Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0367

2009/367/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2009 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3217)

OJ L 111, 5.5.2009, p. 44–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/367/oj

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ April 2009

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3217)

(2009/367/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (2) għas-sena finanzjarja 2008, qiegħda titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2007 u l-15 ta’ Ottubru 2008.

(3)

Il-Kummissjoni ċċekkjat it-tagħrif imressaq mill-Istati Membri u qabel il-31 ta’ Marzu 2009, bagħtet lill-Istati Membri r-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu lill-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, deċiżjoni dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati skont l-Istat Membru u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri.

(5)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-ħlas oħra jesiġi aktar inkjesti u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-ħlas konċernati.

(6)

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur tas-sena 2008 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(7)

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet tal-infiq għas-sena finanzjarja 2008. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew temporanja tal-ammonti kkonċernati, dawn il-ħlasijiet mensili ma għandhomx jiġu rikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru segwiti b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (3) tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2009. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru tagħhom u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. L-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u għalhekk għandhom joħorġu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(10)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG, stipulati fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)  OJ L 322M, 2.12.2008, p. 162.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET GĦALL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru.

SM

 

2008 - Nefqa / Dħul assenjat lill-Aġenzijji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja 1 kollha) (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Ħlasijiet magħmula lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għad irid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru (2)

approvati

mifruda

= nefqa / dħul assenjat/a iddikjarat/a fid-dikjarazzjoni ta' kull sena

= total tan-nefqa / dħul assenjat/a fid-dikjarazzjoni ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

BE

EUR

432 608 618,53

273 518 319,77

706 126 938,30

– 593,30

–54 510,68

706 071 834,32

706 201 150,75

– 129 316,43

BG

EUR

173 261 850,21

0,00

173 261 850,21

–10 969,94

0,00

173 250 880,27

173 262 003,11

–11 122,84

CZ

EUR

382 633 310,43

0,00

382 633 310,43

0,00

0,00

382 633 310,43

382 638 179,78

–4 869,35

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

–14 764,84

–14 764,84

0,00

–14 764,84

DK

EUR

981 148 146,05

0,00

981 148 146,05

– 334 916,53

0,00

980 813 229,52

980 605 638,09

207 591,43

DE

EUR

4 679 844 580,08

421 042 712,93

5 100 887 293,01

–37 390,29

–2 874 536,38

5 097 975 366,35

5 101 133 812,30

–3 158 445,95

EE

EUR

41 604 457,53

0,00

41 604 457,53

–30 242,24

0,00

41 574 215,29

41 537 242,47

36 972,82

IE

EUR

1 452 426 445,64

0,00

1 452 426 445,64

– 152 676,24

– 209 340,42

1 452 064 428,98

1 450 327 500,26

1 736 928,72

EL

EUR

0,00

2 460 745 905,37

2 460 745 905,37

0,00

0,00

2 460 745 905,37

2 460 745 905,37

0,00

ES

EUR

5 476 876 522,21

0,00

5 476 876 522,21

–4 919 283,22

–4 564 317,68

5 467 392 921,32

5 475 621 557,38

–8 228 636,07

FR

EUR

8 323 180 801,10

0,00

8 323 180 801,10

–1 302 798,28

–18 942 379,66

8 302 935 623,16

8 324 404 948,60

–21 469 325,44

IT

EUR

4 168 669 787,38

101 969 623,15

4 270 639 410,53

–1 887 157,65

–4 363 298,08

4 264 388 954,80

4 264 132 179,52

256 775,28

CY

EUR

27 774 540,54

0,00

27 774 540,54

0,00

0,00

27 774 540,54

27 774 540,54

0,00

LV

EUR

96 759 251,98

0,00

96 759 251,98

0,00

0,00

96 759 251,98

96 760 415,54

–1 163,56

LT

EUR

155 733 024,94

0,00

155 733 024,94

0,00

0,00

155 733 024,94

155 996 896,19

– 263 871,25

LU

EUR

33 965 171,44

0,00

33 965 171,44

–1 273,90

0,00

33 963 897,54

33 787 840,71

176 056,83

HU

EUR

486 553 484,46

0,00

486 553 484,46

–11 055,36

0,00

486 542 429,10

492 387 580,59

–5 845 151,49

MT

EUR

0,00

2 472 341,64

2 472 341,64

0,00

0,00

2 472 341,64

2 472 341,64

0,00

NL

EUR

854 800 814,16

0,00

854 800 814,16

–91 807,12

–65 076,30

854 643 930,74

856 242 767,86

–1 598 837,12

AT

EUR

656 513 475,83

0,00

656 513 475,83

0,00

–44 207,31

656 469 268,52

656 496 253,55

–26 985,03

PL

EUR

1 172 220 664,21

0,00

1 172 220 664,21

0,00

0,00

1 172 220 664,21

1 172 232 662,17

–11 997,96

PT

EUR

0,00

720 094 153,57

720 094 153,57

0,00

0,00

720 094 153,57

720 094 153,57

0,00

RO

EUR

0,00

461 870 850,36

461 870 850,36

0,00

0,00

461 870 850,36

461 870 850,36

0,00

SI

EUR

93 014 996,23

0,00

93 014 996,23

0,00

0,00

93 014 996,23

93 152 578,75

– 137 582,52

SK

EUR

169 701 265,50

0,00

169 701 265,50

0,00

0,00

169 701 265,50

169 768 426,79

–67 161,29

FI

EUR

565 626 400,21

0,00

565 626 400,21

–2 432,42

–7 736,10

565 616 231,70

567 200 798,71

–1 584 567,01

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

–65 415,38

–65 415,38

0,00

–65 415,38

SE

EUR

713 833 441,95

0,00

713 833 441,95

–35 629,22

0,00

713 797 812,73

713 869 554,32

–71 741,59

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–58 909,25

–58 909,25

0,00

–58 909,25

UK

EUR

3 158 349 336,06

0,00

3 158 349 336,06

–14 574 228,18

0,00

3 143 775 107,88

3 223 172 099,30

–79 396 991,42


SM

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond għaz-Zokkor

Artikolu 32 (=e)

Total (=h)

Spiża (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

i

j

k

l

m

n = i + j + k + l + m

BE

EUR

–74 805,75

0,00

0,00

0,00

–54 510,68

– 129 316,43

BG

EUR

–11 122,84

0,00

0,00

0,00

0,00

–11 122,84

CZ

EUR

–4 869,35

0,00

0,00

0,00

0,00

–4 869,35

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

–14 764,84

–14 764,84

DK

EUR

207 591,43

0,00

0,00

0,00

0,00

207 591,43

DE

EUR

– 209 002,65

–74 906,93

0,00

0,00

–2 874 536,38

–3 158 445,95

EE

EUR

36 972,82

0,00

0,00

0,00

0,00

36 972,82

IE

EUR

1 946 269,14

0,00

0,00

0,00

– 209 340,42

1 736 928,72

EL

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

ES

EUR

–3 664 318,39

0,00

0,00

0,00

–4 564 317,68

–8 228 636,07

FR

EUR

–2 526 945,78

0,00

0,00

0,00

–18 942 379,66

–21 469 325,44

IT

EUR

4 620 073,36

0,00

0,00

0,00

–4 363 298,08

256 775,28

CY

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

LV

EUR

–1 035,93

– 127,63

0,00

0,00

0,00

–1 163,56

LT

EUR

– 263 563,31

– 307,94

0,00

0,00

0,00

– 263 871,25

LU

EUR

176 056,83

0,00

0,00

0,00

0,00

176 056,83

HU

EUR

–5 845 151,49

0,00

0,00

0,00

0,00

–5 845 151,49

MT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

NL

EUR

–1 444 785,70

–88 975,12

0,00

0,00

–65 076,30

–1 598 837,12

AT

EUR

17 222,28

0,00

0,00

0,00

–44 207,31

–26 985,03

PL

EUR

–11 997,96

0,00

0,00

0,00

0,00

–11 997,96

PT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

RO

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

SI

EUR

– 137 582,52

0,00

0,00

0,00

0,00

– 137 582,52

SK

EUR

3 555,47

–70 716,76

0,00

0,00

0,00

–67 161,29

FI

EUR

–1 521 889,93

–54 940,99

0,00

0,00

–7 736,10

–1 584 567,01

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

–65 415,38

–65 415,38

SE

EUR

–71 741,59

0,00

0,00

0,00

0,00

–71 741,59

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–58 909,25

–58 909,25

UK

EUR

–79 396 991,42

0,00

0,00

0,00

0,00

–79 396 991,42


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħha b'mod partikolari jiżdiedu l-korrezzjonijiet F'każ li ma jinżammux id-dati ta' skadenza għall-ħlasijiet iffissati f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni ta' kull sena Għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mifruda (kol.b).

Ir-rata ta' skambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(3)  F'każ li parti mid-dħul assenjat tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata skont 05 07 01 06.

(4)  F'każ li parti mid-dħul assenjat lill-Fond għaz-Zokkor, tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata skont 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2009: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008 - FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma mifruda u huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni li għandha tittieħed iktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Ħlas

Il-Belġju

ALV

Il-Ġermanja

Baden-Württemberg

Il-Greċja

OPEKEPE

L-Italja

ARBEA

Malta

MRRA

Il-Portugall

IFAP

Ir-Rumanija

PIAA


Top