Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0676

676/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2006 tat- 2 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1980/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda statistika tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta’ għajxien (EU-SILC) fir-rigward ta’ definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 118, 3.5.2006, p. 3–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 383–383 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 16 Volume 002 P. 42 - 42
Special edition in Romanian: Chapter 16 Volume 002 P. 42 - 42
Special edition in Croatian: Chapter 16 Volume 001 P. 175 - 175

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/676/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

383


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 676/2006

tat-2 ta’ Mejju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1980/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda statistika tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta’ għajxien (EU-SILC) fir-rigward ta’ definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' għajxien (UE-SILC) (1) u b' mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar dħul u kundizzjonijiet ta' għajxien, li tinkludi informazzjoni komparabbli u f’waqtha li tkun rappreżentattiva u lonġitudinali, dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u Ewropej.

(2)

Bħala riżultat ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tas-7 ta’ Settembru 2005, sabiex jiġu adattati d-daqsijiet tal-kampjuni u jingħata ħin lill-Istati Membri ġodda biex jadattaw is-sistemi rispettivi tagħhom għall-metodi u d-definizzjonijiet armonizzati meta jikkompilaw l-istatistika tal-Komunità.

(3)

Barra minn hekk, jidher li xi Stati Membri ġodda bħal xi Stati Membri eżistenti, jeħtieġu żmien addizzjonali biex jibagħtu d-data dwar id-dħul gross kif speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1980/2003 (3).

(4)

Ir-Reġolament (KE) Nru 1980/2003 għandu għalhekk jiġi emendat,

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1980/2003 jinbidel b’dan li ġej:

“B’deroga mill-paragarfu 2, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, il-Polonja u l-Latvja għandhom ikunu awtorizzati biex ma jibagħtux data dwar dħul gross mill-ewwel sena minn meta jibdew joperaw. Dawn il-pajjiżi għandhom, iżda, jibagħtu din id-data kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux aktar tard mill-2007.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-2 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 1. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 255, tat-30.9.2005, p. 6.

(3)  ĠU L 298, tas-17.11.2003, p. 1.


Top