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar l-akkwist konġunt transkonfinali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti u jissaħħu l-benefiċċji tas-suq intern bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ negozju transkonfinali għall-fornituri u għal min jipprovdi servizz. Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall-użu transkonfinali tal-korpi ta’ xiri ċentrali u jistabbilixxu l-leġislazzjoni ta’ akkwist pubbliku applikabbli, inkluż il-leġislazzjoni applikabbli dwar rimedji, f’każijiet ta’ proċeduri konġunti transkonfinali, li tikkomplementa r-regola tal-konflitt tal-liġijiet tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti għandhom ikunu jistgħu jwaqqfu entitajiet konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal dawn il-forom ta’ akkwist konġunt.

Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-possibbiltajiet għall-akkwist konġunt transkonfinali sabiex jevitaw liġijiet pubbliċi obbligatorji, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, li huma applikabbli għalihom fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu. Regoli bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti jew ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ittraċċar ta’ provvisti sensittivi.

(74)

Huwa meħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mfassla mix-xerrejja pubbliċi jippermettu li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni kif ukoll li dawn jilħqu l-objettivi tas-sostenibilità. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-suq, inklużi dawk imfassla abbażi tal-kriterji ta’ prestazzjoni marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostenibilità tal-proċess tal-produzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi.

Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil operatur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-operatur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dak l-objettiv jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli. Ir-rekwiżiti funzjonali u dawk relatati mat-twettiq huma wkoll mezzi adatti li jiffavorixxu l-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku u għandhom jintużaw b’mod kemm jista’ jkun wiesa’. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabilità tal-operatur ekonomiku li jagħti prova tal-ekwivalenza mat-tikketta mitluba.

Sabiex jagħtu prova ta’ ekwivalenza, għandu jkun possibbli li l-offerenti jintalbu li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza. Madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw r-rekwiżiti jew kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji tal-għoti jew il-kondizzjonijiet tat-twettiq tal-kuntratt.

(75)

L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm ir-rekwiżiti għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħad-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawk ir-rekwiżiti jitfasslu u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, bl-użu ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, u li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Għandu jiġi ċċarat li l-partijiet interessati jistgħu jkunu korpi pubbliċi jew privati, kumpanniji jew kwalunkwe xorta ta’ organizzazzjoni mhux governattivi (organizzazzjoni li mhijiex parti minn gvern u li mhijiex kumpannija konvenzjonali).

Għandu jiġi ċċarat bl-istess mod li korpi jew organizzazzjonijiet nazzjonali jew governattivi speċifiċi jistgħu jkunu involuti fl-istabbiliment tar-rekwiżiti ta’ tikkettar li jistgħu jintużaw f’rabta mal-akkwisti minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr ma dawk il-korpi jew organizzazzjonijiet jitilfu l-istatus tagħhom bħala partijiet terzi.

Referenzi għat-tikketti ma għandux ikollhom l-effett li jirrestrinġu l-innovazzjoni.

(76)

Għal kull akkwist maħsub biex jintuża minn persuni, sew jekk pubbliku ġenerali jew persunal tal-awtorità kontraenti, jeħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex iqisu l-kriterji ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif jixraq.

(77)

Fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu kont tar-rekwiżiti li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari f’rabta mad-disinn tal-ipproċessar tad-data personali (protezzjoni tad-data mid-disinn).

(78)

L-akkwist pubbliku għandu jkun adatt għall-ħtiġijiet tal-SMEs. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu inkoraġġuti jużaw il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki stipulat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu ‘Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-iffaċilitar tal-aċċess mill-SMEs għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku’, li jipprovdi gwida dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas tal-akkwist pubbliku b’mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Għal dak il-għan u sabiex isaħħaħ il-kompetizzjoni, l-awtortajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari jkunu inkoraġġuti jaqsmu kuntratti kbar f’lottijiet. Tali diviżjoni tista’ ssir fuq bażi kwantitattiva, billi d-daqs tal-kuntratti individwali jkun jikkorrispondi aħjar għall-kapaċità tal-SMEs, jew fuq bażi kwalitattiva, skont is-snajja’ u speċjalizzazzjonijiet differenti involuti, biex il-kontenut tal-kuntratti individwali jiġi adattat aktar mill-qrib għas-setturi speċjalizzati tal-SMEs jew skont il-fażijiet differenti sussegwenti tal-proġett.

Id-daqs u s-suġġett tal-lottijiet għandhom jiġi ddeterminati liberament mill-awtorità kontraenti, li, skont ir-regoli rilevanti dwar il-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist, għandha wkoll titħalla tagħti xi lottijiet mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ din id-Direttiva. L-awtorità kontraenti għandu jkollha dmir tikkonsidra l-adegwatezza tad-diviżjoni ta’ kuntratti f’lottijiet filwaqt li tibqa’ libera li tiddeċiedi b’mod awtonomu fuq il-bażi ta’ kwalunkwe raġuni li hija tqis rilevanti, mingħajr ma tkun soġġetta għal superviżjoni amministrattiva jew ġuridika. Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma jkunx adattat li tiddividi l-kuntratt f’lottijiet, ir-rapport individwali jew id-dokumenti tal-akkwist għandu jkun fih indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tal-awtorità kontraenti. Tali raġunijiet jistgħu pereżempju jkunu li l-awtorità kontraenti ssib li tali diviżjoni tista’ tirriskja li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, jew tirriskja li tagħmel l-eżekuzzjoni tal-kuntratt eċċessivament u teknikament diffiċli jew għali, jew li l-ħtieġa għall-koordinazzjoni tal-kuntratturi differenti għall-lottijiet tista’ tirriskja li tipperikola l-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jmorru oltre fl-isforzi tagħhom biex jiffaċilitaw l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, billi jestendu l-ambitu tal-obbligu tal-konsiderazzjoni tal-adegwatezza tad-diviżjoni tal-kuntratti f’lottijiet għal kuntratti li jkun iżgħar, u billi jeżiġu li l-awtoritajiet kontraenti jipprovdu ġustifikazzjoni għal deċiżjoni li l-kuntratti ma jiġux diviżi f’lottijiet jew billi jagħmlu diviżjoni f’lottijiet obbligatorja taħt ċerti kondizzjonijiet. Bl-istess għan, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu liberi li jipprovdu mekkaniżmi għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(79)

Fejn l-kuntratti jiġu diviżi f’lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw l-affidabbiltà tal-provvista, jitħallew jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jressaq offerta għalihom l-operatur ekonomiku; għandhom ukoll jitħallew jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

Madankollu, l-objettiv ta’ ffaċilitar ta’ aċċess akbar għall-akkwist pubbliku mill-SMEs jista’ jkun mfixkel jekk l-awtoritajiet kontraenti jkunu obbligati jagħtu l-kuntratti lott b’lott anke meta dan ikun ifisser li jkollhom jaċċettaw soluzzjonijiet ħafna anqas vantaġġużi meta mqabbla mal-għoti li jiġbor fih bosta lottijiet jew kollha kemm huma. Fejn il-possibbiltà li jkun applikat dan il-metodu tkun ġiet indikata b’mod ċar minn qabel, għandu jkun għalhekk possibbli għall-awtoritajiet kontraenti li jwettqu valutazzjoni komparattiva tal-offerti sabiex jistabbilixxu jekk l-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni ta’ lottijiet, bħala unità sħiħa, jissodisfawx il-kriterji ta’ għoti stipulati skont din id-Direttiva fir-rigward ta’ dawk il-lottijiet aħjar mill-offerti għal-lottijiet individwali kkonċernati meta jittieħdu b’mod iżolat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kontraenti għandha tkun permessa tagħti kuntratt li jiġbor il-lottijiet inkwistjoni lill-offerent ikkonċernat. Għandu jiġi kkjarifikat li l-awtoritajiet kontraenti għandhom iwettqu valutazzjoni komparattiva ta’ dan it-tip billi l-ewwel jiddeterminaw liema offerti jissodisfaw l-aħjar il-kriterji tal-għoti stipulati għal kull lott individwali u mbagħad jqabbluha mal-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni speċifika ta’ lottijiet, mittieħda bħala unità sħiħa.

(80)

Sabiex il-proċeduri jitħaffu u jsiru aktar effiċjenti, il-limiti ta’ żmien għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist għandhom jinżammu kemm jista’ jkun qosra mingħajr il-ħolqien ta’ ostakoli mhux xierqa għall-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi mis-suq intern u partikolarment SMEs. Għandu jinżamm preżenti għalhekk li, meta jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, anki jekk dan jimplika stabbiliment ta’ limiti ta’ żmien li huma itwal minn dawk minimi previsti f’din id-Direttiva. L-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, b’mod partikolari d-disponibbiltà elettronika sħiħa lill-operaturi ekonomiċi, l-offerenti u l-kandidati ta’ dokumenti tal-akkwist u t-trasmissjoni elettronika ta’ komunikazzjoni, ma jwassalx min-naħa l-oħra għal iżjed trasparenza u ffrankar ta’ ħin. Għalhekk, għandu jsir provvediment għat-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien minimi f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-FAP u soġġett għall-kondizzjoni li huma jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trasmissjoni previst fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom l-opportunità li jqassru aktar il-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu t-talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ offerti f’każijiet fejn stat ta’ urġenza jagħmel il-limiti ta’ żmien regolari imprattikabbli, iżda ma jagħmilx proċedura regolari bil-pubblikazzjoni impossibbli. Huwa biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn urġenza estrema maħluqa minn avvenimenti imprevedibbli mill-awtorità kkonċernata li mhumiex attribwibbli lil dik l-awtorità kontraenti tagħmilha impossibbli li titwettaq proċedura regolari anki b’limiti ta’ żmien imqassra, li l-awtoritajiet kkonċernati għandhom, safejn ikun strettament neċessarju, ikollhom il-possibbiltà li jagħtu kuntratti bi proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel. Dan jista’ jkun il-każ fejn katastrofi naturali jeħtieġu azzjoni immedjata.

(81)

Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ħin biżżejjed li fih ifasslu offerti ammissibbli tista’ tinkludi li l-iskadenzi li jkunu ġew stabbiliti inizjalment jista’ jkun li jkollhom jittawlu. B’mod partikolari dan jista’ jkun il-każ fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist. Għandu wkoll ikun speċifikat li, f’dak il-każ, bidliet sinifikanti għandhom jinftiehmu bħala bidliet li jkopru, b’mod partikolari s-speċifiċitajiet tekniċi, li fir-rigward tagħhom l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu ħin addizzjonali sabiex jifhmu u jwieġbu adegwatament. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li dawn il-bidliet m’għandhomx ikunu daqshekk sostanzjali li l-ammissjoni ta’ kandidati oħra lil hinn minn dawk inizjalment magħżula kienu jkollhom jitħallew jidħlu fil-proċedura ta’ akkwist jew li parteċipanti addizjonali kienu jkunu attratti lejha. Dak jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, fejn il-bidliet jagħmlu lill-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fil-karattru minn dak inizjalment imfassal fid-dokumenti ta’ akkwist.

(82)

Għandu jkun iċċarat li l-informazzjoni dwar ċerti deċiżjonijiet meħuda matul proċedura ta’ akkwist, inkluża d-deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt jew li ma jiġix konkluż ftehim qafas għandha tinbagħat mill-awtoritajiet kontraenti, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitolbu tali informazzjoni. Għandu jitfakkar ukoll li d-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE (14) tipprevedi obbligu għall-awtoritajiet kontraenti, għal darba oħra mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitlobu dan, li jipprovdu lill-kandidati jew l-offerenti kkonċernati sommarju tar-raġunijiet rilevanti għal xi wħud mid-deċiżjonijiet ċentrali li jittieħdu matul il-proċedura tal-akkwist. Fl-aħħar nett għandu jkun iċċarat li l-kandidati u l-offerenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu aktar informazzjoni dettaljata dwar dawk ir-raġunijiet, li l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu meħtieġa li jagħtu ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex ma jagħmlux dan. Dawk ir-raġunijiet għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza neċessarja fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist li jinvolvu negozjati u djalogi mal-offerenti, l-offerenti li jkunu għamlu offerta ammissibbli għandhom, ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex dan ma jsirx, ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni dwar it-twettiq u l-progress tal-proċedura.

(83)

Ir-rekwiżiti li huma eżiġenti żżejjed rigward il-kapaċità ekonomika u finanzjarja ta’ spiss jikkostitwixxu ostakolu mhux ġustifikat għall-involviment tal-SMEs fl-akkwist pubbliku. Kwalunkwe tali rekwiżit għandu jkun relatat u proporzjonat mas-suġġett tal-kuntratt. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx jitħallew jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi jkollhom turnover minimu li jkun sproporzjonat mas-suġġett tal-kuntratt; ir-rekwiżit normalment m’għandux jeċċedi massimu ta’ darbtejn l-istima tal-valur tal-kuntratt. Madankollu, f’ċirkostanzi ġġustifikati kif jixraq, għandu jkun possibbli li jiġu applikati rekwiżiti ogħla. Tali ċirkostanzi jistgħu jirrelataw mar-riskji kbar marbuta mat-twettiq tal-kuntratt jew mal-fatt li t-twettiq korrett u f’waqtu tiegħu huwa kruċjali, pereżempju għaliex ikun jikkostitwixxi preliminari meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratti oħra.

F’dawn il-każijiet debitament ġustifikati l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu b’mod awtonomu dwar jekk ikunx adegwat u pertinenti li r-rekwiżiti ta’ fatturat minimu jkunu ogħla mingħajr ma jkun soġġett għal superviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja. Fejn ikunu ser jiġu applikati rekwiżiti ta’ turnover minimu ogħla, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu ħielsa li jistabbilixxu l-livell dment li huwa relatat u proporzjonat mas-suġġett tal-kuntratt. Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li r-rekwiżit ta’ turnover minimu għandu jkun stabbilit f’livell ogħla mid-doppju tal-istima tal-valur tal-kuntratt, ir-rapport individwali jew id-dokumenti tal-akkwist għandu jkun fih indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tal-awtorità kontraenti.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu wkoll jitolbu informazzjoni dwar il-proporzjon, pereżempju, bejn l-assi u l-passivi fil-kontijiet annwali. Proporzjon pożittiv li juri livelli ogħla ta’ assi milli ta’ passivi jista’ jagħti prova addizjonali li l-kapaċità finanzjarja tal-operaturi ekonomiċi hija suffiċjenti.

(84)

Ħafna mill-operaturi ekonomiċi, u b’mod speċjali SMEs, iqisu li l-piżijiet amministrattivi li jinħolqu mill-ħtieġa li jiġu prodotti għadd sostanzjali ta’ ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla huma ostaklu kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku. Il-limitazzjoni ta’ tali rekwiżiti, pereżempju permezz tal-użu ta’ Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew (DAUE) li jikkonsisti f’awtodikjarazzjoni aġġornata, tista’ twassal għal simplifikazzjoni konsiderevoli li minnha jibbenefikaw kemm l-awtoritajiet kontraenti kif ukoll l-operaturi ekonomiċi.

L-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt għandu, madanakollu, jintalab jipprovdi l-evidenza rilevanti u l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikkonkludu kuntratti mal-offerenti li mhumiex kapaċi jagħmlu dan. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ukoll ikollhom il-jedd li jitolbu id-dokumenti ta’ appoġġ kollha jew parti minnhom fi kwalnunkwe mument fejn huma jikkunsidraw dan neċessarju fid-dawl tat-twettiq korrett tal-proċedura. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ fi proċeduri b’żewġ stadji - proċeduri restrittivi, proċeduri kompetittivi b’negozjati, djalogi kompetittivi u sħubiji innovattivi - fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħmlu użu mill-possibbiltà li jillimitaw l-għadd ta’ kandidati mistednin biex jissottomettu l-offerta. Il-ħtieġa għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ appoġġ fil-mument tal-għażla tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna tista’ tkun iġġustifikata sabiex jiġi evitat li l-awtoriatjiet kontraenti jistiednu kandidati li aktar tard ma jkunux jistgħu jissottomettu dokumenti ta’ appoġġ fl-istadju ta’ għoti, li altrimenti jippriva kandidati kwalifikati milli jipparteċipaw.

Għandu jkun stabbiliti b’mod espliċitu li d-Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew għandu wkoll jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-entitajiet li fuq il-kapaċitajiet tagħhom jiddependi operatur ekonomiku, sabiex il-verifika tal-informazzjoni dwar dawn l-entitajiet tista’ ssir flimkien mal-verifika fir-rigward tal-operatur ekonomiku prinċipali u fuq l-istess kondizzjonijiet.

(85)

Huwa importanti li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni reċenti, b’mod partikolari fir-rigward tar-raġunijiet ta’ esklużjoni, peress li bidliet importanti jistgħu jintervjenu b’mod rapidu, pereżempju fl-eventwalità ta’ diffikultajiet finanzjarji li jagħmlu lill-operatur ekonomiku mhux adatt jew, bil-maqlub, peress li dejn pendenti fuq kontribuzzjonijiet soċjali jkunu sadanittant ġew imħallsa. Huwa għalhekk preferibbli li, fejn possibbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw din l-informazzjoni billi jaċċessaw database rilevanti, li għandha tkun nazzjonali fis-sens li tkun amministrata minn awtoritajiet pubbliċi. Fl-istadju attwali tal-iżvilupp, jista’ jkun għad baqa’ każijiet fejn għadu mhux possibbli li dan isir minħabba raġunijiet tekniċi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-promozzjoni ta’ miżuri li jkunu jistgħu jiffaċilitaw rikors elettroniku faċli għal informazzjoni aġġornata, bħat-tisħiħ tal-għodod li jagħtu aċċess għal dossiers virtwali ta’ kumpanniji, jew mezz ta’ ffaċilitar tal-interoperabbiltà bejn id-databases jew miżuri oħra ta’ akkumpanjament.

Għandu jkun ukoll previst li l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jistaqsu għal dokumenti - xorta waħda aġġornati - li diġà għandhom minn proċeduri ta’ akkwist preċedenti. Madankollu, għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti ma jsibux ma’ wiċċhom piżijiet ta’ arkivjar u ffajljar sproporzjonat f’dan il-kuntest. Konsegwentement, l-implimentazzjoni ta’ dan il-kompitu għandu jkun applikabbli biss ladarba l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jkun obbligatorju, peress li ġestjoni elettronika tad-dokument tagħmilha ħafna aktar faċli għall-awtoritajiet kontraenti.

(86)

Tista’ tinkiseb aktar simplifikazzjoni kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti permezz ta’ formula standard għall-awtodikjarazzjonijiet, li tista’ tnaqqas il-problemi marbuta mal-abbozzar preċiż ta’ stqarrijiet u dikjarazzjonijiet ta’ kunsens formali kif ukoll kwistjonijiet ta’ lingwa.

(87)

Il-Kummissjoni tipprovdi u tamministra sistema elettronika, e-Certis, li attwalment tiġi aġġornata u verifikata fuq bażi volontarja mill-awtoritajiet nazzjonali. L-għan tal-e-Certis huwa li tiffaċilita l-iskambju ta’ ċertifikati u ta’ evidenza dokumentata oħra li ta’ spiss ikunu meħtieġa mill-awtoritajiet kontraenti. L-esperjenza li nkisbet s’issa tindika li l-aġġornament u l-verifika volontarji mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw li l-e-Certis tagħti l-potenzjal sħiħ tagħha għas-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambji dokumentati b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-SMEs. Għaldaqstant il-manutenzjoni għandha tkun obbligatorja mill-ewwel. Ir-rikors għall-e-Certis ser isir obbligatorju fi stadju aktar tard.

(88)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li l-miżuri jew l-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali jiġu applikati matul it-twettiq ta’ kuntratt pubbliku. L-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali, sew jekk huma rreġistrati kif ukoll jekk le taħt l-istrumenti tal-Unjoni bħar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jistgħu juru li l-operatur ekonomiku għandu l-kapaċità teknika li jwettaq il-kuntratt. Din tinkludi ċertifikati Ekotikketta li jinvolvu l-kriterji ta’ ġestjoni ambjentali. Fejn operatur ekonomiku ma jkollu ebda aċċess għal tali skemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali jew ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, għandu jitħalla jippreżenta deskrizzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali implimentati, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat juri li dawk il-miżuri jiżguraw l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali bħall-miżuri rikjesti taħt il-ġestjoni ambjentali.

(89)

In-nozzjoni ta’ kriterji ta’ għoti hija ċentrali għal din id-Direttiva. Għalhekk huwa importanti li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu mressqa bl-aktar mod sempliċi u allinjati possibbli. Dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-terminoloġija “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” bħala l-ogħla kunċett, peress li l-offerti kollha rebbieħa għandhom finalment jintgħażlu skont dak li l-awtorità kontraenti individwali tikkunsidra li tkun ekonomikament l-aħjar soluzzjoni fost dawk offruti. Biex tiġi evitata l-konfużjoni bil-kriterji tal-għoti li attwalment hija magħrufa bħala “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, għandha tintuża terminoloġija differenti biex jiġi kopert dak il-kunċett, “l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità”. Konsegwentement, għandha tiġi interpretata skont il-każistika marbuta ma’ dawk id-Direttivi, ħlief fejn ikun hemm soluzzjoni materjalment differenti f’din id-Direttiva.

(90)

Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali, bil-ħsieb li jiġi żgurat tqabbil oġġettiv tal-valur relattiv tal-offerti sabiex jiġi determinat, f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, liema offerta hija l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għandu jkun stabbilit b’mod espliċitu li l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għandha tkun ivvalutata abbażi tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, li dejjem għandu jinkludi element ta’ prezz jew spiża. Għandu jkun iċċarat bl-istess mod li din il-valutazzjoni tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għandha wkoll isseħħ abbażi tal-effettività tal-prezz jew il-kost-effettività biss. Huwa għalhekk aktar adegwat li jiġi mfakkar li l-awtoritajiet kontraenti huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Sabiex tiġi mħeġġa orjentazzjoni akbar lejn il-kwalità tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jipprojbixxu jew jagħmlu restrizzjonijiet dwar l-użu tal-prezz biss jew il-kost biss biex tiġi vvalutata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża meta huma jqisu li dan ikun adatt.

Biex tiġi żgurata konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-għoti ta’ kuntratti, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom l-obbligu li joħolqu t-trasparenza meħtieġa biex l-offerenti kollha jkunu jistgħu jkunu infurmati b’mod raġonevoli dwar il-kriterji u l-arranġamenti li ser jiġu applikati fid-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt. L-awtoritajiet kontraenti għaldaqstant għandu jkollhom l-obbligu li jindikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt u l-importanza relattiva mogħtija lil kull wieħed minn dawk il-kriterji. L-awtoritajiet kontraenti għandu, madankollu, ikollhom il-permess li jidderogaw mill-obbligu li jindikaw l-importanza tal-kriterji f’każijiet debitament ġustifikati li għalihom għandhom ikunu jistgħu jagħtu r-raġunijiet, fejn l-importanza ma tistax tiġi stabbilita bil-quddiem, b’mod partikolari minħabba l-kumplessità tal-kuntratt. F’tali każijiet, huma għandhom jindikaw il-kriterji billi jibdew mill-aktar importanti.

(91)

L-Artikolu 11 tat-TFUE jitlob li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(92)

Meta jkunu qed jivvalutaw l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità l-awtortajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u kwalitattivi marbuta mas-suġġett tal-kuntratt li huma ser jużaw għal dak il-għan. Dawk il-kriterji għandhom għaldaqstant jippermettu valutazzjoni komparattiva tal-livell ta’ prestazzjoni offrut minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Fil-kuntest tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji possibbli tal-għoti li jinkludu aspetti ambjentali u soċjali stabbiliti f’din id-Direttiva. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jagħżlu kriterji għall-għoti li jippermettulhom li jiksbu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li l-aktar li jixirqu l-ħtiġijiet tagħhom.

Il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla bla restrizzjoni fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u ġusta u jkunu akkumpanjati minn arranġamenti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

Biex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq kriterji ta’ nuqqas ta’ spiża. Il-kriterji kwalitattivi għaldaqstant għandhom jiġu akkumpanjati minn kriterju ta’ spiża li jista’, fl-għażla tal-awtorità kontraenti, ikun il-prezz jew approċċ ta’ kosteffettività bħall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja. Madankollu, il-kriterji għall-għoti m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddeterminaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi għal ċerti provvisti.

(93)

Fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jiddeterminaw id-dħul ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi ta’ ċerti provvisti, għandu jiġi ċċarat li tibqa’ possibbli valutazzjoni għall-flus abbażi ta’ fatturi oħra lil hinn mill-prezz uniku jew id-dħul. Skont is-servizz jew prodott ikkonċernat, dawn il-fatturi jistgħu pereżempju, jinkludu kondizzjonijiet ta’ aspetti ta’ distribuzzjoni u pagamenti tal-assistenzi lill-klijenti wara l-bejgħ (eż. sas-servizzi ta’ konsulenza u ta’ tibdil) jew l-aspetti ambjentali jew soċjali (eż. jekk il-kotba ġewx stampati fuq karta riċiklata jew fuq karta minn injam sostenibbli, l-ispejjeż fuq l-esternalitajiet ambjentali jew jekk żdiditx l-integrazzjoni soċjali tal-persuni żvantaġġati jew tal-membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni maħtura). Minħabba l-bosta possibiltajiet ta’ vvalutar tal-kwalità mqabbla mal-prezz abbażi ta’ kriterji sostantivi, rikors ta’ prelevar ta’ lottijiet bħala l-uniku mezz ta’ għoti ta’ kuntratt għandu jiġi evitat.

(94)

Kull meta l-kwalità tal-persunal impjegat tkun rilevanti għal-livell ta’ prestazzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew ukoll jużaw bħala kriterju għall-għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-twettiq tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’kuntratti għal servizzi intellettwali bħal servizzi ta’ konsulenza jew ta’ arkitettura. L-awtoritajiet kontraenti li jużaw din il-possibbiltà għandhom jiżguraw, bil-mezzi kuntrattwali adatti, li l-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalita speċifikati u li tali persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti li tivverifika li l-persunal li ser jeħodlu postu jkun jista’ jilħaq livell ekwivalenti ta’ kwalità.

(95)

Huwa tal-akbar importanza li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-akkwist pubbliku huwa kruċjali biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, li hija ta’ importanza kbira għat-tkabbir futur fl-Ewropa. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankollu li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji ġenerali għal akkwist ambjentali, soċjali u ta’ innovazzjoni.

Il-leġislatur tal-Unjoni diġà stabbilixxa rekwiżiti għall-akkwist obbligatorji biex jintlaħqu miri speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta’ trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16)) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti.

Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dik it-triq u nħallu l-leġislazzjoni speċifika għas-settur tistabbilixxi objettivi u miri obbligatorji fir-rigward tal-politiki u l-kondizzjonijiet partikolari prevalenti fis-settur rilevanti u tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(96)

Dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkomplementati minn adattament tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussivfl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li, għajr fejn huwa vvalutat abbażi tal-prezz biss, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeterminaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-anqas spejjeż billi jużaw approċċ li jikkalkula l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-kunċett tal-kalkolu tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

Dan ifisser spejjeż interni, bħal spejjeż għar-riċerka li għad trid issir, għall-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, il-manutenzjoni u l-ispejjeż tar-rimi fi tmiem il-ħajja iżda jista’ jinkludi wkoll spejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali, bħat-tniġġis ikkawżat mill-estrazzjoni tal-materja prima użata fil-prodott jew ikkawżata mill-prodott innifsu jew mill-manifattura tiegħu, dment li dawn ikunu jistgħu jiġu immonetizzati u sorveljati. Il-metodi li l-awtoritajiet kontraenti jużaw biex jivvalutaw l-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Tali metodi jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew dak lokali, iżda għandhom, biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni permezz ta’ metodoloġiji mfasslin apposta, jibqgħu ġenerali fis-sens li m’għandhomx jiġu stabbiliti speċifikament għal proċedura partikolari ta’ akkwist pubbliku.

Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kategoriji speċifiċi ta’ provvisti jew servizzi. Fejn tali metodoloġiji komuni huma żviluppati, l-użu tagħhom għandu jsir obbligatorju.

Barra minn hekk, il-fattibbiltà ta’ ħolqien ta’ metodoloġija komuni dwar l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali għandha tiġi eżaminata b’kont meħud tal-metodoloġiji eżistenti bħall-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti adottati fi ħdan il-qafas tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent.

(97)

Barra minn hekk, bil-ħsieb ta’ integrazzjoni aħjar tal-konsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali fil-proċeduri ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jiġu pprovduti taħt il-kuntratt pubbliku fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom mill-estrazzjoni tal-materja prima għall-prodott sal-istadju tar-rimi tal-prodott, inklużi fatturi involuti fil-proċess speċifiku tal-produzzzjoni, il-provvista jew, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jew proċess speċifiku waqt stadju aħħari taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, anke meta tali fatturi mhumiex parti mis-sustanza materjali tagħhom. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni jew provvista bħal dan huma, pereżempju, li l-manifattura tal-prodotti mixtrija ma involvietx sustanzi kimiċi tossiċi, jew li s-servizzi mixtrija jiġu pprovduti bl-użu ta’ magni effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan jinkludi wkoll kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti relatati mal-provvista jew l-użu ta’ prodotti minn kummerċ ġust matul it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet marbuta mal-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu jistgħu pereżempju jirreferu għall-fatt li l-prodott ikkonċernat ġej minn kummerċ ġust, inkluż ir-rekwiżit biex jitħallas prezz minimu u prezz primjum lill-produtturi. Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti marbuta ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jinkludu, pereżempju, il-kunsinna, l-imballaġġ u d-disponiment tal-prodotti, u fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u servizzi, it-tnaqqis tal-iskart u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Madankollu, il-kondizzjoni ta’ rabta mas-suġġett tal-kuntratt teskludi l-kriterji u l-kondizzjonijiet relatati mal-politika korporattiva ġenerali, li ma tistax titqies fattur li jikkaraterizza l-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mixtrija. L-awtoritajiet kontraenti għalhekk m’għandhomx jitħallew jirrikjedu li l-offerenti jkollhom ċerta politika ta’ responsabbiltà soċjali jew ambjentali korporattiva stabbilita.

(98)

Huwa essenzjali li l-kriterji għall-għoti jew il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt li jirrigwardaw l-aspetti soċjali tal-proċess ta’ produzzjoni jkunu relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu ser jingħataw taħt il-kuntratt. Barra minn hekk, huma għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE,kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u m’għandhomx jintgħażlu jew jiġu applikati b’mod li jiddiskrimina direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi partijiet għall-FAP jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li għalihom l-Unjoni hija parti. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet bażiċi ta’ ħidma regolati fid-Direttiva 96/71/KE, bħar-rati minimi ta’ ħlas, għandhom jibqgħu fil-livell stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi applikati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt jistgħu wkoll ikunu maħsuba biex jiffavorixxu l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq ix-xogħol, parteċipazzjoni ogħla tan-nisa fis-suq tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, il-ħarsien tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali u, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u għar-reklutaġġ ta’ aktar persuni żvantaġġatti milli huma meħtieġa taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.

(99)

Il-miżuri bil-għan li titħares is-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni, li tiġi favorita l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt jew biex jitħarrġu fil-ħiliet meħtieġa għall-kuntratt inkwistjoni jistgħu wkoll ikunu s-suġġett ta’ kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt dment li dawn ikunu marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt. Pereżempju, tali kriterji jew kondizzjonijiet jistgħu jirreferu, fost l-oħrajn, għall-impjieg ta’ persuni li qed ifittxu xogħol fit-tul, l-implimentazzjoni ta’ mizuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew żgħażagħ waqt it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jipprovdu rekwiżiti soċjali bħal dawn li jikkaratterizzaw direttament il-prodott jew servizz inkwistjoni, bħall-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet jew tfassil għall-utenti kollha.

(100)

Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, reati terroristiċi, ħasil tal-flus jew finanzjament ta’ terroriżmu. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jwassal ukoll għal esklużjoni obbligatorja fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu deroga minn dawk l-esklużjonijiet obbligatorji f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ħtiġijiet aktar importanti fl-interess ġenerali jagħmlu l-għoti tal-kuntratt indispensabbli. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta tilqim jew tagħmir ta’ emerġenza meħtieġa b’mod urġenti jkunu jistgħu jinxtraw biss mingħand operatur ekonomiku li għalih japplika wieħed mir-raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni.

(101)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli, pereżempju minħabba ksur ta’ obbligi ambjentali jew soċjali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali serjament skorretta, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Għandu jiġi ċċarat li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità tista’ twassal għad-dubju fl-integrità ta’ operatur ekonomiku u għalhekk twassal biex l-operatur ekonomiku ma jkunx adattat biex jingħata kuntratt pubbliku irrispettivament minn jekk l-operatur ekonomiku jkollux il-kapaċità ekonomika u teknika biex jitwettaq il-kuntratt.

Filwaqt li wieħed iqis li l-awtorità kontraenti ser tkun responsabbli għall-konsegwenzi tad-deċiżjoni possibbilment żbaljata tagħha, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi wkoll li jqisu li kien hemm kondotta professjonali serjament skorretta, fejn, qabel issir deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-preżenza ta’ raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni, huma jkunu jistgħu juru bi kwalunkwe mezz xieraq li l-operatur ekonomiku kiser l-obbligi tiegħu, inklużi l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jeskludu kandidati jew offerenti li t-twettiq tagħhom ta’ kuntratti pubbliċi preċedenti wera nuqqasijiet kbar fir-rigward ta’ rekwiżiti sostantivi, pereżempju n-nuqqas ta’ twettiq jew prestazzjoni ta’ suċċess, nuqqasijiet sinifikanti tal-prodott jew servizz mogħti, li b’hekk ma setax jintuża għall-iskop maħsub, jew imġiba skorretta li tqajjem dubji serji dwar l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku. Il-liġi nazzjonali għandha tipprevedi għal durata massima ta’ esklużjonijiet bħal dawn.

Bl-applikazzjoni ta’ raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-prinċipju ta’ proporzjonalità. Irregolaritajiet minuri għandhom iwasslu għall-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu każijiet ripetuti ta’ irregolaritajiet minuri jistgħu jwasslu għal dubju dwar l-affidibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjonijiet tiegħu.

(102)

Madankollu, trid tingħata xi ftit konċessjoni għall-possibbiltà li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jadottaw miżuri ta’ konformità li għandhom l-għan li jirrimedjaw għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe reat kriminali jew kondotta skorretta u li jimpedixxu b’mod effettiv milli jkun hemm iżjed okkorrenzi tal-imġiba ħażina. Dawk il-miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari minn miżuri tal-persunal u organizzattivi bħall-qtugħ tar-rabtiet kollha ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fl-imġiba ħażina, miżuri xierqa ta’ riorganizzazzjoni tal-persunal, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ rapportar u kontroll, il-ħolqien ta’ struttura ta’ verifika interna għall-monitoraġġ tal-konformità u l-adozzjoni ta’ regoli interni dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens. Fejn tali miżuri joffru garanziji suffiċjenti, l-attur ekonomiku inkwistjoni ma għandux jibqa’ jiġi eskluż minħabba dawk ir-raġunijiet waħedhom. L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jiġu eżaminati l-miżuri ta’ konformità li ttieħdu bil-ħsieb li jiġu ammessi għall-proċedura ta’ akkwist. Madankollu, għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet proċedurali u sostantivi eżatti applikabbli f’tali każijiet. Huma għandhom, b’mod partikolari, ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jippermettux lill-awtoritajiet kontraenti individwali li jwettqu l-valutazzjonijiet rilevanti jew li jagħtu s-setgħa lil awtoritajiet oħra f’livell ċentrali jew deċentralizzat f’dak il-kompitu.

(103)

L-offerti li jidhru baxxi wisq fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex tajbin. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali jew l-ispejjeż proposti jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-liġi obbligatorja tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali kompatibbli magħha fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(104)

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt huma sabiex jistipulaw rekwiżiti speċifiċi relatati mat-twettiq tal-kuntratt. B’differenza mill-kriterji għall-għoti ta’ kuntratti li huma l-bażi għal valutazzjoni komparattiva tal-kwalità tal-offerti, il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt jikkostitwixxu rewiżiti oġġettivi fissi li m’għandhom l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-offerti. Il-kondizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti għandhom ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji u jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, li jinkludi l-fatturi kollha involuti fil-proċess speċifiku ta’ produzzjoni, forniment jew kummerċjalizzazzjoni. Dawn jinkludu l-kondizzjonijiet dwar il-proċess tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, iżda jeskludu r-rekwiżiti li jirreferu għal politika korporattiva ġenerali.

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt għandhom jiġu indikati fl-avviż tal-kuntratt, l-avviż ta’ tagħrif preċedenti użat bħala mezz għal sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti tal-akkwist.

(105)

Huwa importanti li l-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti bid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol internazzjonali elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, tkun żgurata permezz ta’ azzjonijiet xierqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi ħdan l-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-limiti, bħal aġenziji tal-ispezzjoni tax-xogħol jew aġenziji tal-protezzjoni tal-ambjent.

Huwa wkoll meħtieġ li tiġi żgurat xi trasparenza fil-katina tas-sottokuntratti, peress li din tagħti informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti dwar min hu preżenti fis-siti tal-bini li fuqhom qed isiru x-xogħlijiet għalihom, jew fuq liema impriżi qed jipprovdu servizzi fil-bini, fl-infrastrutturi jew żoni, bħal fil-kunsilli lokali, skejjel tal-istat, faċilitajiet sportivi, portijiet jew awtostradi, li għalihom l-awtoritajiet kontraenti huma responsabbli jew li fuqhom jagħmlu superviżjoni diretta. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu tat-tqassim tal-informazzjoni meħtieġa hija fi kwalunkwe każ tal-kuntrattur ewlieni, jew abbażi ta’ klawsoli speċifiċi, li kull awtorità kontraenti jkollha tinkludi fil-proċeduri kollha ta’ akkwist, jew abbażi tal-obbligi li l-Istati Membri jkunu imponew fuq il-kuntratturi ewlenija permezz ta’ dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kondizzjonijiet marbuta mal-infurzar tal-osservanza tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati kull meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi għal mekkaniżmu ta’ passiv konġunt bejn sottokuntrattur u l-kuntrattur ewlieni. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jmorru lil hinn, pereżempju billi jestendu l-obbligi ta’ trasparenza billi jippermettu pagamenti diretti lis-sottokuntratturi jew billi jippermettu jew jitolbu lill-awtoritajiet kontraenti biex jivverifikaw li s-sottokuntratturi mhumiex f’xi sitwazzjonijiet li twassal għall-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi. Fejn tali miżuri jiġu applikati fuq sottokuntratturi, għandha tiġi żgurata koerenza mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratturi prinċipali sabiex l-eżistenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni obbligatorja jkunu segwiti minn talba li l-kuntrattur prinċipali jissostitwixxi s-sottokuntrattur imsemmi. Meta tali verifika turi l-preżenza ta’ raġunijiet għal esklużjoni mhux obbligatorja, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu s-sostituzzjoni. Għandu wkoll ikun stabbilit b’mod espliċitu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jkunu obbligati jitolbu s-sostituzzjoni tas-sottokuntrattur kkonċernat fejn l-esklużjoni tal-kuntratturi ewlenin tkun obbligatorja f’tali każijiet.

Għandu jkun stabbilit ukoll b’mod espliċitu li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jipprovdu regoli ta’ passivi aktar stretti taħt il-liġi nazzjonali jew li jmorru lil hinn taħt il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(106)

Għandu jiġi mfakkar li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) No 1182/71 (18) japplika għall-kalkolazzjoni ta’ limiti ta’ ħin miġbura f’din id-Direttiva

(107)

Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skont liema, il-modifiki għal kuntratt matul it-twettiq tiegħu jeħtieġu proċedura ta’ akkwist ġdida, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija meħtieġa proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ ta’ bidliet materjali fil-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluża d-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-bidliet juru l-intenzjoni tal-partijiet li jerġgħu jinnegozjaw it-termini jew il-kondizzjonijiet essenzjali ta’ dak il-kuntratt. Dan ikun il-każ b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet emendati kien ser ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali.

Modifiki għall-kuntratt li jirriżultaw f’bidla żgħira tal-valur tal-kuntratt sa ċertu valur għandhom dejjem ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li titwettaq proċedura ta’ akkwist ġdida. Għal dan il-għan u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva għandha tipprovdi limiti de minimis, taħt liema proċedura ta’ akkwist ma tkunx meħtieġa. Modifiki għall-kuntratt ‘il minn dawn il-limiti għandhom ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li titwettaq proċedura ta’ akkwist ġdida sakemm ikunu konformi mal-kondizzjonijiet rilevanti imniżżla f’din id-Direttiva.

(108)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jsibu ma’ wiċċhom sitwazzjonijiet fejn xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali jkunu meħtieġa; f’tali każijiet modifika tal-kuntratt inizjali mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida tista’ tkun ġustifikata, b’mod partikolari fejn id-distribuzzjonijiet addizzjonali huma maħsuba jew bħala tibdil parzjali jew bħala estensjoni tas-servizzi, provvisti jew installazzjonijiet eżistenti li bidla fil-fornitur tobbliga lill-awtorità kontraenti tixtri materjal, xogħlijiet jew servizzi b’karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manutenzjoni.

(109)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffaċċjaw ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta dawn taw il-kuntratt, b’mod partikolari meta l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkopri perijodu ta’ żmien twil. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu livell ta’ flessibilità biex il-kuntratt jiġi adattat għal dawk iċ-ċirkostanzi mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-awtorità kontraenti, filwaqt li jitqiesu l-mezzi disponibbli tagħha, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prattika tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi li jintefqu fit-tħejjija tal-għoti u l-valur prevedibbli tiegħu. Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

(110)

F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux, pereżempju fejn kuntratt jiġi mitmum minħabba nuqqasijiet fil-prestazzjoni, jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent li jwettaq il-kuntratt għandu jkun jista’, b’mod partikolari fejn il-kuntratt ikun ingħata lill-aktar minn impriża waħda, li jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħar-riorganizzazzjonijiet purament interni, takeovers, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ta’ akkwist ġodda għall-kuntratti pubbliċi kollha mwettqa minn dak l-offerent.

(111)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom, fil-kuntratti individwali stess, ikollhom il-possibbiltà li jipprovdu modifiki għall-kuntratt permezz ta’ klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla, iżda dawn il-klawsoli ma għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni illimitata. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu ppreveduti modifiki fil-kuntratt inizjali. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla abbozzati suffiċjentement b’mod ċar jistgħu pereżempju jipprovdu għal indiċizzazzjonijiet tal-prezzijiet jew jiżguraw li, pereżempju, tagħmir ta’ komunikazzjoni li jiġi distribut matul perijodu partikolari jibqa’ jkun adattat, ukoll fil-każ ta’ tibdil fil-protokolli tal-komunikazzjonijiet jew bidliet teknoloġiċi oħra. Għandu jkun ukoll possibbli taħt klawsoli suffiċjentement ċari li jiġu pprovduti adattazzjonijiet tal-kuntratt li jsiru meħtieġa minħabba diffikultajiet tekniċi li jfeġġu matul l-operazzjoni jew il-manutenzjoni. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-kuntratti jistgħu, pereżempju, jinkludu sew manutenzjoni ordinarja kif ukoll jipprovdu għal interventi ta’ manutenzjoni straordinarja li tista’ tiġi meħtieġa sabiex ikun żgurat il-kontinwazzjoni ta’ servizz pubbliku.

(112)

L-awtoritajiet kontraenti xi drabi huma ffaċċjati b’ċirkostanzi li jeħtieġu li kuntratti pubbliċi jintemmu kmieni sabiex ikunu konformi mal-obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, li jtemmu kuntratt pubbliku waqt il-terminu tiegħu jekk dan ikun mitlub mil-liġi tal-Unjoni.

(113)

Ir-riżultati tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 intitolat “Evalwazzjoni dwar l-Impatt u l-Effikaċja tal-Leġislazzjoni tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku” ssuġġerew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva għandha tiġi estiża għal numru ta’ servizzi.

(114)

Ċerti kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk is-servizzi li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawk is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawk is-servizzi, b’limitu ogħla minn dak li japplika għal servizzi oħra.

Servizzi lill-persuna b’valuri inqas minn dak il-limitu stabbilit tipikament mhux ser ikunu ta’ interess għall-fornituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet konkreti għall-kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali.

Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dak il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali, ippubblikat mill-Kumitat tal-Protezzjoni. Meta jiddeterminaw il-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ kuntratti għal servizzi lill-persuna, l-Istati Membri għandhom iqisu l-Artikolu 14 TFUE u mill-Protokoll Nru 26. B’hekk, l-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jilħqu l-objettivi ta’ simplifikazzjoni u tħaffif tal-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi; għandu jiġi ċċarat li meta jagħmlu hekk jista’ jfisser ukoll id-dipendenza fuq ir-regoli applikabbli għal kuntratti ta’ servizzi li mhux soġġetti għar-reġim speċifiku.

L-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawk is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(115)

Bl-istess mod, servizzi ta’ lukandi u ristoranti huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fil-post speċifiku tal-forniment ta’ dawk is-servizzi u għalhekk għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 750 000. Kuntratti kbar għal servizzi ta’ lukandi u ristoranti ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar u intermedjarji oħra, anke fuq bażi transkonfinali.

(116)

Bl-istess mod, ċerti servizzi legali jirrigwardaw esklussivament kwistjonijiet purament ta’ liġi nazzjonali u għalhekk huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fl-Istat Membru kkonċernati u konsegwentement għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 750 000. Kuntratti kbar ta’ servizzi legali ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħal ditti internazzjonali ta’ avukati, anke fuq bażi transkonfinali, b’mod partikolari fejn jinvolvu kwistjonijiet legali ġejjin minn jew li għandhom bħala sfond il-liġi tal-Unjoni jew liġi internazzjonali oħra jew li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed.

(117)

L-esperjenza wriet li sensiela ta’ servizzi oħra, bħal servizzi ta’ sokkors, servizzi ta’ tifi tan-nar u servizzi tal-ħabsijiet normalment huma biss ta’ interess transkonfinali minn meta jiksbu massa kritika suffiċjenti permezz tal-valur relattivament għoli tagħhom. Sa fejn huma mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu inklużi skont ir-reġim anqas strett. Sakemm il-forniment tagħhom huwa attwalment ibbażat fuq kuntratti, kategoriji oħra ta’ servizzi, bħal servizzi governattivi jew il-forniment ta’ servizzi lill-komunità, normalment x’aktarx juru interess transkonfinali biss ‘il fuq minn limitu ta’ EUR 750 000 u konsegwentment għandhom ikunu biss hemmhekk soġġetti biss għar-reġim anqas strett.

(118)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, din id-Direttiva għandha tippermetti li l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għal ċerti servizzi fl-oqsma tas-servizzi tas-saħħa, soċjali u kulturali għandhom jiġu riservati għal organizzazzjonijiet li huma bbażati fuq is-sjieda tal-impjegat jew il-parteċipazzjoni attiva tal-impjegat fit-tmexxija tagħhom, u għall-organizzazzjonijiet eżistenti bħal kooperattivi biex jipparteċipaw fit-twassil ta’ dawn is-servizzi lill-utenti finali. Din id-dispożizzjoni hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni esklussivament għal ċerti servizzi tas-saħħa, soċjali u oħrajn relatati, ċerti servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ, libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra, servizzi sportivi, u servizzi għad-djar privati, u mhix intenzjonata li tkopri kwalunkwe waħda mill-esklużjonijiet previsti b’mod ieħor minn din id-Direttiva. Dawk is-servizzi għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett..

(119)

Huwa adatt li jiġu identifikati dawk is-servizzi b’referenza għal pożizzjonijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament (KE) Nru No 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), li hija nomenklatura strutturata b’mod ġerarkiku, maqsuma f’diviżjonijiet, gruppi, klassijiet, kategoriji u subkategoriji. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li referenza għal diviżjoni ma tinvolvix impliċitament referenza għal subdiviżjonijiet subordinati. Tali kopertura komprensiva għandha minflok tiġi stabbilita espliċitament billi jissemmew il-pożizzjonijiet kollha rilevanti, fejn adatt bħala firxa ta’ kodiċi.

(120)

Il-kompetizzjonijiet ta’ disinn tradizzjonalment intużaw l-aktar fl-oqsma tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja, l-arkitettura u l-inġinerija jew l-ipproċessar ta’ data. Madankollu, għandu jiġi mfakkar li dawn l-istrumenti flessibbli jisgħtu jintużaw ukoll għal għanijiet oħra, bħal pereżempju biex jinkisbu pjanti għall-inġinerija finanzjarja li jkunu jottimizzaw l-appoġġ tal-SMEs fil-kuntest ta’ Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji (JEREMIE) jew programmi ta’ appoġġ għall-SMEs oħra tal-Unjoni fi Stat Membru partikolari. Il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li tintuża biex jinkisbu l-pjanti għal tali inġinerija finanzjarja jistgħu jistipulaw ukoll li l-kuntratti sussegwenti ta’ servizz għat-twettiq ta’ din l-inġinerija finanzjarja jingħataw lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni.

(121)

L-evalwazzjoni wriet li għad hemm ħafna fejn ikun hemm titjib fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni. Bil-ħsieb ta’ applikazzjoni aktar effiċjenti u konsistenti tar-regoli, huwa essenzjali li wieħed ikollu idea ġenerali tajba tal-problemi strutturali u x-xejriet ġenerali possibbli fil-politiki nazzjonali dwar l-akkwist, sabiex il-problemi possibbli jiġu indirizzati b’miri aktar preċiżi. Dik l-idea ġenerali għandha tinkiseb permezz ta’ monitoraġġ adatt, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppubblikati regolarment, sabiex ikun jista’ jsir dibattitu infurmat dwar titjib possibbli għar-regoli u l-prattika ta’ akkwist. Il-kisba ta’ idea ġenerali tajba wkoll tista’ tippermetti viżjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ akkwist pubbliku fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jiddeċiedu kif u minn min għandu jsir dan il-monitoraġġ fil-prattika; billi jagħmlu hekk, huma għandhom jibqgħu liberi wkoll li jiddeċiedu jekk il-monitoraġġ għandux ikun ibbażat fuq kontroll ex-post ibbażat fuq kampjuni jew fuq kontroll ex-ante sistematiku tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku koperti minn din id-Direttiva. Għandu jkun possibbli li l-problemi potenzjali jinġiebu għall-attenzjoni tal-korpi proprji; dan m’għandux neċessarjament jirrikjedi li dawk li wettqu l-monitoraġġ jidhru quddiem qrati u tribunali.

Gwida, informazzjoni u appoġġ aħjar għall-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi tista’ wkoll tikkontribwixxi b’mod qawwi għat-tisħiħ tal-effiċjenza tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ għarfien aħjar, aktar ċertezza legali u professjonaliżmu fil-prattiki ta’ akkwist. Tali gwida għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi kull fejn jidher li hu meħtieġ li tittejjeb l-applikazzjoni korretta tar-regoli. Il-gwida li għandha tingħata tista’ tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-akkwist pubbliku, bħall-ippjanar tal-akkwisti, il-proċeduri, l-għażla tat-tekniki u l-istrumenti u l- prattiki tajbin fit-twettiq tal-proċeduri. F’dak li jirrigwarda kwistjonijiet legali, il-gwida m’għandhiex neċessarjament tammonta għal analiżi legali kompleta tal-kwistjonijiet ikkonċernati; tista’ tkun limitata għal indikazzjoni ġenerali tal-elementi li għandhom jitqiesu għall-analiżi dettaljata sussegwenti tal-kwistjonijiet, pereżempju billi tindika każistika li tista’ tkun rilevanti jew noti ta’ gwida jew sorsi oħra li jkunu eżaminaw il-kwistjoni speċifika kkonċernata.

(122)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tipprevedi ċerti proċeduri ta’ reviżjoni li għandhom ikunu disponibbli għallinqas għal kull persuna li jkollha jew li kellha interess li tikseb kuntratt partikolari u li saritilha ħsara jew li qiegħda fir-riskju li ssirilha ħsara minn ksur allegat tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi. Dawk il-proċeduri ta’ reviżjoni m’għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva. Madankollu, iċ-ċittadini, il-partijiet interessati kkonċernati, kemm jekk organizzati jew le, u persuni jew korpi oħrajn li m’għandhomx aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 89/665/KEE xorta għandhom interess leġittimu, bħala persuni li jħallsu t-taxxa, fi proċeduri ta’ akkwist tajbin. Għaldaqstant huma għandhom jingħataw possibbiltà, b’mod differenti mis-sistema ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 89/665/KEE u mingħajr ma neċessarjament jinvolvi li huma jidhru quddiem qrati u tribunali, li jindikaw ksur possibbli ta’ din id-Direttiva lil awtorità jew struttura kompetenti. Sabiex ma jiġux idduplikati awtoritajiet jew strutturi eżistenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu rikors għal awtoritajiet jew strutturi ta’ monitoraġġ ġenerali, korpi ta’ superviżjoni settorjali, awtoritajiet ta’ superviżjoni muniċipali, awtoritajiet ta’ kompetizzjoni, l-ombudsman jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika.

(123)

Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal li l-akkwist pubbliku biex jikseb l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv l-akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv ser ikollu jaqdi r-rwol tiegħu wkoll. Għaldaqstant huwa importanti li tinkiseb idea ġenerali tal-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist strateġiku sabiex wieħed ikollu idea infurmata tax-xejriet ġenerali fil-livell ġenerali f’dak il-qasam. Kwalunkwe rapport adatt diġà mħejji jista’ naturalment jiġi użat f’dan il-kuntest ukoll.

(124)

Fid-dawl tal-potenzjal tal-SMEs għall-ħolqien tax-xogħol, it-tkabbir u l-innovazzjoni, huwa importanti li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku, kemm permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti f’din id-Direttiva kif ukoll permezz ta’ inizjattivi fil-livell nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti f’din id-Direttiva għandhom jagħtu kontribut għat-titjib tal-livell ta’ suċċess, li jfisser is-sehem tal-SMEs fil-valur totali ta’ kuntratti mogħtija. Mhuwiex adatt li jiġu imposti ishma obbligatorji ta’ suċċess, madankollu, l-inizjattivi nazzjonali għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib minħabba l-importanza tagħhom.

(125)

Diġà ġew stabbiliti għadd ta’ proċeduri u metodi ta’ ħidma fir-rigward tal-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tal-Kummissjoni mal-Istati Membri, bħal komunikazzjonijiet u kuntatti marbuta mal-proċeduri previsti taħt l-Artikoli 258 u 260 TFUE, in-Netwerk għas-Soluzzjoni ta’ Problemi fis-Suq Intern (SOLVIT) u EU Pilot, li ma jiġux modifikati minn din id-Direttiva. Dawn għandhom, madankollu, jiġu kkomplementati mill-għażla ta’ punt waħdieni ta’ referenza f’kull Stat Membru għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta’ dħul għal materji li jirrigwardaw l-akkwist pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. Din il-funzjoni tista’ titwettaq minn persuni jew strutturi li jkunu diġà regolarment f’kuntatt mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, bħall-punti nazzjonali ta’ kuntatt, il-membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi, il-Membri tan-Netwerk tal-Akkwisti jew okkażjonijiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali.

(126)

It-traċċabbiltà u t-trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi proċeduri ta’ akkwist huma essenzjali biex jiġu żgurati proċeduri tajbin, inkluża l-ġlieda effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom għalhekk iżommu kopji tal-kuntratti ta’ valur għoli konklużi, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għal dawk id-dokumenti lill-partijiet interessati skont ir-regoli applikabbli dwar l-aċċess għad-dokumenti. Barra minn hekk, l-elementi u d-deċiżjonijiet essenzjali ta’ proċeduri individwali ta’ akkwist għandhom jiġu dokumentati f’rapport dwar l-akkwisti. Biex jiġu evitati il-piżijiet amministrattivi kull fejn possibbli, għandu jkun permess li r-rapport dwar l-akkwisti jirreferi għal informazzjoni li diġà tinsab fl-avviż dwar l-għoti tal-kuntratt rilevanti. Is-sistemi elettroniċi għall-pubblikazzjoni ta’ dawk l-avviżi, amministrati mill-Kummissjoni, għandhom ukoll jittejbu bil-ħsieb li jiġi faċilitat id-dħul ta’ data filwaqt li jsir eħfef li wieħed joħroġ rapporti globali u jagħmel skambju ta’ data bejn is-sistemi.

(127)

Bil-għan ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament jekk il-kwalità u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-avviżi li jiġu ppubblikati f’rabta mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku humiex biżżejjed biex jippermettu lill-Kummissjoni toħroġ l-informazzjoni statistika li inkella jkollha tintbagħat mill-Istati Membri.

(128)

Il-kooperazzjoni amministrattiva effettiva hija neċessarja għall-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti f’sitwazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari rigward il-verifika tar-raġunijiet għall-esklużjoni u l-kriterji ta’ selezzjoni, l-applikazzjoni ta’ standards ta’ kwalità u u dawk ambjentali u ta’ listi ta’ operaturi ekonomiċi approvati. L-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal-liġijiet nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità. Għalhekk, din id-Direttiva ma’ tpoġġix obbligi fuq l-Istati Membri biex jiskambja informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li l-awtoritajiet kontraenta nazzjonali jistgħu jaċċessaw. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) tista’ tipprovdi mezz elettroniku siewi biex tiġi ffaċilitata u msaħħa l-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġestjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni abbażi ta’ proċeduri sempliċi u unifikati li jgħelbu l-barrieri tal-lingwa. Proġett pilota għandu konsegwentement jiġi mniedi malajr kemm jista’ jkun biex jiġi vverifikat jekk tkunx xierqa l-espansjoni tal-IMI biex tkopri l-iskambju ta’ informazzjoni taħt din id-Direttiva.

(129)

Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u regolatorji rapidi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għadd ta’ elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva. Minħabba l-ħtieġa ta’ konformaità ma’ ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li timmodifika l-proċeduri tekniċi għall-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw il-limiti stabbiliti kif ukoll li perjodikament tirrevedi l-istess limiti stabbiliti u li tadatta l-Anness X; il-listi ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali huma soġġetti għal varjazzjonijiet minħabba bidliet amministrattivi fil-livell nazzjonali. Dawn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, li għandha tingħata s-setgħa li taddatta l-Anness I; ir-referenzi għan-nomenklatura tas-CPV jistgħu jgħaddu minn bidliet regolatorji fil-livell tal-Unjoni u huwa neċessarju li dawn il-bidliet jiġu riflessi fit-test ta’ din id-Direttiva; id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għall-irċevuta elettronika għandhom jinżammu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi; huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tagħmel standards tekniċi obbligatorji għall-komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-formati u l-proċessi tekniċi u l-mezzi tekniċi sabiex jintbagħtu messaġġi fi proċeduri tal-akkwist permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi u; il-lista tal-atti legali tal-Unjoni li tistabbilixxi metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiġi adattata malajr biex tinkorpora l-miżuri adottati fuq bażi settorjali Sabiex jiġu sodisfatti dawn il-ħtiġijiet, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li żżomm il-lista tal-atti legali li jinkludu l-metodoloġiji aġġornati dwar l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(130)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta gruppi ta’ esperti adattati fil-qasam tal-akkwist elettroniku biex tiżgura kompożizzjoni bilanċjata tal-gruppi ewlenin tal-partijiet interessati.

(131)

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħal fit-tfassil tal-formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi u formola standard għall-awtodikjarazzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

(132)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawk l-atti huma kkaratterizzati minn għan amministrattiv sempliċi u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbilitif’din id-Direttiva.

(133)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ formola standard għall-awtodikjarazzjonijiet, minħabba l-impatt ta’ dawk l-awtodikjarazzjonijiet dwar l-akkwist u minħabba li għandhom rwol ċentrali fis-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist.

(134)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti fuq is-suq intern li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta tagħmel dan, għandha tieħu kont ta’ fatturi bħal-livell ta’ akkwisti transkonfinali, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u l-għażla ta’ kompromess bejn in-nefqa u l-benefiċċju.

Skont l-Artikolu XXII(7) tiegħu, il-FAP għandu jkun soġġett għal aktar negozjati tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u imbagħad perjodikament. F’dak il-kuntest, għandu wkoll jiġi eżaminat jekk il-livell ta’ limiti stabbiliti huwiex adatt, b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni fid-dawl ta’ perijodu twil mingħajr bidliet fil-limiti fil-FAP; fl-eventwalità li l-livell tal-limiti stabbiliti jinbidel bħala konsegwenza, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tadotta proposta għal att legali li jemenda l-limiti stabbiliti kif stipulati f’din id-Direttiva.

(135)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati d-diskussjonijiet attwali dwar dispożizzjonijiet orizzontali li jikkontrollaw ir-relazzjonijeit ma’ pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ akkwist pubbliku l-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-kondizzjonijiet tal-kummerċ globali u tivvaluta l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni.

(136)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li japplikaw għal ċerti proċeduri ta’ akkwist pubbliku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ minħabba raġuni ta’ skala u effetti jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(137)

Id-Direttiva 2004/18/KE għandha titħassar.

(138)

B’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’ċerti każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ transpożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I:

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I:

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

TAQSIMA 1:

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1:

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2:

Definizzjonijiet

Artikolu 3:

Akkwist imħallat

TAQSIMA 2:

LIMITI STABBILITI

Artikolu 4:

Ammonti tal-limitu stabbilit

Artikolu 5:

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist

Artikolu 6:

Reviżjoni tal-limiti stabbiliti u tal-lista ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali

TAQSIMA 3:

ESKLUŻJONIJIET

Artikolu 7:

Kuntratti fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali

Artikolu 8:

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni

Artikolu 9:

Kuntratti pubbliċi mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

Artikolu 10:

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Artikolu 11:

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv

Artikolu 12:

Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku

TAQSIMA 4:

SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Subtaqsima 1:

Kuntratti ssussidjati u servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Artikolu 13:

Kuntratti sussidjati mill-awtoritajiet kontraenti

Artikolu 14:

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Subtaqsima 2:

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 15:

Difiża u sigurtà

Artikolu 16:

Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 17:

Kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

KAPITOLU II:

Regoli ġenerali

Artikolu 18:

Prinċipju tal-akkwisti

Artikolu 19:

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 20:

Kuntratti riżervati

Artikolu 21:

Kunfidenzjalità

Artikolu 22:

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Artikolu 23:

Nomenklaturi

Artikolu 24:

Konflitti ta’ interess

TITOLU II:

REGOLI DWAR IL-KUNTRATTI PUBBLIĊI

KAPITOLU I:

Proċeduri

Artikolu 25:

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

Artikolu 26:

Għażla tal-proċeduri

Artikolu 27:

Proċedura miftuħa

Artikolu 28:

Proċedura ristretta

Artikolu 29:

Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar

Artikolu 30:

Djalogu kompetittiv

Artikolu 31:

Sħubija għall-innovazzjoni

Artikolu 32:

Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel

KAPITOLU II:

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 33:

Ftehimiet qafas

Artikolu 34:

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

Artikolu 35:

Irkantijiet elettroniċi

Artikolu 36:

Katalogi elettroniċi

Artikolu 37:

Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti

Artikolu 38:

Akkwisti konġunti okkażjonali

Artikolu 39:

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

KAPITOLU III:

Kondotta tal-proċedura

TAQSIMA 1:

TĦEJJIJA

Artikolu 40:

Konsultazzjonijiet preliminari mas-suq

Artikolu 41:

Involviment preċedenti ta’ kandidati jew offerenti

Artikolu 42:

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 43:

Tikketti

Artikolu 44:

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

Artikolu 45:

Varjanti

Artikolu 46:

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

Artikolu 47:

Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien

TAQSIMA 2:

PUBBLIKAZZJONI U TRASPARENZA

Artikolu 48:

Avviżi informattivi minn qabel

Artikolu 49:

Avviżi dwar kuntratti

Artikolu 50:

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt

Artikolu 51:

Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 52:

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

Artikolu 53:

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwisti

Artikolu 54:

Stediniet lill-kandidati

Artikolu 55:

L-informar ta’ kandidati u offerenti

TAQSIMA 3:

L-GĦAŻLA TA’ PARTEĊIPANTI U L-GĦOTI TA’ KUNTRATTI

Artikolu 56:

Prinċipji ġenerali

Subtaqsima 1:

Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 57:

Raġunijiet għall-esklużjoni

Artikolu 58:

Kriterji ta’ għażla

Artikolu 59:

Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku

Artikolu 60:

Mezzi ta’ prova

Artikolu 61:

Repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis)

Artikolu 62:

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali

Artikolu 63:

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

Artikolu 64:

Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt liġi pubblika jew privata

Subtaqsima 2:

Tnaqqis tan-Numru ta’ Kandidati, Offerti u Soluzzjonijiet

Artikolu 65:

Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati kwalifikati mod ieħor li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem

Artikolu 66:

Tnaqqis tan-numru ta’ offerti jew soluzzjonijiet

Subtaqsima 3:

Għoti tal-Kuntratt

Artikolu 67:

Kriterji għall-għoti ta’ kuntratt

Artikolu 68:

Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja

Artikolu 69:

Offerti baxxi wisq

KAPITOLU IV:

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 70:

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt

Artikolu 71:

Sottokuntrattar

Artikolu 72:

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 73:

Terminazzjoni ta’ kuntratti

TITOLU III:

REĠIMI PARTIKOLARI TA’ AKKWISTI

KAPITOLU I:

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 74:

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 75:

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

Artikolu 76:

Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 77:

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

KAPITOLU II:

Regoli li jirregolaw kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 78:

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 79:

Avviżi

Artikolu 80:

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn u l-għażla tal-parteċipanti

Artikolu 81:

Kompożizzjoni tal-ġurija

Artikolu 82:

Deċiżjoniijet tal-ġurija

TITOLU IV:

GOVERNANZA

Artikolu 83:

Infurzar

Artikolu 84:

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 85:

Rapportar nazzjonali u informazzjoni statistika

Artikolu 86:

Kooperazzjoni amministrattiva

TITOLU V:

SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIRT FINALI

Artikolu 87:

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 88:

Proċedura ta’ urġenza

Artikolu 89:

Proċedura tal-kumitat

Artikolu 90:

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet transizzjonali

Artikolu 91:

Tħassir

Artikolu 92:

Reviżjoni

Artikolu 93:

Dħul fis-seħħ

Artikolu 94:

Destinatarji

ANNESSI:

ANNESS I:

AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

ANNESS II:

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (6) TAL-ARTIKOLU 2(1)

ANNESS III:

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(b) FIR-RIGWARD TA’ KUNTRATTI MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA

ANNESS IV:

REKWIŻITI RELATATI MAL-GĦODOD U L-ISTRUMENTI GĦAR-RIĊEVUTA ELETTRONIKA TA’ OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI F’KOMPETIZZJONIJIET TAD-DISINN

ANNESS V:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI

Parti A:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ INFORMATTIV MINN QABEL FUQ PROFIL TA’ XERREJ

Parti B:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI INFORMATTIVI MINN QABEL (kif imsemmija fl-Artikolu 48)

Parti C:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR KUNTRATTI (kif imsemmija fl-Artikolu 49)

Parti D:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TAL-KUNTRATT (kif imsemmija fl-Artikolu 50)

Parti E:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIT-TFASSIL TAL-AVVIŻI TAL-KOMPETIZZJONI (kif imsemmija fl-Artikolu 79(1))

Parti F:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAR-RIŻULTATI TAL-KOMPETIZZJONI (kif imsemmija fl-Artikolu 79(2))

Parti G:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KUNTRATT MATUL IT-TERMINU TIEGĦU (kif imsemmi fl-Artikolu 72(1))

Parti H:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA (kif imsemmija fl-Artikolu 75(1))

Parti I:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA MINN QABEL F’AVVIŻI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IS-SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA (kif imsemmi fl-Artikolu 75(1))

Parti J:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA (kif imsemmija fl-Artikolu 75(2))

ANNESS VI:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENTI TAL-AKKWIST RELATATI MAL-IRKANTIJIET ELETTRONIĊI(Artikolu 35(4))

ANNESS VII:

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

ANNESS VIII:

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

ANNESS IX:

KONTENUTI TAL-ISTEDINIET GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ OFFERTA, GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FID-DJALOGU JEW GĦAL KONFERMA TAL-INTERESS STIPULATI FL-ARTIKOLU 54

ANNESS X:

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 18(2)

ANNESS XI:

REĠISTRI

ANNESS XII:

MEZZI TA’ PROVA TAL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

ANNESS XIII:

LISTA TAL-ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL- ARTIKOLU 68(3)

ANNESS XIV:

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 74

ANNESS XV:

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Taqsima 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist permezz ta;

2.   Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le.

3.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 TFUE.

4.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jekk, kif u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26.

5.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-mod kif l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom.

6.   Ftehimiet, deċiżjonijiet jew strumenti legali oħra li jorganizzaw it-trasferiment tas-setgħat u r-repsonsabbiltajiet għat-twettiq ta’ kompiti pubbliċi bejn awtoritajiet kontraenti jew raggruppamenti ta’ awtoritajiet kontraenti u li ma jipprevedux remunerazzjoni li għandha tingħata għat-twettiq tal-kuntratt, jitqiesu li huma kwistjoni ta’ organizzazzjoni interna tal-Istat Membru kkonċernat u, għalhekk, mhumiex affettwati bl-ebda mod minn din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘awtoritajiet kontraenti’ tfisser l-awtoritajiet Statali, reġjonali u lokali, korpijiet irregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew tali korp wieħed jew aktar irregolati mil-liġi pubblika;

(2)

‘awtoritajiet tal-gvern ċentrali’ tfisser l-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Anness I u, f’dak li jirrigwarda l-korrezzjonijiet jew l-emendi li saru fil-livell nazzjonali, l-entitajiet suċċessuri tagħhom;

(3)

‘awtoritajiet kontraenti subċentrali’ tfisser l-awtoritajiet kontraenti kollha li mhumiex awtoritajiet tal-gvern ċentrali

(4)

‘korpi regolati mil-liġi pubblika’ tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jaqdu l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b)

għandhom personalità ġuridika; u

(c)

huma ffinanzjati, fil-biċċa l-kbira, mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għas-supervizzjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika;

(5)

‘kuntratti pubbliċi’ tfisser kuntratti b’titolu oneruż konklużi bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi;

(6)

‘kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet skont it-tifsira tal-Anness II;

(b)

l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol;

(c)

it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;

(7)

‘xogħol’ tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew inġinerija ċivili meħudin bħala ħaġa waħda li hija suffiċjenti fiha nnifisha biex taqdi funzjoni ekonomika jew teknika;

(8)

‘kuntratti pubbliċi ta’ provvisti’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta’ xiri, ta’ prodotti. Kuntratt ta’ provvista pubblika jista’ jinkludi, b’mod inċidentali, operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni;

(9)

‘kuntratti pubbliċi ta’ servizzi’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-punt 8 l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet;

(10)

‘operatur ekonomiku’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inkluża kwalunkwe assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi, li joffru l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq;

(11)

‘offerent’ tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(12)

‘kandidat’ tfisser operatur ekonomiku li jkun talab stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta, fi proċedura kompetittiva bin-negozjar, fi proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, fi djalogu kompetittiv jew fi sħubija tal-innovazzjoni;

(13)

‘dokument ta’ akkwist’ tfisser kwalunkwe dokument maħluq jew li ssir referenza għalih mill-awtorità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż dwar kuntratt, l-avviż informattiv minn qabel fejn dan jintuża bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kondizzjonijiet proposti tal-kuntatt, il-formats għall-preżentazzjoni tad-dokumenti minn kandidati u offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kull dokument addizzjonali;

(14)

‘attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwist’ tfisser attivitajiet imwettqa fuq bażi permanenti, f’waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta’ provvisti u/jew servizzi maħsuba għall-awtoritajiet kontraenti,

(b)

l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-awtoritajiet kontraenti;

(15)

‘attivitajiet anċillari ta’ akkwisti’ tfisser attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ akkwist, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:

(a)

infrastruttura teknika li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jagħtu kuntratti pubbliċi jew jikkonkludu ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi;

(b)

konsulenza dwar it-tmexxija jew it-tfassil ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku;

(c)

preparazzjoni u ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont tal-awtorità kontraenti kkonċernata;

(16)

‘korp ċentrali għall-akkwisti’ tfisser awtorità kontraenti li tipprovdi attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri u, possibbilment, attivitajiet anċillari ta’ xiri;

(17)

‘fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist’ tfisser korp pubbliku jew privat li joffri attivitajiet anċillari ta’ xiri fis-suq;

(18)

‘miktub’ jew ‘bil-miktub’ tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluż informazzjoni trasmessa u maħżuna permezz ta’ mezzi elettroniċi;

(19)

‘mezzi elettroniċi’ tfisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trasmessa, imwassla u riċevuta permezz ta’ wires, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;

(20)

‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp li għad iridu jsiru, il-produzzjoni, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni, matul l-eżistenza kollha tal-prodott jew tax-xogħlijiet jew tal-forniment tas-servizz, mix-xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u sa tmiem is-servizz jew l-użu;

(21)

‘kompetizzjonijiet ta’ disinn’ tfisser dawk il-proċeduri li jippermettu lill-awtorità kontraenti biex takkwista, prinċipalment fl-oqsma tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja, l-arkitettura u l-inġinerija jew l-ipproċessar ta’ data, pjan jew disinn magħżul minn ġurija wara li jkun ġie sottomess għall-kompetizzjoni bl-għoti ta’ premji jew mingħajr;

(22)

‘innovazzjoni’ tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew mtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitata għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni fosthom bil-għan li tgħin jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

(23)

“tikketta” tfisser kwalunkwe dokument, ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali li tikkonferma li x-xogħlijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri in kwistjoni jilħqu ċerti rekwiżiti;

(24)

“rekwiżiti tat-tikketti” tfisser ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mix-xogħlijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri in kwistjoni sabiex tinkiseb it-tikketta kkonċernata.

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu “awtoritajiet reġjonali” jinkludu l-awtoritajiet elenkati b’mod mhux eżawrjenti f’NUTS 1 u 2, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), waqt li l-‘awtoritajiet lokali jinkludu l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.

Artikolu 3

Akkwist imħallat

1.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li għandhom bħala s-suġġett tagħhom tipi differenti ta’ akkwist li kollha huma koperti minn din id-Direttiva.

Il-paragrafi 3 sa 5 għandhom japplikaw għall-kuntratti mħallta li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-akkwist kopert minn din id-Direttiva u l-akkwist kopert minn reġimi legali oħra.

2.   Kuntratti li għandhom bħala suġġett tagħhom żewġ tipi jew aktar ta’ akkwist (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) għandhom jingħataw skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip tal-akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi fis-sens tal-Kapitolu I tat-Titolu III u parzjalment f’servizzi oħra jew f’kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi u parzjalment fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jkun determinat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew il-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.

3.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, il-paragrafu 4 għandu japplika. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 6.

Fejn parti ta’ kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, l-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva għandu japplika.

4.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll akkwist mhux kopert b’din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali japplika għal kwalunkwe wieħed minn tali kuntratti separati għandha tittieħed abbażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, din id-Direttiva għandha, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 16, tapplika għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li kieku jaqgħu taħt reġim legali differenti u irrispettivament mil-liema reġim legali li dawk il-partijiet kienu jkunu soġġetti għalihom.

F’każ ta’ kuntratti mħallta li jkun fihom elementi ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi u ta’ konċessjonijiet, il-kuntratt imħallat għandu jingħata skont din id-Direttiva, sakemm il-valur stmat tal-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi kuntratt kopert b’din id-Direttiva, ikkalkulat skont l-Artikolu 5, hu ugwali jew akbar mil-limitu rilevanti stipulat fl-Artikolu 4.

5.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom kemm l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll l-akkwist għall-eżerċitar ta’ attività li hija soġġetta għad- Direttiva 2014/25/UE, ir-regoli applikabbli għandhom, minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jiġu determinati skont l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2014/25/UE.

6.   Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari huma oġġettivament mhux separabbli, ir-reġim legali applikabbli għandu jkun iddeterminat abbażi tas-suġġett ewlieni ta’ dak il-kuntratt.

Taqsima 2

Limiti Stabbiliti

Artikolu 4

Ammonti tal-limitu stabbilit

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin:

(a)

EUR 5 186 000 għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet;

(b)

EUR 134 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti pubbliċi ta’ provvista minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti koperti mill-Anness III;

(c)

EUR 207 000 għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ servizzi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti subċentrali u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn tali awtoritajiet; dak il-limitu stabbiliti għandu japplika wkoll għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti mogħtija minn awtoritajiet tal-gvern ċentrali li joperaw fil-qasam tad-difiża, fejn dawk il-kuntratti jinvolvu prodotti mhux koperti mill-Anness III;

(d)

EUR 750 000 għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XIV.

Artikolu 5

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist

1.   Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, mingħajr il-VAT, kif stmat mill-awtorità kontraenti, inkluż kull forma ta’ għażla u kull tiġdid tal-kuntratti kif stipulat b’mod espliċitu fid-dokumenti ta’ akkwist.

Meta l-awtorità kontraenti tipprovdi għal għotji jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqis dan meta tikkalkula l-valur stmat tal-akkwist.

2.   Meta l-awtorità kontraenti tkun magħmula minn unitajiet operazzjonali separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat għal kull unità operazzjonali individwali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn unità operazzjonali separata hija indipendentament responsabbli mill-akkwist tagħha jew ċerti kategoriji tagħha, il-valuri jistgħu jkunu stmati fil-livell tal-unità inkwistjoni.

3.   L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Akkwist ma għandux ikun suddiviż bl-effett li ma jitħalliex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.

4.   Il-valur stmat għandu jkun validu fil-mument li fih tintbagħat is-sejħa għall-kompetizzjoni, jew, fil-każijiet fejn mhijiex prevista sejħa għall-kompetizzjoni, fil-mument li fih l-awtorità kontraenti tibda l-proċedura ta’ akkwist, pereżempju, fejn adatt, billi tikkuntattja operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-akkwist.

5.   Fir-rigward ta’ ftehimiet qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat, mingħajr il-VAT, tal-kuntratti kollha previsti għat-terminu totali tal-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri.

6.   Fil-każ ta’ sħubijiet tal-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat, mingħajr il-VAT, tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li għandhom jiġu żviluppati u akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

7.   Għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur stmat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat tal-provvisti u s-servizzi li huma disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

8.   Fejn xogħol propost jew il-forniment propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 4, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

9.   Meta proposta għall-akkwist ta’ provvisti simili tista’ tirriżulta f’kuntratti mogħtija fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali stmat tal-lottijiet kollha bħal dawn meta jiġu applikati l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 4, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

10.   Minkejja l-paragrafi 8 u 9, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti ta’ lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti skont din id-Direttiva, sakemm il-valur stmat tal-lott ikkonċernat, mingħajr il-VAT, ikun inqas minn EUR 80 000 għal provvisti jew servizzi jew EUR 1 miljun għal xogħlijiet. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet, mogħtija b’dan il-mod, mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, ma għandux ikun aktar minn 20 % tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li fihom jinqasam ix-xogħol propost, l-akkwist propost ta’ provvisti simili jew il-forniment propost ta’ servizzi.

11.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u provvisti pubbliċi li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perjodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:

(a)

il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, meta jkun possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu fil-kors tat-12-il xahar wara l-kuntratt inizjali;

(b)

jew il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-12-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn 12-il xahar.

12.   Rigward kuntratti ta’ provvista pubblika li għandhom x’jaqsmu ma’ kiri b’self, kiri jew xiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li jrid jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi fuq terminu fiss, meta dak t-terminu jkun inqas minn jew ugwali għal 12-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt jew, meta t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn 12-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar imultiplikat bi 48.

13.   Rigward kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, fejn xieraq, għandu jkun kif ġej:

(a)

servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ remunerazzjoni;

(b)

servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħrajn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli, l-imgħax u forom oħra ta’ remunerazzjoni;

(c)

kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ remunerazzjoni.

14.   Rigward kuntratti pubbliċi ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu determinat, sakemm dan huwa ugwali jew inqas minn 48 xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr skont fiss jew bi skont aktar minn 48 xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

Artikolu 6

Reviżjoni tal-limiti stabbiliti u tal-lista ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali

1.   Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (FAP) u għandha, fejn ikun neċessarju, tirrevedihom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perjodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euros sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.

2.   Meta twettaq ir-reviżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll:

(a)

il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 billi tallinjah mal-limitu rivedut li japplika għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet;

(b)

il-limitu stabbilit fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 billi tallinjah mal-limitu rivedut li japplika għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti sub-ċentrali.

3.   Kull sentejn mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munità tagħhom mhix l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4, reveduti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valur, fil-muniti nazzjonali tal-istati Membri, li l-munità tagħhom mhix l-euro tal-limitu stabbilit imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri gandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti riveduti msemmijin fil-paragrafu 1, il-valuri korrispondenti tagħhom fil-muniti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, u l-valur iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru wara r-reviżjoni tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 87 sabiex tadatta l-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija speċifikata fil-FAP għar-reviżjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 u għad-determinazzjoni tal-valuri korrispondenti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munità tagħhom mhix l-euro, kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Fejn ikun neċessarju li jiġu reveduti l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 u tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 u fejn ir-restrizzjonijiet ta’ żmien ma jippermettux l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 87 u għalhekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 88 għandha tapplika għal atti ddelegati li huma adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 dan l-Artikolu.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 biex temenda l-Anness I, sabiex taġġorna l-lista ta’ awtoritajiet kontraenti wara n-notifiki mill-Istati Membri, fejn dawn l-emendi jkunu meħtieġa sabiex jiġu identifikati b’mod korrett l-awtoritajiet kontraenti.

Taqsima 3

Esklużjonijiet

Artikolu 7

Kuntratti fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li, skont id-Direttiva 2014/25/UE, huma mogħtija jew organizzati minn awtoritajiet kontraenti li jeżerċitaw waħda jew iżjed mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14 ta’ dik id-Direttiva u li jingħataw għat-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet, għal kuntratti pubbliċi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva taħt l-Artikoli 18, 23 u 34 tagħha jew, meta jingħataw minn awtorità kontraenti li tipprovdi servizzi postali skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva, għal kuntratti mogħtija għat-twettiq tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

servizzi b’valur miżjud marbuta ma’ u mogħtija għal kollox permezz ta’ mezzi elettroniċi (inklużi t-trasmissjoni sigura ta’ dokumenti kodifikati permezz ta’ mezzi elettroniċi, servizzi ta’ ġestjoni tal-indirizzi u trasmissjoni ta’ posta elettronika rreġistrata);

(b)

servizzi finanzjarji li huma koperti mill-kodiċi CPV 66100000-1 sa 66720000-3 u mill-punt (d) tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/25/UE u inkluż b’mod partikolari servizz ta’ ordnijiet postali ta’ flus u trasferimenti postali tal-kontijiet ġiro;

(c)

servizzi filateliċi; jew

(d)

servizzi loġistiki (servizzi li jikkombinaw twassil fiżiku u/jew magazzinaġġ ma’ funzjonijiet oħra mhux postali).

Artikolu 8

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn għall-iskop ewlieni li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jagħmlu użu min-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet jew biex jipprovdu wieħed jew aktar servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet” u “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Artikolu 9

Kuntratti pubbliċi mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-awtorità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew suddiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-esplojtazzjoni konġunti ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 89.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-awtorità kontraenti tagħti jew torganizza skont regoli ta’ akkwist pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti pubbliċi jew l-kompetizzjonijiet ta’ disinn ffinanzjati kkonċernati huma kompletament iffinanzjati minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni; fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma ko-finanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri ta’ akkwist applikabbli.

3.   L-Artikolu 17 għandu japplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew huma organizzati skont ir-regoli internazzjonali. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal dawk il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn.

Artikolu 10

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal:

(a)

l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ mezzi finanzjarji jkunu x’ ikunu, ta’ art, bini eżistenti, jew propjeta immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;

(b)

l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsuba għas-servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-media radjofoniċi, li huma mogħtija minn fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi, jew il-kuntratti għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programmi li jingħataw lill-fornituri tas-servizz tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “servizzi tal-media awdjoviżiva” u “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollhom, rispettivament, l-istess tifsira bħal dik fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). “Programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandha tinkludi wkoll programmi radjofoniċi u materjali tal-programmi radjofoniċi. Barra minn hekk, l-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “materjal tal-programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal “programm”.

(c)

servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(d)

kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

(i)

rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (25) fi:

arbitraġġ jew konċiljazzjoni li ssir fi Stat Membru, pajjiż terz jew quddiem istanza internazzjonali ta’ arbitraġġ jew konċiljazzjoni; jew

proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati nazzjonali, tribunali jew awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew, pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali;

(ii)

parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punt (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)

servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentifikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(iv)

servizzi legali mogħtija minn trustees jew, gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li fornituri tagħhom huma nnominati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew huma mfassla minn liġi biex twettaq kompiti speċifiċi taħti is-superviżjoni ta’ tali tribunali u qrati;

(v)

servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anki b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali;

(e)

is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f)

self, sew jekk marbut mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra kif ukoll jekk le;

(g)

kuntratti ta’ impieg;

(h)

id-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili, u s-servizzi ta’ prevenzjoni tal-perikoli li huma pprovduti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u li huma koperti mill-kodiċi CPV segwenti: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 u 85143000-3 ħlief is-servizzi tat-trasport tal-pazjenti bl-ambulanzi;

(i)

servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro;

(j)

servizzi ta’ kampanji politiċi, koperti mill-kodiċi CPV 79341400-0, 92111230-3 u 92111240-6, meta mogħtija minn partit politiku fil-kuntest ta’ kampanja elettorali.

Artikolu 11

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi mogħtija minn awtorità kontraenti lil awtorità kontraenti oħra jew li xi assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv li huma jgawdu skont liġi, regolament amministrattiv jew disposizzjoni amministrattiva ppubblikata li tkun kompatibbli mat-TFUE.

Artikolu 12

Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku

1.   Kuntratt pubbliku mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew mid-dritt pubbliku għandu jaqa’ ‘l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fi prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti; u

(c)

ma jkunx hemm il-parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkunux kontrollati jew blokkati mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva fuq il-persuna ġuridika kkkontrollata.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ objettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata. Tali kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn persuna ġuridika kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-awtorità kontraenti li tikkontrollaha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika li tingħatalha l-kuntratt pubbliku bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkunux kontrollati jew blokkati rikjesti mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva dwar il-persuna ġuridika.

3.   Awtorità kontraenti, li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt pubbliku lil dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva meta jiġu sodisfatti il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħrajn kontroll fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fi prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritajiet kontraenti; u

(c)

ma jkunx hemm il-parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkunux kontrollati jew blokkati mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali applikabbli, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva fuq il-persuna ġuridika kkkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kolha li ġejjin:

(i)

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmula minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew diversi minnhom;

(ii)

dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u

(iii)

il-persuna ġuridika kkontrollata ma ssegwi l-ebda interess li jmur kontra minn dak tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll.

4.   Kuntratt konkluż b’mod esklussiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti bil-għan li jiżgura li s-servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu huma mogħtija biex jiksbu l-objettivi li għandhom komuni bejniethom;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u

(c)

l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20 % tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.

5.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-perċentwali ta’ attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-punt (c) tal-paragrafu 4, għandu jittieħed kont tal-fatturat totali medju, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħal kostijiet mġarrba minn persuna ġuridika rilevanti jew awtorità kontraenti fir-rigward ta’ servizzi, provvisti u xogħlijiet għat-tliet snin li jippreċedu l-għoti tal-kuntratt.

Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot il-persuna ġuridika rilevanti jew l-awtorità kontraenti jew meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħal kostijiet, jew ma humiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew m’għadhomx aktar rilevanti, ikun biżżejjed li jintwera li l-kejl ta’ attività hu kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

Taqsima 4

Sitwazzjonijiet Speċifiċi

Subtaqsima 1

Kuntratti ssussidjati u servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Artikolu 13

Kuntratti sussidjati mill-awtoritajiet kontraenti

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti tal-kuntratti li ġejjin:

(a)

kuntratti ta’ xogħlijiet li huma sussidjati direttament mill-awtoritajiet kontraenti b’aktar minn 50 % u li l-valur stmat tagħhom, qabel il-VAT, huwa daqs jew aktar minn EUR 5 186 000, fejn dawn il-kuntratti jkunu jinvolvu waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)

attivitajiet ta’ inġinerija ċivili kif elenkati fl-Anness II,

(ii)

xogħol ta’ bini għal sptarijiet, faċilitajiet maħsuba għall-isport, rikreazzjoni u divertiment, bini ta’ skejjel u universitajiet u bini użat għal skopijiet amministrattivi;

(b)

kuntratti ta’ servizzi li huma sussidjati direttament mill-awtoritajiet kontraenti b’aktar minn 50 % u li l-valur stmat tagħhom, qabel il-VAT, huwa daqs jew aktar minn EUR 207 000 u li huma marbutin ma’ kuntratt ta’ xogħlijiet kif imsemmi fil-punt (a).

L-awtoritajiet kontraenti li jipprovdu s-sussidji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva fejn dawn ma jagħtux huma stess il-kuntratt sussidjat jew fejn dawn jagħtu dak il-kuntratt għal u f’isem entitajiet oħra.

Artikolu 14

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti bil-kodiċi CPV (Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi) 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji jkunu dovuti esklussivament lill-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq tan-negozju proprju, u

(b)

is-servizz ipprovdut huwa kompletament remunerat mill-awtorità kontraenti.

Subtaqsima 2

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 15

Difiża u sigurtà

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti li ġejjin:

(a)

kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE

(b)

kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax skont l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati skont l-ewwel paragrafu sal-punt li l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-awtorità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kif previst f’din id-Direttiva.

Barra minn hekk, u f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinni li mhumiex eżentati taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lill-Istat Membru biex jagħti informazzjoni li huwa jqis l-iżvelar tagħha bħala kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

3.   Fejn l-akkwist u t-twettiq tal-kuntratt pubbliku jew kompetizzjoni ta’ disinn huma ddikjarati bħala sigrieti jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika dment li l-Istat Membru jkun iddetermina li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jistgħux jiġu ggarantiti minn miżuri inqas intrużivi, bħal dawk imsemmija fl-ewwwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 16

Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li għandhom bħala suġġett akkwist kopert minn din id-Direttiva kif ukoll akkwist kopert mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE dan l-Artikolu għandu japplika.

2.   Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt pubbliku partikolari huma oġġettivament separabbli, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali japplika għal kwalunkwe wieħed minn tali kuntratti separati għandha tittieħed abbażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw biex jiddeterminaw ir-reġim legali applikabbli:

(a)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 TFUE, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi;

(b)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ dik id-Direttiva dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku jkun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi. Dan il-punt għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-limiti u l-esklużjonijiet previsti minn dik id-Direttiva.

Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt uniku m’għandhiex, madankollu, tittieħed bl-iskop li teskludi kuntratti mill-applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

3.   Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li għalihom kieku japplikaw il-punt (a) u l-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu.

4.   Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex oġġettivament separabbli, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn jinkludi l-elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 TFUE; inkella jista’ jingħata f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE.

Artikolu 17

Kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li l-awtorità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew suddiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-esplojtazzjoni konġunti ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

ftehim jew arranġament internazzjonali dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċernaw l-impriżi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz;

(c)

organizzazzjoni internazzjonali.

Il-ftehimiet jew l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 89.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li l-awtorità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti pubbliċi jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn ffinanzjati kkonċernati huma kompletament minn din l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma ko-finanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri ta’ akkwist applikabbli.

KAPITOLU II

Regoli ġenerali

Artikolu 18

Prinċipji tal-akkwist

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti pubbliċi l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tal-ambjent, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X.

Artikolu 19

Operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz relevanti, ma għandhomx ma jiġux aċċettati minħabba r-raġuni unika li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

2.   Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist. Dawn m’għandhomx jintalbu li jkollhom forma legali speċifika mill-awtoritajiet kontraenti sabiex jippreżentaw offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni.

Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiċċaraw fid-dokumenti tal-akkwist kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja jew l-abbiltà teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 58 dment li dan ikun ġustifikat minn raġunijiet oġġettivi u proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu dawk ir-rekwiżiti.Kwalunkwe kondizzjonijiet għat-twettiq ta’

kuntratt minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u għandhom ikunu proporzjonati.

3.   Irrispettivament mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu lil gruppi ta’ operaturi ekonomiċi li jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ingħataw il-kuntratt, sakemm tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 20

Kuntratti riżervati

1.   L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, operaturi ekonomiċi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

2.   Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 21

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li għaliha l-awtorità kontraenti tkun soġġetta, b’mod partikolari leġislazzjoni li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħasara għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 50 u 55, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiddivulga informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li hija mniżżla bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

2.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti fuq l-operaturi ekonomiċi bil-għan li tiġi mħarsa n-natura kunfidenzjali tal-informazzjonli li l-awtoritajiet kontraenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni matul il-proċedura kollha ta’ akkwist.

Artikolu 22

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni kollu taħt din id-Direttiva, b’mod partikolari l-preżentazzjoni elettronika, jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. L-għodod u l-mezzi li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, ma għandhomx ikunu diskriminatorji, iridu jkunu ġeneralment għad-dispożizzjoni u interoperabbli mal-prodotti tal-ICT fl-użu ġenerali u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati jitolbu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

minħabba n-natura speċjalizzata tal-akkwist, l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jitlob għodod speċifiċi, mezzi jew formati ta’ fajl li ġeneralment mhumiex disponibbli jew aċċettati minn applikazzjonijiet li jkunu ġeneralment disponibbli;

(b)

l-applikazzjonijiet li jaċċettaw il-formati ta’ fajls li huma adatti għad-deskrizzjoni tal-offerti jużaw file formats li ma jistgħux jinqraw minn ebda applikazzjoni oħra miftuħa jew ġeneralment disponibbli jew li huma taħt skema ta’ liċenzjar proprjetarju u ma jistgħux isiru disponibbli għat-tniżżil jew għall-użu mill-bogħod mill-awtorità kontraenti;

(c)

l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika tkun titlob tagħmir ta’ uffiċju speċjalizzat li ma jkunx ġeneralment disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti;

(d)

id-dokumenti ta’ akkwist jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ mudelli fiżiċi jew fuq skala li ma jkunux jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi

Fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li għalihom ma jintużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafi, il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor jew b’taħlita ta’ posta jew mezz ta’ ġarr adatt ieħor u mezzi elettroniċi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti mhumiex obbligati li jesiġu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ preżentazzjoni elettronika sa fejn l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi jkun meħtieġa minħabba ksur ta’ sigurtà ta’ dawn il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jew għall-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura sensittiva li titlob livell għoli ta’ protezzjoni li ma jistax ikun żgurat kif suppost bl-użu ta’ għodod u mezzi elettroniċi li jkunu ġeneralment disponibbli għall-operaturi ekonomiċi jew li jistgħu jsiru disponibbli għalihom permezz ta’ mezzi alternattivi ta’ aċċess fis-sens tal-paragrafu 5.

Hija fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kontraenti li titlob, f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex mezzi elettroniċi fil-proċess ta’ preżentazzjoni biex tindika fir-rapporti individwali msemmija fl-Artikolu 84 ir-raġunijiet għal dan ir-rekwiżit. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fir-rapport individwali r-raġunijiet għaliex l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi ġew ikkunsidrati neċessarji fl-applikazzjoni tar-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-komunikazzjoni orali tista’ tintuża fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li ma jikkonċernawx l-elementi essenzjali ta’ proċedura ta’ akkwist, sakemm il-kontenut tal-komunikazzjoni orali tkun dokumentata b’mod suffiċjenti. Għal dan il-għan, l-elementi essenzjali ta’ proċedura ta’ akkwist jinkludu d-dokumenti tal-akkwist, talbiet għall-parteċipazzjoni, konfermi ta’ interess u offerti. B’mod partikolari, komunikazzjonijiet orali mal-offerenti li jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti għandhom ikunu ddokumentati b’mod suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-miktub jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

3.   F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-offerti jew tat-talbiet għall-parteċipazzjoni huma konservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun skada l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tagħhom.

4.   Għal kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi u kompetizzjonijiet tad-disinni, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta’ għodod elettroniċi speċifiċi, bħal għodod ta’ mmudellar elettroniku ta’ informazzjoni jew simili. F’tali każijiet l-awtoritajiet kontraenti għandhom joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess, kif previst fil-paragrafu 5, sa meta dawk l-għodod isiru disponibbli b’mod ġenerali fis-sens tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

5.   Fejn dan ikun meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ għodod u mezzi li mhumiex ġeneralment disponibbli, sakemm l-awtoritajiet kontraenti joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li joffru mezzi alternattivi xierqa ta’ aċċess fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta huma:

(a)

joffru mingħajr ħlas aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett b’mezzi elettroniċi għal dawk l-għodod u mezzi mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness VIII jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew l-stedina għall-konferma tal-interess għandha tispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu jkunu disponibbli dawk l-għodod u apparat;

(b)

jiżguraw li l-offerenti li ma jkollhomx aċċess għall-għodod u mezzi kkonċernati, jew l-ebda possibbiltà li jiksbuhom fil-limiti taż-zmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess ma jkunx attribwibbli għall-offerent ikkonċernat, ikollhom aċċess għall-proċedura ta’ akkwist permezz tal-użu ta’ tokens li jkunu disponibbli mingħajr ħlas online; jew

(c)

jappoġġaw kanal alternattiv għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti.

6.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għal strumenti u mezzi għat-trasmissjoni elettronika u r-riċevuta ta’ offerti u għar-riċevuta b’mezzi elettroniċi ta’ talbiet għal parteċipazzjoni:

(a)

informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni, inklużi l-qlib ta’ dejta f’kodiċi u l-istampar tal-ħin, għandha tkun għad-dispożizzjoni ta’ partijiet interessati;

(b)

l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kontraenti li jaġixxu fi ħdan qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-varji stadji tal-proċedura speċifika ta’ akkwist; dak il-livell għandu jkun proporzjonat għar-riskji involuti;

(c)

fejn l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kontraenti li jaġixxu fi ħdan qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, jikkonkludu li l-livell tar-riskji, ivvalutat fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, ikun tali li huma meħtieġa firem elettroniċi avvanzati kif definiti mid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw firem elettroniċi avvanzati appoġġati minn ċertifikat elettroniku kwalifikat, filwaqt li jieħdu kont ta’ jekk dawk il-firem humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li jinsab f’lista ta’ fiduċja kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE (28), maħluqa bi jew mingħajr tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu l-format tal-firma avvanzata meħtieġ fuq il-bażi tal-formats stabbiliti fid-Deċiżjonital-Kummissjoni 2011/130/UE (29) u għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw dawn il-formats b’mod tekniku; fil-każ li jkun intuża format differenti tal-firma elettronika, il-fima elettronika jew it-trasportatur tad-dokument elettroniku għandu jinkludi informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti, li jkunu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru. Il-possibbiltajiet ta’ validazzjoni għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jivvalidaw online, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti, l-firem elettroniċi li jkunu rċevew bħala firma elettronika avvanzata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizzi ta’ validazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Istat Membru;

(ii)

fejn offerta tkun iffirmata b’sostenn ta’ ċertifikat kwalifikat li huwa inkluż f’lista ta’ fiduċja, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx japplikaw rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jxekklu l-użu ta’ dawk il-firem mill-offerenti.

Rigward dokumenti li jintużaw fi proċedura ta’ akkwist li jkunu ffirmati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew entità emittenti oħra, l-awtorità jew entità emittenti kompetenti tista’ tistabbilixxi l-format avvanzat dwar il-firma rikjest skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/130/UE. Huma għandhom jimplimentaw l-miżuri neċessarji sabiex dawk il-formats ikunu jistgħu jiġu pproċessati teknikament billi tkun inkluża l-informazzjoni rikjesta għall-finijiet tal-ipproċessar tal-firma fid-dokument ikkonċernat. Tali dokumenti għandu jkun fihom, fil-firma elettronika jew fid-dokument elettroniku, informazzjoni tat-trasportatur dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti li jippermettu l-validazzjoni online tal-firma elettronika rċevuta, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex temenda d-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness IV sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi tekniċi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 sabiex temenda l-lista mniżżla fil-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn l-iżviluppi teknoloġiċi jirriżultaw f’eċċezzjonijiet kontinwi mill-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi mhux adegwati jew, eċċezzjonalment, fejn eċċezzjonijiet ġodda jridu jkunu pprovduti minħabba żviluppi teknoloġiċi.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formats tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 87 sabiex tistabbilixxi l-użu obbligatorju ta’ standards tekniċi speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tas-sottomissjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika, biss fejn l-istandards tekniċi ġew ittestjati bir-reqqa u l-ulilità tagħhom ġiet ippruvata fil-prattika. Qabel ma jsir obbligatorju l-użu ta’ kwalunkwe standard tekniku, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra bir-reqqa l-ispejjeż li dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.

Artikolu 23

Nomenklaturi

1.   Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku għandha ssir billi jintuża l-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex tadatta l-kodiċi CPV imsemmija f’din id-Direttiva, kull meta bidliet fin-nomenklatura tas-CPV jridu jiġu riflessi f’din id-Direttiva u ma jimplikawx modifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 24

Konflitti ta’ interess

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri adatti sabiex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mit-twettiq ta’ proċeduri ta’ akkwist sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u sabiex ikun żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Il-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi rigward l-akkwist li jaġixxi f’isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew persunali ieħor li jista’ jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.

TITOLU II

REGOLI DWAR IL-KUNTRATTI PUBBLIĊI

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 25

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

Sakemm huma koperti mill-Annessi 1, 2, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

Artikolu 26

Għażla tal-proċeduri

1.   Meta jingħataw kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk, mingħajr ħsara għall-Artikolu 32, tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-kompetizzjoni b’konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċeduri miftuha jew limitati kif irregolati f’din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw sħubijiet għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(i)

il-ħtigijiet tal-awtorità kontraenti ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta’ soluzzjonijiet faċilment disponibbli;

(ii)

jinkludu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;

(iii)

il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba ċirkustanzi speċifiċi relatati man-natura, il-kumplessità jew il-forma legali jew finanzjarja jew minħabba r-riskji marbuta magħhom;

(iv)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti mill-awtorità kontraenti b’referenza għal xi istandard, il-Valutazzjoni Teknika Ewropea, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, speċifikazzjoni teknika komuni jew referenza teknika skont it-tifsira tal-punti 2 sa 5 tal-Anness VII;

(b)

fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi fejn, b’risposta għal proċedura miftuħa jew ristretta, ġew ippreżentati biss offerti irregolari jew mhux aċċettabbli. F’tali sitwazzjonijiet, m’għandux ikun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jippublikaw avviż ta’ kuntratt fejn huma jinkludu l-offerenti kollha, u dawk biss, li jkunu ssodisfaw il-kriterji tal-Artikoli 57 sa 64 u li, matul il-proċedura miftuħa jew ristretta ta’ qabel, ikunu ssottomettew offerti skont ir-rekwiżiti formali tal-proċedura ta’ akkwist;

B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.

5.   Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha ssir permezz ta’ avviż dwar kuntratt skont l-Artikolu 49.

Fejn jingħata l-kuntratt permezz ta’ proċedura ristretta jew proċedura kompetittiva bin-negozjar, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li awtoritajiet kontraenti subċentrali jew kategoriji speċifiċi tagħhom jistgħu joħorġu s-sejħa għall-kompetizzjoni permezz ta’ avviż informattiv minn qabel skont l-Artikolu 48(2).

Fejn is-sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż informattiv minn qabel skont l-Artikolu 48(2), l-operaturi ekonomiċi li jkunu stqarrew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel għandhom sussegwentement jiġu misteidna jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-miktub permess ta’ stendina għall-konferma tal-interess f’konformità mal-Artikolu 54.

6.   Fil-każijiet u ċirkustanzi speċifiċi imsemmijin espliċitament fl-Artikolu 32, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal sejħa għal kompetizzjoni. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu l-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura f’każijiet oħrajn għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 32.

Artikolu 27

Proċedura miftuħa

1.   Fil-proċeduri miftuha, kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jissottometti offerta fir-rigward ta’ sejha għall-kompetizzjoni.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li tkun mitluba mill-awtorità kontraenti.

2.   Meta awtoritajiet kontraenti jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel li ma kienx huwa stess użat bħala mezz għas-sejħa tal-kompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitqassar għal 15-il jum, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-avviż informattiv minn qabel inkluda l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-avviż dwar kuntratt fit-taqsima I tal-parti B tal-Anness V, sa fejn dik l-informazzjoni kienet disponibbli fiż-żmien li ġie ppubblikat l-avviż informattiv minn qabel;

(b)

l-avviż informattiv minn qabel intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

3.   Fejn stat ta’ urġenza sostanzjat sew mill-awtorità kontraenti jrendi bħala imprattikabbli l-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, din tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.

4.   L-awtorità kontraenti tista’ tnaqqas b’ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ offerti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1), u l-Artikolu 22(5) u (6).

Artikolu 28

Proċedura ristretta

1.   Fi proċeduri ristretti, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jisottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal sejħa għall-kompetizzjoni li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness V partijiet B jew C, skont il-każ, billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess.

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna jagħmlu dan mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mogħtija jistgħu jissottomettu offerta. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 65.

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.

3.   Meta awtoritajiet kontraenti jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel ma kienx li huwa stess użat bħala mezz għas-sejħa tal-kompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitqassar għal 10 (għaxart) ijiem, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-avviż informattiv minn qabel inkluda l-informazzjoni kollha rikjesta fit-taqsima I tal-parti B tal-Anness V, sa fejn dik l-informazzjoni kienet disponibbli fiż-żmien li ġie ppubblikat l-avviż informattiv minn qabel;

(b)

l-avviż informattiv minn qabel intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet kontraenti subċentrali kollha, jew kategoriji speċifiċi tagħhom, jistgħu jistabbilixxu l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati magħżula, jekk il-kandidati kollha magħżula jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jissottomettu l-offerti tagħhom. Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il-limitu ta’ żmien għandu jkun mill-inqas 10 (għaxart) ijiem mid-data li fiha tkun intbagħtet l-istedina għall-offerta.

5.   Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jitnaqqas b’ħamest ijiem fejn l-awtorità kontraenti taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 22(1), (5) u (6).

6.   Fejn stat ta’ urġenza sostanzjat sew mill-awtoritajiet kontraenti jrendi imprattikabbli l-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu, dawn jistgħu jistabbilixxu:

(a)

limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt;

(b)

limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti li ma għandux ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-offerti.

Artikolu 29

Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar

1.   Fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jisottometti talba sabiex jieħu sehem b’risposta għal sejħa għall-kompetizzjoni li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness V partijiet B u C billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jidentifikaw is-suġġett tal-akkwist billi jipprovdu deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom u l-karatteristiċi mitluba mill-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li ser jiġu akkwistati u jispeċifikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt. Huma għandhom jindikaw ukoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha.

L-informazzjoni mogħtija għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tal-akkwist u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

Il-limitu minimu ta’ żmien biex jintlaqgħu talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess. Il-limitu ta’ żmien minimu biex jintlaqgħu offerti inizjali għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha intbagħtet l-istedina. Għandu japplika l-Artikolu 28(3) sa (6).

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jissottomettu offerta inizjali li għandha tkun il-bażi għan-negozjati sussegwenti. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 65.

3.   Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti inizjali u dawk kollha sussegwenti sottomessi minnhom, għajr l-offerti finali fis-sens tal-paragrafu 7, sabiex itejbu l-kontenut tagħhom.

Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

4.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti abbażi tal-offerti inizjali mingħajr negozjar meta jkunu indikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan.

5.   Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Huma għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma ġewx eliminati skont il-paragrafu 6, bil-miktub dwar kwalunkwe bidla għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumenti oħra ta’ akkwist, minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Wara dawn il-bidliet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu biżżejjed ħin lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jippreżentaw l-offerti emendati, kif adatt.

F’konformità mal-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Tali qbil ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata tal-informazzjoni speċifika.

6.   Il-proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew f’dokument ieħor ta’ akkwist. Fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew f’dokument ieħor ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tindika jekk hi rrikorrietx għal dik l-alternattiva.

7.   Fejn l-awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tikkonkludi n-negozjati, għandha tinforma lill-offerenti li jkun baqa’ u tistabbilixxi data ta’ skadenza komuni għas-sottomissjoni ta’ kwalunkwe offerta ġdida jew riveduta. Hija għandha tivverifika li l-offerti finali huma f’konformità mar-rekwiżiti minimi u jikkonformaw mal-Artikolu 56(1), tivvaluta l-offerti finali fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti inizjalment indikati u tagħti l-kuntratt skont l-Artikoli 66 sa 69.

Artikolu 30

Djalogu kompetittiv

1.   Fi djalogi kompetittivi, kwalnkwe operatur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal avviż ta’ kuntratt billi jipprovdi l-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jieħdu sehem fid-djalogu. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 65. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 67(2).

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu l-ħtigijiet u r-rekwiżiti tagħhom fl-avviż dwar kuntratt u għandhom jiddefinixxu dawk il-ħtigijiet u r-rekwiżiti f’dak l-avviż u/jew f’dokument deskrittiv. Fl-istess ħin u fl-istess dokumenti, huma għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-kriterji tal-għoti magħżula wkoll u jistabbilixxu perijodu ta’ żmien indikattiv.

3.   Flimkien mal-parteċipanti magħżulin skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 56 sa 66, l-awtoritajiet kontraenti għandhom iniedu djalogu bil-għan li jiġu identifikati u definiti l-aktar mezzi xierqa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom. Huma jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-akkwist mal-parteċipanti magħżulin matul dan id-djalogu.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost il-parteċipanti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi parteċipanti fuq oħrajn.

F’konformità mal-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent parteċipanti li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Tali qbil ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata tal-informazzjoni speċifika.

4.   Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġi diskussi fl-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. Fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tindikaw jekk hijiex ser tuża dik l-għażla.

5.   L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

6.   Wara li jiddikkjaraw li d-djalogu ntemm u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti rimanenti dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu lil kull wieħed minnhom jissottomettu l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtiega u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jiġu kkjarifikati, speċifikati u ottimizzati. Madankollu, tali kjarifika, speċifikar u ottimizzazzjoni jew informazzjoni addizzjonali ma tistax tinvolvi bidliet fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist pubbliku, inkluz il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, fejn varjazzjonijiet għal dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x’aktarx joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminartorju.

7.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivvalutaw l-offerti rċivuti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, in-negozjati mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità skont l-Artikolu 67 jistgħu jsiru biex jiġu kkonfermati impenji finanzjarji jew termini oħra li jkunu fl-offerta billi jiġu ffinalizzati t-termini tal-kuntratt dment li ma jkollhomx l-effett li materjalment jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

8.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu premji jew ħlasijiet għall-parteċipanti matul id- djalogu.

Artikolu 31

Sħubija għall-innovazzjoni

1.   Fi sħubiji ta’ innovazzjoni, kwalnkwe operatur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal avviż ta’ kuntratt billi jipprovdi l-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi li ma jistgħux jiġu sodisfatti billi jinxtraw prodotti, servizzi jew xogħlijiet li diġà huma disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika wkoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha. L-informazzjoni prevvista għandha tkunu preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkun jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

L-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi s-sħubija ta’ innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew ahtar li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż għal kuntratt. Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li huma mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta li jistgħu jieħdu sehem fil-proċedura. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 64. Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 66.

2.   L-għan tas-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkun l-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-fornimenti, provvisti jew xogħlijiet li jirriżultaw, dment li dawn jikkorrispondu mal-livelli ta’ prestazzjoni maqbula u l-ispejjeż massimi miftiehma bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-parteċipanti.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi wara s-sekwenza tal-passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-prodotti, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti adatti.

Abbażi ta’ dawk il-miri, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas in-numru ta’ sħab billi ttemm il-kuntratti individwali, dment li l-awtorità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti ta’ akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

3.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti inizjali u dawk kollha sussegwenti sottomessi minnhom, għajr l-offerta finali, sabiex jittejjeb l-kontenut tagħhom.

Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

4.   Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Huma għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma jkunux ġew eliminati, skont il-paragrafu 5, bil-miktub, dwar kwalunkwe bidla fl-ispeċifiċitajiet tekniċi jew f’dokumenti tal-akkwist oħra, minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Wara dawk il-bidliet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu biżżejjed ħin lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jippreżentaw l-offerti emendati, kif adatt.

F’konformità mal-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni proposta tal-informazzjoni speċifika.

5.   In-negozjati matul il-proċeduri tas-sħubiji għall-innovazzjoni jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tindika jekk hijiex ser tirrikorri għal dik l-għażla.

6.   Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari japplikaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab, l-awtorità kontraenti ma għandhiex, f’konformità mal-Artikolu 21, tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb fil-qafas tas-sħubija mingħajr il-qbil ta’ dak is-sieħeb. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni proposta tal-informazzjoni speċifika.

7.   L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirreflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni metieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tal-provvisti, is-servizzi jew xogħlijiet ma għandux ikun sproporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.

Artikolu 32

Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel

1.   Fil-każijiet u ċirkustanzi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti pubbliċi permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel.

2.   Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvista u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fi kwalunkwe wiehed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma jkunux ġew sottomessi offerti jew offerti adattati jew talbiet għal parteċipazzjoni jew talbiet għal parteċipazzjoni mhux adattati f’rispons għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, sakemm il-kondizzjonijiet inizzjali tal-tal-kuntratt ma jkunux mibdula sostanzjalment u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni meta hija titlob li jsir dan.

Offerta għandha titqies li ma tkunx adatta meta tkun irrelevanti għall-kuntratt, minħabba li hija ċara li mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti ta’ akkwist. Talba għal parteċipazzjoni għandha titqies li ma tkunx adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ser ikollu jew jista’ jiġi eskluż skont l-Artikolu 57 jew ma jissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58;

(b)

fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu fornuti minn operatur ekonomiku partikolari biss minħabba xi waħda mir-raħunijiet li ġejjin:

(i)

l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ xogħol artistiku uniku jew prestazzjoni artistika unika;

(ii)

ma jkunx hemm kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii)

il-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex konsegwenza ta’ limitazzjoni artifiċjali fil-parametri tal-akkwist;

(c)

sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira dovuti għal avvenimenti li ma setgħux ikunu previsti mill-awtorità kontraenti, il-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa jew ristretti jew kompetittivi bin-negozjar ma jistgħux jiġu rispettati. Iċ-ċirkostanzi invokati għall-ġustifikazzjoni tal-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti.

3.   Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista:

(a)

fejn il-prodotti involuti jkunu manifatturati purament għall-finijiet ta’ riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; madankollu, kuntratti mogħtija skont dan il-punt ma għandhomx jinkludu l-produzzjoni ta’ kwantità sabiex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp;

(b)

għal konsenji addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni tal-provvisti jew installazzjonijiet jew inkella bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti fejn bidla fil-fornitur tkun tobbliga lill-awtorità kontraenti sabiex tikseb provvisti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni; bħala regola ġenerali, id-durata ta’ dawn il-kuntratti kif ukoll dak tal-kuntratti rikorrenti ma għandhiex taqbeż it-tliet snin;

(c)

għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-prodotti bażiċi;

(d)

għax-xiri ta’ provvisti jew servizzi b’termini partikolarment vantaġġjużi, jew mingħand fornitur li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta’ negozju tiegħu, jew il-likwidatur fi proċedura ta’ insolvenza, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali.

4.   Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, fejn il-kuntratt ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u tingħata, skont ir-regoli previsti fil-kompetizzjoni ta’ disinn, lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn; f’ dan l-aħħar każ, ir-rebbieħa kollha jridu jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati.

5.   Il-proċedura nnegozjata minn qabel tista’ tkun użata għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-operatur ekonomiku li ngħata kuntratt oriġinali mill-istess awtoritajiet kontraenti, jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi huma konformi ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-kuntratt oriġinali skont proċedura b’konformità mal-Artikolu 26(1). Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom se jingħataw.

Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw l-Artikolu 4.

Din il-proċedura tista’ tintuża biss matul it-tliet snin wara li jintemm il-kuntratt oriġinali.

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 33

Ftehimiet qafas

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva.

FAP qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista.

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

2.   Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw skont il-proċeduri stabbiliti f’dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 u 4.

Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu applikati biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti identifikati b’mod ċar għal dan l-iskop fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew l-istedina għall-konferma tal-interess u dawk l-operaturi ekonomiċi oriġinarjament firmatarji għall-ftehim ta’ qafas kif konkluż.

Kuntratti bbazati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-kaz imsemmi fil-paragrafu 3.

3.   Fejn jiġi konkluż ftehim qafas ma’ operatur ekonomiku wieħed, kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim għandhom jingħataw fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas.

Għall-għoti ta’ dawk il-kuntratti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-operatur ekonomiku li huwa parti mill-ftehim qafas, fejn jitolbuh jissupplimenta l-offerta tiegħu kif meħtieġ.

4.   Fejn ftehim qafas jigġ konkluż ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed, dak il-ftehim qafas għandu jsir b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

skont it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim qafas, mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kondizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li kienu parti fil-ftehim qafas, għandhom iwettquhom; dawn il-kondizzjonijiet tal-aħħar għandhom jiġu indikati fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas;

(b)

fejn il-ftehim qafas jistipula t-termini kollha li jirregolaw il-provvista tax-xogħlijiet, servizzi u provvisti kkonċernati, parzjalment mingħar ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni skont il-punt (a) u parzjalment bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fost l-operaturi ekonomiċi li huma parti fil-ftehim qafas skont il-punt (c), fejn tali possibbiltà ġiet stipulata mill-awtoritajiet kontraenti fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas. L-għażla dwar jekk xogħlijiet, servizzi jew provvisti speċifiċi jiġux akkwistati wara li l-kompetizzjoni tkun infetħet mill-ġdid jew direttament skont it-termini stipulati fil-ftehim qafas għandha ssir skont kriterji oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas. Dawn id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jkunu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

Il-possibbiltajiet previsti taħt l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe lott ta’ ftehim qafas li għalih ikunu stabbiliti t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, is-servizzi u l-provvisti kkonċernati fil-ftehim qafas, irrispettivament minn jekk it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, tas-servizzi u tal-provvisti kkonċernati taħt lottijiet oħrajn ikunux ġew stabbiliti.

(c)

fejn mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti huma stabbiliti fil-ftehim qafas, billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-partijiet ta’ operaturi ekonomiċi għall-ftehim qafas.

5.   Il-kompetizzjonijiet msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 4 għandhom ikunu bbażati fuq l-istess termini kif applikati għall-għoti tal-ftehim qafas u, fejn neċessarju, fuq termini formulati bi preċiżjoni akbar, u fejn dan ikun xieraq, fuq termini oħra msemmija fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas, skont il-proċedura li ġejja:

(a)

għal kull kuntratt li għandu jingħata, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi li kapaċi jwettqu l-kuntratt;

(b)

l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni fatturi bħall-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ sabiex jintbagħtu l-offerti;

(c)

l-offerti għandhom jiġu sottomessi bil-mitkub, u l-kontenut tagħhom ma għandux jinqara qabel ma jkun skada l-limitu ta’ żmien stipulat għat-tweġiba;

(d)

l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas.

Artikolu 34

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

1.   Għal xiri użat b’mod komuni li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet kontraenti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri. Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha tiġi operata bħala proċess kompletament elettroniku, u għandha tkun miftuħa matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema tax-xiri għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Din tista’ tiġi diviża f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandu jitwettaq taħt il-kategorija kkonċernata. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu referenza għad-daqs massimu permissibbli ta’ kuntratti speċifiċi sussegwenti jew għal żona geografika speċifika fi fiha ser jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.

2.   Sabiex isir akkwist taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli tal-proċedura ristretta. Il-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla għandhom jitħallew jużaw is-sistema, u f’konformità mal-Artikolu 64 in-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu ammessi għas-sistema ma għandux ikun limitat. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jkunu ddividew is-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jispeċifikaw il-kriteji ta’ selezzjoni applikabbli għal kull kategorija.

Minkejja l-Artikolu 28, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)

il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħtu l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess. Ma għandu japplika ebda limitu ta’ żmien ieħor għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni ladarba l-istedina għal offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri tkun intbagħtet;

(b)

il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta. Fejn adatt, għandu japplika l-Artikolu 28(4). L-Artikoli 28(3) u (5) m’għandhomx japplikaw.

3.   Il-komunikazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ sistema dinamika ta’ xiri għandhom isiru biss b’mezzi elettroniċi skont l-Artikolu 19(1), (3), (5) u (6).

4.   Għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom:

(a)

jippubblikaw sejħa għall-kompetizzjoni u jagħmluha ċara li hemm involuta sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist mill-inqas in-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst, kif ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna s-sistema dinamika ta’ xiri, inkluż kif joperaw sistemi dinamiċi ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi;

(c)

jindikaw kwalunkwe diviżjoni f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u l-karatteristiċi li jiddefinixxuhom;

(d)

joffru aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet u sħiħ, għaż-żmien kollu li s-sistema tkun valida, għad-dokumenti ta’ akkwist f’konformità mal-Artikolu 51.

5.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu lil kwalunkwe operatur ekonomiku, matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, il-possibbiltà li jagħmlu talba sabiex jieħdu sehem fis-sistema taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiffinalizzaw il-valutazzjoni tagħhom ta’ dawn it-talbiet skont il-kriterji tal-għażla fi żmien għaxart ijiem wara r-riċevuta tagħhom. Dak il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż għal 15-il jum tax-xogħol f’każijiet individwali meta jkun iġġustifikat, b’mod partikolari minħabba l-ħtieġa li tiġi eżaminata dokumentazzjoni addizzjonali jew b’xi mod ieħor issir verifika dwar jekk il-kriterji ta’ selezzjoni ġewx issodisfati.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx intbagħatet l-istedina għall-offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika tax-xiri, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jestendu il-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm ma tkunx ħarġet l-ebda stedina għall-offerti matul il-perijodu estiż ta’ evalwazzjoni. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist it-tul tal-perijodu estiż li huma bi ħsiebhom japplikaw.

L-awtoritjiet kontraenti għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat malajr kemm hu possibbli dwar jekk ġiex ammess fis-sistema dinamika ta’ xiri jew le.

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti ammessi kollha sabiex jissottomettu offerta għal kull akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, skont l-Artikolu 52. Fejn is-sistema dinamika tax-xiri tkun ġiet diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti kollha li jkun ġew ammessi fil-kategorija li tikkorrispondi għall-akkwist speċifiku kkonċernat sabiex jissottomettu offerta.

Huma għandhom jagħtu l-kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt għas-sistema dinamika ta’ xiri jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess. Fejn adegwat, dawn il-kriterji jistgħu jigu fformulati bi preċiżjoni akbar fl-istedina għall-offerti.

7.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, fi kwalunkwe mument matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri, jirrikjedu lill-parteċipanti ammessi jippreżentaw awtodikjarazzjoni riveduta u aġġornata kif previst fl-Artikolu 59(1), fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tintbagħat dik it-talba.

L-Artikolu 59(4) sa (6) għandu japplika matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri.

8.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri fis-sejħa għall-kompetizzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-mudelli standard li ġejjin:

(a)

fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi terminata s-sistema, il-mudell inizjalment użat għas-sejħa għall-kompetizzjoni għas-sistema dinamika tax-xiri;

(b)

fejn is-sistema tiġi terminata, avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 50.

9.   Ma għandha tiġi imposta ebda tariffa qabel jew matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri fuq l-operaturi ekonomiċi interessati fis-sistema dinamika tax-xiri jew li jkunu partijiet għaliha.

Artikolu 35

Irkantijiet elettroniċi

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, reveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistrutturaw l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.

Ċerti kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet li għandhom il-prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ bejgħ bl-irkant elettroniku.

2.   Fi proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku l-ewwel għandu jkun hemm irkant elettroniku meta l-kontenut tad-dokumenti ta’ akkwist, b’mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir fil-ftuħ mill-gdid tal-kompetizzjoni fost il-partijiet għal ftehim qafas kif previst fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 33(4) u fil-ftuħ għal-kompetizzjoni ta’ kuntratti li għandhom jingħataw taħt is-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 34.

3.   L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq waħda mill- elementi tal-offerti li ġejjin:

(a)

biss fuq prezzijiet fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-prezz biss;

(b)

fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fid-dokumenti ta’ akkwist fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-aħjar proporzjon tal-prezz mal-kwalità jew lill- offerta bl-aktar prezz baxx meta jintuża approċċ tal-kosteffikaċja.

4.   L-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess. Bħala minimu, id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness VI.

5.   Qabel ma jipproċedu b’irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju jew kriterji ta’ għoti stabbiliti u l-ippeżar stabbilit għalihom.

Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont l-Artikolu 57 u li jissodisfa l-kriterji ta’ għażla, u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta

B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.

Offerta għandha titqies li ma tkunx adatta meta tkun irrelevanti għall-kuntratt, minħabba li hija ċara li mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti ta’ akkwist. Talba għal parteċipazzjoni għandha titqies li ma tkunx adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ser ikollu jew jista’ jiġi eskluż skont l-Artikolu 57 jew ma jissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58.

L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn (2) wara d-data li fiha ntbagħtu l-istedini.

6.   L-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(5).

L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fl-avviż użat bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni jew f’dokumenti oħrajn ta’ akkwist. Madanakollu, għal dan il-għan, kull medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

7.   Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-offerenti kollha tal-inqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Huma jistgħu, fejn dan ikun ġie indikat minn qabel, jikkomunikaw informazzjoni oħra rigward prezzijiet u valuri oħra sottomessi. Huma jistgħu wkoll iħabbru n-numru ta’ parteċipanti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, fl-ebda każ ma jistgħu jiddivulgaw l-identitiajiet tal-offerenti matul l-ebda fażi tal-irkant elettroniku.

8.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħlqu rkant elettroniku f’mod wieħed jew aktar li ġejjin:

(a)

fid-data u l-ħin li ġew indikati qabel;

(b)

fejn ma jirċivux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikkjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar sottomissjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew

(c)

meta jitlestew in-numru preċedentement indikat ta’ fazijiet fl-irkant.

Meta l-awtoritajiet kontraenti ikollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, possibilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fil-punt (b) tiegħu, l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull waħda mill-fażijiet tal-irkant.

9.   Wara li jagħlqu xi rkant elettroniku awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt skont l-Artikolu 67 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

Artikolu 36

Katalogi elettroniċi

1.   Fejn ikun rikjest l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku jew li jiġi inkluż katalogu elettroniku.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu ta’ katalogi elettroniċi b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ akkwist.

L-offerti ppreżentati fil-forma ta’ katalogu elettroniku jistgħu jiġu ppreżentati flimkien ma’ dokumenti ohra, li jiffurmaw l-offerta sħiħa.

2.   Il-katalogi elettroniċi għandhom jiġu stabbiliti mill-kandidati jew mill-offerenti bil-għan li jipparteċipaw fi proċedura partikolari ta’ akkwist skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

Barra minn hekk, il-katalogi elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għodod ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtorità kontraenti b’konformità mal-Artikolu 22.

3.   Fejn il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew rikjesta, l-awtoritajiet kontraenti għandhom:

(a)

jiddikkjaraw dan fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess fejn jintuża avviz informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni;

(b)

jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist l-informazzjoni neċessarja kollha skont l-Artikolu 22 (6) rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

4.   Fejn ġie konkluż ftehim qafas ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed wara s-sottomissjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu li l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi tal-katalogi aġġornati. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

jistiednu lill-offerenti sabiex jissottomettu mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; jew

(b)

jinnotifikaw lill-offerenti li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew ppreżentati l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; dejjem jekk l-użu ta’ dak il-metodu jkun ġie mħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

5.   Fejn l-awtoritajiet kontraenti jerġgħu jiftħu l-kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi b’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4, dawn għandhom jinnotifikaw lill-offerenti bid-data u l-ħin li fihom għandhom il-ħsieb li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandhom jagħtu lill-offerenti l-possibilità li jiċħdu dan il-ġbir tal-informazzjoni.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu perijodu ta’ żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

Qabel ma jagħtu l-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni miġbura lill-offerent ikkonċernat, sabiex b’hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

6.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti fuq il-bażi ta’ sistema dinamika tax-xiri billi jeżiġu li offerti għal kuntratt speċifiku jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika tax-xiri skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 dejjem jekk it-talba għal parteċipazzjoni fis-sistema dinamika ta’ xiri tkun akkumpanjata minn katalogu elettroniku skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-awtorità kontraenti. Sussegwentement, dak il-katalogu għandu jimtela’ mill-kandidati, meta dawn ikunu ġew mgħarrfa bl-intenzjoni tal-awtorità kontraenti li tikkostitwixxi l-offerti permezz tal-proċedura stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

Artikolu 37

Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw provvisti u/jew servizzi mingħand korp ċentrali għall-akkwisti li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (a) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1).

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi billi jużaw kuntratti mogħtija minn korp ċentrali għall-akkwisti, sal-punt stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2), billi jużaw ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1). Fejn sistema dinamika tax-xiri li tkun operata minn korp ċentrali għall-akkwisti tista’ tintuża minn awtoritajiet kontraenti oħrajn, dan għandu jiġi indikat fis-sejħa għall-kompetizzjoni li tistabbilixxi dik is-sistema dinamika tax-xiri.

Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti akkwisti jsiru permezz ta’ rikors għal korpi ċentrali għall-akkwisti jew permezz ta’ korp ċentrali speċifiku wieħed jew aktar għall-akkwisti.

2.   Awtorità kontraenti tissodisfa l-obbligi tagħħa skont din id-Direttiva meta takkwista provvisti jew servizzi mingħand korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (a) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1).

Barra minn hekk, awtorità kontraenti tissodisfa wkoll l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi billi tuża kuntratti mogħtija minn korp ċentrali għall-akkwisti, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri operati mill-korp ċentrali għall-akkwisti jew, sal-punt stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2), billi jużaw ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt 14 tal-Artikolu 2(1).

Madankollu, l-awtorità kontraenti kkonċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika tax-xiri, li tkun operata minn korp ċentrali għall-akkwisti;

(b)

it-tmexxija tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti;

(c)

skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 33(4), id-determinazzjoni ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li huma partijiet fil-ftehim qafas, għandhom iwettqu kompitu partikolari taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti.

3.   Il-proċeduri kollha ta’ akkwist mmexxija minn korp ċentrali għall-akkwisti għandhom jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 22.

4.   Mingħajr ma japplikaw il-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku ta’ servizzi għall-provvista ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwist lil korp ċentrali ta’ akkwist.

Tali kuntratti pubbliċi ta’ servizzi jistgħu jinkludu wkoll il-provvista ta’ attivitajiet anċillari ta’ akkwist.

Artikolu 38

Akkwisti konġunti okkażjonali

1.   Żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

2.   Fejn it-tmexxija ta’ proċedura ta’ akkwist titwettaq kollha kemm hi konġuntament f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti kollha kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli konġuntament li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn awtorità kontraenti waħda tamminstra l-proċedura, meta taġixxi f’isimha u f’isem l-awtoritajiet kontranti l-oħra kkonċernati.

Fejn it-tmexxija ta’ proċedura ta’ akkwist ma tkun kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli konġntament biss għal dawk il-partijiet imwettqin konġuntament. Kull awtorità kontraenti għandha jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li hija tmexxi f’isimha u għan-nom tagħha.

Artikolu 39

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jaġixxu b’mod konġunt fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi billi jużaw wieħed mill-mezzi previsti f’dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-mezzi previsti f’dan l-Artikolu għall-fini li tkun evitata l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tad-dritt pubbliku f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li għalih ikunu soġġetti fl-Istat Membru tagħhom.

2.   Stat Membru ma għandux jipprojbixxi lill-awtoritajiet kontraenti tiegħu milli jużaw attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati offruti minn korpi ċentralizzati ta’ xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor.

Madankollu, fir-rigward ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti offruti minn korpi ċentrali għall-akkwisti stabbiliti fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tal-awtorità kontraenti, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jispeċifikaw li l-awtoritajiet kontraenti tagħhom jistgħu jużaw biss l-attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti kif definiti jew fil-punt (a) jew inkella fil-punt (b) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1).

3.   Il-provvista tal-attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti minn korp ċentrali għall-akkwisti li jinsab fi Stat Membru ieħor għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali għall-akkwisti.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali għall-akkwisti għandhom japplikaw ukoll għal dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika tax-xiri;

(b)

it-tmexxija ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas;

(c)

id-determinazzjoni, skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 33(4), ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li huma partijiet fil-ftehim qafas, għandhom iwettqu kompitu partikolari.

4.   Diversi awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku, jikkonkludu ftehim qafas jew joperaw sistema dinamika tal-akkwist b’mod konġunt. Huma jistgħu wkoll, sal-punt stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2), jagħtu kuntratti fuq il-bażi tal-ftehim qafas jew tas-sistema dinamika tal-akkwist. Sakemm l-elementi neċessarji ma jkunux ġew regolati minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri kkonċernati, l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jikkonkludu ftehim li jiddetermina:

(a)

ir-responsabbiltajiet tal-partijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli rilevanti;

(b)

l-organizzazzjoni interna tal-proċedura ta’ akkwist, inklużi l-ġestjoni tal-proċedura, it- tqassim tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati, u l-konklużjoni tal-kuntratti.

Awtorità kontraenti parteċipanti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri xogħlijiet, provvisti u servizzi mingħand awtorità kontraenti li tkun responsabbli mill-proċedura ta’ akkwist. Fid-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-liġi nazzjonali applikabbli kif imsemmi fil-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jistgħu jallokaw responsabbiltajiet speċifiċi fosthom u jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri rispettiv tagħhom. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli għandhom jissemmew fid-dokumenti ta’ akkwist għall-kuntratti pubbliċi li jingħataw b’mod konġunt.

5.   Fejn diversi awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti waqqfu entità konġunta, inklużi r-Raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) jew entitajiet oħra stabbilti skont il-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom, permezz ta’ deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-entità konġunta, jaqblu dwar ir-regoli tal-akkwisti nazzjonali applikabbli ta’ wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;

(b)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta qed twettaq l-attivitajiet tagħha.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jew japplika għal perjodu indeterminat, fejn dan ikun stabbilit fl-att kostituttiv tal-entità konġunta, jew jista’ jiġi limitat għal ċertu perjodu ta’ żmien, għal ċerti tipi ta’ kuntratti jew għal għotja ta’ kuntratt individwali waħda jew aktar.

KAPITOLU III

Kondotta tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 40

Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq

Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet dwar is-suq bil-ħsieb li jitħejja l-akkwist u jiġu infurmatil-operaturi ekonomiċi dwar il-pjanijiet tagħhom dwar l-akkwist u r-rekwiżiti.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu pereżempju jfittxu jew jaċċettaw konsulenza minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn parteċipanti fis-suq. Dik il-konsulenza tista’ tintuża fl-ippjanar u t-tmexxija tal-proċedura ta’ akkwist, sakemm din il-konsulenza ma jkollhiex l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma tirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Artikolu 41

Involviment preċedenti ta’ kandidati jew offerenti

Fejn kandidat jew offerent jew impriża relatata ma’ kandidat jew offerent ta parir lill-awtorità kontraenti, sew fil-kuntest tal-Artikolu 40 kif ukoll jekk le, jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta minħabba l-parteċipazzjoni ta’ dak il-kandidat jew l-offerent.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist ma jistax joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali mehtieġ mill-Artikolu 84.

Artikolu 42

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti ta’ akkwist. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jistipulaw il-karatteristiċi meħtiega ta’ xogħol, servizz jew provvista.

Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess jew metodu speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew għal proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu anke fejn tali fatturi ma jiffurmawx parti mis-sustanza materjali tagħhom dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonali għall-valur u l-objettivi tiegħu.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jispeċifikaw ukoll jekk hux ser ikun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Għall-akkwist kollu li hu maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, kemm jekk il-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk il-persunal tal-awtorità kontraenti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’mod li jikkunsidraw il-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha.

Fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom joffru aċċess ugwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist pubbliku għall-kompetizzjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

f’termini tar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-awtoritajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt;

(b)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn xi waħda minn dawk ma teżistix - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti;

(c)

f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni kif imsemmi fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni;

(d)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u b’referenza għar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

4.   Sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta’ ditta jew provenjenza speċifiċi, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Din ir-referenza għandha tkun permessa fuq bażi eċċezzjonali, fejn ma tkunx possibbli deskrizzjoni preċiża u leġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt skont il-paragrafu 3. Din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

5.   Fejn awtorità kontraenti tuża l-għażla li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, ma għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għalihom ġiet sottomessal-offerta ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent jagħti prova fl-offerta tiegħu bi kwalunkwe mezz adegwat, inkluż il-mezz ta’ prova msemmi fl-Artikolu 44, li s-soluzzjonijiet proposti jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b’mod ekwivalenti.

6.   Fejn awtorità kontraenti tuża l-għażla stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni, ma għandhiex tiċħad offerta għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jikkonformaw ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn entità ta’ standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni li hi tkun stabbilixxiet.

Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz adegwat, inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 44, li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz konformi mal-istandard jilħqu r-rekwiżiti rendiment jew ta’ funzjoni tal-awtorità kontraenti.

Artikolu 43

Tikketti

1.   Fejn awtoritajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn huma jistgħu, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew fil-kondizzjonijiet tal-prestazzjoni tal-kuntratt, jitolbu tikketta speċifika bħala mezz ta’ prova li x-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti jikkorrispondu għall-karatteristiċi rekwiżiti, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;

(c)

it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, l-imsieħba soċjali, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi;

(d)

it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jeħtiġux li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tat-tikketta, huma għandhom jindikaw ir-rekwiżiti tat-tikketta li qed issir referenza għalihom.

L-awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti kollha li jikkonfermaw li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw rekwiżiti tat-tikketta ekwivalenti.

Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux il-possibbiltà li jikseb it-tikketta speċifika indikata mill-awtorità kontraenti jew tikketta ekwivalenti fil-limiti taż-żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta mezzi adatti oħrajn ta’ prova, li jistgħu jinkludu dossier tekniku mill-manifattur, dment li l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huwa għandu jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-awtorità kontraenti.

2.   Fejn tikketta tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda tistabbilixxi wkoll rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jesiġu t-tikketta bħala tali iżda jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnha li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

Artikolu 44

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapport tat-test minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn tali korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet kuntrattwali rigward il-prestazzjoni.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mħejjijin minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità speċifiku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, korp għall-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi adatti oħra ta’ prova li huma differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur, fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma kellux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti dwar l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess mhuwiex attribwibbli għall-operatur ekonomiku konċernat u sakemm l-operatur ekonomiku jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huwa jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet kuntrattwali rigward il-prestazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri oħra, fuq talba tagħhom, kull informazzjoni relatata mal-evidenza u dokumenti sottomessi skont l-Artikolu 42(6), l-Artikolu 43 u l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ stabbiliment tal-operatur ekonomiku għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont l-Artikolu 86.

Artikolu 45

Varjanti

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw jew jesiġu lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti. Fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess, għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx jew jitlobx varjanti jew le. Il-varjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr indikazzjoni bħal din. Il-varjanti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

2.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti li jawtorizzaw jew jesiġu varjanti għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi għall-preżentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari, jekk il-varjanti jistgħux jiġu sottomessi biss fejn offerta, li ma tkunx varjant, tkun ukoll ġiet sottomessa. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.

3.   Huma biss dawk il-varjanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni.

Fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika jew kuntratti ta’ servizzi, l-awtoritajiet kontraenti li għandhom varjanti awtorizzati jew meħtieġa għandhom jiċħdu varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa’, dan iwassal jew għal kuntratt ta’ servizz minflok kuntratt pubbliku ta’ provvista jew kuntratt ta’ provvista minflok kuntratt pubbliku ta’ servizz.

Artikolu 46

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratt fil-forma ta’ lottijiet separati u jistgħu jiddeterminaw id-daqs u s-suġġett ta’ tali lottijiet.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom, minbarra fir-rigward ta’ kuntratti li t-tqassim tagħhom kien sar obbligatorju skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jipprovdu indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għad-deċiżjoni tagħhom li ma jqassmux f’lottijiet, li għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tal-akkwist jew fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 84.

2.   Fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti jistgħux jiġu ppreżentati għal lot wieħed, għal diversi lottijiet jew għall-lottijiet kollha.

Anki fejn jistgħu jiġu ppreżentati offerti għal diversi lottijiet jew għall-lottijiet kollha, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed, sakemm in-numru massimu ta’ lottijiet għal kull offerent ikun iddikkjarat fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw l-objettiv u l-kriterji jew ir-regoli nondiskriminatorji li huma għandhom l-intenzjoni li japplikaw biex jiddeterminaw liema lottijiet ser jingħataw fejn l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tirriżulta fl-għoti lil offerent wieħed ta’ aktar lottijiet min-numru massimu.

3.   Fejn jista’ jingħata aktar minn lott wieħed lill-istess offerent, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti li jikkombinaw diversi lottijiet jew il-lottijiet kollha fejn ikunu speċifikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istendina għall-konferma tal-interess li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan u jindikaw il-lottijiet jew il-gruppi li jistgħu jiġu kkombinati.

4.   L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw it-tieni subparagrafu tal-paragrafu -1 billi jagħmlu obbligatorju l-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati skont il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u b’kont meħuda tad-dritt tal-Unjoni. F’ċirkostanzi bħal dawn l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1b u, fejn adatt, il-paragrafu 3 għandhom japplikaw.

Artikolu 47

Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien

1.   Meta jiffissaw il-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti u talbiet għal parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw il-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, mingħajr ħsara għal-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 31.

2.   Fejn l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fuq il-post jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta’ prova għad-dokumenti tal-akkwist, il-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti, li għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 31, għandhom jiġu stipulati sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti.

3.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jestendu l-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn, għal kwalunkwe raġuni, l-informazzjoni addizzjonali, għalkemm mitluba mill-operatur ekonomiku fi żmien adegwat, ma tiġix ipprovduta sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għar-riċevuta tal-offerti. Fil-każ ta’ proċedura aċċellerata kif imsemmija fl-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 28(6), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem;

(b)

fejn isiru tibdiliet sinifikanti lid-dokumenti ta’ akkwist.

It-tul tal-estensjoni għandu jkun proporzjonat għall-importanza tal-informazzjoni jew tal-bidla.

Fejn l-informazzjoni addizzjonali ma ġietx mitluba fi żmien adegwat jew l-importanza tagħha mhix sinifikanti fid-dawl tat-tħejjija ta’ offerti reattivi, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa li jestendu l-limiti ta’ żmien..

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 48

Avviżi informattivi minn qabel

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta’ akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti B taqsima I. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profili ta’ xerrejja tagħhom skont il-punt 2(b) tal-Anness VIII. Meta l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun ippubblikat mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profil ta’ xerrejja tagħhom, għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta’ xerrejja lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tagħhom f’konformità mal-Anness VIII. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti A.

2.   Għal proċeduri ristretti u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet kontraenti subċentrali jistgħu, jużaw avviż informattiv minn qabel bħala sejħa għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 26(5), sakemm l-avviż jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jirreferi b’mod speċifiku għall-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li se jkunu soġġetti għall-kuntratt li għandu jingħata;

(b)

jindika li l-kuntratt se jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar mingħajr pubblikazzjoni ulterjuri ta’ sejħa għall-kompetizzjoni u li jistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jesprimu l-interess tagħhom;

(c)

ikun fiha, minbarra l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti B, taqsima I, l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti B, taqsima II;

(d)

tkun intbagħtet għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħtet l-istedina msemmija fl-Artikolu 54(1).

Dawn l-avviżi ma għandhomx ikunu ppubbblikati fuq profil ta’ xerrej. Madankollu, il-pubblikazzjoni addizzjonali fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 52, jekk ikun hemm, tista’ ssir fuq profil ta’ xerrej.

Il-perijodu kopert mill-avviż informattiv minn qabel għandu jkun massimu ta’ 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż informattiv minn qabel imsemmi fil-punt b tal-Artikolu 75(1) jista’ jkopri perijodu li jkun itwal minn 12-il xahar.

Artikolu 49

Avviżi dwar kuntratti

L-avviżi dwar kuntratti għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 32. L-avviżi dwar kuntratti għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti C u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.

Artikolu 50

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt

1.   Mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas, li huwa sussegwenti għad-deċiżjoni dwar l-għoti jew il-konklużjoni tiegħu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist.

Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V, parti D u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.

2.   Fejn is-sejħa għall-kompetizzjoni għall-kuntratt ikkonċernat tkun saret fil-forma ta’ avviż informattiv minn qabel u l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet li mhijiex ser tagħti kuntratti ulterjuri matul il-perjodu kopert mill-avviż informattiv minn qabel, l-avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt għandu jkun fih indikazzjoni speċifika dwar dan.

Fil-każ ta’ ftehimiet qafas konklużi skont l-Artikolu 33, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu marbutin li jibagħtu avviż bir-riżultati tal-proċedura ta’ akkwist għal kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jirraggruppaw l-avviżi tar-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għall-kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

3.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż tal-għotja ta’ kuntratti fi żmien 30 jum mill-għoti ta’ kull kuntratt ibbażat fuq sistema dinamika ta’ xiri. Madanakollu, jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, huma għandhom jibagħtu l-avviżi miġburin flimkien fi żmien 30 jum mit-tmiem ta’ kull trimestru.

4.   Ċerta informazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku, pubbliku jew privat partikolari, jew fejn din tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 51

Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V fil-format ta’ forom standard, inklużi forom standard għal rettifiki.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

2.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ppubblikati skont l-Anness VIII. L-avviżi għandhom ikunu ppubblikati mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill- Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

3.   L-avviżi msemmija fl-Artikolu 48, 49 u 50 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ fil-lingw(i) uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea magħżulin mill-awtorità kontraenti. Dik il-verżjoni tal-lingwa jew dawk il-verżjonijiet tal-lingwa għandha(hom) tikkostitwixxi/jikkostitwixxi l-uniku test(i) awtentiku/awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

4.   L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiżgura li jibqgħu jiġu ppubblikati t-test sħiħ u s-sommarju tal-avviżi informattivi minn qabel imsemmija fl-Artikolu 48(2) u s-sejħiet għall-kompetizzjoni li jwaqqfu sistema dinamika ta’ xiri, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 34(4):

(a)

fil-każ ta’ avviżi informattivi minn qabel, għal 12-il xahar jew sakemm jiġi riċevut avviż dwar għoti ta’ kuntratt kif speċifikat fl-Artikolu 50 li jindika li l-ebda kuntratt ulterjuri mhu ser jingħata matul il-perjodu ta’ 12-il xahar kopert mis-sejħa għall-kompetizzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż informattiv minn qabel msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 75(1) għandu jibqa’ jiġi ppubblikat sa tmiem il-perijodu ta’ validità indikat oriġinarjament jew sakemm avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jiġi riċevut kif previst fl-Artikolu 50 b’indikazzjoni li mhux ser jingħataw aktar kuntratti matul il-perijodu kopert bis-sejħa għall-kompetizzjoni;

(b)

fil-każ ta’ sejħiet għall-kompetizzjonijiet li jwaqqfu sistema dinamika ta’ xiri, għall-perjodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri.

5.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu provi tad-dati li fihom jintbagħtu l-avviżi.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-awtorità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, fejn tindika d-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.

6.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw avviżi dwar kuntratti pubbliċi li mhumiex soġġetti għar-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni stabbilit f’din id-Direttiva dejjem jekk dawk l-avviżi jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi skont il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni indikati fl-Anness VIII.

Artikolu 52

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 u l-informazzjoni li tinstab fihom ma għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 51. Madankollu, fi kwalunkwe eventwalità l-pubblikazzjoni tista’ ssir fil-livell nazzjonali meta l-awtoritajiet kontraenti ma jkunux ġew innotifikati bil-pubblikazzjoni fi żmien 48 siegħa wara l-konferma tar-riċevuta tal-avviż skont l-Artikolu 51.

2.   L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali ma għandux ikun fihom informazzjoni għajr dik li jkun hemm fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew dik ippubblikata fuq profil ta’ xerrej, iżda għandhom jindikaw id-data li fiha ntbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil ta’ xerrej.

3.   L-avviżi informattivi minn qabel ma għandhomx jiġu ppubblikati fuq profil ta’ xerrej qabel ma jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea l-avviż tal-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma. Għandhom jindikaw dik id-data ta’ meta ntbagħtu.

Artikolu 53

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż skont l-Artikolu 51 jew mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu hija aċċessibbli d-dokumentazzjoni.

Fejn ma jistax jiġi offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux elettroniċi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti għandu jiġi estiż b’ħamest ijiem, ħlief fil-każijiet ta’ urġenza debitament issostanzjata msemmija fl-Artikoli 27(3), l-Artikolu 28(6) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

Fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba l-fatt li l-awtoritajiet kontraenti għandhom l-intenzjoni li japplikaw l-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni huma jesiġu u kif għandu jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti kkonċernati. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti għandu jiġi estiż b’ħamest ijiem, ħlief fil-każijiet ta’ urġenza debitament issostanzjata msemmija fl-Artikoli 27(3), l-Artikolu 28(6) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

2.   Sakemm it-talba tkun saret fi żmien adegwat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata mal-ispeċifikazzjonijiet u kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn lill-offerenti kollha li qed jieħdu sehem fil-proċedura ta’ akkwist mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel il-limitu ta’ żmien stabbilit għar-riċevuta ta’ offerti. Fil-każ ta’ proċedura aċċellerata kif imsemmi fl-Artikoli 27(3) u l-Artikolu 28(6), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem.

Artikolu 54

Stediniet lill-kandidati

1.   Fi proċeduri ristretti, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv, sħubijiet għall-innovazzjoni u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, b’mod simultanju u bil-miktub, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula sabiex jissottomettu l-offerti tagħhom jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, sabiex jieħdu sehem fid-djalogu.

Fejn avviż informattiv minn qabel jintuża bħala sejħa għall-kompetizzjoni b’mod simultanju u bil-miktub skont l-Artikolu 48(2), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom sabiex jikkonfermaw l-interess kontinwu tagħhom.

2.   L-istediniet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku li fih id-dokumenti tal-akkwist tqiegħdu għad-dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi. L-istediniet għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tal-akkwist, fejn dawk id-dokumenti ma jkunux is-suġġett ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas, għar-raġunijiet stipulati fit-tieni jew fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(1) u li ma jkunux saru disponibbli b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, l-istediniet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness IX.

Artkolu 55

L-informar ta’ kandidati u offerenti

1.   Malajr kemm jista’ jkun, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet li ħadu rigward il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-għoti ta’ kuntratt jew ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, inklużi r-raġunijiet għal kull deċiżjoni li ma jiġix konkluż ftehim qafas, li ma jingħatax kuntratt li għalih saret sejħa għall-kompetizzjoni, li terġa’ tinfetaħ il-proċedura jew li ma tiġix implimentata sistema dinamika ta’ xiri.

2.   Fuq talba mill-kandidat jew offerent ikkonċernat, malajr kemm jista’ jkun, u f’kull eventwalità fi żmien 15-il jum mir-riċevuta ta’ talba bil-miktub, l-awtorità kontraenti għandha tinforma:

(a)

lil kull kandidat li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba għall-parteċipazzjoni tiegħu,

(b)

lil kull offerent li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, inklużi, għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 42(5) u (6), ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew għad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali,

(c)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bil-karatteritsiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula kif ukoll l-istess tal-offerenti jew il-partijiet għall-ftehim qafas li ntagħżlu,

(d)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

3.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jżommu mistura ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, rigward l-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni ta’ ftehim qafas jew ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, fejn l-għoti ta’ din l-informazzjoni xxekkel l-infurzar tal-liġi, jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku, pubbliku jew privat partikolari, jew tkun tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi ekonomiċi.

Taqsima 3

L-għażla ta’ parteċipanti u l-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 56

Prinċipji ġenerali

1.   Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’kriterji stipulati skont l-Artikoli 67 sa 69, sakemm l-awtorità kontraenti tkun ivverifikat f’konformità mal-Artikoli 59 sa 61 li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti, mal-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess u fid-dokumenti tal-akkwist, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni, fejn applikabbli, l-Artikolu 45;

(b)

l-offerta ġejja minn offerent li mhuwiex eskluż skont l-Artikolu 57 u li jissodisfa l-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58 u, fejn applikabbli, ir-regoli u l-kriterji nondiskriminatorji msemmija fl-Artikolu 65.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmijin fl-Artikolu 18(2).

2.   Fil-proċeduri miftuħa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jiġu vverifikati n-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla skont l-Artikoli 57 sa 64. Fejn jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà, huma għandhom jiżguraw li l-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla titwettaq b’mod imparzjali u trasparenti sabiex l-ebda kuntratt ma jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont l-Artikolu 57 jew li ma jissodisfax il-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtoriità kontraenti.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-proċedura fl-ewwel subparagrafu, jew li jillimitawha għal ċerti tipi ta’ akkwist jew għal ċirkostanzi speċifiċi.

3.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operaturi ekonomiċi tkun jew tidher li tkun mhux kompleta jew żbaljata jew fejn dokumenti speċifiċi huma nieqsa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva, jesiġu lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jissottomettu, jissupplementaw, jikkjarifikaw jew jimlew l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien adatt, sakemm tali esiġenzi isiru b’konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex temenda l-lista fl-Anness X, fejn meħtieġ, biex iżżid ftehimiet internazzjonali ġodda li ġew ratifikati mill-Istati Membri kollha jew fejn il-ftehimiet internazzjonali eżistenti msemmija ma għadhomx jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha jew inkella nbidlu, pereżempju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut jew id-denominazzjoni tagħhom.

Subtaqsima 1

Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 57

Raġunijiet għall-esklużjoni

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-akkwist fejn ikunu stabbilixxew, permezz ta’ verifika skont l-Artikoli 59, 60 u 61, jew huma b’xi mod ieħor konxji li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżijoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/JHA26 (32);

(b)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal- Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri ta l-Unjoni Ewropea (33) u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/JHA (34) kif ukoll korruzzjoni kif definita fil-liġi nazzjonali tal-awtorità kontraenti jew l-operatur ekonomiku;

(c)

frodi skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-‘interessi finanzjarji’ tal-Komunitajiet Ewropej (35);

(d)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (36) rispettivament, jew inċitazzjoni jew għajnuna jew tixwix jew tentattivi għal twettiq ta’ reat, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas;

(e)

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(f)

it-tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38).

L-obbligu li operatur ekonomiku jiġi eskluż għandu japplika wkoll fejn il-persuna kkundannata b’sentenza definittiva hija membru tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ superviżjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku jew li għandu setgħat ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fi ħdanu.

2.   Operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist fejn l-awtorità kontraenti tkun konxja li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fejn dan ġie stabbilit b’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikun stabbiliti jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jintalbu mill-Istati Membri biex jeskludu l-parteċipazzjoni tal-operatur ekonomiku minn proċedura tal-akkwist meta l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz adegwat li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Dan il-paragrafu ma għandux jibqa’ japplika meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali debiti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu għal deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafi 1 u 2, fuq bażi eċċezzjonali, għal raġunijiet imperattivi relatati mal-interess pubbliku bħas-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu għal deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafu 2, fejn esklużjoni tkun kjarament sproporzjonata, b’mod partikolari fejn ammonti żgħar biss ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jkunu ma tħallsux jew fejn l-operatur ekonomiku kien infurmat bl-ammont eżatt dovut wara l-ksur tal-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fi żmien li ma kellux il-possibbiltà li jieħu miżuri kif previsti fit-tielet subparagrafu ta’ paragrafu 2 qabel l-iskadenza għat-talba ta’ parteċipazzjoni jew, fi proċeduri miftuħa, l-iskadenza biex jippreżenta l-offerta tiegħu.

4.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jeskludu mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-akkwist kwalunkwe operatur ekonomiku fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi permezz ta’ kwalunkwe mezz adegwat ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 18(2);

(b)

fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew huwa soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn jinsab fi ftehim ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu huma sospiżi jew qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;

(c)

fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi b’mezz adegwat li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja, li trendi l-integrità tiegħu dubjuża;

(d)

fejn l-awtorità kontraenti ikollha indikazzjonijiet plawsibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal f’akkordji ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn li għandhom l-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(e)

fejn konflitt ta’ interess skont it-tifsira tal-Artikolu 24 ma jistax jiġi rimedjat b’mod effettiv minn miżuri oħrajn inqas intrużivi;

(f)

fejn id-distorsjoni ta’ kompetizzjoni minħabba l-involviment ta’ qabel tal-operaturi ekonomiċi fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, kif imsemmi fl-Artikolu 41, ma tistax tiġi rimedjata minn miżuri oħrajn inqas intrużivi;

(g)

fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ rekwiżit sostantiv taħt kuntratt pubbliku preċedenti, kuntratt preċedenti ma’ entità kontraenti jew kuntratt ta’ konċessjoni preċedenti li wassal għat-terminazzjoni antiċipata ta’ dan il-kuntratt preċedenti, penali jew sanzjonijiet komparabbli;

(h)

fejn l-operatur ekonomiku kien ħati ta’ rappreżentazzjoni qarrieqa serja fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla, ikun żamm mistura tali informazzjoni jew ma jistax jissottometti id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa skont l-Artikolu 59; jew

(i)

fejn l-operatur ekonomiku ikun ħa azzjoni biex jinfluwenza b’mod mhux adegwat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti, biex jakkwista informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux adegwati fil-proċedura tal-akkwist jew biex jagħti informazzjoni qarrieqa b’negliġenza li jista’ jkollha influwenza materjali fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-esklużjoni, l-għażla jew l-għoti.

Irrispettivament mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu jew jistgħu jipprovdu għall-possibblità li l-awtorità kontraenti ma teskludix operatur ekonomiku li jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak il-punt, fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbilixxiet li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun jista’ jwettaq il-kuntratt, b’teħid fil-kont tar-regoli u l-miżuri nazzjonali applikabbli dwar il-kontinwazzjoni tal-kummerċ fil-każ tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b).

5.   Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku fejn jinsab li l-operatur huwa, fid-dawl ta’ atti li saru jew li ma sarux, qabel jew inkella matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jiġu obbligati mill-Istati Membri li jeskludu, operatur ekonomiku fejn jinsab li l-operatur huwa, fid-dawl ta’ atti li saru jew li ma sarux, qabel jew inkella matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.   Kwalunkwe operatur ekonomiku li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed biex juru l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza ta’ raġuni rilevanti għall-esklużjoni. Jekk tali evidenza titqies bħala suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat ma għandux ikun eskluż mill-proċedura tal-akkwist.

Għal dan il-għan, l-operatur ekonomiku għandu jagħti prova li hu ħallas jew impenja ruħu li jħallas kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe dannu maħluq mir-reat jew mill-kondotta ħażina tiegħu, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma adegwati sabiex jipprevjenu reati jew kondotta ħażina ulterjuri.

Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu evalwati b’kont meħud tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri jitqiesu bħala mhux suffiċjenti, l-operatur ekonomiku għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza finali milli jipparteċipa fi proċeduri tal-għoti ta’ akkwist jew ta’ konċessjoni ma għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà provduta taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun daħlet fis-seħħ.

7.   Permezz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva u b’kont meħud għad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huma għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 6, mill-operatur ekonomiku biex juri l-affidabbiltà tiegħu. Fejn il-perijodu ta’ esklużjoni ma jkunx ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali, dak il-perijodu ma għandux ikun itwal minn ħames snin mid-data tal-kundanna bis-sentenza finali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4.

Artikolu 58

Kriterji ta’ għażla

1.   Kriterji ta’ għażla jistgħu jirreferu għal:

(a)

l-adattabilità għat-twettiq tal-attività professjonali;

(b)

il-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja;

(c)

il-kapaċità teknika u professjonali.

Bħala rekwiżiti għall-parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu biss il-kriterji msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 dwar l-operaturi ekonomiċi. Huma għandhom jillimitaw kwalunkwe rekwiżit għal dawk li huma addati biex jiġi żgurat li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-kapaċitajiet tekniċi u professjonali li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt.

2.   Fir-rigward tal-adattabilità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati f’wieħed mir-reġistri professjonali jew kummerċjali miżmuma fl-Istati Membri ta’ stabbiliment tagħhom, kif spjegat fl-Anness XI jew biex jikkonformaw ma’ kwalunkwe talba oħra stabbilita f’dak l-Anness.

Fil-proċeduri tal-akkwist għal servizzi, sa fejn l-operaturi ekonomiċi jrid ikollhom awtorizzazzjoni partikolari jew ikunu membri ta’ organizzazzjoni partikolari sabiex ikunu jistgħu jwettqu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, l-awtorità kontraenti tista’ titlobhom jagħtu prova li għandhom awtorizzazzjoni jew sħubija bħal din.

3.   Fir-rigward tal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti li jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi għandhom il-kapaċità ekonomika u finanzjarja neċessarja biex iwettqu l-kuntratt. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu, b’mod partikolari, li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ċertu fatturat annwali minimu, inkluż ċertu fatturat minimu fil-qasam kopert mill-kuntratt. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali tagħhom li turi, pereżempju, il-proporzjon bejn l-assi u l-passivi. Huma jistgħu wkoll jeżigu livell adegwat ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz għar-riskju professjonali.

Il-fatturat annwali minimu li l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jkollhom ma għandux ikun aktar mid-doppju tal-valur stmat tal-kuntratt, għajr f’każijiet debitament ġustifikati bħal dawk relatati mar-riskji speċjali marbutin man-natura tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti. L-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet prinċipali għal tali rekwiżit fid-dokumenti tal-akkwist jew fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 84.

Pereżempju, il-proporzjon bejn l-assi u l-passivi jista’ jittieħed kont tiegħu fejn l-awtorità kontraenti tispeċifika l-metodi u l-kriterji għat-tali konsiderazzjoni fid-dokumenti tal-akkwist. Dawn il-metodi u kriterji għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji.

Meta kuntratt ikun maqsum f’lottijiet, dan l-Artikolu għandu japplika b’relazzjoni għal kull lott individwali. Madanakollu, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi l-fatturat annwali minimu li l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jkollhom b’referenza għal gruppi ta’ lottijiet f’każ li l-offerent li jirbaħ il-kuntratt jingħata diversi lottijiet li għandhom jitwettqu fl-istess żmien.

Fejn kuntratti bbażati fuq ftehim qafas kellhom jingħataw wara ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, ir-rekwiżit ta’ fatturat annwali massimu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu mistenni tal-kuntratti speċifiċi li ser jitwettqu fl-istess żmien, jew inkella, fejn dan ma jkunx magħruf, fuq il-bażi tal-valur stmat tal-ftehim qafas. Fil-każ ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri, ir-rekwiżit ta’ fatturat annwali massimu msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta’ kuntratti speċifiċi li ser jingħataw taħt dik is-sistema.

4.   Fir-rigward tal-abbiltà teknika u professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti li jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettqu l-kuntratt bi standard adegwat ta’ kwalità.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jkollhom livell ta’ esperjenza suffiċjenti verifikata permezz ta’ riferenzi adatti minn kuntratti mwettqa fil-passat. Awtorità kontraenti tista’ tassumi li operatur ekonomiku ma għandux l-kapaċitajiet professjonali meħtieġa fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Fi proċeduri tal-akkwist għal provvisti li jirrikjedu xogħol ta’ tqegħid fil-post jew installazzjoni, servizzi jew xogħlijiet, il-kapaċità professjonali tal-operaturi ekonomiċi li jipprovdu s-servizz jew li jwettqu l-installazzjoni jew ix-xogħol tista’ tiġi evalwata fir-rigward tal-ħiliet, l-effiċjenza, l-esperjenza u l-affidabbiltà tagħhom.

5.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ parteċipazzjoni, li jistgħu jingħataw bħala livelli minimi ta’ abbiltà, flimkien mal-mezzi adegwati ta’ prova, fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess.

Artikolu 59

Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku

1.   Fil-mument tas-sottomissjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni jew tal-offerti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (DEAU) li jikkonsisti minn awtodikjarazzjoni aġġornata bħala evidenza preliminari b’sostituzzjoni għal ċertifikati maħruġin minn awtoritajiet pubbliċi jew terzi persuni li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku rilevanti jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

mhuwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57 li fihom l-operaturi ekonomiċi għandhom jew jistgħu jiġu esklużi;

(b)

jissodisfa l-kriterji rilevanti ta’ għażla li ġew stabbiliti skont l-Artikolu 58;

(c)

fejn applikabbli, jissodisfa r-regoli u l-kriterji oġġettivi li ġew stabbiliti skont l-Artikolu 65.

Fejn l-operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra skont l-Artikolu 63, id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tat-tali entitajiet.

Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jikkonsisti f’dikjarazzjoni formali mill-operatur ekonomiku li r-raġuni rilevanti għall-esklużjoni ma tapplikax u/jew li l-kriterju rilevanti ta’ għażla huwa ssodisfat u għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kif meħtieġa mill-awtorità kontraenti. Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu wkoll jidentifika l-awtorità pubblika jew it-terza persuna responsabbli għall-ħruġ tad-dokumenti ta’ sostenn u għandu jkun fih dikjarazzjoni formali li jgħid li l-operatur ekonomiku ser ikun jista’, fuq talba u mingħajr dewmien, jipprovdi dawk id-dokumenti ta’ sostenn.

Fejn l-awtorità kontraenti tista’ takkwista d-dokumenti ta’ sostenn direttament permezz ta’ aċċess għal database skont il-paragrafu 5, id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu wkoll ikun fih l-informazzjoni meħtieġa għal dan l-iskop, bħall-indirizz tal-Internet tad-database, kwalunkwe data ta’ identifikazzjoni u, fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni neċessarja tal-kunsens.

L-operaturi ekonomiċi jistgħu jerġgħu jużaw id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku li jkun diġà ntuża f’ proċedura ta’ akkwist preċedenti, dment li jikkonfermaw li l-informazzjoni li fih għadha korretta.

2.   Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jitfassal abbażi ta’ formula standard. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dik il-formula standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 89(3).

Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jiġi pprovdut esklussivament f’forma elettronika.

3.   Minkejja l-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni prattika tad-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku, b’kont meħud tal-iżvilupp tekniku tad-databases fl-Istati Membri u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2017.

Fejn adegwat, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti għal soluzzjonijiet li jottimizzaw l-aċċess transkonfinali għat-tali database u l-użu ta’ ċertifikati u attestazzjonijiet fis-suq intern.

4.   Awtorità kontraenti tista’, fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jissottomettu d-dokumenti ta’ sostenn kollha jew parti minnhom fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura.

Qabel ma tagħti l-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha, ħlief fir-rigward tal-kuntratti bbażati fuq ftehimiet qafas meta tali kuntratti jkunu konklużi f’konformità mal-Artikolu 33(3) jew il-punt (a) tal-Artikolu 33(4), tobbliga lill-offerent li lilu tkun iddeċidiet li tagħti l-kuntratt li jippreżenta dokumenti ta’ sostenn aġġornati skont l-Artikolu 60 u, fejn adegwat, l-Artikolu 62. L-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati riċevuti skont l-Artikoli 60 u 62.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jiġu obbligati jissottomettu dokumenti ta’ sostenn jew informazzjoni dokumentarja oħra fejn u jekk l-awtorità kontraenti għandha l-possibbiltà li tikseb iċ-ċertifikati jew l-informazzjoni rilevanti direttament permezz ta’ aċċess għal database nazzjonali fi kwalunkwe Stat Membru li jkun disponibbli mingħajr ħlas, bħal reġistru nazzjonali tal-akkwisti, dossier tal-kumpanniji virtwali, sistema elettronika għall-ħażna tad-dokumenti jew sistema ta’ prekwalifikazzjoni.

Minkejja l-paragrafu 4, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu meħtieġa li jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ, fejn l-awtorità kontraenti li tkun tat il-kuntratt jew li tkun ikkonkludiet il-ftehim qafas, diġà jkollha dawn id-dokumenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-databases li jkun fihom informazzjoni rilevanti dwar operaturi ekonomiċi u li jistgħu jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet kontraenti tagħhom jistgħu wkoll jiġu kkonsultati, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli u aġġornati fl-e-Certis lista kompleta ta’ databases li fihom informazzjoni rilevanti dwar l-operaturi ekonomiċi li tista’ tiġi kkonsultata minn awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri oħra. Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil Stati Membri oħra kwalunkwe informazzjoni relatata mad-databases imsemmijin f’dan l-Artikolu.

Artikolu 60

Mezzi ta’ prova

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu ċ-ċertifikati, id-dikjarazzjonijiet u l-mezzi l-oħra ta’ prova imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness XII bħala evidenza tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57 u għall-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla skont l-Artikolu 58.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jitolbu mezzi ta’ prova għajr dawk imsemmija f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 62. Fir-rigward tal-Artikolu 63, l-atturi ekonomiċi jistgħu jiddependu fuq kwalunkwe mezz adegwat sabiex jagħtu prova lill-awtorità kontraenti li ser jkollhom ir-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw dan li ġej bħala evidenza suffiċjenti li l-ebda mill-każijiet speċifikati fl-Artikolu 57 ma japplikaw għall-operatur ekonomiku:

(a)

fir-rigward tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, tiġi pprovduta silta mir-reġistru relevanti, bħall-kondotta jew, fin-nuqqas ta’ din, ta’ dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti fl-Istat Membru jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku jkun stabbilit billi juri li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti;

(b)

fir-rigward tal-paragrafu 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jew fil-pajjiż ikkonċernat.

Fejn l-Istat Membru jew il-pajjiż inkwistjoni ma joħroġx dokumenti jew ċertifikati bħal dawn, jew fejn dawn ma jkoprux l-każijiet kollha speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 57, dawn jistgħu jiġu sostitwiti b’dikjarazzjoni bil-ġurament jew, fi Stati Membri jew pajjiżi fejn ma hemmx dispożizzjoni għal dikjarazzjonijiet bil-ġurament, b’dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew korp professjonali jew kummeċjali kompetenti, fl-Istat Membru jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fl-Istat Membru jew fil-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku ikun stabbilit.

Fejn ikun rilevanti, Stat Membru għandu jipprovdi dikjarazzjoni uffiċjali li tistqarr li d-dokumenti jew ċertifikati msemmijin f’dan il-paragrafu ma jinħarġux jew li huma ma jkoprux il-każijiet kollha speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 57. Dawn id-dikjarazzjonijiet uffiċjali għandhom ikunu disponibbli permezz tar-repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis) imsemmi fl-Artikolu 61.

3.   Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi elenkati fl-Anness XII, Parti 1.

Fejn, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista’ jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala adatt.

4.   Evidenza tal-abbiltajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ mezz wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness XII, Parti 2, skont in-natura, il-kwantità jew l-importanza, u l-użu tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

5.   Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda r-raġunijiet għall-esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57, l-adattabilità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali, u l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-offerenti msemmijin fl-Artikolu 58, u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-mezzi ta’ prova msemmijin f’dan l-Artikolu.

Artikolu 61

Repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis)

1.   Bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-offerti transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tikkonċerna ċertifikati u forom oħra ta’ provi dokumentati introdotti fl-e-Certis stabbilita mill-Kummissjoni tibqa’ aġġornata kostantement.

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-e-Certis u jistgħu jesiġu primarjament dawk it-tipi ta’ ċertifikati jew forom ta’ evidenza dokumentata li jkunu koperti bl-e-Certis.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fl-e-Certis il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tad-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku.

Artikolu 62

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, fejn jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati maħruġin minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, anki dwar l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità, jirreferu għas-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-serje ta’ standards Ewropej rilevanti ċċertifikati minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għandhom ukoll jaċċettaw evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma kellux il-possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanziji tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa.

2.   Fejn l-awtoritajiet kontraenti jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati mfassla minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, għandhom jirreferu għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Ambjent u Verifika (EMAS) tal-Unjoni jew għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jew standards oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandu jaċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.

3.   Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn, skont l-Artikolu 86, kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti mressqa bħala prova ta’ konformità mal-istandards ta’ kwalità u dawk ambjentali msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 63

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

1.   Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-qagħda ekonomika u finanzjarja kif stabbilit skont l-Artikolu 58(3), u l-kriterji relatati mal-abbiltà teknika jew professjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 58(4), operatur ekonomiku jista’, fejn dan ikun adegwat u għal kuntratt partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitjiet ta’ entitajiet oħra, irrilevanti min-natura legali tar-rabtiet li għandu magħhom. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-kwalifiki edukattivi u professjonali kif jinsabu fil-punt (f) tal-Anness XII Parti II jew l-esperjenza professjonali rilevanti, l-operaturi ekonomiċi jistgħu madankollu jiddependu biss fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta dawn tal-aħħar ser iwettqu l-ħidmiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet. Meta operatur ekonomiku jkun irid jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, dan għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa ser ikollu r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni tiegħu, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

L-awtorità kontraenti għandha, f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, tivverifika jekk l-entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom l-operatur ekonomiku għandu l-intenzjoni li jiddependi, jissodisfawx il-kriterji ta’ għażla rilevanti u jekk hemmx raġunijiet għal esklużjoni skont l-Artikolu 57. L-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li ma tissodisfax kriterju ta’ għażla rilevanti, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tintalab minn Stat Membru biex tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni.

Fejn operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Taħt l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

2.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ servizzi u operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post jew ta’ istallazzjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ provvista, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li ċerti kompiti kritiċi jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, fejn l-offerta tkun sottomessa minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 19(2), minn parteċipant f’dak il-grupp.

Artikolu 64

Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt liġi pubblika jew privata

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew iżommu listi uffiċjali ta’ kuntratturi, fornituri ta’ provvisti jew fornituri ta’ servizzi approvati jew jipprovdu għal ċertifikazzjoni minn korpi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mal-istandards Ewropej ta’ ċertifikazzjoni skont it-tifsira tal-Anness VII.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jew il-korp responsabbli mil-listi uffiċjali, li ser jintbagħtulhom l-applikazzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jadattaw il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni fuq il-listi uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 u għall-ħruġ ta’ ċertifikati minn korpi ta’ ċertifikazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ din is-subtaqsima.

L-Istati Membri għandhom jadattaw dawn il-kondizzjonijiet ukoll għall-Artikolu 63 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni sottomessi minn operaturi ekonomiċi li jappartjenu għal grupp u li jitolbu riżorsi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom mill-kumpanniji l-oħra fil-grupp. F’dawn il-każijiet, dawk l-operaturi għandhom jagħtu prova lill-awtorità li tistabbilixxi l-lista uffiċjali li huma ser ikollhom dawk ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat li jikkonferma r-reġistrazzjoni tagħhom fuq il-lista uffiċjali u li matul l-istess perijodu dawk il-kumpanniji ser jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ għażla kwalitattiva fi ħdan il-lista uffiċjali jew iċ-ċertifikat li fuqhom jiddependu l-operaturi għar-reġistrazzjoni tagħhom.

3.   Operaturi ekonomiċi rreġistrati fil-listi uffiċjali jew li għandhom ċertifikat jistgħu, għal kull kuntratt, jissottomettu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti jew iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni lill-awtorità kontraenti.

Dawk iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw ir-referenzi li ppermettew dawk l-operaturi ekonomiċi jiġu rreġistrati fuq il-lista uffiċjali jew li jiksbu ċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni mogħtija f’dik il-lista.

4.   Reġistrazzjoni ċertifikata fuq listi uffiċjali mill-korpi kompetenti jew ċertifikat maħruġ mill-korp ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkostitwixxi suppożizzjoni ta’ adattabilità fir-rigward tar-rekwiżiti għall-għażla kwalitattiva fi ħdan il-lista uffiċjali jew iċ-ċertifikat.

5.   Ma għandux jinxteħet dubju mingħajr ġustifikazzjoni fuq l-informazzjoni li tista’ tinkiseb mir-reġistrazzjoni fuq listi uffiċjali jew miċ-ċertifikati. Fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi, kull meta jkun ser jingħata kuntratt jista’ jkun meħtieġ ċertifikat addizzjonali ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku rreġistrat.

L-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu favur dawk l-operaturi ekonomiċi biss li huma stabbiliti fl-Istat Membru li għandu l-lista uffiċjali.

6.   Ir-rekwiżiti ta’ prova għall-kriterji għall-għażla kwalitattiva koperti mil-lista uffiċjali jew miċ-ċertifikat għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 60 u, fejn adegwat, mal-Artikolu 62. Għal kwalunkwe reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra fuq il-lista uffiċjali jew għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom, l-ebda prova jew dikjarazzjonijiet ulterjuri ma għandhom ikunu meħtieġa għajr dawk mitluba mill-operaturi ekonomiċi nazzjonali.

Fi kwalunkwe mument, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu r-reġistrazzjoni tagħhom fuq il-lista uffiċjali jew il-ħruġ ta’ ċertifikat. Huma għandhom jiġu mgħarrfa fi żmien perijodu raġonevolment qasir bid-deċiżjoni meħuda mill-awtorità li tfassal il-lista uffiċjali jew il-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni.

7.   Operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu din ir-reġistrazzjoni jew li jiksbu din iċ-ċertifikazzjoni sabiex jieħdu sehem f’kuntratt pubbliku. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Huma għandhom ukoll jaċċettaw mezzi ekwivalenti ta’ prova.

8.   Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti ppreżentati bħala evidenza li l-operaturi ekonomiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex jiġu reġistrati fuq il-lista uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati jew bħala evidenza li l-operaturi ekonomiċi minn Stat Membru ieħor għandhom ċertifikazzjoni ekwivalenti.

Subtaqsima 2

Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati, offerti u soluzzjonijiet

Artikolu 65

Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati kwalifikati mod ieħor li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem

1.   Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li ser jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, dment li jkun disponibbli n-numru minimu, f’konformità mal-paragrafu 2, ta’ kandidati kwalifikati.

2.   Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-kriterji jew ir-regoli oġġettivi u mhux diskriminatorji li beħsiebhom japplikaw, in-numru minimu ta’ kandidati li beħsiebhom jistiednu u, fejn dan ikun adegwat, in-numru massimu.

Fil-proċedura ristretta, in-numru minimu ta’ kandidati għandu jkun ħamsa. Fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, fil-proċedura ta’ djalogu kompetittiv u fis-sħubija għall-innovazzjoni, in-numru minimu ta’ kandidati għandu jkun tlieta. Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu numru ta’ kandidati tal-inqas daqs in-numru minimu. Madankollu, fejn in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u l-livell minimu ta’ abbiltà, kif imsemmi fl-Artikolu 58(5), ikun inqas min-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden il-kandidati bil-kapaċitajiet meħtieġa. Fil-kuntest tal-istess proċedura, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tinkludi operaturi ekonomiċi li ma talbux li jieħdu sehem, jew kandidati li ma għandhomx il-kapaċitajiet meħtieġa.

Artikolu 66

Tnaqqis tan-numru ta’ offerti u soluzzjonijiet

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jirrikorru għall-għażla li jnaqqsu n-numru ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati kif stipulat fl-Artikolu 29(6) jew ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi kif stipulat fl-Artikolu 30(4), dawn għandhom jagħmlu dan billi japplikaw il-kriterji tal-għoti ddikjarati fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-istadju finali, in-numru finali għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina billi jkun hemm biżżejjed offerti, soluzzjonijiet jew kandidati kwalifikati.

Subtaqsima 3

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 67

Kriterji għall-għoti tal-kuntratt

1.   Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw il-prezz ta’ ċerti provvisti jew ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża.

2.   Mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti, l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża għandha tiġi identifikata abbażi tal-prezz jew l-ispiża, bl-użu ta’ approċċ kost-effettiv, bħall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont l-Artikolu 68, u tista’ tinkludi l-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità, li għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kriterji li jinkludu aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu, pereżempju:

(a)

il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi u l-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu,

(b)

l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat tista’ tħalli impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; jew

(c)

is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, il-kondizzjonijiet ta’ twassil bħad-data ta’ twassil, il-proċess ta’ twassil u l-perijodu ta’ twassil jew il-perijodu ta’ tlestija.

L-element ta’ spiża jista’ wkoll jieħu l-forma ta’ prezz fissa jew spiża fissa li abbażi tagħhom l-operaturi ekonomiċi jikkompetu fuq il-kriterji ta’ kwalità biss.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-prezz biss jew l-ispiża biss bħala l-kriterju uniku għall-għoti jew jillimitaw l-użu tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti jew ċerti tipi ta’ kuntratti.

3.   Il-kriterji tal-għoti għandhom jitqiesu li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku fejn huma relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt dak il-kuntratt fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi l-fatturi involuti:

(a)

fil-proċessi speċifiċi tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi; jew

(b)

fi proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,

anke fejn fatturi bħal dawn ma jagħmlux parti mis-sustanza materjali tagħhom.

4.   Il-kriterji tal-għoti ma għandux ikollhom l-effett li jagħtu lill-awtorità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Huma għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom jiġu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjonijiet li jippermettu li l-informazzjoni mogħtija mill-offerenti tiġi vverifikata b’mod effettiv sabiex jiġi vvalutat kemm l-offerti jissodisfaw il-kriterji tal-għoti. Fil-każ ta’ dubju, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv il-preċiżjoni tal-informazzjoni u l-evidenza mogħtija mill-offerenti.

5.   L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid- dokumenti tal-akkwist, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, għajr meta din tkun identifikata abbażi tal-prezz biss.

Dawk il-proporzjonijiet jistgħu jkunu espressi billi tkun provduta sensiela b’firxa massima adattata.

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni li tonqos skont l-importanza.

Artikolu 68

Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja

1.   L-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom, safejn ikun rilevanti, ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin jew partijiet minnhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet:

(a)

spejjeż imġarrba mill-awtorità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i)

spejjeż relatati mal-akkwist,

(ii)

spejjeż tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra,

(iii)

spejjeż tal-manutenzjoni,

(iv)

spejjeż ta’ tmiem iċ-ċiklu, bħall-ġbir u l-ispejjeż tar-riċiklaġġ.

(b)

spejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali marbutin mal-prodott, is-servizz jew ix-xogħlijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, dment li l-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat; tali spejjeż jistgħu jinkludu l-ispiża ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

2.   Meta l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, huma għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist id-data li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu li ser tuża l-awtorità kontraenti biex tiddetermina l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ dik id-data.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a)

huwa bbażat fuq kriteriji li jistgħu jkunu verifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni. B’mod partikolari, fejn ma ġiex stabbilit għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, ma għandux jiffavorixxi jew jiżvantaġġa mingħajr ġustifikazzjoni lil ċerti operaturi ekonomiċi;

(b)

ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c)

id-data mitluba tista’ tingħata bi sforz raġonevoli minn operaturi ekonomiċi normalment diliġenti, inklużi operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terżi parti għall-FAP jew ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom.

3.   Kull meta metodu komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja ikun sar obbligatorju minn att leġislattiv tal-Unjoni, dak il-metodu komuni għandu jiġi applikat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja.

Lista ta’ atti leġislattivi għal dawn, u fejn meħtieġ l-atti delegati li jissuplimentawhom, tinsab fl-Anness XIII. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jikkonċerna l-aġġornament ta’ dik il-lista, meta aġġornament tal-lista huwa meħtieġ minħabba l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida li tagħmel il-metodu komuni obbligatorju jew tħassar jew timmodifika atti legali eżistenti.

Artikolu 69

Offerti baxxi wisq

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż proposti fl-offerta meta l-offerti jkunu jidhru baxxi b’mod mhux normali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi.

2.   L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

(a)

l-ekonomija tal-metodu ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura jew tas-servizzi pprovduti jew tal-metodu tal-kostruzzjoni;

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għall-forniment tal-prodotti jew servizzi jew għall-eżekuzzjoni tax-xogħol;

(c)

l-oriġinalità tax-xogħol, provvisti jew servizzi proposti mill-offerent;

(d)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2);

(e)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 71;

(f)

il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

3.   L-awtorità kontraenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn il-provi pprovduti ma jispjegawx b’mod sodisfaċenti l-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż proposti, b’kont meħud tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 18(2).

4.   Fejn awtorità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

5.   Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva, kwalunkwe informazzjoni li għandhom, bħal liġijiet, regolamenti, ftehimiet kollettivi universalment applikabbli jew standards tekniċi nazzjonali, relatata mal-evidenza u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 2.

KAPITOLU IV

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 70

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt, dment li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 67(3) u indikati fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fid-dokumenti ta’ akkwist. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, relatati mal-innovazzjoni, ambjentali, soċjali jew relatati mal-impjieg.

Artikolu 71

Sottokuntrattar

1.   L-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2) hija żgurata permezz ta’ azzjoni adegwata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fl-ambitu tar-responsabbiltà u l-kompetenza tagħhom.

2.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika wkoll kwalunkwe sottokuntrattur propost.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt pubbliku (il-kuntrattur prinċipali). Tali miżuri jistgħu jinkludu mekkaniżmi adatti li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali joġġezzjona għal pagamenti mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-kontrattur prinċipali.

5.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu provduti f’faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, wara l-għoti tal-kuntratt u mhux aktar tard minn meta jibda t-twettiq tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur prinċipali jindika lill-awtorità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-sottokuntratturi tiegħu, li huma involuti fit-tali xogħlijiet jew servizzi, kif magħrufa f’dan il-punt ta’ żmien. L-awtorità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur prinċipali javża lill-awtorità kontraenti bi kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni waqt il-perijodu tal-kuntratt kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa dwar kwalunkwe sottokuntrattur ġdid li jinvolvi sussegwentement fit-tali xogħlijiet jew servizzi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu tal-għoti tal-informazzjoni meħtieġa direttament fuq il-kuntrattur prinċipali.

Fejn meħtieġ għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun akkumpanjata mill-awtodikjarazzjonijiet tas-sottokuntratturi kif previst fl-Artikolu 59. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jipprevedu li s-sottokuntratturi li huma ppreżentati wara l-għoti tal-kuntratt għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ appoġġ minflok l-awtodikjarazzjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-fornituri.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu, pereżempju:

(a)

għall-kuntratti ta’ provvista, għall-kuntratti ta’ servizzi minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jiġu provduti fil-faċilitajiet taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti jew għall-fornituri involuti f’kuntratti ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b)

għas-sottokuntratturi tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur prinċipali jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-sottokuntrattar.

6.   Bil-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2), jistgħu jittieħdu miżuri adegwati, bħal:

(a)

Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru jipprovdi għal mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur prinċipali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiiet stipulati fl-Artikolu 18(2).

(b)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, jivverifikaw jew ikunu obbligati mill-Istati Membri li jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ sottokuntratturi skont l-Artikolu 57. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tiġi obbligata minn Stat Membru li tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni.

7.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew imorru aktar ‘l hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi, pereżempju billi jipprevedu għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi mingħajr ma huma jkollhom il-ħtieġa li jitolbu tali pagament dirett.

8.   Dawk l-Istati Membri li għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 3, 5 jew 6 għandhom jispeċifikaw, skont il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u wara li kkunsidraw id-dritt tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dawk il-miżuri. Billi jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabilità tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi kif ukoll ta’ ċerti ammonti.

Artikolu 72

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

1.   Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti inizjali tal-akkwist fi klawżoli ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli, li jistgħu jinkludi klawżoli ta’ reviżjoni ta’ prezzijiet, jew għażliet. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jintużaw. Ma għandhomx jipprovdu għal modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;

(b)

għal xogħlijiet, servizzi jew provvisti addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali li saru meħtieġa u li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali fejn bidla fil-kuntrattur:

(i)

ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti ta’ interkambjalità jew interoperabbiltà mat-tagħmir, is-servizzi jew l-installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt l-akkwist inizjali; u

(ii)

tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-ispejjeż għall-awtorità kontraenti.

Madankollu, kwalunkwe żieda fil-prezz ma tistax taqbeż 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali; fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, din il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki suċċessivi ma għandux ikollhom l-għan li tiġi evitata din id-Direttiva;

(c)

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħtieġa ta’ modifika nġiebet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti diliġenti ma setgħetx tipprevedi;

(ii)

il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt;

(iii)

kwalunkwe żieda fil-prezz mhijiex ogħla minn 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali jew tal-ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, dik il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki suċċessivi ma għandux ikollhom l-għan li tiġi evitata din id-Direttiva;

(d)

fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti bħala konsegwenza ta’ wieħed minn dawn:

(i)

klawżola ta’ reviżjoni mhix ekwivoka jew għażla f’konformità mal-punt (a);

(ii)

suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, inkluż it-teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni, akkwist jew insolvenza ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew

(iii)

f’każ li l-awtorità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-kuntrattur prinċipali lejn is-sottokuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà hija prevista taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 71;

(e)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, mhumiex sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 4.

Awtoritajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stipulati taħt il-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż dwar dan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti G u għandu jkun ppubblikat skont l-Artikolu 51.

2.   Barra minn hekk, u mingħajr l-ebda ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafi 4 humiex sodisfatti, il-kuntratti jistgħu ugwalment jiġu mmodifikati mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura ġdida ta’ akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika ikun anqas miż-żewġ valuri li ġejjin:

(i)

il-limiti stipulati fl-Artikolu 4; u

(ii)

10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista u taħt il-15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.

Madanakollu, il-modifika ma tistax tibdel in-natura ġenerali tal-kuntratt jew ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat abbażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezz imsemmi fil-paragrafu 2 u l-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, il-prezz aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-kuntratt ikun jinkludi klawżola ta’ indiċjar.

4.   Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, kienu jippermettu d-dħul ta’ kandidati oħra minbarra dawk inizjalment magħżula jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta’ akkwist;

(b)

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali jew il-ftehim qafas;

(c)

il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;

(d)

fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.

5.   Proċedura ġdida ta’ akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun meħtieġa għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku jew ftehim qafas matul it-terminu tiegħu minbarra dawk previsti taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 73

Terminazzjoni ta’ kuntratti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, għall-anqas fiċ-ċirkostanzi li ġejjin u skont il-kondizzjonijiet determinati mil-liġi nazzjonali applikabbli, li jitterminaw kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu, meta:

(a)

il-kuntratt kien soġġett għal modifika sostanzjali, li kienet tkun teħtieġ proċedura ġdida ta’ akkwist skont l-Artikolu 72;

(b)

il-kuntrattur kien, fil-ħin tal-għoti tal-kuntratt, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura ta’ akkwist;

(c)

il-kuntratt ma kellux jingħata lill-kuntrattur fid-dawl ta’ ksur serju tal-obbligi skont it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

TITOLU III

REĠIMI PARTIKOLARI TA’ AKKWISTI

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 74

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness XIV għandhom jingħataw skont dan il-Kapitolu, fejn il-valur tal-kuntratti jkun daqs jew akbar mil-limitu indikat fil-punt (d) tal-Artikolu 4.

Artikolu 75

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

1.   Awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-modi:

(a)

permezz ta’ notifika kuntrattwali, li għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Anness V Parti H, f’konformità mal-formoli standard imsemmija fl-Artikolu 51; jew

(b)

permezz ta’ notifika ta’ informazzjoni minn qabel, li għandha tiġi ppubblikata kontinwament u li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V Parti I. In-notifika ta’ informazzjoni minn qabel għandha tirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Hija għandha tindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u tistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub.

L-ewwel subparagrafu, madankollu, ma għandux japplika fejn proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel setgħet intużat f’konformità mal-Artikolu 32 għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz.

2.   Awtoritajiet kontraenti li taw kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 għandhom iħabbru r-riżultati tal-proċedura tal-akkwist permezz ta’ avviż dwar għoti ta’ kuntratt, li għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness V Parti J, f’konformità mal-formoli standard imsemmija fl-Artikolu 51. Madanakollu jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, huma għandhom jibagħtu l-avviżi miġbura fi żmien 30 jum mit-tmiem ta’ kull trimestru.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

4.   L-avviżi msemmijin f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.

Artikolu 76

Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu biex jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi. L-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw ir-regoli proċedurali applikabbli sakemm it-taliregoli jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu kont tal-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, l-aċċessibbiltà tal-prezz, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi għandha ssir abbażi tal-offerta li toffri l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, b’teħid fil-kont tal-kwalità u l-kriterji tas-sostenibbiltà għas-servizzi soċjali.

Artikolu 77

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt li organizzazzjoni tipparteċipa fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi esklussivament għal dawk is-servizzi ta’ saħħa, dawk soċjali u dawk kulturali kif imsemmijin fl-Artikolu 74, li huma koperti mill-kodiċi CPV 75121000-0, 75122000-7, 75123000-4„ 79622000-0, 79624000-4, 79625000-1, 80110000-8, 80300000-7, 80420000-4, 80430000-7, 80511000-9, 80520000-5, 80590000-6, minn 85000000-9 sa 85323000-9, 92500000-6, 92600000-7, 98133000-4, 98133110-8.

2.   L-organizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twassil tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;

(c)

l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt għandhom huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u

(d)

l-organizzazzjoni ma tkunx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan l-Artikolu fl-aħħar tliet snin.

3.   It-tul massimu tal-kuntratt ma għandux ikun aktar minn tliet snin.

4.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

5.   Minkejja l-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ta’ dan l-Artikolu u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

KAPITOLU II

Regoli li jirregolaw kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 78

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għal:

(a)

kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati bħala parti minn proċedura li twassal għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz;

(b)

kompetizzjonijiet ta’ disinn bi premji jew ħlasijiet lill-parteċipanti.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-limitu msemmi fl-Artikolu 4 huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-valur stmat qabel il-VAT tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz, inklużi kwalunkwe premji possibbli jew ħlasijiet lill-parteċipanti.

Fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-limitu massimu jirreferi għall-ammont totali ta’ premji u ħlasijiet inkluż il-valur stmat nett tal-VAT tal-kuntratt għal servizzi pubbliċi li jista’ sussegwentement ikun konkluż taħt l-Artikolu 32(4) jekk l-awtorità kontraenti tkun ħabbret l-intenzjoni tagħha li tagħti kuntratt bħal dan fl-avviż ta’ kompetizzjoni.

Artikolu 79

Avviżi

1.   L-awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jorganizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom iħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż ta’ kompetizzjoni.

Fejn ikunu beħsiebhom jagħtu kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont l-Artikolu 32(4), dan għandu jkun indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni.

2.   L-awtoritajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom jibagħtu avviż bir-riżultati tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 51 u għandhom ikunu jistgħu jagħtu prova tad-data ta’ meta jkunu bagħtu l-avviż.

Fejn l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jxekkel l-infurzar tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriża partikolari, kemm jekk pubblika jew privata, jew jista’ jippreġudika kompetizzjoni leali bejn fornituri ta’ servizzi, din l-informazzjoni tista’ tinżamm milli tiġi ppubblikata.

3.   L-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51(2) sa (6) u l-Artikolu 52. Dawn għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita rispettivament fl-Anness V, partijiet E u F fil-format tal-formoli standard.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

Artikolu 80

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn u l-għażla tal-parteċipanti

1.   Meta jorganizzaw kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw proċeduri li huma adattati għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I u ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Id-dħul ta’ parteċipanti għal kompetizzjonijiet ta’ disinn ma għandhiex tkun limitata:

(a)

mir-referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)

minn raġunijiet li, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn tiġi organizzata il-kompetizzjoni, dawn ikunu meħtieġa li jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

3.   Fejn il-kompetizzjonijiet ta’ disinn huma limitati għal numru limitat ta’ parteċipanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji. Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna jipparteċipaw għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Artikolu 81

Kompożizzjoni tal-ġurija

Il-ġurija għandha tkun komposta esklussivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f’kompetizzjoni, mill-anqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti.

Artikolu 82

Deċiżjonijiet tal-ġurija

1.   Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjonijiet tagħha.

2.   Il-ġurija għandha teżamina l-pjanijiet u l-proġetti ppreżentati mill-kandidati b’mod anonimu u fuq il-bażi unika tal-kriterji indikati fl-avviż dwar il-kompetizzjoni.

3.   Il-ġurija għandha tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-proġetti f’rapport, iffirmat mill-membri tagħha, magħmula skont il-merti ta’ kull proġett, flimkien mal-kummenti dwarha u kwalunkwe punti li jeħtieġ li jiġu ċċarati.

4.   L-anonimità għandha tiġi osservata sakemm il-ġurija tasal għall-opinjoni jew deċiżjoni tagħha.

5.   Jekk ikun hemm bżonn, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu mistoqsijiet li l-ġurija rreġistrat fil-minuti sabiex jiċċaraw kwalunkwe aspett mill-proġetti.

6.   Għandhom jinżammu minuti sħaħ tad-djalogu bejn il-membri tal-ġurija u l-kandidati.

TITOLU IV

GOVERNANZA

Artikolu 83

Infurzar

1.   Sabiex jiżguraw implimentazzjoni korretta u effiċjenti b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-anqas il-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità, korp jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet, il-korpi u l-istrutturi kompetenti kollha għal dawk il-kompiti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ akkwist pubbliku hija mmonitorjata.

Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jirċievu informazzjoni, jidentifikaw ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ awditjar, qrati jew qrati ġenerali nazzjonali jew awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

3.   Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ modi adattati ta’ informazzjoni. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-Kummissjoni. Pereżempju, jistgħu jiġu integrati fir-rapporti ta’ monitoraġġ imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, li jkopri, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-aktar sorsi frekwenti ta’ applikazzjoni ħażina jew ta’ inċertezza legali, inklużi problemi possibbli strutturali jew rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli, fil-livell tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku u dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rappurtar adegwat ta’ każijiet ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra.

Il-Kummissjoni tista’, mhux iktar tard minn kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ politiki nazzjonali srateġiċi tal-akkwist

Għall-finijiet ta dan il-paragrafu u l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, “SME” għandha tinftiehem kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (39).

Abbażi tad-data riċevuta taħt dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport regolarment dwar l-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki ta’ politiki nazzjonali tal-akkwist fis-suq intern.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

informazzjoni u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex tassisti l-awtoritajiet kontraenti u l-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, biex japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku b’mod korrett; u

(b)

jkun disponibbli appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist.

5.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tagħha mal-Istati Membri, jinnominaw punt ta’ referenza għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-akkwist pubbliku.

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, għall-anqas matul il-perijodu tal-kuntratt, iżommu kopji tal-kuntratti konklużi kollha b’valur daqs jew akbar minn:

(a)

EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista pubbliċi jew kuntratti pubbliċi ta’ servizzi;

(b)

EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu aċċess għal dawk il-kuntratti; madankollu, aċċess għal dokumenti speċifiċi jew punti ta’ informazzjoni jistgħu jiġu rrifjutati sa ċertu punt u skont il-kondizzjonijiet previsti fir-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data.

Artikolu 84

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

1.   Għal kull kuntratt jew ftehim qafas kopert minn din id-Direttiva, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li mill-anqas għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti, is-suġġett u l-valur tal-kuntratt, il-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

fejn applikabbli, ir-riżultati tal-għażla kwalitattiva u/jew it-tnaqqis ta’ numri skont l-Artikoli 65 u 66, jiġifieri:

(i)

l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti magħżula u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(ii)

l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti miċħuda u r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom;

(c)

ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ offerti meqjusa bħala baxxi wisq;

(d)

isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi; u, fejn magħruf f’dan il-mument ta’ żmien, l-ismijiet tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur prinċipali, jekk ikun hemm;

(e)

għal proċeduri kompetittivi bin-negozjati u d-djalogi kompetittivi, iċ-ċirkostanzi kif stabbiliti fl-Artikolu 26 li jiġġustifikaw l-użu ta’ dawn il-proċeduri;

(f)

għal proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 30 li jiġġustifikaw l-użu ta’ din il-proċedura;

(g)

fejn applikabbli, ir-raġunijiet għalfejn l-awtorità kontraenti ddeċidiet li ma tagħtix kuntratt jew ftehim qafas jew li ma tistabbilixxix sistema dinamika ta’ xiri;

(h)

fejn applikabbli, ir-raġunijiet għalfejn intużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni minbarra dawk elettroniċi għat-tfigħ tal-offerti;

(i)

fejn applikabbli, il-kunflitti ta’ interess identifikati u l-miżuri sussegwenti meħuda.

Dan ir-rapport ma għandux jintalab fir-rigward ta’ kuntratti bbażati fuq ftehimiet qafas meta dawn jiġu konklużi f’konformità mal-Artikolu 33(3) jew il-punt (a) tal-Artikolu 33(4).

Sakemm l-avviż tal-għoti tal-kuntratt imfassal skont l-Artikolu 50 jew l-Artikolu 75(2) fih l-informazzjoni mitluba f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal dak l-avviż.

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ akkwist kollha, kemm jekk dawn isiru b’mezzi elettroniċi jew le. Għal dak il-għan, huma għandhom jiżguraw li jżommu dokumentazzjoni suffiċjenti biex jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist, bħad-dokumentazzjoni dwar il-komunikazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi u deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija tad-dokumenti tal-akkwist, djalogu jew negozjati jekk ikun hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm għall-anqas għal perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-għoti tal-kuntratt.

3.   Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandu jiġu komunikat lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet, korpi jew strutturi kompetenti msemmija fl-Artikolu 83 fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Artikolu 85

Rapportar nazzjonali u informazzjoni statistika

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-kwalità u l-kompletezza tad-data li tista’ tittieħed mill-avviżi, msemmija fl-Artikoli 48, 49, 50, 75 u 79, li huma ppubblikati f’konformità mal-Anness IX.

Meta l-kwalità u l-kompletezza tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mhumiex konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 48(1), l-Artikolu 49, l-Artikolu 50(1), l-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 79(3), il-Kummissjoni għandha titlob informazzjoni kumplimentari mill-Istat Membru kkonċernat. Fi żmien raġonevoli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni statistika nieqsa mitluba mill-Kummissjoni.

2.   Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport statistiku lill-Kummissjoni għall-akkwist li kien ikun kopert b’din id-Direttiva kieku l-valur tiegħu qabeż il-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 4, li jindika stima tal-valur totali aggregat ta’ akkwist bħal dan matul il-perijodu kkonċernat. Dik l-istima tista’ b’mod partikolari tiġi bbażata fuq data disponibbli skont rekwiżiti tal-pubblikazzjoni nazzjonali jew fuq stimi bbażati fuq kampjuni.

Dak ir-rapport jista’ jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 83(3).

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni informazzjoni dwar l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom relatata mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, kif ukoll dwar l-inizjattivi nazzjonali meħuda sabiex tingħata gwida jew tiġi assistita l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi, jew inkella sabiex tingħata tweġiba għall-isfidi għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

Dik l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 83(3).

Artikolu 86

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, u għandhom jimplimentaw miżuri għall-kooperazzjoni effettiva bejniethom sabiex jiżguraw skambju ta’ informazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42, 43, 44, 57, 59, 60, 62, 64 u 69. Għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni b’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data msemmija fid-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41).

3.   Sabiex tiġi ttestjata l-adattabilità tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilit minn Regolament (UE) Nru 1024/2012 għall-finijiet li tiġi skambjata informazzjoni koperta minn din id-Direttiva, proġett pilota għandha tiġi mnedija sat-18 ta’ April 2015.

TITOLU V

SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 87

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 6, 22, 23, 56, u 68 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu mhux determinat ta’ żmien mis-17 ta’ April 2014.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 22, 23, 56, u 68 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6, 22, 23, 56, u 68 għandu jidħol fis-seħħ biss fejn ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 88

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 89

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (42). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 90

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1) sat-18 ta’ Ottubru 2018, ħlief meta l-użu ta’ mezzi elettroniċi huwa obbligatorju skont l-Artikoli 34, 35 jew 36, l-Artikolu 37(3), l-Artikolu 51(2) jew l-Artikolu 53.

Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1) għal korpi ċentrali għall-akkwisti sat-18 ta’ April 2017.

Meta Stat Membru jagħżel li jipposponi l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1), dak l-Istat Membru għandu jipprovdi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin għal kull komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni:

(a)

mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 22;

(b)

posta jew mezzi ta’ ġarr adatti oħra;

(c)

fax;

(d)

taħlita ta’ dawk il-mezzi.

3.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(2) sat-18 ta’ April 2018.

4.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) sat-18 ta’ Ottubru 2018.

5.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 61(2) sat-18 ta’ Ottubru 2018.

6.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 sa 1d, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 91

Tħassir

Id-Direttiva 2004/18/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ April 2016.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XV.

Artikolu 92

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, b’mod partikolari f’termini ta’ fatturi bħall-għoti transkonfinali ta’ kuntratti u spejjeż tat-transazzjoni, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

Il-Kummissjoni għandha, fejn possibbli u adegwat, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss. Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, fejn dan ikun adegwat, ikun segwit minn proposta għal att legali li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 93

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 94

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 49.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014.

(4)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.).

(6)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(7)  Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(9)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (ara paġna 243 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.).

(11)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(12)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(13)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(14)  Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

(15)  Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(16)  Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(17)  Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

(18)  Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU - Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Vol. 01 p. 51).

(19)  Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

(20)  Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

(21)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(22)  Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(23)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(24)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(25)  Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

(26)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(27)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(28)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36).

(29)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).

(30)  Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(31)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(32)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(33)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(34)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(35)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(36)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(37)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(38)  Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(39)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124 of 20.5.2003, p. 36).

(40)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(41)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(42)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).


ANNESS I

AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

IL-BELĠJU

1.

Services publics fédéraux (Ministeri):

1.

Federale Overheidsdiensten (Ministeri):

SPF Chancellerie du Premier Ministre;

FOD Kanselarij van de Eerste Minister;

SPF Personnel et Organisation;

FOD Kanselarij Personeel en Organisatie;

SPF Budget et Contrôle de la Gestion;

FOD Budget en Beheerscontrole;

SPF Technologie de l’Information et de la Communication (Fedict);

FOD Informatie- en Communicatietechnologie (Fedict);

SPF Affaires étrangères, Commerce extérieur et Coopération au Développement;

FOD Buitenlandse Zaken, Buitenlandse Handel en Ontwikkelingssamenwerking;

SPF Intérieur;

FOD Binnenlandse Zaken;

SPF Finances;

FOD Financiën;

SPF Mobilité et Transports;

FOD Mobiliteit en Vervoer;

SPF Emploi, Travail et Concertation sociale;

FOD Werkgelegenheid, Arbeid en sociaal overleg

SPF Sécurité Sociale et Institutions publiques de Sécurité Sociale;

FOD Sociale Zekerheid en Openbare Instellingen van sociale Zekerheid

SPF Santé publique, Sécurité de la Chaîne alimentaire et Environnement;

FOD Volksgezondheid, Veiligheid van de Voedselketen en Leefmilieu;

SPF Justice;

FOD Justitie;

SPF Economie, PME, Classes moyennes et Energie;

FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie;

Ministère de la Défense;

Ministerie van Landsverdediging;

Service public de programmation Intégration sociale, Lutte contre la pauvreté et Economie sociale;

Programmatorische Overheidsdienst Maatschappelijke Integratie, Armoedsbestrijding en sociale Economie;

Service public fédéral de Programmation Développement durable;

Programmatorische federale Overheidsdienst Duurzame Ontwikkeling;

Service public fédéral de Programmation Politique scientifique;

Programmatorische federale Overheidsdienst Wetenschapsbeleid;

2.

Régie des Bâtiments;

2.

Regie der Gebouwen;

Office national de Sécurité sociale;

Rijksdienst voor sociale Zekerheid;

Institut national d’Assurance sociales pour travailleurs indépendants

Rijksinstituut voor de sociale Verzekeringen der Zelfstandigen;

Institut national d’Assurance Maladie-Invalidité;

Rijksinstituut voor Ziekte- en Invaliditeitsverzekering;

Office national des Pensions;

Rijksdienst voor Pensioenen;

Caisse auxiliaire d’Assurance Maladie-Invalidité;

Hulpkas voor Ziekte-en Invaliditeitsverzekering;

Fond des Maladies professionnelles;

Fonds voor Beroepsziekten;

Office national de l’Emploi;

Rijksdienst voor Arbeidsvoorziening

IL-BULGARIJA

Администрация на Народното събрание

Aдминистрация на Президента

Администрация на Министерския съвет

Конституционен съд

Българска народна банка

Министерство на външните работи

Министерство на вътрешните работи

Министерство на държавната администрация и административната реформа

Министерство на извънредните ситуации

Министерство на земеделието и храните

Министерство на здравеопазването

Министерство на икономиката и енергетиката

Министерство на културата

Министерство на образованието и науката

Министерство на околната среда и водите

Министерство на отбраната

Министерство на правосъдието

Министерство на регионалното развитие и благоустройството

Министерство на транспорта

Министерство на труда и социалната политика

Министерство на финансите

Aġenziji tal-Istat, kummissjonijiet tal-Istat, aġenziji eżekuttivi u awtoritajiet statali oħrajn stabbiliti bil-liġi jew b’Digriet tal-Kunsill tal-Ministri li għandhom funzjoni relatata mal-eżerċizzju tal-poter eżekuttiv:

Агенция за ядрено регулиране

Висшата атестационна комисия

Държавна комисия за енергийно и водно регулиране

Държавна комисия по сигурността на информацията

Комисия за защита на конкуренцията

Комисия за защита на личните данни

Комисия за защита от дискриминация

Комисия за регулиране на съобщенията

Комисия за финансов надзор

Патентно ведомство на Република България

Сметна палата на Република България

Агенция за приватизация

Агенция за следприватизационен контрол

Български институт по метрология

Държавна агенция “Архиви”

Държавна агенция “Държавен резерв и военновременни запаси”

Държавна агенция “Национална сигурност”

Държавна агенция за бежанците

Държавна агенция за българите в чужбина

Държавна агенция за закрила на детето

Държавна агенция за информационни технологии и съобщения

Държавна агенция за метрологичен и технически надзор

Държавна агенция за младежта и спорта

Държавна агенция по горите

Държавна агенция по туризма

Държавна комисия по стоковите борси и тържища

Институт по публична администрация и европейска интеграция

Национален статистически институт

Национална агенция за оценяване и акредитация

Националната агенция за професионално образование и обучение

Национална комисия за борба с трафика на хора

Агенция “Митници”

Агенция за държавна и финансова инспекция

Агенция за държавни вземания

Агенция за социално подпомагане

Агенция за хората с увреждания

Агенция по вписванията

Агенция по геодезия, картография и кадастър

Агенция по енергийна ефективност

Агенция по заетостта

Агенция по обществени поръчки

Българска агенция за инвестиции

Главна дирекция “Гражданска въздухоплавателна администрация”

Дирекция “Материално-техническо осигуряване и социално обслужване” на Министерство на вътрешните работи

Дирекция “Оперативно издирване” на Министерство на вътрешните работи

Дирекция “Финансово-ресурсно осигуряване” на Министерство на вътрешните работи

Дирекция за национален строителен контрол

Държавна комисия по хазарта

Изпълнителна агенция “Автомобилна администрация”

Изпълнителна агенция “Борба с градушките”

Изпълнителна агенция “Българска служба за акредитация”

Изпълнителна агенция “Военни клубове и информация”

Изпълнителна агенция “Главна инспекция по труда”

Изпълнителна агенция “Държавна собственост на Министерството на отбраната”

Изпълнителна агенция “Железопътна администрация”

Изпълнителна агенция “Изпитвания и контролни измервания на въоръжение, техника и имущества”

Изпълнителна агенция “Морска администрация”

Изпълнителна агенция “Национален филмов център”

Изпълнителна агенция “Пристанищна администрация”

Изпълнителна агенция “Проучване и поддържане на река Дунав”

Изпълнителна агенция “Социални дейности на Министерството на отбраната”

Изпълнителна агенция за икономически анализи и прогнози

Изпълнителна агенция за насърчаване на малките и средни предприятия

Изпълнителна агенция по лекарствата

Изпълнителна агенция по лозата и виното

Изпълнителна агенция по околна среда

Изпълнителна агенция по почвените ресурси

Изпълнителна агенция по рибарство и аквакултури

Изпълнителна агенция по селекция и репродукция в животновъдството

Изпълнителна агенция по сортоизпитване, апробация и семеконтрол

Изпълнителна агенция по трансплантация

Изпълнителна агенция по хидромелиорации

Комисията за защита на потребителите

Контролно-техническата инспекция

Национален център за информация и документация

Национален център по радиобиология и радиационна защита

Национална агенция за приходите

Национална ветеринарномедицинска служба

Национална служба “Полиция”

Национална служба “Пожарна безопасност и защита на населението”

Национална служба за растителна защита

Национална служба за съвети в земеделието

Национална служба по зърното и фуражите

Служба “Военна информация”

Служба “Военна полиция”

Фонд “Републиканска пътна инфраструктура”

Авиоотряд 28

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo dopravy

Ministerstvo financí

Ministerstvo kultury

Ministerstvo obrany

Ministerstvo pro místní rozvoj

Ministerstvo práce a sociálních věcí

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Ministerstvo spravedlnosti

Ministerstvo školství, mládeže a tělovýchovy

Ministerstvo vnitra

Ministerstvo zahraničních věcí

Ministerstvo zdravotnictví

Ministerstvo zemědělství

Ministerstvo životního prostředí

Poslanecká sněmovna PČR

Senát PČR

Kancelář prezidenta

Český statistický úřad

Český úřad zeměměřičský a katastrální

Úřad průmyslového vlastnictví

Úřad pro ochranu osobních údajů

Bezpečnostní informační služba

Národní bezpečnostní úřad

Česká akademie věd

Vězeňská služba

Český báňský úřad

Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

Správa státních hmotných rezerv

Státní úřad pro jadernou bezpečnost

Česká národní banka

Energetický regulační úřad

Úřad vlády České republiky

Ústavní soud

Nejvyšší soud

Nejvyšší správní soud

Nejvyšší státní zastupitelství

Nejvyšší kontrolní úřad

Kancelář Veřejného ochránce práv

Grantová agentura České republiky

Státní úřad inspekce práce

Český telekomunikační úřad

ID-DANIMARKA

Folketinget

Rigsrevisionen

Statsministeriet

Udenrigsministeriet

Beskæftigelsesministeriet

5 styrelser og institutioner (5 aġenziji u istituzzjonijiet)

Domstolsstyrelsen

Finansministeriet

5 styrelser og institutioner (5 aġenziji u istituzzjonijiet)

Forsvarsministeriet

5 styrelser og institutioner (5 aġenziji u istituzzjonijiet)

Ministeriet for Sundhed og Forebyggelse

Adskillige styrelser og institutioner, herunder Statens Serum Institut (Diversi aġenziji u istituzzjonijiet, inkluż Statens Serum Institut)

Justitsministeriet

Rigspolitichefen, anklagemyndigheden samt 1 direktorat og et antal styrelser (il-Kummissarju tal-Pulizija, il-prosekutur pubbliku, direttorat 1 u għadd ta’ aġenziji)

Kirkeministeriet

10 stiftsøvrigheder (10 awtoritajiet tad-djoċesi)

Kulturministeriet – Ministeru tal-Kultura

4 styrelser samt et antal statsinstitutioner (4 dipartimenti u għadd ta’ istituzzjonijiet)

Miljøministeriet

5 styrelser (5 aġenziji)

Ministeriet for Flygtninge, Invandrere og Integration

1 styrelse (aġenzija 1)

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

4 direktoraterog institutioner (4 direttorati u istituzzjonijiet)

Ministeriet for Videnskab, Teknologi og Udvikling

Adskillige styrelser og institutioner, Forskningscenter Risø og Statens uddannelsesbygninger (Diversi aġenziji u istituzzjonijiet, inkluż il-Laboratorju Nazzjonali ta’ Risoe u Bini Nazzjonali ta’ Riċerka u Edukazzjoni Daniża)

Skatteministeriet

1 styrelse og institutioner (aġenzija 1 u diversi istituzzjonijiet)

Velfærdsministeriet

3 styrelser og institutioner (3 aġenziji u diversi istituzzjonijiet)

Transportministeriet

7 styrelser og institutioner, herunder Øresundsbrokonsortiet (7 aġenziji u istituzzjonijet, inkluż Øresundsbrokonsortiet)

Undervisningsministeriet

3 styrelser, 4 undervisningsinstitutioner og 5 andre institutioner (3 aġenziji, 4 stabbilimenti edukattivi, 5 istituzzjonijiet oħra)

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Adskilligestyrelser og institutioner (Diversi aġenziji u istituzzjonijiet)

Klima- og Energiministeriet

3 styrelse og institutioner (3 aġenziji u istituzzjonijiet)

IL-ĠERMANJA

Auswärtiges Amt

Bundeskanzleramt

Bundesministerium für Arbeit und Soziales

Bundesministerium für Bildung und Forschung

Bundesministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz

Bundesministerium der Finanzen

Bundesministerium des Innern (oġġetti għall-użu ċivili biss)

Bundesministerium für Gesundheit

Bundesministerium für Familie, Senioren, Frauen und Jugend

Bundesministerium der Justiz

Bundesministerium für Verkehr, Bau und Stadtentwicklung

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

Bundesministerium für wirtschaftliche Zusammenarbeit und Entwicklung

Bundesministerium der Verteidigung (minbarra oġġetti militari)

Bundesministerium für Umwelt, Naturschutz und Reaktorsicherheit

L-ESTONJA

Vabariigi Presidendi Kantselei;

Eesti Vabariigi Riigikogu;

Eesti Vabariigi Riigikohus;

Riigikontroll;

Õiguskantsler;

Riigikantselei;

Rahvusarhiiv;

Haridus- ja Teadusministeerium;

Justiitsministeerium;

Kaitseministeerium;

Keskkonnaministeerium;

Kultuuriministeerium;

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium;

Põllumajandusministeerium;

Rahandusministeerium;

Siseministeerium;

Sotsiaalministeerium;

Välisministeerium;

Keeleinspektsioon;

Riigiprokuratuur;

Teabeamet;

Maa-amet;

Keskkonnainspektsioon;

Metsakaitse- ja Metsauuenduskeskus;

Muinsuskaitseamet;

Patendiamet;

Tarbijakaitseamet;

Riigihangete Amet;

Taimetoodangu Inspektsioon;

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet;

Veterinaar- ja Toiduamet

Konkurentsiamet;

Maksu- ja Tolliamet;

Statistikaamet;

Kaitsepolitseiamet;

Kodakondsus- ja Migratsiooniamet;

Piirivalveamet;

Politseiamet;

Eesti Kohtuekspertiisi Instituut;

Keskkriminaalpolitsei;

Päästeamet;

Andmekaitse Inspektsioon;

Ravimiamet;

Sotsiaalkindlustusamet;

Tööturuamet;

Tervishoiuamet;

Tervisekaitseinspektsioon;

Tööinspektsioon;

Lennuamet;

Maanteeamet;

Veeteede Amet;

Julgestuspolitsei;

Kaitseressursside Amet;

Kaitseväe Logistikakeskus;

Tehnilise Järelevalve Amet.

L-IRLANDA

President’s Establishment

Houses of the Oireachtas – [Il-Parlament]

Department of theTaoiseach – [Il-Prim Ministru]

Central Statistics Office

Department of Finance

Office of the Comptroller and Auditor General

Office of the Revenue Commissioners

Office of Public Works

State Laboratory

Office of the Attorney General

Office of the Director of Public Prosecutions

Valuation Office

Office of the Commission for Public Service Appointments

Public Appointments Service

Office of the Ombudsman

Chief State Solicitor’s Office

Department of Justice, Equality and Law Reform

Courts Service

Prisons Service

Office of the Commissioners of Charitable Donations and Bequests

Department of the Environment, Heritage and Local Government

Department of Education and Science

Department of Communications, Energy and Natural Resources

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Department of Transport

Department of Health and Children

Department of Enterprise, Trade and Employment

Department of Arts, Sports and Tourism

Department of Defence

Department of Foreign Affairs

Department of Social and Family Affairs

Department of Community, Rural and Gaeltacht – [reġjuni fejn hu mitkellem il-Gaeliku] Affairs

Arts Council

National Gallery.

IL-GREĊJA

Υπουργείο Εσωτερικών;

Υπουργείο Εσωτερικών;

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών;

Υπουργείο Ανάπτυξης;

Υπουργείο Δικαιοσύνης;

Υπουργείο Εθνικής Παιδείας και Θρησκευμάτων;

Υπουργείο Πολιτισμού;

Υπουργείο Υγείας και Κοινωνικής Αλληλεγγύης;

Υπουργείο Περιβάλλοντος, Χωροταξίας και Δημοσίων Έργων;

Υπουργείο Απασχόλησης και Κοινωνικής Προστασίας;

Υπουργείο Μεταφορών και Επικοινωνιών;

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων;

Υπουργείο Εμπορικής Ναυτιλίας, Αιγαίου και Νησιωτικής Πολιτικής;

Υπουργείο Μακεδονίας- Θράκης;

Γενική Γραμματεία Επικοινωνίας;

Γενική Γραμματεία Ενημέρωσης;

Γενική Γραμματεία Νέας Γενιάς;

Γενική Γραμματεία Ισότητας;

Γενική Γραμματεία Κοινωνικών Ασφαλίσεων;

Γενική Γραμματεία Απόδημου Ελληνισμού;

Γενική Γραμματεία Βιομηχανίας;

Γενική Γραμματεία Έρευνας και Τεχνολογίας;

Γενική Γραμματεία Αθλητισμού;

Γενική Γραμματεία Δημοσίων Έργων;

Γενική Γραμματεία Εθνικής Στατιστικής Υπηρεσίας Ελλάδος;

Εθνικό Συμβούλιο Κοινωνικής Φροντίδας;

Οργανισμός Εργατικής Κατοικίας;

Εθνικό Τυπογραφείο;

Γενικό Χημείο του Κράτους;

Ταμείο Εθνικής Οδοποιίας;

Εθνικό Καποδιστριακό Πανεπιστήμιο Αθηνών;

Αριστοτέλειο Πανεπιστήμιο Θεσσαλονίκης;

Δημοκρίτειο Πανεπιστήμιο Θράκης;

Πανεπιστήμιο Αιγαίου;

Πανεπιστήμιο Ιωαννίνων;

Πανεπιστήμιο Πατρών;

Πανεπιστήμιο Μακεδονίας;

Πολυτεχνείο Κρήτης;

Σιβιτανίδειος Δημόσια Σχολή Τεχνών και Επαγγελμάτων;

Αιγινήτειο Νοσοκομείο;

Αρεταίειο Νοσοκομείο;

Εθνικό Κέντρο Δημόσιας Διοίκησης;

Οργανισμός Διαχείρισης Δημοσίου Υλικού;

Οργανισμός Γεωργικών Ασφαλίσεων;

Οργανισμός Σχολικών Κτιρίων;

Γενικό Επιτελείο Στρατού;

Γενικό Επιτελείο Ναυτικού;

Γενικό Επιτελείο Αεροπορίας;

Ελληνική Επιτροπή Ατομικής Ενέργειας;

Γενική Γραμματεία Εκπαίδευσης Ενηλίκων;

Υπουργείο Εθνικής Άμυνας;

Γενική Γραμματεία Εμπορίου.

SPANJA

Presidencia de Gobierno

Ministerio de Asuntos Exteriores y de Cooperación

Ministerio de Justicia

Ministerio de Defensa

Ministerio de Economía y Hacienda

Ministerio del Interior

Ministerio de Fomento

Ministerio de Educación, Política Social y Deportes

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Ministerio de Trabajo e Inmigración

Ministerio de la Presidencia

Ministerio de Administraciones Públicas

Ministerio de Cultura

Ministerio de Sanidad y Consumo

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Ministerio de Vivienda

Ministerio de Ciencia e Innovación

Ministerio de Igualdad

FRANZA

1.   Ministeri

Services du Premier ministre

Ministère chargé de la santé, de la jeunesse et des sports

Ministère chargé de l’intérieur, de l’outre-mer et des collectivités territoriales

Ministère chargé de la justice

Ministère chargé de la défense

Ministère chargé des affaires étrangères et européennes

Ministère chargé de l’éducation nationale

Ministère chargé de l’économie, des finances et de l’emploi

Secrétariat d’Etat aux transports

Secrétariat d’Etat aux entreprises et au commerce extérieur

Ministère chargé du travail, des relations sociales et de la solidarité

Ministère chargé de la culture et de la communication

Ministère chargé du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Ministère chargé de l’agriculture et de la pêche

Ministère chargé de l’enseignement supérieur et de la recherche

Ministère chargé de l’écologie, du développement et de l’aménagement durables

Secrétariat d’Etat à la fonction publique

Ministère chargé du logement et de la ville

Secrétariat d’Etat à la coopération et à la francophonie

Secrétariat d’Etat à l’outre-mer

Secrétariat d’Etat à la jeunesse, des sports et de la vie associative

Secrétariat d’Etat aux anciens combattants

Ministère chargé de l’immigration, de l’intégration, de l’identité nationale et du co-développement

Secrétariat d’Etat en charge de la prospective et de l’évaluation des politiques publiques

Secrétariat d’Etat aux affaires européennes,

Secrétariat d’Etat aux affaires étrangères et aux droits de l’homme

Secrétariat d’Etat à la consommation et au tourisme

Secrétariat d’Etat à la politique de la ville

Secrétariat d’Etat à la solidarité

Secrétariat d’Etat en charge de l’industrie et de la consommation

Secrétariat d’Etat en charge de l’emploi

Secrétariat d’Etat en charge du commerce, de l’artisanat, des PME, du tourisme et des services

Secrétariat d’Etat en charge de l’écologie

Secrétariat d’Etat en charge du développement de la région-capitale

Secrétariat d’Etat en charge de l’aménagement du territoire

2.   Istituzzjonijiet, awtoritajiet indipendenti u ġurisdizzjonijiet

Présidence de la République

Assemblée Nationale

Sénat

Conseil constitutionnel

Conseil économique et social

Conseil supérieur de la magistrature

Agence française contre le dopage

Autorité de contrôle des assurances et des mutuelles

Autorité de contrôle des nuisances sonores aéroportuaires

Autorité de régulation des communications électroniques et des postes

Autorité de sûreté nucléaire

Autorité indépendante des marchés financiers

Comité national d’évaluation des établissements publics à caractère scientifique, culturel et professionnel

Commission d’accès aux documents administratifs

Commission consultative du secret de la défense nationale

Commission nationale des comptes de campagne et des financements politiques

Commission nationale de contrôle des interceptions de sécurité

Commission nationale de déontologie de la sécurité

Commission nationale du débat public

Commission nationale de l’informatique et des libertés

Commission des participations et des transferts

Commission de régulation de l’énergie

Commission de la sécurité des consommateurs

Commission des sondages

Commission de la transparence financière de la vie politique

Conseil de la concurrence

Conseil des ventes volontaires de meubles aux enchères publiques

Conseil supérieur de l’audiovisuel

Défenseur des enfants

Haute autorité de lutte contre les discriminations et pour l’égalité

Haute autorité de santé

Médiateur de la République

Cour de justice de la République

Tribunal des Conflits

Conseil d’Etat

Cours administratives d’appel

Tribunaux administratifs

Cour des Comptes

Chambres régionales des Comptes

Cours et tribunaux de l’ordre judiciaire (Cour de Cassation, Cours d’Appel, Tribunaux d’instance et Tribunaux de grande instance)

3.   Stabbilimenti pubbliċi nazzjonali

Académie de France à Rome

Académie de marine

Académie des sciences d’outre-mer

Académie des technologies

Agence centrale des organismes de sécurité sociale (ACOSS)

Agence de biomédicine

Agence pour l’enseignement du français à l’étranger

Agence française de sécurité sanitaire des aliments

Agence française de sécurité sanitaire de l’environnement et du travail

Agence Nationale pour la cohésion sociale et l’égalité des chances

Agence nationale pour la garantie des droits des mineurs

Agences de l’eau

Agence Nationale de l’Accueil des Etrangers et des migrations

Agence nationale pour l’amélioration des conditions de travail (ANACT)

Agence nationale pour l’amélioration de l’habitat (ANAH)

Agence Nationale pour la Cohésion Sociale et l’Egalité des Chances

Agence nationale pour l’indemnisation des français d’outre-mer (ANIFOM)

Assemblée permanente des chambres d’agriculture (APCA)

Bibliothèque publique d’information

Bibliothèque nationale de France

Bibliothèque nationale et universitaire de Strasbourg

Caisse des Dépôts et Consignations

Caisse nationale des autoroutes (CNA)

Caisse nationale militaire de sécurité sociale (CNMSS)

Caisse de garantie du logement locatif social

Casa de Velasquez

Centre d’enseignement zootechnique

Centre d’études de l’emploi

Centre d’études supérieures de la sécurité sociale

Centres de formation professionnelle et de promotion agricole

Centre hospitalier des Quinze-Vingts

Centre international d’études supérieures en sciences agronomiques (Montpellier Sup Agro)

Centre des liaisons européennes et internationales de sécurité sociale

Centre des Monuments Nationaux

Centre national d’art et de culture Georges Pompidou

Centre national des arts plastiques

Centre national de la cinématographie

Centre National d’Etudes et d’expérimentation du machinisme agricole, du génie rural, des eaux et des forêts (CEMAGREF)

Centre national du livre

Centre national de documentation pédagogique

Centre national des œuvres universitaires et scolaires (CNOUS)

Centre national professionnel de la propriété forestière

Centre National de la Recherche Scientifique (C.N.R.S)

Centres d’éducation populaire et de sport (CREPS)

Centres régionaux des œuvres universitaires (CROUS)

Collège de France

Conservatoire de l’espace littoral et des rivages lacustres

Conservatoire National des Arts et Métiers

Conservatoire national supérieur de musique et de danse de Paris

Conservatoire national supérieur de musique et de danse de Lyon

Conservatoire national supérieur d’art dramatique

Ecole centrale de Lille

Ecole centrale de Lyon

École centrale des arts et manufactures

École française d’archéologie d’Athènes

École française d’Extrême-Orient

École française de Rome

École des hautes études en sciences sociales

Ecole du Louvre

École nationale d’administration

École nationale de l’aviation civile (ENAC)

École nationale des Chartes

École nationale d’équitation

Ecole Nationale du Génie de l’Eau et de l’environnement de Strasbourg

Écoles nationales d’ingénieurs

Ecole nationale d’ingénieurs des industries des techniques agricoles et alimentaires de Nantes

Écoles nationales d’ingénieurs des travaux agricoles

École nationale de la magistrature

Écoles nationales de la marine marchande

École nationale de la santé publique (ENSP)

École nationale de ski et d’alpinisme

École nationale supérieure des arts décoratifs

École nationale supérieure des arts et techniques du théâtre

École nationale supérieure des arts et industries textiles Roubaix

Écoles nationales supérieures d’arts et métiers

École nationale supérieure des beaux-arts

École nationale supérieure de céramique industrielle

École nationale supérieure de l’électronique et de ses applications (ENSEA)

Ecole nationale supérieure du paysage de Versailles

Ecole Nationale Supérieure des Sciences de l’information et des bibliothécaires

Ecole nationale supérieure de la sécurité sociale

Écoles nationales vétérinaires

École nationale de voile

Écoles normales supérieures

École polytechnique

École technique professionnelle agricole et forestière de Meymac (Corrèze)

École de sylviculture Crogny (Aube)

École de viticulture et d’œnologie de la Tour- Blanche (Gironde)

École de viticulture — Avize (Marne)

Etablissement national d’enseignement agronomique de Dijon

Établissement national des invalides de la marine (ENIM)

Établissement national de bienfaisance Koenigswarter

Établissement public du musée et du domaine national de Versailles

Fondation Carnegie

Fondation Singer-Polignac

Haras nationaux

Hôpital national de Saint-Maurice

Institut des hautes études pour la science et la technologie

Institut français d’archéologie orientale du Caire

Institut géographique national

Institut National de l’origine et de la qualité

Institut national des hautes études de sécurité

Institut de veille sanitaire

Institut National d’enseignement supérieur et de recherche agronomique et agroalimentaire de Rennes

Institut National d’Etudes Démographiques (I.N.E.D)

Institut National d’Horticulture

Institut National de la jeunesse et de l’éducation populaire

Institut national des jeunes aveugles — Paris

Institut national des jeunes sourds — Bordeaux

Institut national des jeunes sourds — Chambéry

Institut national des jeunes sourds — Metz

Institut national des jeunes sourds — Paris

Institut national de physique nucléaire et de physique des particules (I.N.P.N.P.P)

Institut national de la propriété industrielle

Institut National de la Recherche Agronomique (I.N.R.A)

Institut National de la Recherche Pédagogique (I.N.R.P)

Institut National de la Santé et de la Recherche Médicale (I.N.S.E.R.M)

Institut national d’histoire de l’art (I.N.H.A.)

Institut national de recherches archéologiques préventives

Institut National des Sciences de l’Univers

Institut National des Sports et de l’Education Physique

Institut national supérieur de formation et de recherche pour l’éducation des jeunes handicapés et les enseignements inadaptés

Instituts nationaux polytechniques

Instituts nationaux des sciences appliquées

Institut national de recherche en informatique et en automatique (INRIA)

Institut national de recherche sur les transports et leur sécurité (INRETS)

Institut de Recherche pour le Développement

Instituts régionaux d’administration

Institut des Sciences et des Industries du vivant et de l’environnement (Agro Paris Tech)

Institut supérieur de mécanique de Paris

Institut Universitaires de Formation des Maîtres

Musée de l’armée

Musée Gustave-Moreau

Musée national de la marine

Musée national J.-J.-Henner

Musée du Louvre

Musée du Quai Branly

Muséum National d’Histoire Naturelle

Musée Auguste-Rodin

Observatoire de Paris

Office français de protection des réfugiés et apatrides

Office National des Anciens Combattants et des Victimes de Guerre (ONAC)

Office national de la chasse et de la faune sauvage

Office National de l’eau et des milieux aquatiques

Office national d’information sur les enseignements et les professions (ONISEP)

Office universitaire et culturel français pour l’Algérie

Ordre national de la Légion d’honneur

Palais de la découverte

Parcs nationaux

Universités

4.   Korpi nazzjonali pubbliċi oħra

Union des groupements d’achats publics (UGAP)

Agence Nationale pour l’emploi (A.N.P.E)

Caisse Nationale des Allocations Familiales (CNAF)

Caisse Nationale d’Assurance Maladie des Travailleurs Salariés (CNAMS)

Caisse Nationale d’Assurance-Vieillesse des Travailleurs Salariés (CNAVTS)

IL-KROAZJA

Hrvatski sabor

Predsjednik Republike Hrvatske

Ured predsjednika Republike Hrvatske

Ured predsjednika Republike Hrvatske po prestanku obnašanja dužnosti

Vlada Republike Hrvatske

uredi Vlade Republike Hrvatske

Ministarstvo gospodarstva

Ministarstvo regionalnog razvoja i fondova Europske unije

Ministarstvo financija

Ministarstvo obrane

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Ministarstvo unutarnjih poslova

Ministarstvo pravosuđa

Ministarstvo uprave

Ministarstvo poduzetništva i obrta

Ministarstvo rada i mirovinskog sustava

Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture

Ministarstvo poljoprivrede

Ministarstvo turizma

Ministarstvo zaštite okoliša i prirode

Ministarstvo graditeljstva i prostornog uređenja

Ministarstvo branitelja

Ministarstvo socijalne politike i mladih

Ministarstvo zdravlja

Ministarstvo znanosti, obrazovanja i sporta

Ministarstvo kulture

državne upravne organizacije

uredi državne uprave u županijama

Ustavni sud Republike Hrvatske

Vrhovni sud Republike Hrvatske

sudovi

Državno sudbeno vijeće

državna odvjetništva

Državnoodvjetničko vijeće

pravobraniteljstva

Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave

Hrvatska narodna banka

državne agencije i uredi

Državni ured za reviziju

L-ITALJA

Korpi ta’ xiri

Presidenza del Consiglio dei Ministri

Ministero degli Affari Esteri

Ministero dell’Interno

Ministero della Giustizia e Uffici giudiziari (esklużi “giudici di pace”)

Ministero della Difesa

Ministero dell’Economia e delle Finanze

Ministero dello Sviluppo Economico

Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali

Ministero dell’Ambiente, Tutela del Territorio e del Mare

Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Ministero del Lavoro, della Salute e delle Politiche Sociali

Ministero dell’Istruzione, Università e Ricerca

Ministero per i Beni e le Attività culturali, comprensivo delle sue articolazioni periferiche

Korpi nazzjonali pubbliċi oħra:

CONSIP (Concessionaria Servizi Informatici Pubblici)

ĊIPRU

Προεδρία και Προεδρικό Μέγαρο

Γραφείο Συντονιστή Εναρμόνισης

Υπουργικό Συμβούλιο

Βουλή των Αντιπροσώπων

Δικαστική Υπηρεσία

Νομική Υπηρεσία της Δημοκρατίας

Ελεγκτική Υπηρεσία της Δημοκρατίας

Επιτροπή Δημόσιας Υπηρεσίας

Επιτροπή Εκπαιδευτικής Υπηρεσίας

Γραφείο Επιτρόπου Διοικήσεως

Επιτροπή Προστασίας Ανταγωνισμού

Υπηρεσία Εσωτερικού Ελέγχου

Γραφείο Προγραμματισμού

Γενικό Λογιστήριο της Δημοκρατίας

Γραφείο Επιτρόπου Προστασίας Δεδομένων Προσωπικού Χαρακτήρα

Γραφείο Εφόρου Δημοσίων Ενισχύσεων

Αναθεωρητική Αρχή Προσφορών

Υπηρεσία Εποπτείας και Ανάπτυξης Συνεργατικών Εταιρειών

Αναθεωρητική Αρχή Προσφύγων

Υπουργείο Άμυνας

Υπουργείο Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

Τμήμα Γεωργίας

Κτηνιατρικές Υπηρεσίες

Τμήμα Δασών

Τμήμα Αναπτύξεως Υδάτων

Τμήμα Γεωλογικής Επισκόπησης

Μετεωρολογική Υπηρεσία

Τμήμα Αναδασμού

Υπηρεσία Μεταλλείων

Ινστιτούτο Γεωργικών Ερευνών

Τμήμα Αλιείας και Θαλάσσιων Ερευνών

Υπουργείο Δικαιοσύνης και Δημοσίας Τάξεως

Αστυνομία

Πυροσβεστική Υπηρεσία Κύπρου

Τμήμα Φυλακών

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη

Υπουργείο Εργασίας και Κοινωνικών Ασφαλίσεων

Τμήμα Εργασίας

Τμήμα Κοινωνικών Ασφαλίσεων

Τμήμα Υπηρεσιών Κοινωνικής Ευημερίας

Κέντρο Παραγωγικότητας Κύπρου

Ανώτερο Ξενοδοχειακό Ινστιτούτο Κύπρου

Ανώτερο Τεχνολογικό Ινστιτούτο

Τμήμα Επιθεώρησης Εργασίας

Τμήμα Εργασιακών Σχέσεων

Υπουργείο Εσωτερικών

Επαρχιακές Διοικήσεις

Τμήμα Πολεοδομίας και Οικήσεως

Τμήμα Αρχείου Πληθυσμού και Μεταναστεύσεως

Τμήμα Κτηματολογίου και Χωρομετρίας

Γραφείο Τύπου και Πληροφοριών

Πολιτική Άμυνα

Υπηρεσία Μέριμνας και Αποκαταστάσεων Εκτοπισθέντων

Υπηρεσία Ασύλου

Υπουργείο Εξωτερικών

Υπουργείο Οικονομικών

Τελωνεία

Τμήμα Εσωτερικών Προσόδων

Στατιστική Υπηρεσία

Τμήμα Κρατικών Αγορών και Προμηθειών

Τμήμα Δημόσιας Διοίκησης και Προσωπικού

Κυβερνητικό Τυπογραφείο

Τμήμα Υπηρεσιών Πληροφορικής

Υπουργείο Παιδείας και Πολιτισμού

Υπουργείο Συγκοινωνιών και Έργων

Τμήμα Δημοσίων Έργων

Τμήμα Αρχαιοτήτων

Τμήμα Πολιτικής Αεροπορίας

Τμήμα Εμπορικής Ναυτιλίας

Τμήμα Οδικών Μεταφορών

Τμήμα Ηλεκτρομηχανολογικών Υπηρεσιών

Τμήμα Ηλεκτρονικών Επικοινωνιών

Υπουργείο Υγείας

Φαρμακευτικές Υπηρεσίες

Γενικό Χημείο

Ιατρικές Υπηρεσίες και Υπηρεσίες Δημόσιας Υγείας

Οδοντιατρικές Υπηρεσίες

Υπηρεσίες Ψυχικής Υγείας

IL-LATVJA

Ministeri, segretarjati ta’ Ministri għal assenjazzjonijiet speċjali, u l-istituti subordinati tagħhom

Aizsardzības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Ārlietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Bērnu un ģimenes lietu ministrija un tās padotībā esošas iestādes

Ekonomikas ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Finanšu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Iekšlietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Izglītības un zinātnes ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Kultūras ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Labklājības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Reģionālās attīstības un pašvaldības lietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Satiksmes ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Tieslietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Veselības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Vides ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Zemkopības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Īpašu uzdevumu ministra sekretariāti un to padotībā esošās iestādes

Satversmes aizsardzības birojs

Istituzzjoni oħra tal-istat

Augstākā tiesa

Centrālā vēlēšanu komisija

Finanšu un kapitāla tirgus komisija

Latvijas Banka

Prokuratūra un tās pārraudzībā esošās iestādes

Saeimas kanceleja un tās padotībā esošās iestādes

Satversmes tiesa

Valsts kanceleja un tās padotībā esošās iestādes

Valsts kontrole

Valsts prezidenta kanceleja

Tiesībsarga birojs

Nacionālā radio un televīzijas padome

Citas valsts iestādes, kuras nav ministriju padotībā (Istituzzjonijiet oħra tal-istati mhux subordinati għall-ministeri)

IL-LITWANJA

Prezidentūros kanceliarija

Seimo kanceliarija

Istituzzjonijiet fir-responsabbiltà tas-Seimas [Parlament]: Lietuvos mokslo taryba;

Seimo kontrolierių įstaiga;

Valstybės kontrolė;

Specialiųjų tyrimų tarnyba;

Valstybės saugumo departamentas;

Konkurencijos taryba;

Lietuvos gyventojų genocido ir rezistencijos tyrimo centras;

Vertybinių popierių komisija;

Ryšių reguliavimo tarnyba;

Nacionalinė sveikatos taryba;

Etninės kultūros globos taryba;

Lygių galimybių kontrolieriaus tarnyba;

Valstybinė kultūros paveldo komisija;

Vaiko teisių apsaugos kontrolieriaus įstaiga;

Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija;

Valstybinė lietuvių kalbos komisija;

Vyriausioji rinkimų komisija;

Vyriausioji tarnybinės etikos komisija;

Žurnalistų etikos inspektoriaus tarnyba.

Vyriausybės kanceliarija

Istituzzjonijiet fir-responsabbiltà tal-Vyriausybė [Gvern]:

Ginklų fondas;

Informacinės visuomenės plėtros komitetas;

Kūno kultūros ir sporto departamentas;

Lietuvos archyvų departamentas;

Mokestinių ginčų komisija;

Statistikos departamentas;

Tautinių mažumų ir išeivijos departamentas;

Valstybinė tabako ir alkoholio kontrolės tarnyba;

Viešųjų pirkimų tarnyba;

Narkotikų kontrolės departamentas;

Valstybinė atominės energetikos saugos inspekcija;

Valstybinė duomenų apsaugos inspekcija;

Valstybinė lošimų priežiūros komisija;

Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba;

Vyriausioji administracinių ginčų komisija;

Draudimo priežiūros komisija;

Lietuvos valstybinis mokslo ir studijų fondas;

Lietuvių grįžimo į Tėvynę informacijos centras.

Konstitucinis Teismas

Lietuvos bankas

Aplinkos ministerija

Istituzzjonijiet taħt Aplinkos ministerija [Ministeru tal-Ambjent]:

Generalinė miškų urėdija;

Lietuvos geologijos tarnyba;

Lietuvos hidrometeorologijos tarnyba;

Lietuvos standartizacijos departamentas;

Nacionalinis akreditacijos biuras;

Valstybinė metrologijos tarnyba;

Valstybinė saugomų teritorijų tarnyba;

Valstybinė teritorijų planavimo ir statybos inspekcija.

Finansų ministerija

Istituzzjonijiet taħt Finansų ministerija [Ministeru tal-Finanzi]:

Muitinės departamentas;

Valstybės dokumentų technologinės apsaugos tarnyba;

Valstybinė mokesčių inspekcija;

Finansų ministerijos mokymo centras.

Krašto apsaugos ministerija

Istituzzjonijiet taħt Krašto apsaugos ministerija [Ministeru tad-Difiża Nazzjonali]:

Antrasis operatyvinių tarnybų departamentas;

Centralizuota finansų ir turto tarnyba;

Karo prievolės administravimo tarnyba;

Krašto apsaugos archyvas;

Krizių valdymo centras;

Mobilizacijos departamentas;

Ryšių ir informacinių sistemų tarnyba;

Infrastruktūros plėtros departamentas;

Valstybinis pilietinio pasipriešinimo rengimo centras.

Lietuvos kariuomenė

Krašto apsaugos sistemos kariniai vienetai ir tarnybos

Kultūros ministerija

Istituzzjonijiet taħt Kultūros ministerija [Ministeru tal-Kultura]:

Kultūros paveldo departamentas;

Valstybinė kalbos inspekcija.

Socialinės apsaugos ir darbo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Socialinės apsaugos ir darbo ministerija [Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol]:

Garantinio fondo administracija;

Valstybės vaiko teisių apsaugos ir įvaikinimo tarnyba;

Lietuvos darbo birža;

Lietuvos darbo rinkos mokymo tarnyba;

Trišalės tarybos sekretoriatas;

Socialinių paslaugų priežiūros departamentas;

Darbo inspekcija;

Valstybinio socialinio draudimo fondo valdyba;

Neįgalumo ir darbingumo nustatymo tarnyba;

Ginčų komisija;

Techninės pagalbos neįgaliesiems centras;

Neįgaliųjų reikalų departamentas.

Susisiekimo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Susisiekimo ministerija [Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni]:

Lietuvos automobilių kelių direkcija;

Valstybinė geležinkelio inspekcija;

Valstybinė kelių transporto inspekcija;

Pasienio kontrolės punktų direkcija.

Sveikatos apsaugos ministerija

Istituzzjonijiet taħt Sveikatos apsaugos ministerija [Ministeru tas-Saħħa]:

Valstybinė akreditavimo sveikatos priežiūros veiklai tarnyba;

Valstybinė ligonių kasa;

Valstybinė medicininio audito inspekcija;

Valstybinė vaistų kontrolės tarnyba;

Valstybinė teismo psichiatrijos ir narkologijos tarnyba;

Valstybinė visuomenės sveikatos priežiūros tarnyba;

Farmacijos departamentas;

Sveikatos apsaugos ministerijos Ekstremalių sveikatai situacijų centras;

Lietuvos bioetikos komitetas;

Radiacinės saugos centras.

Švietimo ir mokslo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Švietimo ir mokslo ministerija [Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza]:

Nacionalinis egzaminų centras;

Studijų kokybės vertinimo centras.

Teisingumo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Teisingumo ministerija [Ministeru tal-Ġustizzja]:

Kalėjimų departamentas;

Nacionalinė vartotojų teisių apsaugos taryba;

Europos teisės departamentas.

Ūkio ministerija

Istituzzjonijiet taħt Ūkio ministerija [Ministeru tal-Ekonomija]:

Įmonių bankroto valdymo departamentas;

Valstybinė energetikos inspekcija;

Valstybinė ne maisto produktų inspekcija;

Valstybinis turizmo departamentas.

Užsienio reikalų ministerija

Diplomatinės atstovybės ir konsulinės įstaigos užsienyje bei atstovybės prie tarptautinių organizacijų

Vidaus reikalų ministerija

Istituzzjonijiet taħt Vidaus reikalų ministerija [Ministeru tal-Intern]:

Asmens dokumentų išrašymo centras;

Finansinių nusikaltimų tyrimo tarnyba;

Gyventojų registro tarnyba;

Policijos departamentas;

Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas;

Turto valdymo ir ūkio departamentas;

Vadovybės apsaugos departamentas;

Valstybės sienos apsaugos tarnyba;

Valstybės tarnybos departamentas;

Informatikos ir ryšių departamentas;

Migracijos departamentas;

Sveikatos priežiūros tarnyba;

Bendrasis pagalbos centras.

Žemės ūkio ministerija

Istituzzjonijiet taħt Žemės ūkio ministerija [Ministeru tal-Agrikoltura]:

Nacionalinė mokėjimo agentūra;

Nacionalinė žemės tarnyba;

Valstybinė augalų apsaugos tarnyba;

Valstybinė gyvulių veislininkystės priežiūros tarnyba;

Valstybinė sėklų ir grūdų tarnyba;

Žuvininkystės departamentas

Teismai [Qrati]:

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas;

Lietuvos apeliacinis teismas;

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas;

apygardų teismai;

apygardų administraciniai teismai;

apylinkių teismai;

Nacionalinė teismų administracija

Generalinė prokuratūra

Entitajiet ta’ Amministrazzjoni Pubbliċi Ċentrali oħra (institucijos [istituzzjonijiet], įstaigos [stabbilimenti], tarnybos [aġenziji])

Aplinkos apsaugos agentūra;

Valstybinė aplinkos apsaugos inspekcija;

Aplinkos projektų valdymo agentūra;

Miško genetinių išteklių, sėklų ir sodmenų tarnyba;

Miško sanitarinės apsaugos tarnyba;

Valstybinė miškotvarkos tarnyba;

Nacionalinis visuomenės sveikatos tyrimų centras;

Lietuvos AIDS centras;

Nacionalinis organų transplantacijos biuras;

Valstybinis patologijos centras;

Valstybinis psichikos sveikatos centras;

Lietuvos sveikatos informacijos centras;

Slaugos darbuotojų tobulinimosi ir specializacijos centras;

Valstybinis aplinkos sveikatos centras;

Respublikinis mitybos centras;

Užkrečiamųjų ligų profilaktikos ir kontrolės centras;

Trakų visuomenės sveikatos priežiūros ir specialistų tobulinimosi centras;

Visuomenės sveikatos ugdymo centras;

Muitinės kriminalinė tarnyba;

Muitinės informacinių sistemų centras;

Muitinės laboratorija;

Muitinės mokymo centras;

Valstybinis patentų biuras;

Lietuvos teismo ekspertizės centras;

Centrinė hipotekos įstaiga;

Lietuvos metrologijos inspekcija;

Civilinės aviacijos administracija;

Lietuvos saugios laivybos administracija;

Transporto investicijų direkcija;

Valstybinė vidaus vandenų laivybos inspekcija;

Pabėgėlių priėmimo centras

IL-LUSSEMBURGU

Ministère d’Etat

Ministère des Affaires Etrangères et de l’Immigration

Ministère de l’Agriculture, de la Viticulture et du Développement Rural

Ministère des Classes moyennes, du Tourisme et du Logement

Ministère de la Culture, de l’Enseignement Supérieur et de la Recherche

Ministère de l’Economie et du Commerce extérieur

Ministère de l’Education nationale et de la Formation professionnelle

Ministère de l’Egalité des chances

Ministère de l’Environnement

Ministère de la Famille et de l’Intégration

Ministère des Finances

Ministère de la Fonction publique et de la Réforme administrative

Ministère de l’Intérieur et de l’Aménagement du territoire

Ministère de la Justice

Ministère de la Santé

Ministère de la Sécurité sociale

Ministère des Transports

Ministère du Travail et de l’Emploi

Ministère des Travaux publics

L-UNGERIJA

Egészségügyi Minisztérium

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

Gazdasági és Közlekedési Minisztérium

Honvédelmi Minisztérium

Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium

Környezetvédelmi és Vízügyi Minisztérium

Külügyminisztérium

Miniszterelnöki Hivatal

Oktatási és Kulturális Minisztérium

Önkormányzati és Területfejlesztési Minisztérium

Pénzügyminisztérium

Szociális és Munkaügyi Minisztérium

Központi Szolgáltatási Főigazgatóság

MALTA

Uffiċċju tal-Prim Ministru (Office of the Prime Minister)

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali (Ministry for the Family and Social Solidarity)

Ministeru tal-Edukazzjoni Żgħażagħ u Impjieg (Ministry for Education Youth and Employment)

Ministeru tal-Finanzi (Ministry of Finance)

Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura (Ministry for Resources and Infrastructure)

Ministeru tat-Turiżmu u Kultura (Ministry for Tourism and Culture)

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern (Ministry for Justice and Home Affairs)

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent (Ministry for Rural Affairs and the Environment)

Ministeru għal Għawdex (Ministry for Gozo)

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ (Ministry of Health, the Elderly and Community Care)

Ministeru tal-Affarijiet Barranin (Ministry of Foreign Affairs)

Ministeru għall-Investimenti, l-Industrija u t-Teknologija ta’ Informazzjoni (Ministry for Investment, Industry and Information Technology)

Ministeru għall-Kompetittivà u l-Komunikazzjoni (Ministry for Competitiveness and Communications)

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq (Ministry for Urban Development and Roads)

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Ministerie van Algemene Zaken

Bestuursdepartement

Bureau van de Wetenschappelijke Raad voor het Regeringsbeleid

Rijksvoorlichtingsdienst

Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties

Bestuursdepartement

Centrale Archiefselectiedienst (CAS)

Algemene Inlichtingen- en Veiligheidsdienst (AIVD)

Agentschap Basisadministratie Persoonsgegevens en Reisdocumenten (BPR)

Agentschap Korps Landelijke Politiediensten

Ministerie van Buitenlandse Zaken

Directoraat-generaal Regiobeleid en Consulaire Zaken (DGRC)

Directoraat-generaal Politieke Zaken (DGPZ)

Directoraat-generaal Internationale Samenwerking (DGIS)

Directoraat-generaal Europese Samenwerking (DGES)

Centrum tot Bevordering van de Import uit Ontwikkelingslanden (CBI)

Centrale diensten ressorterend onder S/PlvS (Servizzi ta’ Appoġġ li jaqgħu taħt is-Segretarju Ġenerali u l-Viċi Segretarju Ġenerali)

Buitenlandse Posten (ieder afzonderlijk)

Ministerie van Defensie — (Ministeru tad-Difiża)

Bestuursdepartement

Commando Diensten Centra (CDC)

Defensie Telematica Organisatie (DTO)

Centrale directie van de Defensie Vastgoed Dienst

De afzonderlijke regionale directies van de Defensie Vastgoed Dienst

Defensie Materieel Organisatie (DMO)

Landelijk Bevoorradingsbedrijf van de Defensie Materieel Organisatie

Logistiek Centrum van de Defensie Materieel Organisatie

Marinebedrijf van de Defensie Materieel Organisatie

Defensie Pijpleiding Organisatie (DPO)

Ministerie van Economische Zaken

Bestuursdepartement

Centraal Planbureau (CPB)

SenterNovem

Staatstoezicht op de Mijnen (SodM)

Nederlandse Mededingingsautoriteit (NMa)

Economische Voorlichtingsdienst (EVD)

Agentschap Telecom

Kenniscentrum Professioneel & Innovatief Aanbesteden, Netwerk voor Overheidsopdrachtgevers (PIANOo)

Regiebureau Inkoop Rijksoverheid

Octrooicentrum Nederland

Consumentenautoriteit

Ministerie van Financiën

Bestuursdepartement

Belastingdienst Automatiseringscentrum

Belastingdienst

de afzonderlijke Directies der Rijksbelastingen (id-diversi Taqsimiet tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana fil-Pajjiżi l-Baxxi kollha)

Fiscale Inlichtingen- en Opsporingsdienst (inkl. Economische Controle dienst (ECD))

Belastingdienst Opleidingen

Dienst der Domeinen

Ministerie van Justitie

Bestuursdepartement

Dienst Justitiële Inrichtingen

Raad voor de Kinderbescherming

Centraal Justitie Incasso Bureau

Openbaar Ministerie

Immigratie en Naturalisatiedienst

Nederlands Forensisch Instituut

Dienst Terugkeer & Vertrek

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Bestuursdepartement

Dienst Regelingen (DR)

Agentschap Plantenziektenkundige Dienst (PD)

Algemene Inspectiedienst (AID)

Dienst Landelijk Gebied (DLG)

Voedsel en Waren Autoriteit (VWA)

Ministerie van Onderwijs, Cultuur en Wetenschappen

Bestuursdepartement

Inspectie van het Onderwijs

Erfgoedinspectie

Centrale Financiën Instellingen

Nationaal Archief

Adviesraad voor Wetenschaps- en Technologiebeleid

Onderwijsraad

Raad voor Cultuur

Ministerie van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

Bestuursdepartement

Inspectie Werk en Inkomen

Agentschap SZW

Ministerie van Verkeer en Waterstaat

Bestuursdepartement

Directoraat-Generaal Transport en Luchtvaart

Directoraat-generaal Personenvervoer

Directoraat-generaal Water

Centrale diensten (Servizzi Ċentrali)

Servizzi kondiviżi Organisatie Verkeer en Watersaat

Koninklijke Nederlandse Meteorologisch Instituut KNMI

Rijkswaterstaat, Bestuur

De afzonderlijke regionale Diensten van Rijkswaterstaat (Kull servizz reġjonali individwali tad-Direttorat Ġenerali tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Immaniġġar tal-Ilma)

De afzonderlijke specialistische diensten van Rijkswaterstaat (Kull servizz speċjali individwali tad-Direttorat Ġenerali tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Immaniġġar tal-Ilma)

Adviesdienst Geo-Informatie en ICT

Adviesdienst Verkeer en Vervoer (AVV)

Bouwdienst

Corporate Dienst

Data ICT Dienst

Dienst Verkeer en Scheepvaart

Dienst Weg- en Waterbouwkunde (DWW)

Rijksinstituut voor Kunst en Zee (RIKZ)

Rijksinstituut voor Integraal Zoetwaterbeheer en Afvalwaterbehandeling (RIZA)

Waterdienst

Inspectie Verkeer en Waterstaat, Hoofddirectie

Port state Control

Directie Toezichtontwikkeling Communicatie en Onderzoek (TCO)

Toezichthouder Beheer Eenheid Lucht

Toezichthouder Beheer Eenheid Water

Toezichthouder Beheer Eenheid Land

Ministerie van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer

Bestuursdepartement

Directoraat-generaal Wonen, Wijken en Integratie

Directoraat-generaal Ruimte

Directoraat-general Milieubeheer

Rijksgebouwendienst

VROM Inspectie

Ministerie van Volksgezondheid, Welzijn en Sport

Bestuursdepartement

Inspectie Gezondheidsbescherming, Waren en Veterinaire Zaken

Inspectie Gezondheidszorg

Inspectie Jeugdhulpverlening en Jeugdbescherming

Rijksinstituut voor de Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

Sociaal en Cultureel Planbureau

Agentschap t.b.v. het College ter Beoordeling van Geneesmiddelen

Tweede Kamer der Staten-Generaal

Eerste Kamer der Staten-Generaal

Raad van State

Algemene Rekenkamer

Nationale Ombudsman

Kanselarij der Nederlandse Orden

Kabinet der Koningin

Raad voor de rechtspraak en de Rechtbanken

L-AWSTRIJA

Bundeskanzleramt

Bundesministerium für europäische und internationale Angelegenheiten

Bundesministerium für Finanzen

Bundesministerium für Gesundheit, Familie und Jugend

Bundesministerium für Inneres

Bundesministerium für Justiz

Bundesministerium für Landesverteidigung

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Bundesministerium für Soziales und Konsumentenschutz

Bundesministerium für Unterricht, Kunst und Kultur

Bundesministerium für Verkehr, Innovation und Technologie

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung

Österreichische Forschungs- und Prüfzentrum Arsenal Gesellschaft m.b.H

Bundesbeschaffung G.m.b.H

Bundesrechenzentrum G.m.b.H

IL-POLONJA

Kancelaria Prezydenta RP

Kancelaria Sejmu RP

Kancelaria Senatu RP

Kancelaria Prezesa Rady Ministrów

Sąd Najwyższy

Naczelny Sąd Administracyjny

Wojewódzkie sądy administracyjne

Sądy powszechne — rejonowe, okręgowe i apelacyjne

Trybunał Konstytucyjny

Najwyższa Izba Kontroli

Biuro Rzecznika Praw Obywatelskich

Biuro Rzecznika Praw Dziecka

Biuro Ochrony Rządu

Biuro Bezpieczeństwa Narodowego

Centralne Biuro Antykorupcyjne

Ministerstwo Pracy i Polityki Społecznej

Ministerstwo Finansów

Ministerstwo Gospodarki

Ministerstwo Rozwoju Regionalnego

Ministerstwo Kultury i Dziedzictwa Narodowego

Ministerstwo Edukacji Narodowej

Ministerstwo Obrony Narodowej

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi

Ministerstwo Skarbu Państwa

Ministerstwo Sprawiedliwości

Ministerstwo Infrastruktury

Ministerstwo Nauki i Szkolnictwa Wyższego

Ministerstwo Środowiska

Ministerstwo Spraw Wewnętrznych i Administracji

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Ministerstwo Zdrowia

Ministerstwo Sportu i Turystyki

Urząd Komitetu Integracji Europejskiej

Urząd Patentowy Rzeczypospolitej Polskiej

Urząd Regulacji Energetyki

Urząd do Spraw Kombatantów i Osób Represjonowanych

Urząd Transportu Kolejowego

Urząd Dozoru Technicznego

Urząd Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

Urząd do Spraw Repatriacji i Cudzoziemców

Urząd Zamówień Publicznych

Urząd Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Urząd Lotnictwa Cywilnego

Urząd Komunikacji Elektronicznej

Wyższy Urząd Górniczy

Główny Urząd Miar

Główny Urząd Geodezji i Kartografii

Główny Urząd Nadzoru Budowlanego

Główny Urząd Statystyczny

Krajowa Rada Radiofonii i Telewizji

Generalny Inspektor Ochrony Danych Osobowych

Państwowa Komisja Wyborcza

Państwowa Inspekcja Pracy

Rządowe Centrum Legislacji

Narodowy Fundusz Zdrowia

Polska Akademia Nauk

Polskie Centrum Akredytacji

Polskie Centrum Badań i Certyfikacji

Polska Organizacja Turystyczna

Polski Komitet Normalizacyjny

Zakład Ubezpieczeń Społecznych

Komisja Nadzoru Finansowego

Naczelna Dyrekcja Archiwów Państwowych

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego

Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad

Państwowa Inspekcja Ochrony Roślin i Nasiennictwa

Komenda Główna Państwowej Straży Pożarnej

Komenda Główna Policji

Komenda Główna Straży Granicznej

Inspekcja Jakości Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych

Główny Inspektorat Ochrony Środowiska

Główny Inspektorat Transportu Drogowego

Główny Inspektorat Farmaceutyczny

Główny Inspektorat Sanitarny

Główny Inspektorat Weterynarii

Agencja Bezpieczeństwa Wewnętrznego

Agencja Wywiadu

Agencja Mienia Wojskowego

Wojskowa Agencja Mieszkaniowa

Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

Agencja Rynku Rolnego

Agencja Nieruchomości Rolnych

Państwowa Agencja Atomistyki

Polska Agencja Żeglugi Powietrznej

Polska Agencja Rozwiązywania Problemów Alkoholowych

Agencja Rezerw Materiałowych

Narodowy Bank Polski

Narodowy Fundusz Ochrony Środowiska i Gospodarki Wodnej

Państwowy Fundusz Rehabilitacji Osób Niepełnosprawnych

Instytut Pamięci Narodowej — Komisja Ścigania Zbrodni Przeciwko Narodowi Polskiemu

Rada Ochrony Pamięci Walk i Męczeństwa

Służba Celna Rzeczypospolitej Polskiej

Państwowe Gospodarstwo Leśne “Lasy Państwowe”

Polska Agencja Rozwoju Przedsiębiorczości

Urzędy wojewódzkie

Samodzielne Publiczne Zakłady Opieki Zdrowotnej, jeśli ich organem założycielskim jest minister, centralny organ administracji rządowej lub wojewoda

IL-PORTUGALL

Presidência do Conselho de Ministros

Ministério das Finanças e da Administração Pública

Ministério da Defesa Nacional

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Ministério da Administração Interna

Ministério da Justiça

Ministério da Economia e da Inovação

Ministério da Agricultura, Desenvolvimento Rural e Pescas

Ministério da Educação

Ministério da Ciência, Tecnologia e do Ensino Superior

Ministério da Cultura

Ministério da Saúde

Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social

Ministério das Obras Públicas, Transportes e Comunicações

Ministério do Ambiente, do Ordenamento do Território e do Desenvolvimento Regional

Presidença da Republica

Tribunal Constitucional

Tribunal de Contas

Provedoria de Justiça

IR-RUMANIJA

Administrația Prezidențială

Senatul României

Camera Deputaților

Inalta Curte de Casație și Justiție

Curtea Constituțională

Consiliul Legislativ

Curtea de Conturi

Consiliul Superior al Magistraturii

Parchetul de pe lângă Inalta Curte de Casație și Justiție

Secretariatul General al Guvernului

Cancelaria primului Ministru

Ministerul Afacerilor Externe

Ministerul Economiei și Finanțelor

Ministerul Justiției

Ministerul Apărării

Ministerul Internelor și Reformei Administrative

Ministerul Muncii, Familiei și Egalității de Sanse

Ministerul pentru Intreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

Ministerul Agriculturii și Dezvoltării Rurale

Ministerul Transporturilor

Ministerul Dezvoltării, Lucrărilor Publice și Locuinței

Ministerul Educației Cercetării și Tineretului

Ministerul Sănătății Publice

Ministerul Culturii și Cultelor

Ministerul Comunicațiilor și Tehnologiei Informației

Ministerul Mediului și Dezvoltării Durabile

Serviciul Român de Informații

Serviciul de Informații Externe

Serviciul de Protecție și Pază

Serviciul de Telecomunicații Speciale

Consiliul Național al Audiovizualului

Consiliul Concurenței (CC)

Direcția Națională Anticorupție

Inspectoratul General de Poliție

Autoritatea Națională pentru Reglementarea și Monitorizarea Achizițiilor Publice

Consiliul Național de Soluționare a Contestațiilor

Autoritatea Națională de Reglementare pentru Serviciile Comunitare de Utilități Publice (ANRSC)

Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

Autoritatea Navală Română

Autoritatea Feroviară Română

Autoritatea Rutieră Română

Autoritatea Națională pentru Protecția Drepturilor Copilului

Autoritatea Națională pentru Persoanele cu Handicap

Autoritatea Națională pentru Turism

Autoritatea Națională pentru Restituirea Proprietăților

Autoritatea Națională pentru Tineret

Autoritatea Națională pentru Cercetare Stiințifica

Autoritatea Națională pentru Reglementare în Comunicații și Tehnologia Informației

Autoritatea Națională pentru Serviciile Societății Informaționale

Autoritatea Electorală Permanente

Agenția pentru Strategii Guvernamentale

Agenția Națională a Medicamentului

Agenția Națională pentru Sport

Agenția Națională pentru Ocuparea Forței de Muncă

Agenția Națională de Reglementare în Domeniul Energiei

Agenția Română pentru Conservarea Energiei

Agenția Națională pentru Resurse Minerale

Agenția Română pentru Investiții Străine

Agenția Națională pentru Intreprinderi Mici și Mijlocii și Cooperație

Agenția Națională a Funcționarilor Publici

Agenția Națională de Administrare Fiscală

Agenția de Compensare pentru Achiziții de Tehnică Specială

Agenția Națională Anti-doping

Agenția Nucleară

Agenția Națională pentru Protecția Familiei

Agenția Națională pentru Egalitatea de Sanse între Bărbați și Femei

Agenția Națională pentru Protecția Mediului

Agenția națională Antidrog

IS-SLOVENJA

Predsednik Republike Slovenije

Državni zbor Republike Slovenije

Državni svet Republike Slovenije

Varuh človekovih pravic

Ustavno sodišče Republike Slovenije

Računsko sodišče Republike Slovenije

Državna revizijska komisja za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Slovenska akademija znanosti in umetnosti

Vladne službe

Ministrstvo za finance

Ministrstvo za notranje zadeve

Ministrstvo za zunanje zadeve

Ministrstvo za obrambo

Ministrstvo za pravosodje

Ministrstvo za gospodarstvo

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano

Ministrstvo za promet

Ministrstvo za okolje in prostor

Ministrstvo za delo, družino in socialne zadeve

Ministrstvo za zdravje

Ministrstvo za javno upravo

Ministrstvo za šolstvo in šport

Ministrstvo za visoko šolstvo, znanost in tehnologijo

Ministrstvo za kulturo

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

višja sodišča

okrožna sodišča

okrajna sodišča

Vrhovno državno tožilstvo Republike Slovenije

Okrožna državna tožilstva

Državno pravobranilstvo

Upravno sodišče Republike Slovenije

Višje delovno in socialno sodišče

delovna sodišča

Davčna uprava Republike Slovenije

Carinska uprava Republike Slovenije

Urad Republike Slovenije za preprečevanje pranja denarja

Urad Republike Slovenije za nadzor prirejanja iger na srečo

Uprava Republike Slovenije za javna plačila

Urad Republike Slovenije za nadzor proračuna

Policija

Inšpektorat Republike Slovenije za notranje zadeve

Generalštab Slovenske vojske

Uprava Republike Slovenije za zaščito in reševanje

Inšpektorat Republike Slovenije za obrambo

Inšpektorat Republike Slovenije za varstvo pred naravnimi in drugimi nesrečami

Uprava Republike Slovenije za izvrševanje kazenskih sankcij

Urad Republike Slovenije za varstvo konkurence

Urad Republike Slovenije za varstvo potrošnikov

Tržni inšpektorat Republike Slovenije

Urad Republike Slovenije za intelektualno lastnino

Inšpektorat Republike Slovenije za elektronske komunikacije, elektronsko podpisovanje in pošto

Inšpektorat za energetiko in rudarstvo

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Inšpektorat Republike Slovenije za kmetijstvo, gozdarstvo in hrano

Fitosanitarna uprava Republike Slovenije

Veterinarska uprava Republike Slovenije

Uprava Republike Slovenije za pomorstvo

Direkcija Republike Slovenije za caste

Prometni inšpektorat Republike Slovenije

Direkcija za vodenje investicij v javno železniško infrastrukturo

Agencija Republike Slovenije za okolje

Geodetska uprava Republike Slovenije

Uprava Republike Slovenije za jedrsko varstvo

Inšpektorat Republike Slovenije za okolje in prostor

Inšpektorat Republike Slovenije za delo

Zdravstveni inšpektorat

Urad Republike Slovenije za kemikalije

Uprava Republike Slovenije za varstvo pred sevanji

Urad Republike Slovenije za meroslovje

Urad za visoko šolstvo

Urad Republike Slovenije za mladino

Inšpektorat Republike Slovenije za šolstvo in šport

Arhiv Republike Slovenije

Inšpektorat Republike Slovenije za kulturo in medije

Kabinet predsednika Vlade Republike Slovenije

Generalni sekretariat Vlade Republike Slovenije

Služba vlade za zakonodajo

Služba vlade za evropske zadeve

Služba vlade za lokalno samoupravo in regionalno politiko

Urad vlade za komuniciranje

Urad za enake možnosti

Urad za verske skupnosti

Urad za narodnosti

Urad za makroekonomske analize in razvoj

Statistični urad Republike Slovenije

Slovenska obveščevalno-varnostna agencija

Protokol Republike Slovenije

Urad za varovanje tajnih podatkov

Urad za Slovence v zamejstvu in po svetu

Služba Vlade Republike Slovenije za razvoj

Informacijski pooblaščenec

Državna volilna komisija

IS-SLOVAKKJA

Il-Ministeri u awtoritajiet governattivi ċentrali oħrajn li ssir referenza għalihom bħal fl-Att Nru 575/2001 Coll. dwar l-istruttura tal-attivitajiet tal-Gvern u l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni ċentrali tal-istat fil-formulazzjoni ta’ regolamenti aktar tard:

Kancelária Prezidenta Slovenskej republiky

Národná rada Slovenskej republiky

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Ministerstvo financií Slovenskej republiky

Ministerstvo dopravy, pôšt a telekomunikácií Slovenskej republiky

Ministerstvo pôdohospodárstva Slovenskej republiky

Ministerstvo výstavby a regionálneho rozvoja Slovenskej republiky

Ministerstvo vnútra Slovenskej republiky

Ministerstvo obrany Slovenskej republiky

Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky

Ministerstvo zahraničných vecí Slovenskej republiky

Ministerstvo práce, sociálnych vecí a rodiny Slovenskej republiky

Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

Ministerstvo školstva Slovenskej republiky

Ministerstvo kultúry Slovenskej republiky

Ministerstvo zdravotníctva Slovenskej republiky

Úrad vlády Slovenskej republiky

Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

Štatistický úrad Slovenskej republiky

Úrad geodézie, kartografie a katastra Slovenskej republiky

Úrad jadrového dozoru Slovenskej republiky

Úrad pre normalizáciu, metrológiu a skúšobníctvo Slovenskej republiky

Úrad pre verejné obstarávanie

Úrad priemyselného vlastníctva Slovenskej republiky

Správa štátnych hmotných rezerv Slovenskej republiky

Národný bezpečnostný úrad

Ústavný súd Slovenskej republiky

Najvyšši súd Slovenskej republiky

Generálna prokuratura Slovenskej republiky

Najvyšši kontrolný úrad Slovenskej republiky

Telekomunikačný úrad Slovenskej republiky

Úrad priemyselného vlastníctva Slovenskej republiky

Úrad pre finančný trh

Úrad na ochranu osobn ý ch udajov

Kancelária verejneho ochranu prav

IL-FINLANDJA

Oikeuskanslerinvirasto — Justitiekanslersämbetet

Liikenne- ja viestintäministeriö — Kommunikationsministeriet

Ajoneuvohallintokeskus AKE — Fordonsförvaltningscentralen AKE

Ilmailuhallinto — Luftfartsförvaltningen

Ilmatieteen laitos — Meteorologiska institutet

Merenkulkulaitos — Sjöfartsverket

Merentutkimuslaitos — Havsforskningsinstitutet

Ratahallintokeskus RHK — Banförvaltningscentralen RHK

Rautatievirasto — Järnvägsverket

Tiehallinto — Vägförvaltningen

Viestintävirasto — Kommunikationsverket

Maa- ja metsätalousministeriö — Jord- och skogsbruksministeriet

Elintarviketurvallisuusvirasto — Livsmedelssäkerhetsverket

Maanmittauslaitos — Lantmäteriverket

Maaseutuvirasto — Landsbygdsverket

Oikeusministeriö — Justitieministeriet

Tietosuojavaltuutetun toimisto — Dataombudsmannens byrå

Tuomioistuimet — Domstolar

Korkein oikeus — Högsta domstolen

Korkein hallinto-oikeus — Högsta förvaltningsdomstolen

Hovioikeudet — Hovrätter

Käräjäoikeudet — Tingsrätter

Hallinto-oikeudet –Förvaltningsdomstolar

Markkinaoikeus — Marknadsdomstolen

Työtuomioistuin — Arbetsdomstolen

Vakuutusoikeus — Försäkringsdomstolen

Kuluttajariitalautakunta — Konsumenttvistenämnden

Vankeinhoitolaitos — Fångvårdsväsendet

HEUNI — Yhdistyneiden Kansakuntien yhteydessä toimiva Euroopan kriminaalipolitiikan instituutti — HEUNI — Europeiska institutet för kriminalpolitik, verksamt i anslutning till Förenta nationerna

Konkurssiasiamiehen toimisto — Konkursombudsmannens byrå

Kuluttajariitalautakunta — Konsumenttvistenämnden

Oikeushallinnon palvelukeskus — Justitieförvaltningens servicecentral

Oikeushallinnon tietotekniikkakeskus — Justitieförvaltningens datateknikcentral

Oikeuspoliittinen tutkimuslaitos (Optula) — Rättspolitiska forskningsinstitutet

Oikeusrekisterikeskus — Rättsregistercentralen

Onnettomuustutkintakeskus — Centralen för undersökning av olyckor

Rikosseuraamusvirasto — Brottspåföljdsverket

Rikosseuraamusalan koulutuskeskus — Brottspåföljdsområdets utbildningscentral

Rikoksentorjuntaneuvosto — Rådet för brottsförebyggande

Saamelaiskäräjät — Sametinget

Valtakunnansyyttäjänvirasto — Riksåklagarämbetet

Vankeinhoitolaitos — Fångvårdsväsendet

Opetusministeriö — Undervisningsministeriet

Opetushallitus — Utbildningsstyrelsen

Valtion elokuvatarkastamo — Statens filmgranskningsbyrå

Puolustusministeriö — Försvarsministeriet

Puolustusvoimat — Försvarsmakten

Sisäasiainministeriö — Inrikesministeriet

Väestörekisterikeskus — Befolkningsregistercentralen

Keskusrikospoliisi — Centralkriminalpolisen

Liikkuva poliisi — Rörliga polisen

Rajavartiolaitos — Gränsbevakningsväsendet

Lääninhallitukset — Länstyrelserna

Suojelupoliisi — Skyddspolisen

Poliisiammattikorkeakoulu — Polisyrkeshögskolan

Poliisin tekniikkakeskus — Polisens teknikcentral

Poliisin tietohallintokeskus — Polisens datacentral

Helsingin kihlakunnan poliisilaitos — Polisinrättningen i Helsingfors

Pelastusopisto — Räddningsverket

Hätäkeskuslaitos — Nödcentralsverket

Maahanmuuttovirasto — Migrationsverket

Sisäasiainhallinnon palvelukeskus — Inrikesförvaltningens servicecentral

Sosiaali- ja terveysministeriö — Social- och hälsovårdsministeriet

Työttömyysturvan muutoksenhakulautakunta — Besvärsnämnden för utkomstskyddsärenden

Sosiaaliturvan muutoksenhakulautakunta — Besvärsnämnden för social trygghet

Lääkelaitos — Läkemedelsverket

Terveydenhuollon oikeusturvakeskus — Rättsskyddscentralen för hälsovården

Säteilyturvakeskus — Strålsäkerhetscentralen

Kansanterveyslaitos — Folkhälsoinstitutet

Lääkehoidon kehittämiskeskus ROHTO — Utvecklingscentralen för läkemedelsbe-handling

Sosiaali- ja terveydenhuollon tuotevalvontakeskus — Social- och hälsovårdens produkttillsynscentral

Sosiaali- ja terveysalan tutkimus- ja kehittämiskeskus Stakes — Forsknings- och utvecklingscentralen för social- och hälsovården Stakes

Vakuutusvalvontavirasto — Försäkringsinspektionen

Työ- ja elinkeinoministeriö — Arbets- och näringsministeriet

Kuluttajavirasto — Konsumentverket

Kilpailuvirasto — Konkurrensverket

Patentti- ja rekisterihallitus — Patent- och registerstyrelsen

Valtakunnansovittelijain toimisto — Riksförlikningsmännens byrå

Valtion turvapaikanhakijoiden vastaanottokeskukset – Statliga förläggningar för asylsökande

Energiamarkkinavirasto - Energimarknadsverket

Geologian tutkimuskeskus — Geologiska forskningscentralen

Huoltovarmuuskeskus — Försörjningsberedskapscentralen

Kuluttajatutkimuskeskus — Konsumentforskningscentralen

Matkailun edistämiskeskus (MEK) — Centralen för turistfrämjande

Mittatekniikan keskus (MIKES) — Mätteknikcentralen

Tekes — teknologian ja innovaatioiden kehittämiskeskus - Tekes — utvecklingscentralen för teknologi och innovationer

Turvatekniikan keskus (TUKES) — Säkerhetsteknikcentralen

Valtion teknillinen tutkimuskeskus (VTT) — Statens tekniska forskni