Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0632

632/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2006 ta’ l- 24 ta’ April 2006 li jibdel l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali addizzonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

OJ L 111, 25.4.2006, p. 5–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 373–376 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 020 P. 128 - 131
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 020 P. 128 - 131
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 003 P. 220 - 223

No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2018; Imħassar b' 32018R0196

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/632/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

373


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 632/2006

ta’ l-24 ta’ April 2006

li jibdel l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali addizzonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konsegwenza tal-falliment min-naħa ta’ l-Istati Uniti biex iġġib l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi ma' l-obbligi tagħha taħt il-ftehimiet tad-WTO, ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-1 ta’ Mejju 2005. Skond l-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni kull sena għandha tirranġa il-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA lill-Komunità f’dak il-waqt.

(2)

Il-ħlasijiet tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm data disponibbli għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji anti-dumping u ta' kontrobilanċ miġbura matul is-sena Fiskali 2005 (mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005). Fuq il-bażi tad-data ppublikata mill-Ħarsien tad-Dwana u Fruntieri ta' l-Istati Uniti, il-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità huwa kkalkulat li jammonta għal 36, 91 miljun Dollaru Amerikan.

(3)

Billi l-livell ta’ tixjin jew ta’ ħsara u għaldaqstant ta’ sospensjoni żdied, l-ewwel tmin prodotti fuq il-lista ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ l-Anness I għal dak ir-Regolament.

(4)

L-effett ta' dazju addizzjonali ta’ importazzjoni ta’ 15 % ad valorem fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I emendat jirrappreżenta, fuq sena, valur ta’kummerċ li ma jaqbiżx is-36, 91 miljun Dollaru Amerikan.

(5)

L-Artikoli 6(1) u 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 fihom eżenzjoni speċifika mid-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni. Billi l-applikabilità ta' dawk l-eżenzjonijiet tiddependi fuq ċerti kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu qabel id-dħul fis-seħħ jew fid-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, l-eżenzjonijiet ma jistgħux fil-prattika japplikaw għall-importazzjonijiet tat-tmin prodotti li issa żdiedu mal-lista fl-Anness I. Għalhekk għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi biex dawn l-eżenzjonijiet isiru effettivi għall-importazzjonijiet ta' dawk il-prodotti.

(6)

Biex tiġi evitata l-evażjoni tad-dazju addizzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(7)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tar-ritaljazzjoni tal-kummerċ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit bl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit bl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 6301 40 10, 6301 30 10, 6301 30 90, 6301 40 90, 4818 50 00, 9009 11 00, 9009 12 00 u 8467 21 99 li għalihom inħarġet liċenzja ta’ importazzjoni b’eżenzjoni minn, jew bi tnaqqis ta’ dazju, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali.

2.   Il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 6301 40 10, 6301 30 10, 6301 30 90, 6301 40 90, 4818 50 00, 9009 11 00, 9009 12 00 u 8467 21 99 li għalihom ikun hemm prova li huma diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Se japplika mill-1 Mejju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 110, 30. 4.2005, p.1.


ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmin numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċi tista' tinstab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (1).

 

4820 10 90

 

4820 50 00

 

4820 90 00

 

4820 30 00

 

4820 10 50

 

6204 63 11

 

6204 69 18

 

6204 63 90

 

6104 63 00

 

6203 43 11

 

6103 43 00

 

6204 63 18

 

6203 43 19

 

6204 69 90

 

6203 43 90

 

0710 40 00

 

9003 19 30

 

8705 10 00

 

6301 40 10

 

6301 30 10

 

6301 30 90

 

6301 40 90

 

4818 50 00

 

9009 11 00

 

9009 12 00

 

8467 21 99


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p.1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 486/2006 (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 1).


ANNESS II

Il-prodotti f'dan l-Anness huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmin numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċi tista’ tinstab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2005.

 

4803 00 31

 

4818 30 00

 

4818 20 10

 

9403 70 90

 

6110 90 10

 

6110 19 10

 

6110 19 90

 

6110 12 10

 

6110 11 10

 

6110 30 10

 

6110 12 90

 

6110 20 10

 

6110 11 30

 

6110 11 90

 

6110 90 90

 

6110 30 91

 

6110 30 99

 

6110 20 99

 

6110 20 91

 

9608 10 10

 

6402 19 00

 

6404 11 00

 

6403 19 00

 

6105 20 90

 

6105 20 10

 

6106 10 00

 

6206 40 00

 

6205 30 00

 

6206 30 00

 

6105 10 00

 

6205 20 00

 

9406 00 11

 

9406 00 38

 

6101 30 10

 

6102 30 10

 

6201 12 10

 

6201 13 10

 

6102 30 90

 

6201 92 00

 

6101 30 90

 

6202 93 00

 

6202 11 00

 

6201 13 90

 

6201 93 00

 

6201 12 90

 

6204 42 00

 

6104 43 00

 

6204 49 10

 

6204 44 00

 

6204 43 00

 

6203 42 31

 

6204 62 31


Top