Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0492

492/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 89, 28.3.2006, p. 6–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 307–311 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 071 P. 89 - 93
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 071 P. 89 - 93
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 033 P. 166 - 170

No longer in force, Date of end of validity: 18/07/2017; Imħassar b' 32017R1145

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/492/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

307


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 492/2006

tas-27 ta’ Marzu 2006

dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d(1) u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom ikomplu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

Tressqet dejta b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) u l-endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) għat-tiġieġ għat-tismin u għall-ħnienes. Fl-20 ta’ Lulju 2005, l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimntari (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhix ta’ riskju għall-konsumatur, l-utent, il-kategorija ta' annimali jew l-ambjent. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni għal dawn l-użi huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jkun awtorizzat għal erba’ snin.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Saccharomyces cerevisiae (MUCL 39.885) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-bhejjem għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 (3). Dejta ġdida tressqet b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Lactobacillus farciminis (CNCM MA 67/4R) kien awtorizzat proviżorjament għall-ħnienes, għall-ewwel darba, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999. Dejta ġdida tressqet b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

Tressqet dejta b’appoġġ għall-applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien għall-użu tas-sustanza potassium diformate bħala addittiv fl-għalf skond il-kategorija “Preżervattivi” għal kull speċi ta’ l-annimali. Il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex tagħti opinjoni dwar l-effikaċja u s-sikurezza għall-bnedmin, l-annimali u l-ambjent. L-EFSA tat opinjoni favorevoli fir-rigward tas-sikurezza u l-effikaċja tal-potassium diformate għall-ispeċijiet kollha ta’ l-annimali fit-8 ta’ Diċembru 2004. L-evalwazzjoni tal-potassium diformate uriet li l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik is-sustanza preżervattiva, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (4).

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata proviżorjament għal erba’ snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikroorganiżmi” kif speċifikat fl-Anness II huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Is-sustanza li tagħmel parti mill-grupp “Preżervattivi”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 164, ta’ 30.6.1999, p. 56.

(4)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE (jew Nru)

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Kontenutmassimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Skadenza tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg għal għalf komplet

Enżimi

64

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase li tinġieb mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)) u endo-1,4-beta-xylanase li tinġieb mit- Aspergillus oryzae (DSM 10287) li għandhom attività minima ta’:

 

Fil-forma miksija:

 

60 FBG/g (1)

 

600 FXU/g (2)

 

Fil-forma ta’ likwidu:

 

40 FBG/g

 

400 FXU/g

Tiġieġ għat-tismin

6 FBG

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 6-18 FBG

endo-1,4-beta-xylanase: 60-180 FXU

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li għandu kontenut għoli ta’ polysaccharides li mhumiex assoċjati mal-lamtu (l-iktar beta-glucans, arabinoxylans u hemicelluloses iktar kumplessi), eż. dawk li fihom iktar minn 15 % ta’ ingredjenti veġetali (e.ż. xgħir, ħafur, segala, triticale, qamħirrun, żerriegħa tas-soja, żrieragħ tal-lift, piżelli, ġirasol, jew lupina).

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

60 FXU

Ħnienes (miftuma)

6 FBG

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 6-18 FBG

endo-1,4-beta-xylanase: 60-180 FXU

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li għandu kontenut għoli ta’ polysaccharides li mhumiex assoċjati mal-lamtu (l-iktar beta-glucans, arabinoxylans u hemicelluloses iktar kumplessi), eż. dawk li fihom iktar minn 15 % ta’ ingredjenti veġetali (e.ż. xgħir, ħafur, segala, triticale, qamħirrun, żerriegħa tas-sojja, żrieragħ tal-lift, piżelli, ġirasol, jew lupina).

4.

Għall-ħnienes miftuma ta’ piż approssimattiv ta’ 35 kg.

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

60 FXU


(1)  1 FBG huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn xgħir beta-glucan fil-minuta f’pH ta’ 5.0 u 30 °C.

(2)  1 FXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 7.8 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f’pH ta’ 6.0 u 50 °C.


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

E 1710

Saccharomyces cerevisiae

MUCL 39 885

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta’:

Fil-forma ta’ trab, sferika u granuli ovali:

1 × 10 9 CFU/g addittiv

Ifrat għat-tismin

 

9 × 109

9 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Il-kwantità ta’ Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta’ kuljum ma tistax tkun aktar minn 1.6 × 1010 CFU għal 100 kg ta’ piż tal-ġisem. Żid 3.2 × 109 CFU għal kull 100 kg ta’ piż tal-ġisem.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1714

Lactobacillus farciminis

CNCM MA 67/4R

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus farciminis li fiha minimu ta’

1 × 109 CFU/g addittiv

Ħnienes (miftuma)

1 × 109

1 × 1010

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-ħnienes miftuma ta’ piż approssimattiv ta’ 35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS III

Nru(jew Nru KE.)

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ

Preżervativi

237a

Potassium diformate

KH(COOH)2 50+/-5 %,

H2O 50+/-5 %.

L-ispeċijiet jew kategoriji kollha ta’ annimali

1.

Permess biss fil-ħut nej għall-finijiet ta’ għalf b'kontenut minimu ta’ 9 000 mg ta’ potassium diformate bħala sustanza attiva għal kull kg ta’ ħut nej.

2.

Għall-ħnieżer, it-taħlita ta’ sorsi differenti tal-potassium diformate m’għandhiex taqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta’ 18 000  mg għal kull kg ta’ għalf sħiħ għall-ħnienes miftuma u ta’ 12 000  mg għall-għalf sħiħ għall-ħnieżer isa u l-ħnieżer għat-tismin.

Mingħajr limitu ta’ żmien


Top