Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0590

590/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2006 tat- 12 ta’ April 2006 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 104, 13.4.2006, p. 8–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 333–335 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 071 P. 169 - 171
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 071 P. 169 - 171
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 015 P. 104 - 106

No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/590/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

333


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 590/2006

tat-12 ta’ April 2006

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipola lista ta’ pajjiżi u territorji terzi minn fejn il-moviment ta’ l-annimali domestiċi (pets) lejn il-Komunità jista’ jiġi awtorizzat, sakemm jiġu sodisfatti ċerti rekwiżiti.

(2)

Lista provviżorja ta' pajjiżi terzi ġiet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 998/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2004 (2).

(3)

Dik il-lista provviżorja, li diġà ġiet emendata diversi drabi, tinkludi pajjiżi u territorji terzi li huma ħielsa mill-marda ta’ l-idrofobija (tar-rabja) u pajjiżi u territorji terzi fejn ir-riskju li tidħol il-marda ta’ l-idrofobija fil-Komunità bħala riżultat tal-movimenti minn dawk il-pajjiżi u t-territorji terzi nstab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(4)

Mill-informazzjoni li ressqu l-Bosnja u Ħerzegovina u l-Bulgarija, jidher li r-riskju li l-marda ta’ l-idrofobija tidħol fil-Komunità bħala riżultat tal-movimenti ta' annimali domestiċi minn dawn il-pajjiżi nstab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li diġà huma elenkati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi fil-lista provviżorja ta' pajjiżi u territorji terzi stipulata fil-Parti C fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(5)

Għal finijiet ta' ċarezza, il-lista ta’ pajjiżi u territorji stipulata fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandha tinbidel kollha kemm hi.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2006 (ĠU L 4, 7.1.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 7.


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE

l-Irlanda

MT

Malta

SE

l-Iżvezja

UK

ir-Renju Unit

PARTI B

Sezzjoni 1

(a)

DK – Id-Danimarka, inklużi GL - Greenland u FO - Il-Gżejjer Faeroe

(b)

ES – Spanja, inklużi t-territorju kontinentali, il-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla;

(c)

FR – Franza, inklużi GF- il-Ginea Franċiża, GP - Guadeloupe, MQ - Martinique u RE - Réunion;

(d)

GI – Ġibiltà;

(e)

PT – Il-Portugall, inklużi t-territorju kontinentali, il-Gżejjer Azzorri u l-Gżejjer ta' Madeira;

(f)

Stati Membri minbarra dawk imniżżla fil-Parti A u l-punti (a), (b) (c) u (e) ta’ din is-Sezzjoni.

Sezzjoni 2

AD

Andorra

CH

l-Iżvizzera

IS

l-Iżlanda

LI

Liechtenstein

MC

Monako

NO

in-Norveġja

SM

San Marino

VA

l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI C

AC

il-Gżira ta’ Ascension

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

AG

Antigwa u Barbuda

AN

L-Antilli Olandiżi

AR

l-Arġentina

AU

l-Awstralja

AW

Aruba

BA

il-Bosnja u Ħerzegovina

BB

Barbados

BG

il-Bulgarija

BH

Baħrejn

BL

il-Belarus

BM

Bermuda

CA

il-Kanada

CL

iċ-Ċilì

FJ

Fiġi

FK

il-Gżejjer Falkland

HK

Ħong Kong

HR

il-Kroazja

JM

il-Ġamajka

JP

il-Ġappun

KN

Saint Kitts u Nevis

KY

il-Gżejjer Cayman

MS

Montserrat

MU

il-Mawrizju

MX

il-Messiku

NC

New Caledonia

NZ

New Zealand

PF

il-Polineżja Franċiża

PM

Saint Pierre u Miquelon

RO

ir-Rumanija

RU

il-Federazzjoni Russa

SG

Singapor

SH

Saint Helena

TT

Trinidad u Tobago

TW

it-Tajwan

US

l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (inkluż GU-Guam)

VC

Saint Vincent u l-Grenadines

VU

Vanuatu

WF

Wallis u Futuna

YT

Mayotte”


Top