This document is an excerpt from the EUR-Lex website
635/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2006 tal- 25 ta’ April 2006 li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Commission Regulation (EC) No 635/2006 of 25 April 2006 repealing Regulation (EEC) No 1251/70 on the right of workers to remain in the territory of a Member State after having been employed in that State (Text with EEA relevance)
635/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2006 tal- 25 ta’ April 2006 li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
OJ L 112, 26.4.2006, p. 9–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 377–377 (MT)
In force
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
377 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 635/2006
tal-25 ta’ April 2006
li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 (3)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għaqqdet f'test uniku l-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ħielsa taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Fl-Artikolu 17 tagħha, tieħu dak li hu essenzjali fid-dispożizzjoni tar-Regolament (KEE) dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (2), u temendahom billi tikkonferixxi fuq il-benefiċjarji tad-dritt ta' residenza, status aktar privileġġat, jiġifieri dak ta' residenza permanenti. |
(2) |
huwa xieraq, għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 1251/70 jiġi revokat. |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 1251/70 huwa revokat b'effett mit-30 ta' April 2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ April 2006.
Għall-Kummissjoni
Vladimir SPIDLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 158, 30.4. 2004, p. 77
(2) ĠU L 142, 30.6.1970, p. 24.