Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1126

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1126/2011 tas- 7 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 dwar l-ammonti għall-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ speċifiku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

OJ L 289, 8.11.2011, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 030 P. 297 - 298

No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0639

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1126/oj

8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1126/2011

tas-7 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 dwar l-ammonti għall-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ speċifiku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 49(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2), sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena kalendarja mill-2010, l-Istati Membri jistgħu jitolbu r-reviżjoni tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 meta l-ammont li jirriżulta minn applikazzjoni tal-kalkolu stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-regolament għas-sena finanzjarja inkwistjoni jkun fih differenza ta’ aktar minn 20 % mill-ammont iffissat fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009.

(2)

Id-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja ressqu talba lill-Kummissjoni għal reviżjoni tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 b’effett mill-2012.

(3)

Wara li d-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja ressqu t-talbiet tagħhom, il-Kummissjoni wettqet il-kalkolu neċessarju sabiex tivverifika li l-limitu ta’ 20% msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 kien intlaħaq fis-sena finanzjarja 2010. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 69(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni użat ir-rata medja tal-modulazzjoni stmata għad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja rispettivament meta ffissat il-limitu nett stabbilit fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(4)

Skont dan il-kalkolu, fil-każ tad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja, l-ammont li rriżulta mill-applikazzjoni tal-kalkolu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena finanzjarja 2010 juri differenza ta’ 47 %, 29 % u 47 % rispettivament mill-ammont iffissat fl-Anness III għar-Regolament (KE) 1120/2009.

(5)

L-ammont iffissat għad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandu għaldaqstant jiġi rivedut. Dawn l-ammonti riveduti għandhom ikunu applikabbli mis-sena kalendarja 2012, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni li tikkonċerna d-Danimarka tinbidel b'li ġej:

“Id-Danimarka

23,25 ”

(b)

L-annotazzjoni li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'li ġej:

“Il-Finlandja

6,19 ”

(ċ)

L-annotazzjoni li tikkonċerna s-Slovenja tinbidel b'li ġej:

“Is-Slovenja

3,52 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 130, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.


Top