Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0036

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad- 19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 321, 20.11.2012, p. 54–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 023 P. 159 - 163

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/36/oj

20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/54


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/36/UE

tad-19 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Il-kodiċijiet u s-subkodiċijiet stipulati fl-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tal-kategoriji ġodda tal-vetturi introdotti bid-Direttiva 2006/126/KE li l-karatteristiċi tekniċi tagħhom huma differenti minn dawk fis-seħħ bid-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (2). F’dan il-kuntest, id-drittijiet tas-sewqan mogħtija qabel ma bdiet tapplika d-Direttiva 2006/126/KE fid-19 ta’ Jannar 2013, għandhom jinżammu.

(2)

Il-kontenut tat-test għal-liċenzja tas-sewqan għal vetturi tal-kategorija C1 għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi differenti tal-vetturi li jaqgħu taħt din il-kategorija. Bil-kontra tal-vetturi tal-kategorija C, li huma ddedikati għat-trasport professjonali ta’ oġġetti, il-kategorija C1 hija eteroġena u tinkludi firxa wiesgħa ta’ vetturi, bħalma huma l-vetturi għal użu personali jew għal divertiment, il-vetturi ta’ emerġenza jew kontra t-tifi tan-nar, jew il-vetturi ta’ utilità użata għal finijiet professonali iżda meta s-sewqan ma jkunx l-attività prinċipali tas-sewwieq. Sewwieqa ta’ vetturi bħal dawn ma għandhomx jiġu mitluba matul it-test tas-sewqan, juru l-għarfien tagħhom tar-regoli jew tat-tagħmir li japplikaw biss għal sewwieqa li huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni relatata mas-settur professjonali tat-trasport, bħar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (4). Tali adattament tar-regoli eżistenti għandu jnaqqas ir-riskju li sewwieqa jsuqu vetturi b’tagħbija żejda tal-kategorija B billi jevitaw l-ispejjeż tat-taħriġ u jieħdu t-test għall-vetturi C jew C1, u b’hekk tittejjeb is-sikurezza tat-triq. Dan għandu jimminimizza l-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi li jkollhom jużaw vetturi utilitarji bħal dawn għat-twettiq tan-negozju tagħhom.

(3)

Jeħtieġ li r-rekwiżiti rigward vetturi tal-ittestjar ta’ vetturi muturi tal-kategorija A1, A2 u A li jintużaw matul l-ittestjar ta’ ħila u komportament jiġu riveduti fid-dawl tal-progress tekniku, partikolarment l-iżvilupp u l-użu iżjed wiesa’ ta’ muturi li jaħdmu bl-elettriku. L-ispeċifikazzjoni tekniċi għall-vetturi tal-ittestjar għandhom ukoll jiġu adattati biex jiżguraw li l-applikanti jiġu ttestjati fuq vetturi li huma rappreżentattivi tal-kategorija li għaliha ser tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan.

(4)

Ir-rekwiżiti minimi għal vetturi tal-ittestjar u għal kontenuti tat-test tal-ħiliet u l-komportament tal-kategorija tal-vetturi C u D għandhom jiġu emendati fid-dawl tal-progress tekniku, partikolarment biex jitqies l-iżvilupp u l-użu dejjem ikbar fl-industrija tat-trasport ta’ vetturi iktar moderni, sikuri u li jniġġsu inqas, mgħammra b’firxa wiesgħa ta’ sistemi semiawtomatiċi jew sistemi ta’ trasmissjoni ibrida. Il-kompetenza tas-sewwieqa għandha tiġi ttestjata rigward il-kapaċitajiet tagħhom fl-użu tas-sistema tat-trasmissjoni ta’ vetturi b’mod sikur, ekonomiku u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Is-simplifikazzjoni tar-restrizzjonijiet attwali sabiex jinsaqu vetturi awtomatiċi għandha wkoll tnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-SMEs u l-mikrointrapriża li joperaw fit-trasport tat-triq.

(5)

Billi d-Direttiva 2006/126/KE ser topera bi sħiħ fid-19 ta’ Jannar 2013, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/126/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.

(2)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.


ANNESS

I.

L-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE, il-paragrafu 3, fil-paġna 2 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (12) tal-punt (a) jiġi emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal il-kodiċi 46 li ġej:

“46.

Triċikletti biss”;

(2)

Jitħassar il-kodiċi 72;

(3)

Il-Kodiċi 73 jinbidel b’dan li ġej:

“73.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija B tat-tip kwadriċiklu bil-mutur (B1)”;

(4)

Jitħassru l-kodiċijiet 74 sa 77;

(5)

Il-Kodiċi 79 jinbidel b’dan li ġej:

“79.

(…) Ristrett għall-vetturi li jikkonformaw mal-ispeċifiċikazzjonijiet indikati fil-parentesi, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva

79.01.

Ristrett għall-vetturi b’żewġ roti b’sidecar jew le

79.02.

Ristrett għall-kategorija ta’ vetturi AM bi tliet roti jew tat-tip kwadriċiklu ħafif

79.03.

Ristrett għat-triċikli

79.04.

Ristrett għat-triċikli kkumbinati ma’ karrijiet b’massimu ta’ massa awtorizzat li ma jaqbiżx 750 kg

79.05.

Kategorija A1 mutur bi proporzjon ta’ qawwa/piż aktar minn 0,1 W/kg

79.06.

Vetturi tal-kategorija BE fejn il-massimu ta’ massa awtorizzat tal-karru ma jaqbiżx 3 500 kg”;

(6)

Jiddaħħlu l-kodiċijiet 80 u 81 li ġejjin:

“80.

Ristrett għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategorija vettura A tat-tip triċiklu bil-mutur li għandhom inqas minn 24 sena

81.

Ristrett għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategorija vettura A tat-tip mutur b’żewġ roti li għandhom inqas minn 21 sena”;

(7)

Jiddaħħal dan il-kodiċi 90 li ġej:

“90.

Il-kodiċijiet użati kkumbinati ma’ kodiċijiet li jiddefinixxu modifiki fil-vettura”;

(8)

Il-Kodiċi 96 jinbidel b’dan li ġej:

“96.

Vetturi tal-Kategorija B ikkumbinati b’karru b’massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg fejn il-massa massima awtorizzata ta’ tali kumbinazzjoni taqbeż 3 500 kg iżda ma taqbiżx 4 250 kg”;

(9)

Jiżdied il-kodiċi 97 li ġej:

“97.

Mhux awtorizzat li jsuq vettura tal-kategorija C1 li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (*).

(*)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.”."

II.

L-Anness II tad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 4.1.1. jinbidel b’dan li ġej:

“4.1.1.

Ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (**); l-użu tal-apparat ta’ reġistrazzjoni kif definit mir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzajoni għat-trasport bit-triq.

(**)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.”;"

(2)

Jiddaħħal il-punt 4.1a li ġej:

“4.1a.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw applikanti għal liċenzja għall-kategorija vettura C1 jew C1E ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 milli juru l-għarfien tagħhom dwar is-suġġetti elenkati fil-punti 4.1.1 sa 4.1.3.”;

(3)

Il-Punt 5.1 jinbidel f’dan li ġej:

“5.1.   Vettura bi trasmissjoni

5.1.1.   Is-sewqan ta’ vettura bi trasmissjoni manwali għandu jkun suġġett għal test ta’ ħiliet u ta’ komportament li jsir fuq vettura bi trasmissjoni manwali.

‘Vettura bi trasmissjoni manwali’ tfisser vettura li fiha pedala tal-klaċċ (jew lieva operata manwalment għall-kategoriji A, A2 u A1) u li trid tiġi operata mis-sewwieq meta titqabbad jew titwaqqaf il-vettura, u meta jinbidlu l-ingranaġġi.

5.1.2.   Vetturi li ma humiex skont il-kriterji stipulati fil-punt 5.1.1. għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom trasmissjoni awtomatika.

Bla ħsara għall-punt 5.1.3, jekk applikant joqgħod għat-test tal-ħiliet u l-komportament fuq vettura bi trasmissjoni awtomatika dan għandu jiġi rreġistrat fuq kull liċenzja maħruġa fuq il-bażi ta’ test ta’ din ix-xorta. Il-liċenzji b’din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta’ vetturi bi trasmissjoni awtomatika.

5.1.3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar vetturi tal-kategorija C, CE, D u DE

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma tiġi rreġistrata l-ebda restrizzjoni fuq vetturi bi trasmissjoni awtomatika fuq il-liċenzja tas-sewqan ta’ vettura tal-kategorija C, CE, D jew DE msemmija fil-punt 5.1.2, meta l-applikant ikun diġà detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa fuq vettura bi trasmissjoni manwali f’ta’ mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: B, BE, C, CE, C1, C1E, D, D1 jew D1E, u jkun wettaq l-azzjonijiet deskritti fil-punt 8.4 matul it-test ta’ ħiliet u ta’ kompartament.”;

(4)

Il-Punt 5.2 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“5.2.

Il-vetturi użati f’testijiet tal-ħiliet u l-komportament għandhom jikkonformaw mal-kriterji minimi mogħtija hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal kriterji aktar stretti jew iżidu oħrajn. Għall-użu fit-test tal-ħiliet u l-komportament għall-vetturi ta’ kategorija A1, A2 u A, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tolleranza ta’ 5 cm3 iktar baxxa mill-kapaċità ċilindrata minima meħtieġa.”;

(b)

It-test dwar il-Kategoriji A1, A2 u A jinbidel b’dan li ġej:

“Kategorija A1

Il-Kategorija A1 mutur mingħajr sidecar, b’rata ta’ qawwa li ma taqbiżx 11 kW u bi proporzjon ta’ qawwa għal piż li ma jaqbiżx 0,1 kW/kg, u b’kapaċità ta’ veloċità ta’ mill-inqas 90 km/s.

Jekk il-mutur jaħdem b’magna ta’ kombustjoni interna, il-kapaċità ċilindrata tal-magna għandha tkun ta’ mill-inqas 120 cm3.

Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta’ qawwa għall-piż tal-vettura għandu jkun ta’ mill-inqas 0,08 kW/kg;

Kategorija A2

Mutur mingħajr sidecar, b’rata ta’ qawwa ta’ mill-inqas 20 kW iżda li ma taqbiżx 35 kW u b’proporzjon ta’ qawwa għall-piż li ma jaqbiżx 0,2 kW/kg.

Jekk il-mutur jaħdem b’magna ta’ kombustjoni interna, il-kapaċità kubika tal-magna għandha tkun ta’ mill-inqas 400 cm3.

Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta’ qawwa għall-piż tal-vettura għandu jkun ta’ mill-inqas 0,15 kW/kg;

Kategorija A

Mutur mingħajr sidecar, li l-massa mhux mogħbbija tiegħu hija aktar minn 180 kg, b’rata ta’ qawwa ta’ mill-inqas ta’ 50 kW. Tolleranza ta’ 5 kg taħt il-massima minima meħtieġa tista’ tiġi aċċettata mill-Istat Membru.

Jekk il-mutur jaħdem b’magna ta’ kombustjoni interna, il-kapaċità kubika tal-magna għandha tkun ta’ mill-inqas 600 cm3.

Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta’ qawwa għall-piż tal-vettura għandu jkun ta’ mill-inqas 0,25 kW/kg;”;

(c)

It-test rigward il-Kategoriji C u CE jinbidel b’dan li ġej:

“Kategorija C

Vettura tal-kategorija C b’massa massima awtorizzata ta’ mill-inqas 12 000 kg, ta’ tul mill-inqas ta’ 8 m, ta’ wisa’ mill-inqas ta’ 2,40 m u b’kapaċità ta’ veloċita’ ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; li fiha jkollha l-brejkijiet anti-lock, mgħammra b’sistema ta’ trasmissjoni li tipprovdi għażla manwali ta’ ingranaġġ mis-sewwieq u apparat ta’ reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jikkonsisti fi struttura b’kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta’ wisa’ u għoli daqs il-kabina; il-vettura għandha tkun ippreżentata b’massa minima totali reali ta’ 10 000 kg;

Kategorija CE

jew vettura artikolata jew kombinazzjoni ta’ vettura tat-test tal-kategorija C ma’ karru ta’ mill-anqas 7,5 m tul; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandhom ikollhom massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 20 000 kg, tul ta’ mill-anqas 14-il metru u wisa’ ta’ mill-anqas 2,40 m, għandhom ikunu b’kapaċità ta’ veloċita’ ta’ mill-anqas 80 km/s, attrezzati bi brejkijiet anti-lock, mgħammra b’sistema ta’ trasmissjoni li tipprovdi għażla manwali ta’ ingranaġġ mis-sewwieq u b’apparat ta’ reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jikkonsisti fi struttura b’kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta’ wisa’ u għoli daqs il-kabina; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b’massa minima totali reali ta’ 15 000 kg;”;

(5)

Il-punt 8.1.4. jinbidel b’dan li ġej:

“8.1.4.

Kontroll tas-sistemi tal-brejkijiet u s-sistemi tal-isteering operati bil-qawwa tal-magna; kontroll tal-kundizzjoni tar-roti, tal-iskorfini tar-roti, tal-parafangi, tal-windscreen, tat-twieqi u tal-wipers, tal-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid); l-iċċekkjar u l-użu tal-panil tal-istrumentazzjoni inkluż l-apparat ta’ reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax għall-applikanti għal liċenzja tas-sewqan għal Kategorija ta’ vettura C1 jew C1E li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;”

(6)

Jiddaħħal il-punt 8.4 li ġej:

“8.4.   Sewqan sikur u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

8.4.1.

Sewqan b’tali mod biex jiġu żgurati s-sikurezza u li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet waqt l-aċċellerazzjoni, id-deċellerazzjoni, is-sewqan fit-telgħa u fin-niżla, meta meħtieġ billi l-ingranaġġ jintgħażel manwalment.”

(7)

Il-punt 9.3.2. jinbidel b’dan li ġej:

“9.3.2.

Is-sewqan b’mod ekonomiku u sikur u b’effiċjenza fl-użu tal-enerġija, waqt li jitqies d-dawran kull minuta, il-bdil tal-ingranaġġi, l-ibbrejkjar u l-aċċelerazzjoni (il-Kategoriji B, BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E biss);”.



Top