Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0112

Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

OJ L 347, 11.12.2006, p. 1–118 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 09 Volume 003 P. 7 - 125
Special edition in Romanian: Chapter 09 Volume 003 P. 7 - 125
Special edition in Croatian: Chapter 09 Volume 001 P. 120 - 237

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj

11.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/112/KE

ta' 28 ta' Novembru 2006

dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' valutazzjoni (1) ġiet emendata b'mod sostanzjali f'bosta okkażjonijiet. Fl-okkażjoni ta' emendi ġodda tad-Direttiva msemmija, jeħtieġ li fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dik id-Direttiva titfassal mill-ġdid.

(2)

It-test imfassal mill-ġdid għandu jinkorpora fih id-disposizzjonijiet kollha li għadhom applikabbli tad-Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (2). B'hekk, dik id-Direttiva għandha titħassar.

(3)

Biex ikun żgurat li d-disposizzjonijiet jiġu ppreżentati b'mod ċar u razzjonali, b'mod konsistenti mal-prinċipju ta' regolamentazzjoni aħjar, huwa xieraq li l-istruttura u l-formulazzjoni tad-Direttiva jitfasslu mill-ġdid għalkemm fil-prinċipju dan mhux ser iġib tibdil fil-leġislazzjoni eżistenti. Numru żgħir ta' emendi sostantivi huma madankollu inerenti għall-eżerċizzju ta' tfassil mill-ġdid u għandhom madankollu jsiru. Fejn isiru tali tibdiliet, dawn huma elenkati b'mod eżawrjenti fid-disposizzjonijiet li jirregolaw it-traspożizzjoni u d-dħul fis-seħħ.

(4)

L-ilħuq ta' l-għan li jiġi stabbilit suq intern jassumi l-applikazzjoni fl-Istati Membri ta' leġislazzjoni dwar it-taxxi fuq il-bejgħ li ma tħarbatx il-kondizzjonijet tal-kompetizzjoni jew ma xxekkilx iċ-ċaqliq ħieles tal-merkanzija u s-servizzi. Għalhekk hu meħtieġ li tintlaħaq din l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni dwar it-taxxi fuq il-bejgħ permezz ta' sistema ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), li għandha telimina, sa fejn hu possibli, fatturi li jistgħu jtelfu l-kondizzjonijet ta' kompetizzjoni, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Komunità.

(5)

Sistema ta' VAT tikseb l-ogħla livell ta' sempliċità u ta' newtralità meta t-taxxa hi mħaddma f'manjiera ġenerali kemm jista' jkun u meta tkun tkopri l-istadji kollha tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni, kif ukoll il-provvista ta' servizzi. Hu għalhekk fl-interess tas–suq intern u ta' l-Istati Membri li jadottaw sistema komuni li tapplika wkoll għall-kummerċ bl-imnut.

(6)

Hu meħtieġ li l-progress isir fi stadji, minħabba li l-armonizazzjoni tat-taxxi fuq il-bejgħ twassal għal tibdil fl-istruttura tat-taxxa fl-Istati Membri u konsegwenzi notevoli fl-oqsma ta' l-estimi, ekonomiċi u soċjali.

(7)

Is-sistema komuni ta' VAT għandha twassal, anki jekk ir-rati u l-eżenzjonijiet ma jkunux armonizzati b'mod sħiħ, għal newtralità fil-kompetizzjoni, b'mod li fit-territorju ta' kull pajjiż merkanzija u servizzi simili jġorru l-istess piż ta' taxxa, hu x'inhu t-tul tal-produzzjoni u l-katina tad-distribuzzjoni.

(8)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema ta' riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewopej (3), il-budget tal-Komunitajiet Ewropej, irrispettivament minn dħul ieħor, għandu jkun iffinanzjat kompletament mir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom. Dawk ir-riżorsi għandhom jinkludu dawk li jidħlu mill-VAT u miksuba permezz ta' l-applikazzjoni ta' rata komuni ta' taxxa għal bażi ta' valutazzjoni stabbilita b'mod uniformi u skond regoli tal-Komunità.

(9)

Hu vitali li jkun hemm perijodu transitorju biex liġijiet nazzjonali f'oqsma partikolari jiġu adattati gradwalment

(10)

Għal dan iż-żmien transitorju, transazzjonijiet intra-Komunitarji li jsiru minn persuni taxxabbli li mhumiex eżenti għandhom ikunu intaxxati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, skond ir-rati u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

(11)

Hu wkoll xieraq li, matul dak iż-żmien transitorju, akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' ċertu valur, magħmula minn persuni eżenti jew minn persuni legali li mhumiex taxxabbli, xi bejgħ b'distanza intra-Komunitarju u l-provvista ta' mezzi ta' trasport ġodda lil individwi jew korpi mhux taxxabbli jew eżenti għandhom ukoll ikunu ntaxxati fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, skond ir-rati u l-kondizzjonijiet ta' dak l-Istat Membru, sakemm transazzjonijiet ta' dak it-tip, fin–nuqqas ta' provvedimenti speċjali, jistgħu jġibu distorsjoni konsiderevoli fil-kompetizzjoni bejn Stati Membri.

(12)

Għal raġunijiet konnessi mas-sitwazzjoni ġeografika, ekonomika u soċjali tagħhom, ċerti territorji għandhom jitħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(13)

Sabiex titjieb in-natura non-diskriminatorja tat-taxxa, il–frażi “persuna taxxabbli” għandha tkun definita b'tali mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużawha biex tolqot persuni li jagħmlu ċerti transazzjonijiet kultant żmien.

(14)

Il-frażi “transazzjonijiet taxxabbli” tista' twassal għal diffikultajiet, b'mod partikolari dwar transazzjonijiet meqjusa bħala transazzjonijiet taxxabbli. Dawk il–kunċetti għandhom għalhekk jiġu ċċarati.

(15)

Biex jitħaffef il-kummerċ intra-Komunitarju fix-xogħol fuq il-proprjetà mobbli tanġibbli, hu xieraq li jiġu stabbiliti l-arranġamenti tat-taxxi applikabli għal tali transazzjonijiet meta huma magħmula għal konsumatur li hu idenifikat għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru barra minn dak li fih it-transazzjoni qed titwettaq fiżikament.

(16)

Operazzjoni ta' trasport fit-territorju ta' Stat Membru għandha tkun trattata bħala t-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija fejn hija direttament konnessa ma' operazzjoni tat-trasport imwettqa bejn l-Istati Membri, biex tissimplifika mhux biss il-prinċipji u l-arranġamenti għat-tassazzjoni ta' dawk is-servizzi tat-trasport domestiku imma wkoll ir-regoli applikabbli għas-servizzi anċillari u għas-servizzi pprovduti mill-intermedjarji li jieħdu sehem fil-provvista tad-diversi servizzi.

(17)

L-istabbiliment tal-post minn fejn jitwettqu transazzjonijiet taxxabbli jista' jwassal għal kunflitti dwar ġurisdizzjoni bejn Stati Membri, partikolarment dwar provvisti ta' merkanzija li jeħtiġilhom ikunu mmuntati jew dwar il-provvista ta' servizzi. Għalkemm il-post fejn titwettaq il-provvista ta' servizzi għandu fil–prinċipju jiġi stabbilit bħala l-post fejn il-fornitur ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, dan għandu jfisser li hu l-Istat Membru tal-konsumatur, partikolarment fil-każ ta' ċerti servizzi mogħtija bejn persuni taxxabbli fejn l-ispiża tas-servizzi hija inkluża fil-prezz tal-merkanzija.

(18)

Hu meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni tal-post fejn issir it-tassazzjoni ta' ċerti transazzjonijiet imwettqa abbord ta' vapuri, ajruplani jew ferroviji matul it-trasport ta' passiġġieri ġewwa l-Komunità.

(19)

L-elettriku u l-gass huma ttrattati bħala merkanzija għall-finijiet ta' VAT. Madankollu, huwa partikolarment diffiċli li jiġi stabbilit il-post tal-provvista. Sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew nuqqas ta' tassazzjoni u biex jintlaħaq suq intern ġenwin tal-gass u ta' l-elettriku mingħajr restrizzjonijiet marbuta mas-sistema ta' VAT, il-post ta' provvista tal-gass permezz tas-sistema distributorja tal-gass naturali, jew ta' l-elettriku, qabel ma l-merkanzija tasal sa l-istadju finali tal-konsum, għandu għalhekk ikun il-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu. Il-provvista ta' l-elettriku u l-gass fil-fażi finali, jiġifieri, mingħand negozjanti u distributuri għall-konsumatur finali, għandha tiġi ntaxxata fil-post fejn il-konsumatur effettivament juża u jikkonsma l-merkanzija.

(20)

Fil-każ tal-kera ta' proprjetà mobbli tanġibbli, l-applikazzjoni tar-regola ġenerali li provvisti ta' servizzi huma ntaxxati fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur tista' jwassal għal distorsjoni sostanzjali tal-kompetizzjoni jekk min jagħti b'kera u min jikri huma stabbiliti fi Stati Membri differenti u r-rati ta' taxxa f'dawk l-Istati jvarjaw minn xulxin. Huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġi stabbilit illi l-post ta' provvista ta' servizz hu l-post fejn il-konsumatur ikun waqqaf il-kummerċ tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss illi għalih is-servizz ikun ingħata jew, fin-nuqqas ta' dan, il-post fejn għandu indirizz permanenti jew fein normalment hu residenti.

(21)

Madankollu, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kiri ta' mezzi tat-trasport, hu xieraq, għal raġunijiet ta' kontroll, li tiġi applikata b'mod strett ir-regola ġenerali, u b'hekk li l-post fejn il-fornitur stabbilixxa l-kummerċ tiegħu jiġi kkunsidrat bħala l-post tal-provvista.

(22)

Is-servizzi kollha tat-telekomunikazzjoni użati ġewwa l–Komunità għandhom jiġu ntaxxati sabiex jipprevjenu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni f'dan il-qasam. Għal dak l-għan, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni ipprovduti lil persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità jew lil konsumaturi stabbiliti f'pajjiżi terzi għandhom, bħala prinċipju, jiġu ntaxxati fil-post fejn hu stabbilit il-konsumatur tas-servizzi. Sabiex tiġi żgurata t-tassazzjoni uniformi tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li huma pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti stabbiliti f'territorji terzi jew f'pajjiżi terzi lil persuni mhux taxxabbli stabbiliti fil-Komunità u li huma effettivament użati u mgawdija fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu li l-post tal-provvista jkun fil-Komunità.

(23)

Biex tiġi impedita wkoll id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, is-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u servizzi pprovduti elettronikament ipprovvduti minn territorji terzi jew pajjiżi terzi għal persuni stabbiliti fil-Komunità, jew mill-Komunità lil konsumaturi stabbiliti f'territorji terzi jew pajjiżi terzi, għandhom ikunu ntaxxati fil-post ta' stabbiliment tal-konsumatur.

(24)

Il-kunċetti ta' avveniment li jagħti lok għal ħlas u imposizzjoni ta' VAT għandhom jiġu armonizzati jekk l-introduzzjoni tas-sistema komuni ta' VAT u ta' kwalunkwe emendi li jista' jkun hemm għaliha għandhom jieħdu effett fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha.

(25)

L-ammont taxxabbli għandu jkun armonizzat biex l-applikazzjoni tal-VAT għal transazzjonijiet taxxabbli twassal għal riżultati komparabbli fl-Istati Membri kollha.

(26)

Għall-prevenzjoni ta' telf ta' taxxa bl-użu ta' partijiet konnessi sabiex jinkisbu benefiċċji fiskali, f'ċirkostanzi speċifiċi għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jintervjenu fir-rigward ta' l-ammont taxxabbli għall-forniment ta' merkanzija jew servizzi u akkwisti ta' merkanzija intra-Komunitarji fir-rigward ta' tali kategoriji ta' fornituri u destinatarji. .

(27)

Sabiex ikunu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni fiskali, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jinkludu, fl-ambitu ta' l-ammont taxxabbli ta' transazzjoni, li tinvolvi t-tħaddim ta' deheb ta' investiment provdut minn klijent, il-valur ta' dak id-deheb ta' investiment fejn, bit-taħdim tiegħu, id-deheb jitlef l-istatus tiegħu ta' deheb ta' investiment. L-Istati Membri għandhom jingħataw ċertu marġini ta' diskrezzjoni fl-applikazzjoni ta' tali miżuri.

(28)

Jekk għandhom jiġu evitati distorsjonijiet, l-abolizzjoni ta' kontrolli fiskali mal-fruntieri tinvolvi, mhux biss bażi ta' valutazzjoni uniformi, iżda wkoll allinjament suffiċjenti bejn l-Istati Membri ta' numru ta' rati u livelli ta' rati.

(29)

Ir-rata standard ta' VAT fis-seħħ fl-Istati Membri varji, ikkombinata mal-mekkaniżmu tas-sistema tranżitorja, tiżgura li din is-sistema tiffunzjona fi grad aċċettabbli. Biex jiġu impediti diverġenzi fir-rati standard ta' VAT applikati mill-Istati Membri li jwasslu għal żbilanċi strutturali fil-Komunità u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f'xi setturi ta' attività, għandha tiġi ffissata rata standard minima ta' 15 %, soġġetta għal reviżjoni.

(30)

Sabiex tinżamm in-newtralità tal-VAT, ir-rati applikati mill-Istati Membri għandhom ikunu tali li jippermettu, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis tal-VAT applikat fl-istadju preċedenti.

(31)

Matul il-perjodu transitorju, għandhom ikunu possibbli ċerti derogi li jikkonċernaw in-numru u l-livelli ta' rati.

(32)

Sabiex jinkiseb fehim aħjar ta' l-impatt ta' rati mnaqqsa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tipprepara rapport ta' valutazzjoni dwar l-impatt ta' rati mnaqqsa applikati għal servizzi ta' provvista lokali, b'mod partikolari f'termini ta' ħolqien tax-xogħol, tkabbir ekonomiku u t-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(33)

Biex tiġi ttrattata l-problema tal-qgħad, dawk l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan għandhom jitħallew jesperimentaw bit-tħaddim u l-impatt, f'termini ta' ħolqien tax-xogħol, ta' tnaqqis fir-rata tal-VAT applikata għal servizzi bbażati fuq ix-xogħol. Dak it-tnaqqis x'aktarx ukoll li jnaqqas l-inċentiva għan-negozji kkonċernati li jidħlu jew jibqgħu involuti fl-ekonomija s-sewda.

(34)

Madanakollu, tnaqqis bħal dan fir-rata tal-VAT mhijiex bla riskji għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u għan-newtralità tat-taxxa. Għandu għalhekk isir provvediment għall-introduzzjoni ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni għal perijodu li hu fiss iżda twil biżżejjed, sabiex ikun possibbli li jiġi vvalutat l-impatt tar-rati mnaqqsa applikati għal servizzi pprovduti lokalment. Sabiex jiġi żgurat li tali miżura tibqa' tkun tista' tiġi vverifikata u limitata, l-kamp ta' applikazzjoni tagħha għandu jiġi definit bir-reqqa.

(35)

Għandha titfassal lista komuni ta' eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom ikunu jistgħu jinġabru b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

(36)

Għall-benefiċċju kemm tal-persuni obbligati li jħallsu l-VAT kif ukoll ta' l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti, il-metodi ta' l-applikazzjoni tal-VAT lil ċerti provvisti u lil ċerti akkwisti intra-Komunitarji ta' prodotti soġġetti għal dazju tas-sisa għandhom jiġu allineati mal-proċeduri u l-obbligi dwar l-obbligu ta' dikjarazzjoni fil-każ ta' ġarr fuq vapur ta' tali prodotti lil Stat Membru ieħor stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l–arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (4).

(37)

Il-provvista ta' gass permezz tas-sistema distributorja tal-gass naturali, u ta' l-elettriku hi intaxxata fil-post tal-konsumatur. Sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja, l-importazzjoni ta' tali prodotti għandha għalhekk tiġi eżentata mill-VAT.

(38)

Għall-operazzjonijiet taxxabbli fis-suq domestiku li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ intra-Komunitarju ta' merkanzija li titwettaq matul il-perijodu transitorju minn persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih ikun sar l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija, inklużi transazzjonijiet katina, hu meħtieġ li jiġu pprovduti miżuri ta' simplifikazzjoni li jiżguraw trattament ugwali fl-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan, id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw is-sistema tat-taxxa u l-persuna soġġetta għall-ħlas tal-VAT dovuta fir-rigward tali operazzjonijiet għandhom jiġu armonizzati. Madankollu, jeħtieġ li jiġu esklużi fil-prinċipju minn dawn l-arranġamenti merkanzija li għandha tiġi pprovduta fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

(39)

Ir-regoli dwar tnaqqis għandhom ikunu armonizzati sa fejn jolqtu l-ammonti attwalment miġbura. Il-proporzjon deduċibbli għandu jkun ikkalkulat bl-istess mod fl-Istati Membri kollha.

(40)

L-iskema li tippermetti l-aġġustament ta' tnaqqis għal merkanzija kapitali tul il-ħajja ta' l-assi, skond l-użu veru tiegħu, għandha tkun tista' tiġi applikata wkoll għal ċerti servizzi li għandhom karatteristiċi ta' merkanzija kapitali.

(41)

Huwa xieraq li jkunu speċifikati l-persuni repsonsabbli għall-ħlas tal-VAT, b'mod partikolari fil-każ ta' servizzi mogħtija minn persuna li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT.

(42)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi, f'każijiet speċifiċi, jaħtru lid-destinatarju ta' fornimenti ta' merkanzija jew servizzi bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT. Dan għandu jgħin lill-Istati Membri fis-semplifikazzjoni tar-regoli u fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa f'setturi identifikati u f'ċerti tipi ta' transazzjonijiet.

(43)

L-Istati Membri għandhom ikunu għal kollox ħielsa li jinnominaw il-persuna soġġetta li tħallas il-VAT fuq l-importazzjoni.

(44)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu li persuna oħra għajr dik soġġetta li tħallas il-VAT għandha tinżamm responsabbli in solidum għall-ħlas tagħha.

(45)

L-obbligi ta' persuni taxxabbli għandhom ikunu armonizzati kemm jista' jkun biex ikun assigurat il-ħarsien meħtieġ tal-ġbir tal-VAT b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

(46)

L-użu ta' ħruġ ta' fattura elettronika għandha tkun imfassla b'tali mod li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħhom. Għalhekk huwa xieraq, sabiex jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona kif inhu xieraq, li titfassal lista, armonizzat fuq livell Komunitarju, tad-dettalji li għandhom jidhru fuq il-fatturi u biex ikunu stabbiliti għadd ta' arranġamenti komuni li jirregolaw l-użu ta' ħruġ ta' fattura elettronika u l-ħażna elettronika ta' fatturi, kif ukoll biex jikkontjaw lilhom infushom u biex jikkuntrattaw l-operazzjonijiet ta' ħruġ ta' fatturi.

(47)

Soġġett għal kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, l-Istati Membri għandhom iħallu ċerti rendikonti u denunzja isiru b'mezzi elettroniċi, u jistgħu jeħtieġu li jintużaw mezzi elettroniċi.

(48)

Ir-riċerka meħtieġa għal tnaqqis fil-formalitajiet amministrattivi u statistiċi li għandha ssir minn neġozji, partikolarment l-impriżi żgħar jew ta' daqs medju, trid tkun irrikonċiljata ma' l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll effettivi u l-bżonn, kemm fuq bażi ekonomika kif ukoll ta' taxxa, li tinżamm il-kwalità ta' l-istrumenti statistiċi tal-Komunità.

(49)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom għal impriżi żgħar, skond disposizzjonijiet komuni, u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni aktar stretta.

(50)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li japplikaw skema speċjali li jkollha rebates b'rata fissa fuq dħul mill-VAT għal bdiewa li ma jkunux fl-iskema normali. Għandhom ikunu stabbiliti l-prinċipji bażiċi ta' dik l-iskema speċjali u għandu jkun adottat metodu komuni, bil-għan li jsir il-ġbir tar-riżorsi proprji, biex ikun kalkulat il-valur miżjud ta' dawn il-bdiewa.

(51)

Hu xieraq li tiġi adottata sistema ta' tassazzjoni tal-Komunità li għandha tkun applikata għall-oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, antikitajiet u oġġetti tal-kollezzjoni, bil-għan li tkun evitata t-taxxa doppja u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn persuni taxxabbli.

(52)

L-applikazzjoni tar-regoli normali tal-VAT għad-deheb tikkostitwixxi ostakolu prinċipali għal użu tiegħu għal skopijiet ta' investiment finanzjarju u għalhekk jiġġustifika l-applikazzjoni ta' skema ta' taxxa speċjali, bil-għan li tkabbar ukoll il-kompetittività internazzjonli tas-suq tad-deheb tal-Komunità.

(53)

Il-provvista ta' deheb għal skopijiet ta' investimenti hija simili b'mod inerenti għal investimenti finanzjarji oħra li huma eżenti mill-VAT. Konsegwentement, eżenzjoni tidher li hi l-aktar trattament ta' taxxa xieraq għal provvisti ta' deheb ta' investiment.

(54)

Id-definizzjoni ta' deheb ta' investiment għandha tkopri muniti tad-deheb li l-valur tagħhom primarjament jirrifletti l-prezz tad-deheb li fihom. Għal raġunijiet ta' trasparenza u ta' ċertezza legali, għandha tkun stabbilita lista annwali ta' muniti koperti mill-iskema għad-deheb ta' investiment, li tipprovdi sigurtà għall-operaturi li jinnegozjaw f'dawn il-muniti. Din il-lista għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni ta' muniti li m'humiex inklużi fil-lista iżda li jissodisfaw il-kriterji mniżżla f'din id-Direttiva.

(55)

Bħala prevenzjoni kontra l-evażjoni tat-taxxa waqt li fl-istess ħin jkunu mtaffa l-ħlasijiet finanzjarji għall-provvista ta' deheb ta' grad ta' purità 'l fuq minn ċertu livell, hu ġustifikabbli li l-Istati Membri jitħallew jagħżlu lill-konsumatur bħala l-persuna repsonsabbli mill-ħlas tal-VAT.

(56)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità ma' obbligi fiskali minn operaturi li jipprovvdu servizzi pprovduti b'mezzi elettroniċi, li la huma stabbiliti u lanqas meħtieġa li jkunu identifikati għal skopijiet ta' VAT fil-Komunità, għandha tiġi applikata skema speċjali. Skond din l-iskema, għandu jkun possibbli għal kull operatur li jipprovdi dawn is-servizzi b'mezzi elettroniċi lil persuni li m'humiex taxxabbli fil-Komunità, jekk dan mhux identifikat għal skopijiet ta' VAT fil-Komunità, li jagħżel li jkun identifikat fi Stat Membru wieħed.

(57)

Hu mixtieq li d-disposizzjonijiet dwar ix-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament jiġu stabbiliti fuq bażi temporanja biss u li jiġu riveduti fid-dawl ta' l-esperjenza f'perijodu ta' żmien qasir.

(58)

Jeħtieġ li tiġi promossa l-applikazzjoni uniformi tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għal dan il-għan għandu tiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv tal-VAT biex jippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkooperaw mill-qrib.

(59)

Stati Membri għandhom ikunu jistgħu, f'ċerti limiti u soġġetti għal ċerti kondizzjonijet, jintroduċu, jew ikomplu japplikaw, miżuri speċjali b'deroga għal din id-Direttiva biex il-ġbir tat-taxxa jiħfief jew bħala prevenzjoni kontra ċerti forom ta' evażjoni jew ta' evitar tat-taxxa.

(60)

Sabiex jiġi żgurat li Stat Membru li jkun ippreżenta talba għal deroga, ma jitħalliex f'dubju dwar x'azzjoni intenzjonata tieħu l-Kummisjoni fir-rigward tat-talba tiegħu, għandu jkun stabbilit żmien li fih il-Kummissjoni trid tippreżenta lill-Kunsill proposta għall-awtorizzazzjoni tat-talba tiegħu jew b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.

(61)

Huwa essenzjali li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tas-sistema tal-VAT. Miżuri ta' implimentazzjoni huma xierqa biex jintlaħaq dak l-għan.

(62)

Dawk il-miżuri għandhom, b'mod partikolari, jindirizzaw il-problema tat-taxxa doppja tat-transazzjonijiet bejn il-fruntieri li jistgħu jseħħu bħala riżultat tad-diverġenzi bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-post fejn huma mwettqa transazzjonijiet li huma taxxabbli.

(63)

Għalkemm l-iskop tal-miżuri ta' implimentazzjoni jkun limitat, dawk il-miżuri jkollhom impatt fuq il-budget li jista' jkun sinifikanti għal xi Stati Membri. Għalhekk, il-Kunsill hu ġġustifikat li jirriżerva lilu nnifsu d-dritt li jeżerċita poteri ta' implimentazzjoni.

(64)

Fid-dawl ta' l-iskop limitat tagħhom, il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jkunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi unanimanent fuq proposta mill-Kummisjoni.

(65)

Peress illi, għal dawk ir-raġunijiet, l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif inhu previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu previst f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(66)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-disposizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi ta' qabel. L-obbligu li jiġu trasposti f'liġi nazzjonali d-disposizzjonijiet li ma nbidlux joħroġ mid-Direttivi ta' qabel.

(67)

Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri f'relazzjoni mal-limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni f'liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness XI, il-Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

WERREJ

TITOLU I –

SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI 9

TITOLU II –

KAMP TA' APPLIKAZZJONI TERRITORJALI 10

TITOLU III –

PERSUNI TAXXABBLI 11

TITOLU IV –

TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI 12

Kapitolu 1 –

Provvista ta' merkanzija 12

Kapitolu 2 –

Akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija 13

Kapitolu 3 –

Provvista ta' servizzi 14

Kapitolu 4 –

Importazzjoni ta' merkanzija 14

TITOLU V –

POST TA' TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI 14

Kapitolu 1 –

Post ta' provvista ta' merkanzija 14

Taqsima 1 –

Provvista ta' merkanzija mingħajr trasport 14

Taqsima 2 –

Provvista ta' merkanzija bit-trasport 14

Taqsima 3 –

Provvista ta' merkanzija abbord vapuri, ajruplani jew ferroviji 15

Taqsima 4 –

Provvista ta' merkanzija permezz ta' sistemi ta' distribuzzjoni 16

Kapitolu 2 –

Post ta' l–akkwist intra-Komunitarju tal-merkanzija 16

Kapitolu 3 –

Post ta' provvista ta' servizzi 16

Taqsima 1 –

Regola ġenerali 16

Taqsima 2 –

Disposizzjonijiet partikolari 17

Sub-taqsima 1 –

Provvista ta' servizzi minn intermedjarji 17

Sub-taqsima 2 –

Provvista ta' servizzi li jikkonċernaw proprjetà immobbli 17

Sub-taqsima 3 –

Provvista ta' trasport 17

Sub-taqsima 4 –

Provvista ta' servizzi kulturali u oħrajn simili, servizzi ta' trasport anċillari jew servizzi li jikkonċernaw proprjetà mobbli tanġibbli 17

Sub-taqsima 5 –

Provvista ta' servizzi varji 18

Sub-taqsima 6 –

Kriterju ta' użu effettiv u tgawdija 19

Kapitolu 4 –

Post ta' importazzjoni ta' merkanzija 19

TITOLU VI –

AVVENIMENT LI JAGĦTI LOK GĦAL ĦLAS U IMPOSIZZJONI TA' VAT98 19

Kapitolu 1 –

Disposizzjonijiet ġenerali 19

Kapitolu 2 –

Provvista ta' merkanzija jew servizzi 19

Kapitolu 3 –

Akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija 20

Kapitolu 4 –

Importazzjoni ta' merkanzija 20

TITOLU VII –

AMMONT TAXXABBLI 20

Kapitolu –

Provvista ta' merkanzija jew servizzi 20

Kapitolu 2 –

Provvista ta' merkanzija jew servizzi 20

Kapitolu 3 –

Importazzjoni ta' merkanzija 22

Kapitolu 4 –

Disposizzjonijiet varji 22

Kapitolu 5 –

Disposizzjonijiet varji Kapitolu 1 Applikazzjoni ta' rati 23

TITOLI VIII –

RATI 23

Kapitolu 1

Applikazzjoni ta' rati 23

Kapitolu 2 –

Struttura u livell ta' rati 23

Taqsima 1

Rata standard 23

Taqsima 2 –

Rati mnaqqsa 23

Taqsima 3 –

Disposizzjonijiet partikolari 24

Kapitolu 3 –

Disposizzjonijiet temporanji għal servizzi partikolari li jinvolvu xogħol intensiv 24

Kapitolu 4 –

Disposizzjonijiet speċjali li japplikaw sa l-adozzjoni ta' arranġamenti definittivi 25

Kapitolu 5 –

Disposizzjonijiet temporanji 26

TITOLU IX –

EŻENZJONIJIET 27

Kapitolu 1 –

Disposizzjonijiet ġenerali 27

Kapitolu 2 –

Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku 27

Kapitolu 3 –

Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn 28

Kapitolu 4 –

Eżenzjonijiet għal transazzjonijiet intra-Komunitarji 29

Taqsima 1 –

Eżenzjonijiet relatati mal-provvista ta' merkanzija 29

Taqsima 2 –

Eżenzjonijiet għal akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija 30

Taqsima 3 –

Eżenzjonijiet għal ċerti servizzi ta' trasport 30

Kapitolu 5 –

Eżenzjonijet fuq l-importazzjoni 31

Kapitolu 6 –

Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni 32

Kapitolu 7 –

Eżenzjonijiet relatati mat-trasport internazzjonali 32

Kapitolu 8 –

Eżenzjonijiet li jirrigwardaw ċerti transazzjonijiet trattati bħala esportazzjonijiet 33

Kapitolu 9 –

Eżenzjonijiet għall-provvista ta' servizzi minn intermedjarji 33

Kapitolu 10 –

Eżenzjonijiet għal transazzjonijiet li jirrigwardaw il-kummerċ internazzjonali 33

Taqsima 1 –

Mħażen doganali, mħażen li mhumiex imħażen doganali u arranġamenti simili 33

Taqsima 2 –

Transazzjonijiet eżenti bil-ħsieb ta' l-esportazzjoni u fl-ambitu tal-kummerċ bejn l-Istati Membri 35

Taqsima 3 –

Disposizzjonijiet komuni għat-Taqsimiet 1 u 2 35

TITOLU X –

TNAQQIS 35

Kapitolu 1 –

Oriġini u skop tad-dritt ta' tnaqqis 35

Kapitolu 2 –

Tnaqqis proporzjonali 35

Kapitolu 3 –

Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' tnaqqis 37

Kapitolu 4 –

Regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis 37

Kapitolu 5 –

Aġġustament tat-tnaqqis 38

TITOLU XI –

OBBLIGI TA' PERSUNI TAXXABBLI U TA' ĊERTI PERSUNI MHUX TAXXABBLI 39

Kapitolu 1 –

L-obbligu ta' ħlas 39

Taqsima 1 –

Persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa 39

Taqsima 2 –

Arranġamenti ta' ħlas 41

Kapitolu 2 –

Identifikazzjoni 41

Kapitolu 3 –

Fatturazzjoni 42

Taqsima 1 –

Definizzjoni 42

Taqsima 2 –

Il-kunċett ta' fattura 42

Taqsima 3 –

Il-ħruġ ta' fatturi 42

Taqsima 4 –

Kontenut tal-fatturi 43

Taqsima 5 –

It-trasmissjoni ta' fatturi b'mezzi elettroniċi 44

Taqsima 6 –

Miżuri ta' simplifikazzjoni 45

Kapitolu 4 –

Kontabilità 45

Taqsima 1 –

Definizzjoni 45

Taqsima 2 –

Obbligi ġenerali 45

Taqsima 3 –

Obbligi speċifiċi dwar il-ħażna tal-fatturi kollha 45

Taqsima 4 –

Dritt ta' aċċess għall–fatturi maħżuna b'mezzi elettroniċi fi Stat Membru ieħor 46

Kapitolu 5 –

Denunzji 46

Kapitolu 6 –

Dikjarazzjonijiet rikapitolattivi 47

Kapitolu 7 –

Disposizzjonijiet varji 49

Kapitolu 8 –

Obbligi li jirrigwardaw ċerti importazzjonijiet u esportazzjonijiet 49

Taqsima 1 –

Importazzjoni 49

Section 2 –

Exportation 50

TITOLU XII –

SKEMI SPEĊJALI 50

Kapitolu 1 –

Skema speċjali għall-impriżi żgħar 50

Taqsima 1 –

Proċeduri speċjali għall-impożizzjoni u l-ġbir 50

Taqsima 2 –

Eżenzjonijiet jew ħelsien gradwat 50

Taqsima 3 –

Rappurtaġġ u reviżjoni 52

Kapitolu 2 –

Skema komuni b' rata fissa għall-bdiewa 52

Kapitolu 3 –

Skema speċjali għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar 53

Kapitolu 4 –

Arranġamenti speċjali għal oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet 54

Taqsima 1 –

Definizzjonijiet 54

Taqsima 2 –

Arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli 55

Sub–taqsima 1 –

Skema ta' marġni 55

Sub–taqsima 2 –

Arranġamenti transitorji għal mezzi ta' trasport użati 56

Taqsima 3 –

Arranġamenti speċjali għal bejgħ permezz ta' rkant pubbliku 57

Taqsima 4 –

Miżuri ta' prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frodi fiskali 58

Kapitolu 5 –

Skema speċjali għal deheb ta' investiment 58

Taqsima 1 –

Disposizzjonijiet ġenerali 58

Taqsima 2 –

Eżenzjoni mill-VAT 59

Taqsima 3 –

Għażla ta' tassazzjoni 59

Taqsima 4 –

Transazzjonijiet dwar suq tad-deheb irregolat 59

Taqsima 5 –

Drittijiet u obbligi speċjali għal negozjanti f'deheb ta' investiment 59

Kapitolu 6 –

Skema speċjali għal persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti li jipprovdu servizzi elettroniċi lill-persuni li mhumiex taxxabbli 60

Taqsima 1 –

Disposizzjonijiet ġenerali 60

Taqsima 2 –

Skema speċjali għal servizzi pprovduti elettronikament 60

TITOLU XIII –

DEROGI 61

Kapitolu 1 –

Derogi li japplikaw sa l-adozzjoni ta' arranġamenti definittivi 61

Taqsima 1 –

Derogi għal Stati li kienu membri tal-Komunità fl-1 ta' Jannar 1978 61

Taqsima 2 –

Derogi għal Stati li aderew għall-Komunità wara l-1 ta' Jannar 1978 62

Taqsima 3 –

Disposizzjonijiet komuni għat-Taqsimiet 1 u 2 63

Kapitolu 2 –

Derogi soġġetti għall-awtorizzazzjoni 63

Taqsima 1 –

Miżuri ta' simplifikazzjoni u miżuri biex jipprevjenu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa 63

Taqsima 2 –

Ftehim internazzjonali 64

TITOLU XIV –

MIXXELLANJI 64

Kapitolu 1 –

Miżuri ta' implimentazzjoni 64

Kapitolu 2 –

Kumitat tal-VAT 64

Kapitolu 3 –

Rati ta' konverżjoni 64

Kapitolu 4 –

Taxxi, dażji u piżijiet oħra 65

TITOLU XV –

DISPOSIZZJONIJIET FINALI 65

Kapitolu 1 –

Arranġamenti transitorji għat–tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri 65

Kapitolu 2 –

Miżuri transitorji applikabbli fil-kuntest ta' adeżjoni fl-Unjoni Ewropea 65

Kapitolu 3 –

Trasposizzjoni u dħul fis-seħħ 66

ANNESS I

LISTA TA' L-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIT-TIELET SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 14(1) 67

ANNESS II –

LISTA INDIKATTIVA TAS-SERVIZZI PPROVDUTI ELETTRONIKAMENT IMSEMMIJA FIL-PUNT (K) TA' L-ARTIKOLU 56(1) 68

ANNESS III –

LISTA TA' PROVVISTI TA' MERKANZIJA U SERVIZZI LI GĦALIHOM JISTGĦU JAPPLIKAW IR-RATI MNAQQSA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 95 69

ANNESS IV –

LISTA TAS-SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 102 70

ANNESS V –

KATEGORIJI TA' MERKANZIJA KOPERTI MINN ARRANĠAMENTI TAL-ĦAŻNA MINBARRA MAGAŻŻINAĠĠ DOGANALI KIF PREVIST SKOND L-ARTIKOLU 155(2) 71

ANNESS VI –

LISTA TA' FORNIMENTI TA' MERKANZIJA U SERVIZZI KIF IMSEMMI FIL-PUNT (D) TA' L-ARTIKOLU 199(1) 72

ANNESS VII –

LISTA TA' L-ATTIVITAJIET TA' PRODUZZJONI AGRIKOLA MSEMMIJA FIL-PUNT (4) TA' L-ARTIKOLU 288(1) 73

ANNESS VIII –

LISTA INDIKATTIVA TAS-SERVIZZI AGRIKOLI MSEMMIJA FIL-PUNT (5) TA' L-ARTIKOLU 288(1) 74

ANNESS IX

XOGĦLIJIET TA' L-ARTI, OĠĠETTI TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET, KIF IMSEMMIJA FIL-PUNTI (2), (3) U (4) TA' L-ARTIKOLU 304(1) 75

Parti A –

Xogħlijiet ta' l–arti 75

Parti B –

Oġġetti tal–kollezzjoni 75

Parti Ċ

Antikitajiet 75

ANNESS X

LISTI TA' TRANSAZZJONIJIET KOPERTI MID-DEROGI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 370 U 371 U L-ARTIKOLI 375 SA 390 76

Parti A –

Transazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jintaxxaw 76

Parti B –

Transazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżentaw 76

ANNESS XI

78

Parti A –

Direttivi mħassra bl-emendi suċċessivi tagħhom 78

Parti B –

Limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 411) 79

ANNESS XII –

TABELLA TA' KORRELAZZJONI 81

TITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

2.   Il-prinċipju tas-sistema komuni ta' VAT tinvolvi l-applikazzjoni ta' taxxa ġenerali fuq il-konsum fuq merkanzija u servizzi li hi eżattament proporzjonali għall-prezz tal-merkanzija u s-servizzi, ikunu kemm ikunu t-transazzjonijet li jkunu saru fil-proċess ta' produzzjoni u distribuzzjoni qabel l-istadju li fih hi imposta t-taxxa.

Fuq kull transazzjoni, il-VAT, kalkulata fuq il-prezz tal–merkanzija jew tas-servizzi bir-rata applikabbli għat-tali merkanzija jew servizzi, għandha tkun imposta wara t-tnaqqis ta' l-ammont tal-VAT li qed jinġarr direttament mid-diversi komponenti tal-prezz.

Is-sistema komuni tal-VAT għandha tkun applikata sa l-istadju tal-kummerċ bl-imnut (dan l-istadju inkluż).

Artikolu 2

1.   It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:

(a)

il-provvista ta' merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta' Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;

(b)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta' Stat Membru minn:

(i)

persuna taxxabbli li tkun qed taġixxi b'dan il-mod, jew minn persuna legali mhux taxxabbli, fejn il-bejjiegħ huwa persuna taxxabbli li qed jaġixxi b'dan il-mod li mhux eliġibbli għall-eżenzjoni għal intrapriżi żgħar li hemm provvediment għaliha fl-Artikoli 282 sa 292 u li m'hijiex koperta mill-Artikoli 33 u 36;

(ii)

fil-każ ta' mezzi ġodda ta' trasport, persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti l-oħra tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1), jew kull persuna oħra mhux taxxabbli;

(iii)

fil-każ ta' prodotti li huma soġġetti għad-dazju tas-sisa, fejn id-dazju tas-sisa fuq l-akkwist intra-Komunitarju hu dovut, skond id-Direttiva 92/12/KEE, ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru, persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti l-oħra tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1);

(ċ)

il-provvista ta' servizzi bi ħlas fit-territorju ta' Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;

(d)

l-importazzjoni ta' merkanzija.

2.

(a)

Għall-finijiet tal-punt (ii) tal-paragrafu i(b), dawn li ġejjin jitqiesu bħala “mezzi ta' trasport”, fejn huma maħsuba għat-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija:

(i)

vetturi ta' l-art b'magna b'kapacità ikbar minn 48 ċentrimetru kubu jew li l-potenza tagħhom ikbar minn 7,2 kilowatts;

(ii)

bastimenti itwal minn 7,5 metri, bl-eċċezzjoni ta' bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra fil-miftuħ u li jġorru passiġġieri bi ħlas, u bastimenti użati għall-finijiet ta' attivitajiet kummerċjali, industrijali jew ta' sajd, jew għas-salvataġġ jew l-assistenza fil-baħar, jew għas-sajd minn qrib il-kosta;

(iii)

ajruplani li malli jitilqu ikollhom piż ta' iktar minn 1 550 kilogramma, bl-eċċezzjoni ta' ajruplani użati minn linji ta' l-ajru li joperaw għal ħlas l-aktar fuq rotot internazzjonali.

(b)

Dawn il-mezzi ta' trasport għandhom jitqiesu bħala “ġodda” fil-każijiet li ġejjin:

(i)

b'vetturi ta' l-art bil-magna, fejn il-provvista ssir fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-ewwel dħul fis-servizz jew fejn il-vettura vvjaġġat għal mhux aktar minn 6 000 kilometru;

(ii)

b'bastimenti, fejn il-provvista ssir fi żmien tliet xhur mid-data ta' l-ewwel dħul fis-servizz jew fejn il-bastiment baħħar għal mhux aktar minn 100 siegħa;

(iii)

b'ajruplani, fejn il-provvista ssir fi żmien tliet xhur mid-data ta' l-ewwel dħul fis-servizz jew fejn l-ajruplan tar għal aktar minn 40 siegħa.

(ċ)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li skond dawn il-fatti msemmija fil-punt (b) jistgħu jitqiesu bħala stabbiliti.

3.   “Prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa” għandha tfisser prodotti ta' l-enerġija, alkoħol u xarbiet alkoħoliċi u tabakk manifatturat, kif definit minn leġislazzjoni Komunitarja preżenti, iżda mhux gass ipprovdut permezz tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass naturali jew permezz ta' elettriku.

Artikolu 3

1.   B' deroga mill-Artikolu 2(1)(b)(i), it-transazzjonijiet li ġejjin m'għandhomx ikunu soġġetti għall-VAT:

(a)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija minn persuna taxxabbli jew minn persuna legali mhux taxxabbli, fejn il-provvista ta' tali merkanzija fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn sar l-akkwist ikunu eżenti skond l-Artikoli 148 u 151;

(b)

l-akkwist intra-Komunitarji ta' merkanzija, li m'humiex dawk imsemmija fil-punt (a) u fl-Artikolu 4, u mezzi ġodda oħra ta' trasport jew prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, minn persuna taxxabbli għall-finijiet tan-negozju agrikolu, tal-foresti jew tas-sajd tiegħu soġġett għall-iskema komuni b'rata fissa, jew minn persuna taxxabbli li twettaq biss provvisti ta' merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom il-VAT m'hijiex imnaqqsa, jew minn persuna legali mhux taxxabbli.

2.   Il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandua japplika biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

matul is-sena kalendarja kurrenti, il-valur totali ta' akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija ma jeċċedix limitu li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu iżda li ma jistax ikun inqas minn 10 000 euro jew l-ekwivalenti f' munita nazzjonali;

(b)

matul is-sena kalendarja preċedenti, il-valur totali ta' l-akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija ma qabiżx il-limitu stabbilit fil-punt (a).

Il-limitu li jservi bħala r–riferenza għandu jikkonsisti fil-valur totali, eskluża l-VAT dovuta jew mħallsa fl-Istat Membru li minnu beda t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija, ta' l-akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija kif imsemmi taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.   L-Stati Membri għandhom jagħtu d-dritt lil persuni taxxabbli u persuni legali li mhux taxxabbli skond il-punt (b) tal-paragrafu 1 li jagħżlu l-iskema ġenerali prevista fl-Artikolu 2(1)(b)(i).

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli ddettaljati biex tinħadem l-opzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, li dejjem għandha tkopri perijodu ta' sentejn kalendarji.

Artikolu 4

Minbarra t-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, it-transazzjonijiet li ġejjin m'għandhomx ikunu soġġetti għall-VAT:

(a)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija użata (second hand), xogħlijiet ta' l–arti, oġġetti tal–kollezjoni jew antikitajiet, kif definit fil-punti (1) sa (4) ta' l-Artikolu 311(1), fejn il–bejjiegħ ikun negozjant taxxabbli li jaġixxi bħala tali u ġiet applikata l-VAT għall-merkanzija fl-Istat Membru li fih bdiet tintbagħat jew tiġi ttrasportata, skond l-iskema ta' marġni prevista fl-Artikoli 312 sa 325;

(b)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' mezzi tat-trasport użati, kif definit fl-Artikolu 327(3), fejn il- bejjiegħ ikun negozjant taxxabbli li jaġixxi bħala tali u ġiet applikata l-VAT għall-mezzi tat-trasport fl-Istat Membru li fih bdiet tintbagħat jew tiġi ttrasportatata, skond l-arranġamenti transitorji għal mezzi ta' trasport second hand;

(ċ)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezjoni jew antikitajiet, kif definit fil-punti (1) sa (4) ta' l-Artikolu 311(1), fejn il-bejjiegħ ikun organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku, li jaġixxi bħala tali, u ġiet applikata l-VAT għall-merkanzija fl-Istat Membru li fih bdiet tintbagħatr jew tiġi ttrasportata, skond l-arranġamenti speċjali għal bejgħ b'irkant pubbliku.

TITOLU II

KAMP TA' APPLIKAZZJONI TERRITORJALI

Artikolu 5

Għall-finijiet ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Komunità” u “territorju tal-Komunità” jfissru t-territorji ta' l-Istati Membri kif definit fil-punt (2);

(2)

“Stat Membru” u “territorju ta' Stat Membru” jfissru t-territorju ta' kull Istat Membru tal-Komunità li għalih hu applikabbli, skond l-Artikolu 299, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe territorju msemmi fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva;

(3)

“territorji terzi” tfisser dawk it-territorji msemmija fl-Artikolu 6;

(4)

“pajjiż terz” tfisser kull Stat jew territorju li għalih mhux applikabbli t-Trattat.

Artikolu 6

1.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għat-territorji li ġejjin li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal–Komunità:

(a)

Mount Athos;

(b)

Il-Gżejjer Kanarji;

(ċ)

id-dipartimenti barranin ta' Franza;

(d)

Il-Gżejjer Åland;

(e)

Iċ-Channel Islands.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għat-territorji li ġejjin li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Komunità:

(a)

il-Gżira ta' Heligoland;

(b)

it-territorju ta' Buesingen;

(ċ)

Cueta;

(d)

Melilla;

(e)

Livigno;

(f)

Campione d'Italia;

(g)

L-ilmijiet ta' l-Italja tal-Lag ta' Lugano;

Artikolu 7

1.   Minħabba l-konvenzjonijiet u t-trattati konklużi ma' Franza, mar-Renju Unit u ma' Ċipru, il-Prinċipat ta' Monako, l-Isle of Man u ż-Żoni tal-Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia m'għandhomx jitqiesu, għall-iskopijiet ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bħala pajjiżi terzi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l–miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li t-transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għall-Prinċipat ta' Monaco huma ttrattati bħala transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għal Franza, li t-transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għall-Isle of Man huma ttrattati bħala transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għar-Renju Unit, u li t-transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għaż-Żoni tal-Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia huma ttrattati bħala transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew huma maħsuba għal Ċipru.

Artikolu 8

Jekk il-Kummissjoni tqis li d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Kunsill.

TITOLU III

PERSUNI TAXXABBLI

Artikolu 9

1.   “Persuna taxxabbli” għandha tfisser kull persuna li, b'mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x'ikun l-iskop jew ir-riżultati ta' dik l-attività.

Kwalunkwe attività ta' produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala “attività ekonomika”. L-isfruttament ta' proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta' dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b'mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.

2.   Minbarra l-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kwalunkwe persuna li, fuq bażi okkażjonali, tipprovdi mezz ġdid ta' trasport, li hu mibgħut jew ttrasportat lill-konsumatur mill-bejjiegħ jew mil-konsumatur, jew f'isem il-bejjiegħ jew il-konsumatur, għal destinazzjoni 'l barra mit-territorju ta' Stat Membru iżda fit-territorju tal-Komunità, titqies ukoll bħala persuna taxxabbli.

Artikolu 10

Il-kondizzjoni fl-Artikolu 9(1) li l-attività ekonomika titmexxa “b'mod indipendenti” għandha teskludi mill–VAT persuni impjegati jew persuni oħra sakemm huma jkunu marbutin ma' min jimpjega b'kuntratt ta' impjieg jew b'kull irbit legali ieħor li joħloq ir–relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat dwar kondizzjonijiet ta' xogħol, ħlas u responsabbiltà ta' min jimpjega.

Artikolu 11

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT, kull Stat Membru jista' jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x'jaqsmu mill-qrib ma' xulxin b'rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.

Stat Membru li jeżerċita l-għażla prevista fl-ewwel paragrafu, jista' jadotta kwalunkwe miżura meħtieġa biex jimpedixxi l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta' l-użu ta' din id-dispożizzjoni.

Artikolu 12

1.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x'taqsam ma' l-attivitajiet imsemmija fit–tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il–provvista, qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta' bini jew parti minn bini u ta' l-art li fuqha jinstab il-bini;

(b)

il-provvista ta' art għall-bini.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), “bini” għandha tfisser kull struttura fissa ma' jew fl-art.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) għal bdil ta' bini u jistgħu jistabbilixxu t-tifsira ta' “l-art li fuqha jinstab il-bini”.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta' l-ewwel okkupazzjoni, bħalma huwa l-perijodu ta' żmien bejn id-data tat-tlestija tal-bini u d-data ta' l-ewwel provvista, jew il-perijodu bejn id-data ta' l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, sakemm dawk il-perijodi ma jaqbżux il–ħames snin u s-sentejn rispettivament.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), “art għall-bini” għandha tfisser kull art mhux żviluppata jew art żviluppata meqjusa bħala tali mill-Istati Membri.

Artikolu 13

1.   Stati, awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u korpi oħra rregolati bid-dritt pubbliku m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta' l-attivitajiet jew transazzjonijiet li huma jagħmlu bħala awtoritajiet pubbliċi, ukoll meta jiġbru drittijiet, tariffi, kontribuzzjonijet jew ħlasijiet marbuta ma' dawk l-attivitajiet jew transazzjonijiet.

Iżda, meta jidħlu biex jagħmlu dawn l-attivitajiet jew transazzjonijiet, huma għandhom jiġu kkunisdrati bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta' dawk l-attivitajiet jew transazzjonijiet fejn it-trattament tagħhom bħala persuni mhux taxxabbli jikkawża distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni.

F'kwalunkwe każ, korpi rregolati mid-dritt pubbliku għandhom jiġu kkunisdrati bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta' l-attivitajiet elenkati fl-Anness I, sakemm dawk l-attivitajiet ma jkunux twettqu fuq skala tant żgħira li jkunu insinifikanti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkunisdraw attivitajiet, eżenti skond l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 374 sa 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2), jew l-Artikoli 380 sa 390, li jitwettqu minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku bħala attivitajiet li dawk il-korpi jwettqu bħala awtoritajiet pubbliċi.

TITOLU IV

TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI

KAPITOLU 1

Provvista ta' merkanzija

Artikolu 14

1.   “Provvista ta' merkanzija” għandha tfisser it-trasferiment tad-dritt ta' sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.

2.   Flimkien mat-transazzjonijiet imsemmija fil–paragrafu 1, kull waħda minn dawn li ġejjin għandha tiġi kkunisdrata bħala provvista ta' merkanzija:

(a)

it-trasferiment, b'ordni ta' jew f'isem awtorità pubblika jew skond il-liġi, tad-dritt ta' proprjetà bi ħlas ta' kumpens;

(b)

il-konsenja materjali ta' merkanzija skond kuntratt għall-kiri ta' merkanzija għal ċertu żmien, jew għall-bejgħ ta' merkanzija bi ħlas akkont, li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont;

(ċ)

it-trasferiment ta' merkanzija skond kuntratt li bih titħallas kummissjoni meta jsir xiri jew bejgħ.

3.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-għotja ta' ċertu xogħlijiet ta' kostruzzjoni bħala provvista ta' merkanzija.

Artikolu 15

1.   Elettriku, gass, gass, sħana, kesħa u affarijiet simili għandhom jiġu ttrattati bħala proprjetà tanġibbli.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw dan li ġej bħala proprjetà tanġibbli:

(a)

ċerti interessi fi proprjetà immobbli;

(b)

drittijiet in rem li jagħtu lit-titulari dritt li juża l-proprjetà immobbli;

(ċ)

ishma jew interessi ekwivalenti għall-ishma li jagħtu lit-titulari tagħhom drittijiet de jure jew de facto ta' sid jew pussess fuq il-proprjetà immobbli jew parti minnha.

Artikolu 16

L-applikazzjoni minn persuna taxxabbli ta' merkanzija li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha għall–użu privat tagħha jew tal-persunal tagħha, jew biex issir it-tneħħija tagħhom mingħajr ħlas jew, b'mod iktar ġenerali, l-applikazzjoni tagħhom għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha għandhom jitqiesu bħala provvista bi ħlas, fejn il-VAT fuq dik il-merkanzija jew il-partijiet komponenti tagħhom kienet deduċibbli kollha jew parti minnha.

Iżda, l-applikazzjonijet ta' merkanzija għall-użu tan-negożju bħala kampjuni jew rigali ta' valur żgħir m'għandhomx ikunu meqjusa bħala provvista ta' merkanzija bi ħlas.

Artikolu 17

1.   It–trasferiment ta' merkanzija li tkun saret minn persuna taxxabbli li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha għal Stat Membru ieħor għandha tiġi trattata bħala provvista ta' merkanzija bi ħlas.

“Trasferiment għal Stat Membru ieħor” għandha tfisser li proprjetà tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-persuna taxxabbli, għall-iskop tan-negozju tagħha, għal destinazzjoni barra mit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tinsab il-proprjetà, iżda fil-Komunità.

2.   Merkanzija mibgħuta jew ittrasportati għall-iskop ta' waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin m'għandux jiġi kkunsidrat bħala trasferiment għal Stat Membru ieħor:

(a)

il-provvista tal-merkanzija mill-persuna taxxabbli fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mitbgħuta jew ittrasportata, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33;

(b)

il-provvista tal–merkanzija, għall-istallazzjoni jew l-immuntar mill-fornitur jew f'ismu, mill-persuna taxxabbli fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 36;

(ċ)

il-provvista tal-merkanzija mill-persuna taxxabbli abbord vapur, ajruplan jew ferrovija waqt operazzjoni ta' trasport ta' passiġġieri skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37;

(d)

il-provvista ta' gass mis-sistema ta' distribuzzjoni ta' gass naturali, jew ta' elettiku, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 38 jew 39;

(e)

il-provvista tal–merkanzija mill-persuna taxxabbli fit-territorju ta' l-Istat Membru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl–Artikoli 138, 146, 147, 148, 151 jew 152;

(f)

il-provvista ta' servizz, imwettaq għall-persuna taxxabli, u li jikkonsisti f'xogħol fuq il-merkanzija involuta mwettqa fiżikament fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, sakemm il-merkanzija, wara li tkun inħadmet, terġa' tintbagħat lil dik il-persuna taxxabli fl-Istat Membru minn fejn kienet inizjalment mibgħuta jew ittrasportata;

(g)

l-użu temporanju tal-merkanzija fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, għall-iskopijiet tal-provvista ta' servizzi mill-persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat Membru minn fejn telqet il-merkanzija li ntbagħtet jew kienet ittrasportata;

(h)

l-użu temporanju tal-merkanzija, għal żmien li ma jaqbiżx l-erbgħa u għoxrin xahar, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, fejn l-importazzjoni ta' l-istess merkanzija minn pajjiż terz bil-ħsieb li tintuża temporanjament ikun kopert mill-arranġamenti ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazji ta' importazzjoni.

3.   Jekk waħda mill-kondizzjonijiet li tirregola l-eliġibbiltà skond il-paragrafu 2 ma tibqax tiġi sodisfatta, il-merkanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala trasferita lejn Stat Membru ieħor. F'tali il-każijiet, it-trasferiment jitqies li twettaq fil-ħin li fih dik il-kondizzjoni ma tibqax tiġi milħuqa.

Artikolu 18

L-Istati Membri jistgħu iqisu kull waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin bħala provvista ta' merkanzija bi ħlas:

(a)

l-applikazzjoni minn persuna taxxabbli għal skopijiet tan-negozju tagħha ta' merkanzija magħmula, maħduma, estratta, ipproċessata, mixtrija jew importata matul tali negozju, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija, kieku kienet ġiet akkwistata minn persuna oħra taxxabbli, ma tkunx deduċibbli kollha;

(b)

l-applikazzjoni ta' merkanzija minn persuna taxxabbli għal skopijiet ta' qasam ta' attività mhux taxxabbli, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija saret deduċibbli kollha jew f'parti ma' l-akkwist tagħha jew ma' l-applikazzjoni tagħha skond il-punt (a);

ċ)

bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19, iż-żamma tal-merkanzija minn persuna taxxabbli, jew l-eredi tagħha, fejn hi tieqaf milli twettaq attività ekonomika taxxabbli, fejn il-VAT fuq tali merkanzija saret deduċibbli kollha jew parti minnha ma' l-akkwist tagħha jew ma' l-applikazzjoni tagħha skond il-punt (a).

Artikolu 19

F'każ ta' trasferiment, bi ħlas jew mingħajr jew bħala kontribuzzjoni lil kumpannija, ta' l-assi kollha jew parti minnhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li ma tkunx saret provvista ta' merkanzija u li l-persuna li lilha tkun ġiet ittrasferita l-merkanzija għandha tkun trattata bħala s-suċċessur ta' min jagħmel it-trasferiment.

F'każijiet fejn id-destinatarju ma jkunx kompletament soġġett għat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn jistgħu jadottaw ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta' l-użu ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU 2

Akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija

Artikolu 20

“Akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija” għandha tfisser l-akkwist tad-dritt li tiddisponi bħala sid ta' proprjetà tanġibbli mobbli, mibgħuta jew ittrasportata għand il–persuna li qed takkwista l-merkanzija, mill-bejjiegħ jew f'ismu jew il-persuna li qed takkwista l-merkanzija, fi Stat Membru minbarra dak li minnu ntbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija.

Meta merkanzija akkwistata minn persuna legali mhux taxxabbli tintbagħat jew tkun ittrasportata minn territorju terz jew pajjiż terz u importata minn dik il-persuna legali mhux taxxabbli għal ġewwa Stat Membru li mhux l–Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, il-merkanzija għandha titqies li ntbagħtet jew kienet ittrasportata mill-Istat Membru ta' importazzjoni. Dak l-Istat Membru għandu jagħti lill–importatur innominat jew rikonoxxut skond l-Artikolu 201 bħala obbligat li jħallas il-VAT rifużjoni tal-VAT li tkun tħallset fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-merkanzija, sakemm l-importatur jistabbilixxi li l-VAT tkun ġiet applikata għall-akkwist tiegħu fl-Istat Membru fejn tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata.

Artikolu 21

L-applikazzjoni minn persuna taxxabbli, għall-finijiet tan-negozju tiegħu, ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom ta' dik il-persuna taxxabbli minn Stat Membru ieħor, li fih il-merkanzija saret, inħarġet, kienet ipproċessata, inxtrat, jew kienet akkwistata fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(b), jew ta' merkanzija importata minn dik il-persuna taxxabbli għall-finijiet tan-negozju tiegħu, hi trattata bħala akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija bi ħlas.

Artikolu 22

L-applikazzjoni mill-forzi armati ta' Stat li hu parti għat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, għall-użu tagħhom jew għall-użu ta' l-istaff ċivili li jakkumpanjahom, ta' merkanzija li ma jkunux xtraw soġġett għar-regoli ġenerali li jirregolaw it-tassazzjoni fis-suq domestiku ta' Stat Membru, għandha tiġi ttrattata bħala akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija bi ħlas, fejn l-importazzjoni ta' dik il-merkanzija ma tkunux eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fil-punt (h) ta' l-Artikolu 143.

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li transazzjoni li kienet ġiet ikklassifikata bħala provvista ta' merkanzija jekk kienet saret fit–territorju tagħhom minn persuna taxxabbli li qed taġixxi bħala tali hija kklassifikata bħala akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija.

KAPITOLU 3

Provvista ta' servizzi

Artikolu 24

1.   “Provvista ta' servizzi” għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta' merkanzija.

2.   “Servizzi ta' telekomunikazzjoni” għandha tfisser servizzi li għandhom x'jaqsmu mat-trasmissjoni, il-ħruġ jew id-dħul ta' sinjali, kliem, figuri u ħsejjes jew tagħrif ta' kull natura bil-fil, bir–radju, strumenti tal-vista jew b'sistemi oħra elettro-manjetiċi, inkluż it-trasferiment jew l-assenjazzjoni tad-dritt li tiġi użata l-kapaċità ta' din it-trasmissjoni, dħul jew ħruġ, bl-inklużjoni tad-disposizzjoni ta' aċċess għan-networks ta' informazzjoni globali.

Artikolu 25

Provvista ta' servizzi tista' tikkonsisti, inter alia, f'waħda mit-Transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-assenjazzjoni ta' proprjetà intanġibbli kemm jekk hija u kemm jekk mhix soġġetta għal att li jistabbilixxi titolu;

(b)

l-obbligazzjoni biex ma jsirx att, jew biex ikun tollerat att jew sitwazzjoni;

(ċ)

it-twettiq ta' servizzi skond ordni magħmula minn jew f'isem awtorità pubblika jew skond il-liġi.

Artikolu 26

1.   Kull waħda minn dawn it-transazzjonijiet li ġejjin għandha titqies bħala provvista ta' servizzi bi ħlas:

(a)

l-użu ta' merkanizja li tifforma parti mill-assi ta' negozju għall-użu privat ta' persuna taxxabbli jew tal-persunal tiegħu jew, b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozju tiegħu, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija kienet deduċibbli kollha jew parti minnha;

(b)

il-provvista ta' servizzi magħmula mingħajr ħlas minn persuna taxxabbli għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha, jew b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha.

2.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1, sakemm din id-deroga ma twassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Artikolu 27

Biex ma jħallux li jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu jitrattaw bħala provvista ta' servizzi bi ħlas il-provvista minn persuna taxxabbli ta' servizz għall-iskopijiet tan-negozju tiegħu, fejn il-VAT fuq tali servizz, kieku ngħata minn persuna oħra taxxabbli, ma kienx ikun deduċibbli kollu.

Artikolu 28

Fejn persuna taxxabbli li taġixxi f'isimha iżda għall-benefiċċju ta' ħaddieħor tieħu parti fi provvista ta' servizzi, hija għandha tiġi kkunsidrata li rċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess.

Artikolu 29

L-Artikolu 19 għandu japplika fl-istess mod għall-provvista ta' servizzi.

KAPITOLU 4

Importazzjoni ta' merkanzija

Artikolu 30

“Importazzjoni ta' merkanzija” għandha tfisser id-dħul fil-Komunità ta' merkanzija li ma tinsabx f'ċirkolazzjoni ħielsa fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat.

Minbarra t-transazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dħul fil-Komunità ta' merkanzija li tinsab f'ċirkolazzjoni ħielsa, li ġejja minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità, għandu jitqies bħala l-importazzjoni ta' merkanzija.

TITOLU V

POST TA' TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI

KAPITOLU 1

Post ta' provvista ta' merkanzija

taqsima 1

provvista ta' merkanzija mingħajr trasport

Artikolu 31

Fejn merkanzija ma tintbagħatx jew ma tkunx ittrasportata, il-post ta' provvista għandu jitqies bħala l-post fejn tkun tinsab il-merkanzija fil-ħin li ssir il-provvista.

Taqsima 2

Provvista ta' merkanzija bit-trasport

Artikolu 32

Fejn merkanżija hija mibgħuta jew ittrasportata mill-fornitur, jew mill-konsumatur, jew minn persuna terza, il-post ta' provvista għandu jitqies bħala l-post fejn tkun tinsab il-merkanzija fil-ħin meta tintbagħat jew jibda t-trasport tal-merkanzija għall-konsumatur.

Madankollu, jekk it-tluq jew it-trasport tal-merkanzija jibda f'territorju terz jew f'pajjiż terz, kemm il-post tal-provvista mill-importatur innominat jew rikonoxxut skond l-Artikolu 201 bħala obbligat li jħallas il-VAT u l-post ta' kwalunkwe provvista sussegwenti għandha titqies li tkun fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 33

1.   B'deroga mill-Artikolu 32, il-post tal-provvista tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-fornitur minn Stat Membru li mhux dak li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata jitqies bħala l-post fejn tinsab il-merkanzija fil-ħin li jintemm it-tluq jew it-trasport għall-konsumatur, fejn jintlaħqu il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista tal-merkanzija titmexxa għal persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1), jew għal kull persuna oħra li mhix taxxabbli;

(b)

il-merkanzija pprovduta la hi mezzi ġdid ta' trasport u lanqas merkanzija pprovduta wara li tkun ingħaqdet jew ġiet installata, bi prova jew mingħajr, minn jew għan-nom tal-fornitur.

2.   Fejn il-merkanzija pprovduta tintbagħat jew tkun ittrasportata minn territorju terz jew pajjiż terz u impurtata mill-fornitur ġewwa Stat Membru li mhux l-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata għall-konsumatur, din għandha titqies li ntbagħtet jew kienet ittrasportata mill-Istat Membru ta' importazzjoni.

Artikolu 34

1.   Sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin, l-Artikolu 33 m'għandux japplika għal provvisti ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata fit-totalità tagħha lejn l-istess Stat Membru, fejn dak l-Istat Membru hu l-Istat Membru fejn tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata:

(a)

il-merkanzija fornuta mhijiex prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(b)

il-valur totali, eskluża l-VAT, ta' tali provvisti li saru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 f'dak l-Istat Membru fi kwalunkwe sena kalendarja waħda ma jaqbiżx EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil–munita nazzjonali;

(ċ)

il-valur totali, eskluża l-VAT, tal-provvisti ta' merkanzija, minbarra prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, li saru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 f'dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja ta' qabel, ma qabiżx EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

2.   L-Istat Membru fit–territorju fejn tkun il-merkanzija fil-ħin li tintbagħat jew tkun ittrasportata għand il-konsumatur tispiċċa jista' jorbot il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 għal EUR 35 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, fejn dak l-Istat Membru jibża' li l-limitu ta' EUR 100 000 jista' jwassal għal distorsjoni serja fil-kompetizzjoni.

L-Istati Membri li jużaw l-għażla skond l-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jgħarrfu għaldaqstant lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti fl-Istat Membru minn fejn jibda t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill kmieni kemm jista' jkun rapport dwar kif qed jaħdmu l-limitu speċjali ta' EUR 35 000 msemmi fil-paragrafu 2, flimkien ma', jekk hu meħtieġ, proposti xierqa.

4.   L-Istat Membru li l–merkanzija tkun fit-territorju tiegħu fiż–żmien ta' meta jibda t-tluq jew it-trasport tagħha għandu jagħti d-dritt lil dawk il-persuni taxxabbli li jkunu wettqu il-provvisti ta' merkanzija li huma eliġibbli skond il-paragrafu 1 li jagħżlu li l-post tal-provvista jkun iddetereminat skond l-Artikolu 33.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu r-regoli ddettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta' l–opzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, li f'kwalunkwe każ għandha tkun tgħodd għal sentejn kalendarji.

Artikolu 35

L-Artikoli 33 u 34 m'għandhomx japplikaw għal provvisti ta' merkanzija użata, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, kif definit fil-punti (1) sa (4) ta' l-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta' mezzi ta' trasport użati, kif definit fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skond l-arranġamenti speċjali rilevanti.

Artikolu 36

Fejn merkanzija, mibgħuta jew ittrasportata mill-fornitur, mill-konsumatur jew minn persuna terza, huma installati jew immontati, bi jew mingħajr prova, minn jew f'isem il-fornitur, il-post tal-provvista għandu jitqies li jkun il-post fejn il-merkanzija tkun installata jew immontata.

Fejn l-installazzjoni jew il-muntaġġ isir fi Stat Membru barra dak tal-fornitur, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq l-istallazzjoni jew il-muntaġġ għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jkunx hemm tassazzjoni doppja f'dak l-Istat Membru.

Taqsima 3

Provvista ta' merkanzija abbord vapuri, ajruplani jew ferroviji

Artikolu 37

1.   Fejn merkanzija fornuta fuq vapuri, fuq ajruplani jew fuq ferroviji matul is-sezzjoni ta' operazzjoni ta' trasport tal-passiġġieri li ssir ġewwa l-Komunità, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-punt tat-tluq ta' operazzjoni ta' trasport tal-passiġġieri.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “sezzjoni ta' operazzjoni ta' trasport tal-passiġġieri li ssir ġewwa l-Komunità” għandha tfisser is-sezzjoni ta' l-operazzjoni li ssir, mingħajr waqfa barra mill-Komunità, bejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla ta' l-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri.

“Punt tat-tluq ta' operazzjoni ta' trasport tal-passiġġieri” għandha tfisser l-ewwel punt ta' l-imbarkazzajoni bi skeda tal-passiġġieri ġewwa l-Komunità, fejn japplika wara waqfa barra mill-Komunità.

“Punt tal-wasla ta' operazzjoni ta' trasport tal–passiġġieri” għandha tfisser l-aħħar punt ta' żbark bi skeda tal-passiġġieri ġewwa l–Komunità ta' passiġġieri li jkunu mbarkaw fil-Komunità, fejn applikabbli qabel waqfa barra mill-Komunità.

Fil-każ ta' vjaġġ bir-ritorn, il-vjaġġ tar-ritorn għandu jitqies bħala operazzjoni tat-trasport separata.

3.   Il-Kummissjoni għandha, kmieni kemm jista' jkun, tippreżenta rapport lill-Kunsill, akkumpanjat jekk meħtieġ minn proposti xierqa, dwar il-post ta' tassazzjoni tal-provvista ta' merkanzija għall-konsum abbord u l-provvista ta servizzi, inklużi s-servizzi tar-restorant, għall-passiġġieri fuq vapuri, arjuplani jew ferroviji.

Sa ma jkunu ġew adottati l-proposti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw jew ikomplu jeżentaw, bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, il-provvista ta' merkanzija għall-konsum abbord li l-post tat-tassazzjoni tagħhom hu stabbilit skond il-paragrafu 1.

Taqsima 4

Provvista ta' merkanzija permezz ta' sistemi ta' distribuzzjoni

Artikolu 38

1.   Fil-każ ta' provista ta' gass permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni ta' gass naturali, jew ta' elettriku, għal negozjant taxxabbli, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn in-negozjant taxxabbli stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss minn fejn jissupplixxi l-prodott, jew, fl-assenza ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu għandu l-indirizz permanenti jew fejn huwa jirresjedi s-soltu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “Negozjant taxxabbli” għandha tfisser persuna taxxabbli li għandha l-attività prinċipali tagħha fir–rigward ta' xiri ta' gass jew elettriku fil-bejgħ mill-ġdid ta' dawk il-prodotti u li l-konsum personali tagħha ta' dawk il-prodotti huwa negliġibbli.

Artikolu 39

Fil-każ ta' provvista ta' gass permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni naturali, jew ta' elettriku, fejn din il-provvista mhijiex koperta mill-Artikolu 38, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn il-konsumatur effettivament juża u jikkonsma l-merkanzija.

Fejn il-gass jew l-elettriku kollu jew parti minnu mhuwiex effettivament ikkunsmat mill-konsumatur, dik il-merkanzija mhux ikkunsmata għandha titqies daqs li kieku ġiet użata jew ikkunsmata fil-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss li għalih hija fornuta din il-merkanzija. F'każ illi ma hemmx dan il-post tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-konsumatur għandu jitqies illi uża jew ikkonsma l-merkanzija fil-post fejn għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn jirresjedi normalment.

KAPITOLU 2

Post ta' l-akkwist intra-Komunitarju tal-merkanzija

Artikolu 40

Il–post ta'akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija għandu jitqies bħala l-post li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lill-persuna li akkwistatha.

Artikolu 41

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, il–post ta' akkwist intra–Komunitarju ta' merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(i) għandu jitqies li jinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-VAT li permezz tiegħu l-persuna li qed takkwista l–merkanzija għamlet l-akkwist, sakemm il–persuna li takkwista l-merkanzija tistabbilixxi li ġiet applikata l-VAT għal dak l-akkwist skond l-Artikolu 40.

Jekk tiġi applikata l-VAT għall-akkwist skond l-ewwel paragrafu u sussegwentement applikata, skond l-Artikolu 40, għall-akkwist fl-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, l-ammont taxxabbli għandu jitnaqqas skond il-każ fl-Istat Membru li ħareġ in–numru ta' l-identifikazzjoni tal-VAT li permezz tiegħu l-persuna li tkun akkwistat il-merkanzija tkun għamlet l-akkwist.

Artikolu 42

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 41 m'għandux japplika u l-VAT għandha titqies li ġiet applikata għall-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija skond l-Artikolu 40 fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-persuna li takkwista l-merkanzija tistabbilixxi li għamlet l-akkwist intra-Komunitarju għall-finijiet ta' provvista sussegwenti, fit-territorju ta' l-Istat Membru identifikat skond l-Artikolu 40, li għalih il-persuna li lilha tkun saret il-provvista ġiet innominata skond l-Artikolu 197 bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT;

(b)

il-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija tkun issodisfat l-obbligi stipulati fl-Artikolu 265 dwar is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni li tirrikapitola.

KAPITOLU 3

Post ta' provvista ta' servizzi

Taqsima 1

Regola ġenerali

Artikolu 43

Il-post minn fejn hu pprovdut is-servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn hu pprovdut is-servizz, jew, fin-nuqqas ta' post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.

Taqsima 2

Disposizzjonijiet partikolari

Sub-taqsima 1

Provvista ta' servizzi minn intermedjarji

Artikolu 44

Il-post tal-provvista tas-servizzi minn intermedjarju li jaġixxu f'isem u għal persuna oħra, minbarra dawk msemmija fl-Artikoli 50 u 54 u fl-Artikolu 56(1), għandu jkun il-post fejn hi pprovduta t-transazzjoni prinċipali skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Madankollu, fejn il-konsumatur tas-servizzi pprovduti mill-intermedjarju ikun identifikat għall-iskopijiet tal-VAT fi Stat Membru li mhux dak li fit-territorju tiegħu tkun saret it-transazzjoni, il-post tal-provvista tas-servizzi mill-intermedjarju għandu jitqies fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għall–konsumatur li ntuża biex ingħatalu s-servizz.

Sub-taqsima 2

Provvista ta' servizzi li jikkonċernaw proprjetà immobbli

Artikolu 45

Il-post tal-provvista ta' servizzi li jikkonċernaw proprjetà immobbli, inklużi s-servizzi ta' aġenti tal–proprjetà u esperti, u servizzi li jikkonċernaw it-tħejjija u l-kordinazzjoni ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni, bħalma huma s-servizzi ta' periti u ta' ditti li jipprovdu superviżjoni fuq il-post, għandu jkun il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Sub-taqsima 3

Provvista ta' trasport

Artikolu 46

Il-post ta' provvista ta' trasport minbarra t-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija għandu jkun il-post fejn iseħħ it-trasport, proporzjonatament f'termini ta' distanzi koperti.

Artikolu 47

Il-post tal-provvista tat-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija għandu jkun il-post tat-tluq tat-trasport.

Madankollu, fejn it-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija hi pprovduta lil konsumaturi identifikati għall-finijiet ta' VAT fi Stat Membru li mhux dak li minnu telaq it-trasport, il-post tal-provvista għandu jitqies li qiegħed fit-territorju ta' l-Istat Membru li ppreżenta lill-konsumatur bin-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT li intuża biex ingħatalu s-servizz.

Artikolu 48

“Trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija” għandha tfisser kwalunkwe trasport ta' merkanzija li fir-rigward tagħha il-post tat-tluq u l-post tal-wasla jinsabu f'żewġ Stati Membri differenti.

“Post tat-tluq” għandha tfisser il-post fejn fil-fatt jibda t-trasport tal-merkanzija, irrispettivament mid-distanzi koperti sabiex jintlaħaq il-post fejn tinsab il-merkanzija.

“Post tal-wasla” għandha tfisser il-post fejn fil-fatt jintemm it-trasport tal-merkanzija.

Artikolu 49

It-trasport ta' merkanzija fejn il-post ta' tluq u l–post tal wasla jinsabu fit-territorju ta' l-istess Stat Membru għandu jiġi trattat bħala trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija fejn tali trasport huwa marbut direttament ma' trasport ta' merkanzija fejn il-post ta' tluq u l-post tal-wasla jinsabu fit-territorju ta' żewg Stati Membri differenti.

Artikolu 50

Il-post tal-provvista ta' servizzi minn intermedjarju, li jaġixxi f'isem u għal persuna oħra, fejn l-intermedjarju jieħu sehem fit-trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija, għandu jkun il-post tat-tluq tat-trasport.

Madankollu, meta l-konsumatur tas-servizzi pprovduti mill-intermedjarju hu identifikat għall-iskopijiet ta' VAT fi Stat Membru li mhux dak li minnu jkun telaq it-trasport, il-post tal-provvista tas-servizzi mill-intermedjarju għandu jitqies li hu fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għall-konsumatur li ntuża biex ingħatalu s-servizz.

Artikolu 51

L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw il-VAT għall-parti mit-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija minn fuq ilmijiet li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal–Komunità.

Sub-taqsima 4

Provvista ta' servizzi kulturali u oħrajn simili, servizzi ta' trasport anċillari jew servizzi li jikkonċernaw proprjetà mobbli tanġibbli

Artikolu 52

Il-post ta' provvista tas–servizzi li ġejjin għandu jkun il-post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa:

(a)

attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment jew attivitajiet simili, inklużi l-attivitajiet ta' l-organizzaturi ta' attivitajiet bħal dawn u, fejn jixraq, servizzi anċillari;

(b)

attivitajiet ta' trasport anċillari, bħal tagħbija, ħatt, maniġġjar u attivitajiet simili;

(ċ)

valutazzjonijet ta' proprjetà mobbli tanġibbli jew xogħol fuq tali proprjetà.

Artikolu 53

B'deroga mill-Artikolu 52(b), il–post tal–provvista ta' servizzi li jinvolvu attivitajiet anċillari għat-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija, ipprovduti lill-konsumaturi identifikati għal skopijiet ta' VAT fi Stat Membru li mhux dak li fit-territorju tiegħu twettqu fiżikament l-attivitajiet, għandu jittieħed li qiegħed fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għall-konsumatur li ntuża biex ingħatalu s-servizz.

Artikolu 54

Il-post tal-provvista ta' servizzi minn intermedjarju, li jaġixxi għan-nom u għall–kont ta' persuna oħra, fejn l-intermedjarju jieħu sehem fil-provvista ta' servizzi li tikkonsisti f'attivitajiet anċillari għat-trasport intra-Komunitarju ta' merkanzija, ikun il–post fejn ikunu fiżikament twettqu l-attivitajiet anċillari.

Madankollu, fejn il-konsumatur tas–servizzi pprovduti mill-intermedjarju ikun identifikat għal skopijiet ta' VAT fi Stat Membru ieħor li mhux fit-territorju ta' dak fejn ikunu fiżikament twettqu l-attivitajiet anċillari, il-post tal-provvista ta' servizzi mill-intermedjarju għandu jitqies fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għall-konsumatur li ntuża biex ingħatalu s-servizz.

Artikolu 55

B'deroga mill-Artikolu 52(ċ), il-post tal-provvista ta' servizzi li jinvolvi l-valutazzjoni ta' proprjetà mobbli tanġibbli jew xogħol fuq tali proprjetà, ipprovduta lil konsumaturi identifikati għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru li mhux fit-territorju ta' dak fejn is-servizzi huma mwettqa fiżikament, għandhom jitqiesu li jkunu fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għall-konsumatur li ntuża biex ingħatalu s-servizz.

Id-deroga msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tapplika biss fejn il-merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata barra mill-Istat Membru li fih tetqqu fiżikament is-servizzi.

Sub-taqsima 5

Provvista ta' servizzi varji

Artikolu 56

1.   Il-post ta' provvista tas-servizzi li ġejjin lil konsumaturi stabbiliti barra mill-Komunità, jew lil persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma mhux fl-istess Stat Membru bħall-fornitur, għandu jkun il-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss li għalih jingħata s-servizz, jew, fin-nuqqas ta' post bħal dan, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti:

(a)

trasferimenti u ċessjonijiet ta' drittijiet ta' l-awtur, brevetti, liċenzji, trejdmarks u drittijiet simili;

(b)

servizzi ta' reklamar;

(ċ)

servizzi ta' konsulenti, enġiniera, uffiċji ta' konsulenza, avukati, accountants u servizzi simili, kif ukoll l-ipproċessar ta' data u l-provvista ta' informazzjoni;

(d)

obbligazzjonijet biex ma tkunx eżerċitata attività kummerċjali, kollha jew parti minnha, jew dritt imsemmi f'dan il-paragrafu;

(e)

transazzjonijiet bankarji, finanzjarji u ta' assigurazzjoni, li jinkludu ri-assigurazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' kiri ta' kaxxiforti;

(f)

il-forniment ta' persunal;

(g)

kiri ta' proprjetà mobbli tanġibbli, bl-eċċezzjoni tal-mezzi tat-trasport kollha;

(h)

forniment ta' l-aċċess għal, u t-trasport ta' jew it-trasmissjoni minn, gass naturali u sistemi ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku u l-forniment ta' servizzi oħra marbuta b'mod dirett;

(i)

servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(j)

servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni;

(k)

servizzi pprovduti elettronikament, bħal dawk imsemmija fl-Anness II;

(l)

il-provvista ta' servizzi minn intermedjarji, li jaġixxu f'isem u għal persuni oħrajn, fejn dawk l-intermedjarji jieħdu sehem fil-provvista tas-servizzi msemmija f'dan il-paragrafu.

2.   Meta fornitur ta' servizz u l-konsumatur jikkomunikaw permezz tal-posta elettronika, dan m'għandux fih innifsu jfisser li s-servizz ipprovdut hu servizz ipprovdut elettronikament għall-finijiet ta' punt (k) tal-paragrafu 1.

3.   Il-Punti (j) u (k) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 57

1.   Fejn is-servizzi msemmija fil–punt (k) ta' l-Artikolu 56(1) huma pprovduti lil persuni li m'humiex taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti jew li huma ġeneralment residenti fi Stat Membru, minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha barra mill-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemmhekk minn fejn jiġi pprovdut is-servizz, jew li, fin-nuqqas ta' post ta' negozju jew stabbiliment fiss bħal dan, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra mill-Komunità, il-post tal-provvista għandu jkun il-post fejn il-persuna li mhix taxxabbli hi stabbilita, jew fejn hi għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti.

2.   Il-Paragrafu 1 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2006.

Sub-taqsima 6

Kriterju ta' użu effettiv u tgawdija

Artikolu 58

Sabiex tiġi evitata taxxa doppja, nuqqas ta' taxxa jew distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal–provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 56(1) u fir-rigward ta' kiri ta' mezzi ta' trasport:

(a)

iqisu l-post tal-provvista ta' kwalunkwe wieħed jew mis-servizzi kollha, jekk jinsabu fit-territorju tagħhom, bħala li jinsabu barra mill-Komunità, jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi ssir barra mill-Komunità;

(b)

iqisu l-post tal–provvista ta' kwalunkwe wieħed jew tas–servizzi kollha, jekk jinsabu barra mill-Komunità, bħala li jinsabu fit-territorju tagħhom, jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi ssir fit-territorju tagħhom.

Madankollu, din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika għas-servizzi msemmija fil-punt (k) ta' l-Artikolu 56(1), meta dawk is-servizzi huma pprovduti lil persuni li mhumiex taxxabbli.

Artikolu 59

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 58(b) għas-servizzi ta' telekomunikazzjoni pprovduti lil persuni mhux taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew li huma ġeneralment residenti fi Stat Membru minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha barra mill-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemmhekk li minnu huma pprovduti s-servizzi, jew li, fin-nuqqas ta' tali post tan-negozju jew stabbiliment fiss, għandha l-indirizz permanenti jew li hi ġeneralment residenti barra mill-Komunità.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2006, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 58(b) għal servizzi ta' xandir bir-radju u bit-televiżjoni, kif imsemmija fil-punt (j) ta' l-Artikolu 56(1), forniti lil persuni li m'humiex taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew li ġeneralment huma residenti fi Stat Membru, minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha barra l-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemmhekk minn fejn jiġu forniti s-servizzi, jew li, fin-nuqqas ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra l-Komunità.

KAPITOLU 4

Post ta' importazzjoni ta' merkanzija

Artikolu 60

Il-post ta' importazzjoni ta' merkanzija għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-merkanzija meta tidħol fil-Komunità.

Artikolu 61

Bħala deroga mill-Artikolu 60, fejn, malli tidħol fil-Komunità, merkanzija li mhijiex f'ċirkolazzjoni ħielsa titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, jew taħt arranġamenti għal importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazju ta' importazzjoni, jew taħt arranġamenti ta' transitu esterni, il–post ta' importazzjoni ta' tali merkanzija għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta minn dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.

B'mod simili, meta, mad-dħul fil-Komunità, merkanzija li hija f'ċirkolazzjoni ħielsa titpoġġa taħt waħda mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 276 u 277, il-post ta' l-importazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta minn dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.

TITOLU VI

AVVENIMENT LI JAGĦTI LOK GĦAL ĦLAS U IMPOSIZZJONI TA' VAT

KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 62

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(1)

“Avveniment li jagħti lok għal ħlas” għandha tfisser okkorrenza li permezz tagħha l-kondizzjonijet legali meħtieġa biex tiġi imposta l-VAT huma sodisfatti;

(2)

Il-VAT għandha tiġi “imposta” meta l-awtorità tat-taxxa ssir intitolata bil-liġi, f'mument partikolari, biex tiġbor it-taxxa mill-persuna soġġetta li tħallasha, għalkemm iż-żmien għall-ħlas jista' jkun pospost.

KAPITOLU 2

Provvista ta' merkanzija jew servizzi

Artikolu 63

Għandu jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is–servizzi huma pprovduti.

Artikolu 64

1.   Fejn din twassal għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta' kont jew ħlasijiet suċċessivi, il-provvista ta' merkanzija, ħlief dik li tikkonsisti fil-kiri ta' merkanzija għal ċertu perijodu jew il-bejgħ ta' merkanzija fuq termini differiti, kif imsemmi fil-punt (b) ta' l-Artikolu 14(2), jew il-provvista ta' servizzi għandhom jitqiesu bħala kompluti ma' l-iskadenza tal-perijodi li għalihom jirrelataw dawn id–dikjarazzjonijiet ta' kont jew ħlasijiet.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi, f'ċerti każijiet, il-provvista kontinwa ta' merkanzija jew servizzi fuq perijodu ta' żmien tiġi meqjusa bħala kompletata għall-inqas f'intervalli ta' sena.

Artikolu 65

Meta ħlas jrid isir akkont qabel ma l–merkanzija jew is-servizzi jiġu pprovduti, il-VAT għandha tiġi imposta meta jiġi riċevut il–ħlas u fuq l–ammont riċevut.

Artikolu 66

bħala deroga mill–Artikoli 63, 64 u 65, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-VAT għandha tiġi imposta, fir-rigward ta' ċerti transazzjonijiet jew ċerti kategoriji ta' persuni taxxabbli f'wieħed miż-żminijiet li ġejjin:

(a)

mhux iktar tard miż-żmien tal-ħruġ tal-fattura;

(b)

mhux iktar tard miż-żmien meta jiġi riċevut il-ħlas;

(ċ)

fejn ma tinħariġx fattura, jew tinħareġ tard, f'perijodu speċifikat mid-data ta' l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

Artikolu 67

1.   Fejn, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 138, merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn Stat Membru ħlief dak li fih jibda t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija hija pprovduta b'eżenzjoni għall-VAT jew fejn merkanzija hija ttrasferita b'eżenzjoni għall-VAT lil Stat Membru ieħor minn persuna taxxabbli għall-finijiet tan-negozju tagħha, il-VAT għandha tiġi imposta fil-15-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-VAT għandha tiġi imposta mal-ħruġ tal-fattura li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 220, jekk dik il-fattura tinħareġ qabel il-ħmistax-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

KAPITOLU 3

Akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija

Artikolu 68

L-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ meta jsir l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija.

L-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija għandu jitqies li sar meta l-provvista ta' merkanzija simili titqies li saret fit-territorju ta' l-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 69

1.   Fil-każ ta' l-akkwist intra-Komunitarju tal-merkanzija, il-VAT għandha tiġi imposta fil-15-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-VAT għandha tiġi imposta mal-ħruġ tal-fattura li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 220, jekk dik il-fattura tinħareġ qabel il-ħmistax-il jum tax-xahar ta' wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

KAPITOLU 4

Importazzjoni ta' merkanzija

Artikolu 70

L-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija tkun impurtata.

Artikolu 71

1.   Meta, mad-dħul fil-Komunità, il-merkanzija titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 156, 276 u 277, jew taħt arranġamenti ta' importazzjoni temporanji b'eżenzjoni totali tad-dazju fuq l-importazzjoni, jew taħt arranġamenti ta' trażitu esterni, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas iseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta biss meta l-merkanzija ma tibqax taħt dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.

Madankollu, meta l-merkanzija impurtata tkun soġġetta għad-dazji doganali, jew għal imposti agrikoli jew għal xi piżijiet li għandhom effett ekwivalenti li ġew stabbiliti skond politika komuni, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta meta jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas fir-rigward ta' dawk id-dazji u dawk id-dazji jsiru dovuti.

2.   Meta merkanzija impurtata ma tkunx soġġetta għall-ebda mid-dazji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, rigward l-avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-mument meta l-VAT issir dovuta, japplikaw id-dispożizzjonijiet li jkun hemm fis-seħħ li jirregolaw id-dazji doganali.

TITOLU VII

AMMONT TAXXABBLI

KAPITOLU 1

Definizzjonijiet

Artikolu 72

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “valur tas-suq miftuħ” għandha tfisser l-ammont sħiħ li, sabiex jakkwista l-merkanzija jew is-servizzi konċernati, klijent fl-istess stadju ta' kummerċjalizzazzjoni bħal dak li fih iseħħ il-forniment ta' merkanzija jew servizzi, ikollu jħallas, fil-mument ta' dak il-forniment u taħt kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, lil fornitur mhux relatat miegħu fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih il-forniment ikun taxxabbli.

Fejn ma jista' jiġi aċċertat l-ebda forniment ta' merkanzija jew servizzi komparabbli, “valur tas-suq miftuħ” għandha tfisser dan li ġej:

(1)

fir-rigward ta' merkanzija, ammont li ma jkunx inqas mill-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta' merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta' prezz tax-xiri, il-prezz tal-kost, determinat fil-mument tal-forniment;

(2)

fir-rigward ta' servizzi, ammont li ma jkunx inqas mill-ispiża sħiħa għall-persuna taxxabbli biex tforni s-servizz.

KAPITOLU 2

Provvista ta' merkanzija jew servizzi

Artikolu 73

Fir-rigward tal-provvista ta' merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.

Artikolu 74

Fejn persuna taxxabbli tapplika jew tiddisponi minn merkanzija li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha, jew fejn merkanzija hija miżmuma minn persuna taxxabbli, jew mis-suċċessuri tagħha, meta l-attività ekonomika tagħha tintemm, kif imsemmi fl-Artikolu 16 u 18, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta' merkanzija simili jew, fl-assenza tal-prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbilit fiż-żmien meta sseħħet l-applikazzjoni, id-disponiment jew iż-żamma.

Artikolu 75

Fir-rigward tal-provvista ta' servizzi, kif imsemmija fl–Artikolu 26, fejn merkanzija li tifforma parti mill-assi ta' negozju tintuża għal finijiet privati jew servizzi jitweqqu bla ħlas, l-ammont taxxabbli għandu jkun l-ispiża kollha għall-persuna taxxabbli tal-provvediment tas-servizzi.

Artikolu 76

Fir-rigward tal-provvista ta' merkanzija li tikkonsisti fit-trasferiment lejn Stat Membru ieħor, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta' merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta' prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbilit fiż-żmien li fih isir it-trasferiment.

Artikolu 77

Fir-rigward tal-provvista minn persuna taxxabbli ta' servizz għall-finijiet tan-negozju tiegħu, kif imsemmija fl-Artikolu 27, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-valur fis-suq miftuħ tas-servizz ipprovdut.

Artikolu 78

L-ammont taxxabbli għandu jinkludi l-fatturi li ġejjin:

(a)

taxxi, dazji, imposti u piżijiet, minbarra l-VAT innifisha;

(b)

spejjeż inċidentali bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' l-assigurazzjoni, mitluba mill-fornitur lill-konsumatur.

Għall-finijiet tal-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jqisu spejjeż koperti minn ftehim separat bħala spejjeż inċidentali.

Artikolu 79

L-ammont taxxabbli m'għandux jinkludi l-fatturi li ġejjin:

(a)

tnaqqis fil-prezzijiet bħala skont għal pagament kmieni;

(b)

roħs fil-prezzijiet u tnaqqis mogħti lill-konsumatur u akkwistati minnu fiż-żmien tal-provvista;

ċ)

ammonti riċevuti minn persuna taxxabbli mill-konsumatur, bħala ħlas lura għan-nefqa mħallsa fl-isem u għall-konsumatur, u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f'kont ta' sospiża.

Il–persuna taxxabbli għandha tissupplixxi prova ta' l-ammont effettiv ta' din in-nefqa msemmija fil-punt (ċ) ta' l-ewwel paragrafu u ma tistax tnaqqas kwalunkwe VAT li setgħet ġiet imposta.

Artikolu 80

1.   Sabiex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu fil-każijiet li ġejjin jieħdu miżuri sabiex, fir-rigward tal-forniment ta' merkanzija jew servizzi li jinvolvu rabtiet ta' familja jew rabtiet oħra personali qrib, rabtiet ta' ġestjoni, appartenenza, sħubija, finanzjarji jew legali kif definit mill-Istat Membru, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ:

(a)

fejn il-konsiderazzjoni tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u d-destinatarju tal-forniment ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177;

(b)

fejn il-konsiderazzjoni tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177 u l-forniment ikun soġġett għal eżenzjoni taħt l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390;

(ċ)

fejn il-konsiderazzjoni tkun ogħla mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177.

Għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu, rabtiet legali jistgħu jinkludu r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat jew il-familja ta' l-impjegat, jew kwalunkwe persuna oħra konnessa mill-qrib.

2.   Meta jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-provvisti ta' oġġetti u servizzi koperti, u l-kategoriji ta' fornituri, prestaturi jew konsumaturi li għalihom jistgħu japplikaw dawn il-miżuri.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kumitat tal-VAT dwar il-miżuri tal-liġi nazzjonali adottati f' applikazzjoni tal-paragrafu 1 safejn dawn ma jkunux miżuri li ġew awtorizzati mill-Kunsill qabel it-13 ta' Awwissu 2006 skond l-Artikolu 27 (1) sa (4) tad-Direttiva 77/388/KE u li tkomplew skond dan il-paragrafu 1.

Artikolu 81

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, ma kienux jagħmlu użu mill-għażla skond l-Artikolu 98 li japplikaw rata mnaqqsa jistgħu, jekk jagħmlu użu mill-għażla skond l-Artikolu 89, jipprovdu li fir-rigward tal-provvista ta' xogħlijiet ta' l-arti, kif imsemmija fl-Artikolu 103(2), l-ammont taxxabli għandu jkun daqs frazzjoni ta' l-ammont stabbilit skond l-Artikoli 73, 74, 76, 78 u 79.

Il-frazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun stabbilita b'tali mod li l-VAT hekk dovuta tkun ugwali għal mill–inqas 5 % ta' l-ammont stabbilit skond l-Artikoli 73, 74, 76, 78 u 79.

Artikolu 82

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fir-rigward tal-forniment ta' merkanzija jew servizzi, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi l-valur tad-deheb ta' investiment eżentat fis-sens ta' l-Artikolu 346, li jkun ġie fornut mill-klijent biex jintuża bħala bażi għat-tħaddim u li bħala riżultat, jitlef l-istatus tiegħu ta' deheb ta' investiment eżentat mill-VAT meta tali merkanzija jew servizzi jiġu fornuti. Il-valur li għandu jintuża hu l-valur tas-suq miftuħ tad-deheb ta' investiment fil-mument meta dik il-merkanzija jew servizzi jiġu forniti.

KAPITOLU 3

Akkwist ta' merkanzija intra-Komunitarju

Artikolu 83

Rigward l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit abbażi ta' l-istess fatturi bħal dawk użati skond il-Kapitolu 1 biex jiġi stabbilit l-ammont taxxabbli għall-provvista ta' l-istess merkanzija fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ tat-transazzjonijiet, li għandhom jiġu ttrattati bħala akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija, imsemmija fl-Artikoli 21 u 22, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri ta' l-merkanzijajew ta' merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta' prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbilit fil-ħin tal-provvista.

Artikolu 84

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-dazju tas-sisa dovut jew imħallas mill-persuna li tkun qed tagħmel l-akkwist intra-Komunitarju ta' prodott soġġett għal dazju tas-sisa ikun inkluż fl-ammont taxxabbli skond il-punt (a) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 78.

2.   Fejn, wara li jkun sar l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija, il-persuna li takkwista l-merkanzija tikseb rifużjoni tad-dazju tas-sisa mħallas fl-Istat Membru li fih beda t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jitnaqqas għaldaqstant fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun sar l-akkwist.

KAPITOLU 4

Importazzjoni ta' merkanzija

Artikolu 85

Rigward l-importazzjoni ta' merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-valur għal finijiet doganali, stabbilit skond id-disposizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ.

Artikolu 86

1.   L-ammont taxxabbli għandu jinkludi l-fatturi li ġejjin, sakemm mhux diġà inklużi:

(a)

taxxi, dazji, imposti u piżijiet oħrajn dovuti barra mill-Istat Membru ta' l-importazzjoni, u dawk dovuti minħabba fl-importazzjoni, minbarra l-VAT li għandha tkun imposta;

(b)

spejjeż inċidentali, bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' assigurazzjoni, li jkunu tħallsu sa l-ewwel post ta' destinazzjoni fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' importazzjoni kif ukoll dawk li jirriżultaw mit-trasport lejn post ieħor ta' destinazzjoni fil-Komunità, jekk dak il-post l-ieħor hu magħruf meta jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, “l-ewwel post ta' destinazzjoni”' għandha tfisser il-post imsemmi fuq l-avviż tal–kunsinna jew fuq kwalunkwe dokument ieħor li bih il-merkanzija tkun importata fl-Istat Membru ta' importazzjoni. Fin-nuqqas ta' indikazzjoni ta' dan it-tip, l-ewwel post ta' destinazzjoni jitqies bħala l-post ta' l-ewwel trasferiment tat-tagħbija fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni.

Artikolu 87

L-ammont taxxabbli m'għandux jinkludi l-fatturi li ġejjin:

(a)

tnaqqis fil-prezzijiet bħala skont għal pagament kmieni;

(b)

roħs fil-prezzijiet u tnaqqis mogħti lill-konsumatur u akkiwstat minnu fiż-żmien ta' l-importazzjoni.

Artikolu 88

Meta merkanzija temporanjament esportata mill-Komunità hija importata mill-ġdid wara li saritilha, barra mill-Komunità, tiswija, ipproċessar, addattament, irtokkar jew xogħol ulterjuri, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi biex jiżguraw li t-trattament tat-taxxa tal-merkanzija għall-iskopijiet tal-VAT hu l-istess bħal dak li kien ikun applikat jekk it-tiswija, l-ipproċessar, l-addattament, l-irtokkar jew ix-xogħol ulterjuri kien twettaq fit-territorju tagħhom.

Artikolu 89

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, m'għamlux użu mill-għażla skond l-Artikolu 98 li japplikaw rata mnaqqsa, jistgħu jipprovdu li għar-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, kif imfissra fil-punti (2), (3) u (4) ta' l-Artikolu 311(1), l-ammont taxxabbli għandu jkun ugwali għal frazzjoni ta' l-ammont stabbilit skond l-Artikoli 85, 86 u 87.

Il-frazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi stabbilita b'tali mod li l-VAT hekk dovuta fuq l-importazzjoni tkun ugwali għal mill-inqas 5 % ta' l-ammont stabbilit skond l-Artikoli 85, 86 u 87.

KAPITOLU 5

Disposizzjonijiet varji

Artikolu 90

1.   Fil-każ ta' kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta' pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skond kondizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   Fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1.

Artikolu 91

1.   Fejn il-fatturi użati biex ikun iddeterminat l-ammont taxxabbli fuq l-importazzjoni huma espressi f'munita li mhix dik ta' l-Istat Membru fejn issir l-evalwazzjoni, ir-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-kalkolu tal-valur għal skopijiet ta' dwana.

2.   Fejn il-fatturi użati biex ikun stabbilit l-ammont taxxabbli ta' transazzjoni li mhix l-importazzjoni ta' merkanzija huma espressi f'munita li mhix dik ta' l-Istat Membru fejn issir l-evalwazzjoni, ir-rata tal-kambju applikabbli għandha tkun l-aħħar rata ta' bejgħ irreġistrata, fiż-żmien meta l-VAT għandha tiġi imposta, fuq l–iktar suq jew swieq tal-kambju rappresentattiv jew rappreżentattivi ta' l-Istat Membru kkonċernat, jew rata stabbilita b'referenza għal dak is-suq jew dawk is–swieq, skond ir-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

Madakollu, għal xi transazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew għal ċerti kategoriji ta' persuni taxxabbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw ir-rata tal-kambju stabbilita skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ li jirregolaw il-kalkolu tal-valur għall-skopijiet ta' dwana.

Artikolu 92

Fir–rigward ta' l-ispejjeż ta' materjal ta' l-ippakkjar li jista' jintradd lura, l-Istati Membri jistgħu jieħdu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

jeskluduhom mill-ammont taxxabbli u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dan l-ammont hu aġġustat jekk il-materjal ta' l-ippakkjar ma jintraddx lura;

(b)

jinkluduhom fl-ammont taxxabbli u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dan l-ammont hu aġġustat jekk il-materjal ta' l-ippakkjar fil-fatt jintradd lura.

TITOLI VIII

RATI

KAPITOLU 1

Applikazzjoni ta' rati

Artikolu 93

Ir-rata applikabbli għal transazzjonijiet taxxabbli għandha tkun dik fis-seħħ fiż-żmien ta' l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

Madanakollu, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, ir-rata applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ meta l-VAT għandha tiġi imposta:

(a)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 65 u 66;

(b)

fil-każ ta' akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija;

(ċ)

fil-każijiet, li jikkonċernaw l-importazzjoni ta' merkanzija, imsemmija fit–tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 71(1) u fl-Artikolu 71(2).

Artikolu 94

1.   Ir-rata applikabbli għall-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija għandha tkun dik applikata għall-provvista ta' merkanzija simili fit-territorju ta' l-Istat Membru.

2.   Soġġett għall-għażla skond l-Artikolu 103(1) li tiġi applikata rata mnaqqsa għall-importazzjoni ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti ta' kollezzjoni jew antikitajiet, ir-rata applikabbli għall-importazzjoni ta' merkanzija għandha tkun dik applikata għall-provvista ta' merkanzija simili fit-territorju ta' l-Istat Membru.

Artikolu 95

Fejn ir-rati huma mibdula, l-Istati Membri jistgħu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 65 u 66, jagħmlu aġġustamenti sabiex jieħdu in konsiderazzjoni r-rata applikabbli fiż-żmien meta l-merkanzija jew is-servizzi kienu fornuti.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jaddottaw kull miżura transizzjonali xierqa.

KAPITOLU 2

Struttura u livell ta' rati

Taqsima 1

Rata standard

Artikolu 96

L-Istati Membri għandhom japplikaw rata standard ta' VAT, li għandha tiġi ffissata minn kull Stat Membru bħala persentaġġ ta' l-ammont taxxabbli u li għandha tkun l-istess għall-provvista ta' merkanzija u għall-provvista ta' servizzi.

Artikolu 97

1.   Mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2010, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.

2.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, dwar il-livell tar-rata standard li għandha tiġi applikata wara l-31 ta' Diċembru 2010.

Taqsima 2

Rati mnaqqsa

Artikolu 98

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa.

2.   Ir-rati mnaqqsa għandhom japplikaw biss għall-provvisti ta' merkanzija jew servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.

Ir-rati mnaqqsa m'għandhomx japplikaw għas-servizzi msemmija fil-punt (k) ta' l-Artikolu 56(1).

3.   Meta jkunu qed japplikaw ir-rati mnaqqsa previsti fil-paragrafu 1 għal kategoriji ta' merkanzija, l-Istati Membri jistgħu jużaw in-Nomenklatura Magħquda sabiex jistabbilixxu eżattament kemm hi koperta l-kategorija kkonċernata.

Artikolu 99

1.   Ir-rati mnaqqsa għandhom jiġu ffissati bħala persentaġġ ta' l-ammont taxxabbli, li ma jistax ikun inqas minn 5 %.

2.   Kull rata mnaqqsa għandha tkun hekk iffissata li l-ammont tal-VAT li jirriżulta mill-applikazzjoni tagħha jkun tali li l-VAT li jista' jitnaqqas skond l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177 normalment tkun tista' titnaqqas b'mod sħiħ.

Artikolu 100

Mill-1994, il–Kunsill għandu jirrevedi l-iskop tar–rati mnaqqsa kull sentejn abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill jista', skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, jiddeċiedi li jbiddel il-lista ta' merkanzija u servizzi stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 101

L-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2007 l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali dwar l-impatt ta' rati mnaqqsa li japplikaw għas-servizzi pprovduti lokalment, inklużi servizzi ta' ristoranti, b'mod partikolari f'termini ta' ħolqien tax-xogħol, tkabbir ekonomiku u t-tħaddim xieraq tas-suq intern, ibbażat fuq studju mwettaq minn think-tank ekonomiku indipendenti.

Taqsima 3

Disposizzjonijiet partikolari

Artikolu 102

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għall-provvista ta' gass naturali, ta' elettriku jew ta' tisħin distrettwali, sakemm b'hekk ma jinħoloqx riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Kwalunkwe Stat Membru li bi ħsiebu japplika rata mnaqqsa skond l-ewwel subparagrafu għandu, qabel ma jagħmel dan, jinforma lill-Kummissjoni għaldaqstant. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk hemmx riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni jew le. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx ħadet dik id-deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni, ma jitqies li jeżisti l-ebda riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Artikolu 103

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rata mnaqqsa, jew waħda mir-rati mnaqqsa, li huma japplikaw skond l-Artikoli 98 u 99 għandha tapplika wkoll għall-importazzjonijiet ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, kif definiti fil-punti (2), (3) u (4) ta' l-Artikolu 311(1).

2.   Jekk l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla skond il-paragrafu 1, dawn jistgħu japplikaw ukoll ir-rata mnaqqsa għat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' xogħlijiet ta' l-arti, magħmula mill-kreatur tagħhom jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu;

(b)

il-provvista ta' xogħlijiet ta' l-arti, magħmula f'okkażjonijet mhux regolari, minn xi persuna taxxabbli minbarra negozjant taxxabbli, fejn ix-xogħlijiet ta' l-arti jkunu ġew importati mill-persuna taxxabbli nnifisha, jew fejn dawn ikunu pprovduti lilha mill-kreatur tagħhom jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu, jew meta dawn ikunu tawha d-dritt għal tnaqqis sħiħ tal-VAT.

Artikolu 104

L-Awstrija tista', fil-komuni ta' Jungholz u Mittelberg (Kleines Walsertal), tapplika it–tieni rata normali li tkun aktar baxxa mir-rata korrispondenti applikata fil-kumplament ta' l-Awstrija imma mhux anqas minn 15 %.

Artikolu 105

Il-Portugall jista', għal transazzjonijiet imwettqa fir-reġjuni awtonomi ta' l-Azores u Madeira u għall-importazzjoni diretta lejn dawk ir-reġjuni, japplika rati aktar baxxi minn dawk li japplikaw fil-pajjiż kontinentali.

KAPITOLU 3

Disposizzjonijiet temporanji għal servizzi partikolari li jinvolvu xogħol intensiv

Artikolu 106

Il-Kunsill jista', billi jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jawtorizza lill-Istati Membri kollha li japplikaw l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2010 r-rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98 għal servizzi elenkati fl-Anness IV.

Ir-rati mnaqqsa jistgħu jiġu applikati għal servizzi minn mhux aktar minn tnejn mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness IV.

F'każi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jiġi awtorizzat li japplika r-rata mnaqqsa għal servizzi minn tlieta minn dawk il-kategoriji.

Artikolu 107

Is-servizzi msemmija fl-Artikolu 106 għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom jinvolvu xogħol intensiv;

(b)

għandhom fil-biċċa l-kbira jiġu pprovduti direttament lill-konsumaturi aħħarin;

(ċ)

għandhom prinċipalment ikunu lokali u x'aktarx li ma joħolqux distorsjoni fil-kompetizzjoni.

Għandu jkun hemm ukoll rabta mill-qrib bejn it-tnaqqis fil-prezzijiet li jirriżulta mit-tnaqqis tar-rata u ż-żieda prevista fid-domanda u fix-xogħol. L-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa m'għandhiex tippreġudika t-tħaddim bla xkiel tas-suq intern.

Artikolu 108

Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq japplika għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2005 rata mnaqqsa għal servizz wieħed jew aktar imsemmi fl-Artikolu 106 skond dan l-Artikolu għandu jgħarraf lill-Kummissjoni kif meħtieġ mhux aktar tard fl-31 ta' Marzu 2006. Hu għandu jikkomunika lill-Kummissjoni qabel dik id-data l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-miżuri l-ġodda li bi ħsiebu jintroduċi, b'mod partikolari dan li ġej:

(a)

l-iskop tal–miżura u deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi involuti;

(b)

partikolaritajiet li juru illi jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107;

(ċ)

partikolaritajiet li juru n-nefqa tal-budget tal-miżura prevista.

KAPITOLU 4

Disposizzjonijiet speċjali li japplikaw sa l-adozzjoni ta' arranġamenti definittivi

Artikolu 109

Sa l-introduzzjoni ta' l-arranġamenti definittivi msemmija fl-Arikolu 402, għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 110

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1991, kienu qed jagħtu eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jew japplikaw rati mnaqqsa iktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99, jistgħu jkomplu jagħtu dawk l-eżenzjonijiet jew japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa.

L-eżenzjonijiet u r-rati mnaqqsa msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu skond id-dritt Komunitarju u għandhom ikunu ġew adottati għal raġunijiet soċjali definiti b'mod ċar u għall-benefiċċju tal-konsumatur aħħari.

Artikolu 111

Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 110, eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jistgħu jibqgħu jingħataw fil-każijiet li ġejjin:

(a)

mill-Finlandja għat–tqassim ta' gażżetti u perjodiċi mibjugħa b'abbonament u l-istampar ta' pubblikazzjonijiet distribwiti lill-membri ta' korporazzjonijiet għall-ġid pubbliku;

(b)

mil l-Isvezja għat-tqassim ta' gażżetti, inklużi gażżetti bit-tejp u fuq cassette għal nies li huma neqsin mid-dawl, prodottti farmaċewtiċi pprovduti lil sptarijiet jew bi preskrizzjoni, u l-produzzjoni, jew servizzi oħra relatati li jikkonċernaw, perjodiċi ta' organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt.

Artikolu 112

Jekk id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 110 jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-Irlanda fil–provvista ta' prodotti ta' l-enerġija għat-tisħin u d-dawl, l-Irlanda tista', fuq talba speċifika, tkun awtorizzata mill-Kummissjoni li tapplika rata mnaqqsa għal dawn il-provvisti, skond l-Artikoli 98 u 99.

Fil-każ isemmi fl-ewwel paragrafu, l-Irlanda għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni flimkien ma' l-informazzjoni kollha meħtieġa. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet it-talba, l–Irlanda għandha titqies li hi awtorizzata li tapplika r-rati mnaqqsa kif proposti.

Artikolu 113

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1991, skond id-dritt Komunitarju, kienu qed jagħtu eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, jew kienu qed japplikaw rati mnaqqsa iktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99, fir-rigward ta' merkanzija u servizzi li mhumiex dawk speċifikati fl-Anness III, jistgħu japplikaw ir-rata mnaqqsa, jew waħda miż-żewġ rati mnaqqsa, previsti fl-Artikolu 98 għall-provvista ta' tali merkanzija jew servizzi.

Artikolu 114

1.   L-Istati Membri li fl–1 ta' Jannar 1993, kienu obbligati li jżidu r-rata standard tagħhom fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1991 b'iżjed minn 2 % jistgħu japplikaw rata mnaqqsa iktar baxxa mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99 għall-provvista ta' merkanzija u servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.

L-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu japplikaw ukoll din ir–rata lis-servizzi ta' ristoranti, ħwejjeġ tat-tfal, żraben tat-tfal u sistemazzjoni fid-djar.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq il-paragrafu 1 biex jintroduċu eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

Artikolu 115

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1991, kienu qed japplikaw rata mnaqqsa lil servizzi ta' ristoranti, ħwejjeġ tat–tfal, żraben tat-tfal u sistemazzjoni fid–djar jistgħu jkomplu japplikaw din ir-rata lill-provvista ta' dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi.

Artikolu 116

Il-Portugall jista' japplika waħda miż–żewġ rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98 għal servizzi ta' ristoranti, sakemm din ir-rata ma tkunx inqas minn 12 %.

Artikolu 117

1.   Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 115, l-Awstrija tista' tkompli tapplika rata mnaqqsa għal servizzi ta' ristoranti.

2.   L-Awstrija tista' tapplika waħda miż-żewġ rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98 għall-kiri ta' proprjetà immobbli għall-użu residenzali, sakemm din ir-rata ma tkunx inqas minn 10 %.

Artikolu 118

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1991, kienu qed japplikaw rata mnaqqsa lill-provvista ta' merkanzija jew servizzi li mhumiex dawk speċifikati fl-Anness III jistgħu japplikaw ir-rata mnaqqsa, jew waħda miż-żewġ rati mnaqqsa, previsti fl-Artikolu 98 lill-provvista ta' dik il-merkanzija jew ta' dawk is-servizzi, sakemm ir-rata ma tkunx inqas minn 12 %.

L-ewwel paragrafu ma japplikax għall-provvista ta' merkanzija użata, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, kif definiti fil-punti (1) sa (4) ta' l-Artikolu 311(1), soġġett għall-VAT skond l-iskema ta' marġni prevista fl-Artikoli 312 sa 325 jew l-arranġamenti għal bejgħ b'irkant pubbliku.

Artikolu 119

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l–Artikolu 118, l–Awstrija tista' tapplika rata mnaqqsa għall-inbejjed prodotti f'impriża agrikola mill-produttur-bidwi, sakemm ir-rata ma tkunx ta' anqas minn 12 %.

Artikolu 120

Il-Greċja tista' tapplika rati sa 30 % inqas mir-rati korrispondenti applikati fil-kontinent tal-Greċja fid–dipartimenti ta' Lesbos, Chios, Samos, u fid-Dodecanese u fis-Cyclades, u fuq il-gżejjer ta' Thassos, L-Isporades tat-Tramuntana, Samothrace u Skiros.

Artikolu 121

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, kienu jikkunsidraw xogħol b'kuntratt bħala provvista ta' merkanzija jistgħu japplikaw għall-forniment ta' xogħol b'kuntratt ir-rata applikabbli għall-merkanzija akkwistata wara l-eżekuzzjoni tax-xogħol b'kuntratt.

Għall-finijiet ta' applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu, “forniment ta' xogħol b'kuntratt” għandha tfisser il-kunsinja minn kuntrattur lill-konsumatur tiegħu ta' proprjetà mobbli magħmula jew immontata mill-kuntrattur minn materjal jew oġġetti mogħtija lilu mill-konsumatur għal din ir-raġuni, sewwa jekk il-kuntrattur ipprovda xi parti tal-materjal użat jew le.

Artikolu 122

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għall-provvista ta' pjanti ħajjin u prodotti oħra florikulturali, inklużi basal, għeruq u oħrajn simili, fjuri maqtugħa u weraq tat-tiżjin u ta' injam użat bħala ħatab.

KAPITOLU 5

Disposizzjonijiet temporanji

Artikolu 123

Ir-Repubblika Ċeka tista', sal-31 ta' Diċembru 2007, tkompli tapplika r-rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 5 % għat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' enerġija tas-sħana użata minn familiji u minn imprendituri żgħar li mhumiex soġġetti għall-VAT ghat-tisħin u għall-produzzjoni ta' ilma sħun, minbarra l-materja prima użata biex tiggenera l-enerġija ta' shana;

(b)

il-provvista ta' xoghol ta' kostruzzjoni ghal djar residenzjali li mhux provdut bhala parti mill-politika socjali, minbarra l-materjal tal-bini.

Artikolu 124

L-Estonja tista', sat–30 ta' Ġunju 2007, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 5 % għall-provvista ta' tishin mibjugħ lil persuni naturali, assoċjazzonijiet ta' djar, assoċjazzjonijiet ta' appartamenti, knejjes, kongregazzjonijiet, u istituzzjonijiet jew korpi ffinanzjati mill-budget ta' l-istat, ta' municipalità rurali jew ta' belt, kif ukoll fuq il–provvista ta' peat, fuel briquettes, faham u ħatab lil persuni naturali.

Artikolu 125

1.   Ċipru jista', sal-31 ta' Dicembru 2007, ikompli jagħti eżenzjoni bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imhallsa fl-istadju preċedenti fuq il–provvista ta' farmacewtici u oġġetti ta' l–ikel ghall-konsum mill-bniedem, minbarra ġelat, lollipops tas-silġ, yoghurt iffriżat, silġ ta' l-ilma u u prodotti bhal dawn u prodotti saporiti ta' ikel (potato crisps/sticks, puffs u prodotti bhal dawn ippakkjati ghall-konsum mill-bniedem minghajr il-htieġa ta' ebda preparazzjoni oħra).

2.   Ċipru tista' tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 5 % għall-provvista ta' servizzi ta' ristoranti, sal-31 ta' Diċembru 2007 jew sa l-introduzzjoni ta' arranġamenti definittivi, kif imsemmi fl-Artikolu 402, skond liema tigi l-ewwel.

Artikolu 126

L-Ungerija tista' tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 12 % għat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' faħam, coal–brick u kokk, ħatab għan-nar u faħam tal-kannol, u l-provvista tas–servizzi distrettwali tat-tisħin, sal-31 ta' Dicembru 2007;

(b)

il–provvista ta' servizzi ta' ristoranti u ta' l-oġġetti ta' l-ikel mibjugha f'proprjetà simili, sal-31 ta' Dicembru 2007 jew sa l-introduzzjoni ta' arranġamenti definittivi, kif imsemmi fl-Artikolu 402, skond liema jiġi l-ewwel.

Artikolu 127

Malta tista'tkompli tagħti eżenzjoni bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fuq il-provvista ta' oggetti ta' l-ikel għall-konsum mill-bniedem u farmaċewtiċi, sa l-1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 128

1.   Il-Polonja tista', sal-31 ta' Diċembru 2007 tagħti eżenzjoni bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imhallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta' ċerti kotba u perijodiċi specjalizzati.

2.   Il-Polonja tista', sal-31 ta' Diċembru 2007, jew sa l-introduzzjoni ta' arranġamenti definittivi kif imsemmija fl-Artikolu 402, skond liema jiġi l-ewwel, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 7 % għall-provvista ta' servizzi ta' ristoranti.

3.   Il–Polonja tista', sat-30 ta' April 2008, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 3 % għall-provvista ta' ikel kif imsemmi fil-punti (1) ta' l-Anness III.

4.   Il–Polonja tista', sat-30 ta' April 2008, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 3 % għall-provvista ta' merkanzija u servizzi tax-xorta li normalment huma mahsuba ghall-użu fil-produzzjoni agrikola, iżda li ma jinkludux merkanzija kapitali bħal makkinarku jew bini, kif imsemmi fil-punt (11) ta' l-Anness III.

5.   Il-Polonja tista', sal-31 ta' Diċembru 2007, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 7 % fuq il-provvista ta' servizzi, mhux ipprovduti bhala parti minn politika soċjali, ghall-kostruzzjoni, ir-rinovazzjoni u l-alterazzjoni ta' djar, minbarra l-materjal tal-bini, u fuq il-provvista qabel l-ewwel okkupazzjoni ta' bini residenzjali jew partijiet minn bini residenzjali, kif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 12(1).

Artikolu 129

1.   Is-Slovenja tista', sal-31 ta' Dicembru 2007 jew sa l-introduzzjoni ta' arranġamenti definittivi, kif imsemmija fl-Artikolu 402, skond liema jiġi l-ewwel, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 8,5 % għall–preparazzjoni ta' ikliet.

2.   Is-Slovenja tista', sal-31 ta' Dicembru 2007, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 5 % għall-provvista ta' xogħol ta' kostruzzjoni, renovazzjoni u manutenzjoni fuq djar residenzjali li mhumiex provduti bhala parti mill-politika soċjali, minbarra l-materjal tal-bini.

Artikolu 130

Is-Slovakkja tista' tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' mhux anqas minn 5 % għat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' xogħol ta' kostruzzjoni ghal djar residenzjali li mhux provdut bhala parti mill-politika soċjali, minbarra l-materjal tal-bini, sal-31 ta' Diċembru 2007;

(b)

il-provvista ta' energija ta' sħana użata minn familiji privati u minn imprendituri żgħar li mhumiex soġġetti ghall-VAT għat-tisħin u għall-produzzjoni ta' ilma sħun, minbarra l-materja prima użata biex tiġġenera l-enerġija ta' sħana, sal-31 ta' Dicembru 2008.

TITOLU IX

EŻENZJONIJIET

KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 131

L-eżenzjonijiet ipprovduti fil-Kapitoli 2 sa 9 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità skond kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabilixxu għall-finijiet li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta' dawk l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta' kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.

KAPITOLU 2

Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl–interess pubbliku

Artikolu 132

1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista mis-servizzi postali pubbliċi ta' servizzi barra t-trasport ta' passiġġieri u s-servizzi ta' telekomunikazzjoni, u l-provvista ta' merkanzija inċidentali għalihom;

(b)

sptar u kura medika u attivitajiet relatati mill-viċin immexxija minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew, skond kondizzjonijet soċjali komparabbli ma' dawk applikabbli għal korpi regolati mid-dritt pubbliku, minn sptarijiet, ċentri għat-trattament mediku jew djanjosi u stabblimenti oħrajn ta' natura simili debitament rikonoxxuti;

(ċ)

il-provvediment tal-kura medika fl-eżerċizzju tal-professjonijet mediċi u paramediċi kif definiti mill-Istat Membru konċernat;

(d)

il-provvista ta' organi, demm u ħalib umani;

(e)

il-provvista ta' servizzi mit-tekniċi dentali fil-kapaċità tal-professjoni tagħhom u l-provvista ta' prototeżi dentali pprovduti minn dentisti u tekniċi dentali;

(f)

il-provvista ta' servizzi minn gruppi ta' persuni indipendenti, li qed iwettqu attività li hi eżenti mill-VAT jew għaliha mhumiex persuni taxxabbli, għall–finijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi meħtieġa direttament għall-eżerċizzju ta' dik l-attività, fejn dawk il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta' l-ispejjeż konġunti, sakemm tali eżenzjoni mhux probabbli li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(g)

il-provvista ta' servizzi u ta' merkanzija marbuta mill-qrib ma' l-assistenza u x-xogħol tas-sigurtà soċjali, inklużi dawk provduti mid-djar ta' l-anzjani, minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew minn korpi oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala ddedikati għall-benessere soċjali;

(h)

il-provvista ta' servizzi u ta' merkanzija marbuta mill-qrib mal-protezzjoni tat-tfal u ta' żgħażagħ minn korpi regolati bid-dritt pubbliku jew minn organizazzjonijet oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala ddedikati għall-benessere soċjali;

(i)

il-provvista ta' edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, edukazzjoni skolastika jew universitarja, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, inkluża l-provvista ta' servizzi u ta' merkanzija li hija relatata mill-qrib magħhom, minn korpi regolati mid-dritt pubbliku li jkollhom dan bħala l-għan tagħhom jew minn organizzazzjonijiet oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala li għandhom oġġetti simili;

(j)

tagħlim mogħti privatament minn għalliema u li jkopri edukazzjoni skolastika jew universitarja;

(k)

il-provvista ta' impjegati minn istituzzjonijet reliġjużi jew filosofiċi għall-iskop ta' l-attivitajiet imsemmija fil-punti (b), (g), (h) u (i) bil-ħsieb ta' l-għajnuna spiritwali;

(l)

il-provvista ta' servizzi, u l-provvista ta' merkanzija marbuta mill-qrib magħhom, lill-membri tagħhom fl-interess komuni tagħhom bi tpattija għal sottoskrizzjoni ffissata b'mod konformi mar-regoli tagħhom minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt b'għanijiet politiċi, trejdjunjonistiċi, reliġjużi, patrijottiċi, filosfiċi, filantropiċi jew ta' natura ċivika, sakemm din l-eżenzjoni mhix probabli li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(m)

il-provvista ta' ċertu servizzi marbuta mill-qrib ma' sport u edukazzjoni fiżika minn organizzazzjoniet li ma jagħmlux profitt lill persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika;

(n)

il-provvista ta' ċertu servizzi kulturali, u l-provvista ta' merkanzija marbuta mill-qrib magħhom, minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew minn korpi kulturali oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat;

(o)

il-provvista ta' servizzi u merkanzija, minn organizzazzjonijiet li l-attivitajiet tagħhom huma eżenti skond il-punti (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n), in konnessjoni ma' attivitajiet ta' ġbir ta' fondi organizzati esklussivament għall-benefiċċju tagħhom, sakemm dik l-eżenzjoni x'aktarx li ma tikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(p)

il-provvista ta' servizzi ta' trasport għall-morda jew persuni mweġġa' f'vetturi iddisinjati speċjalment għal dan l-iskop, minn korpi debitament awtorizzati;

(q)

l-attivitajiet, għajr dawk ta' natura kummerċjali, imwettqa minn korpi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni.

2.   Għall-finijiet tal-punt (o) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu kwalunkwe restrizzjonijiet meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' avvenimenti jew l-ammonti ta' rċevuti li jagħtu dritt għal eżenzjoni.

Artikolu 133

L-Istati Membri jistagħu jagħmlu l–għoti lil korpi għajr dawk regolati mid-dritt pubbiku ta' kull eżenzjoni pprovduta fil-punti (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n) ta' l-Artikolu 132(1) soġġett għal kull każ individwali għal wieħed jew iżjed mill-kondizzjonijet li ġejjin:

(a)

il-korpi in kwistjoni m'għandhomx jimmiraw sistemikament biex jagħmlu profitt, u kwalunkwe ammonti żejda li mandanakollu jirriżultaw m'għandhomx jiġu mqassma, imma għandhom ikunu assenjati għall-kontinwament u għat-titjib tas-servizzi pprovduti;

(b)

dawn il-korpi għandhom ikunu mmaniġjati u amministrati fuq bażi essenzjalment volontarja minn persuni li m'għandhomx interess dirett jew indirett, jew huma nfushom jew b'intermedji, fir-riżultati ta' l-attivitajiet ikkonċernati;

(ċ)

dawn il-korpi għandhom iżommu prezzijiet approvati mill-awtoritajiet pubbliċi jew li ma jeċċedux it-tali prezzijiet approvati jew, fir-rigward ta' dawk is-servizzi li m'humiex soġġetti għall-approvazzjoni, prezzijiet inqas minn dawk miżmuma għal servizzi simili minn impriżi kummerċjali soġġetti għall-VAT;

(d)

l-eżenzjonijiet m'għandhomx joħoolqu l-possibbiltà ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni bi żvantaġġ għal impriżi kummerċjali soġġetti għall-VAT.

L-Istati Membri li, skond l-Anness E tad-Direttiva 77/388/KEE, fl-1 ta' Jannar 1989 applikaw VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 132(1)(m) u (n) jistgħu japplikaw ukoll il-kondizzjonijiet previsti fil-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu meta din il-provvista ta' merkanzija jew servizzi minn korpi irregolati mid-dritt pubbliku tingħata eżenzjoni.

Artikolu 134

Il-provvista ta' merkanzija jew servizzi m'għandhiex tingħata eżenzjoni, kif previst fil-punti (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n) ta' l-Artikolu 132(1), fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-provvista m'hijiex essenzjali għat-transazzjonijiet eżenti;

(b)

fejn l-iskop bażiku tal-provvista hu li tikseb dħul addizzjonali għall-korp in kwistjoni permezz ta' transazzjonijet li huma f'kompetizzjoni diretta ma' dawk ta' impriżi kummerċjali soġġetti għall-VAT.

KAPITOLU 3

Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn

Artikolu 135

1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

assigurazzjoni u transazzjonijet ta' ri-assigurazzjoni, inklużi servizzi relatati mwettqa mill-brokers ta' l-assigurazzjoni u l-aġenti ta' l-assigurazzjoni;

(b)

l-għoti u n-negozjar ta' kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih;

(ċ)

in-negozju ta' kwalunkwe negozjar f'garanziji ta' kreditu jew kwalunkwe garanzija għall-flus oħra u l-immaniġġjar ta' garanziji tal-kreditu mill-persuna li qed tagħti l-kreditu;

(d)

transazzjonijet, inkluż negozjar, li jikkonċernaw kontijiet ta' depożitu u kontijiet kurrenti, pagamenti, trasferimenti, debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozzjabbli, imma eskluża l-kollezzjoni tad-debitu;

(e)

transazzjoniet, inkluż negozjar, li jikkonċerna l-munita, karti tal-flus u muniti użati bħala valuta legali, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti tal-kollezzjoni, jiġifieri, deheb, fidda u muniti oħrajn tal-metall jew karti tal-flus li normalment m'humiex użati bħala valuta legali jew muniti b'interess numismatiku;

(f)

transazzjonijet, inkluż negozjar iżda mhux l-immaniġġjar jew iż-żamma fiż-żgur, f'ishma, interessi f'kumpanniji jew assoċjazzjonijet, obbligazzjonijiet (debentures) u sigurtajiet oħrajn, iżda esklużi dokumenti li jistabbilixxu titolu għal merkanzija, u d-drittijiet jew sigurtajiet imsemmija fl-Artikolu 15(2);

(g)

l-imaniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment kif definiti mill-Istati Membri;

(h)

il-provvista b'valur nominali ta' bolli tal-posta validi għall-użu tas-servizzi postali fit-territorju rispettiv tagħhom, bolli fiskali, u bolli simili oħrajn;

(i)

imħatri, lotteriji u forom oħrajn ta' logħob ta' l-azzard, soġġetti għall-kondizzjonijiet u għal-limitazzjonijet mfasslin minn kull Stat Membru;

(j)

il-provvista ta' bini jew partijiet minnu, u ta' l-art li fuqha hija tinsab, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 12(1);

(k)

il-provvista ta' art li ma nbnietx ħlief il-provvista ta' art tal-bini kif imsemmi fil-punt (b) ta' l-Artikolu 12(1);

(l)

il-kiri ta' proprjetà immobbli.

2.   Dan li ġej għandu jiġi eskluż mill-eżenzjoni prevista fil-punt (l) tal-paragrafu 1:

(a)

il-provvediment ta' akkomadazzjoni, kif definit fil-liġijiet ta' l-Istati Membri, fis-settur tal-lukandi jew fis-setturi b'funzjoni simili, inkluż il-provvediment ta' akkomodazzjoni f'kampijiet tal-vaganzi jew f'siti żviluppati għall-użu bħala siti ta' kkampjar;

(b)

il-kiri ta' proprjetà u siti għall-ipparkjar tal-karozzi;

(ċ)

il-kiri ta' tagħmir u makkinarju installat b'mod permanenti;

(d)

il-kiri ta' kaxxiforti.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw iżjed esklużjonijet għall-iskop ta' l-eżenzjoni msemmija fil-punt (l) tal-paragrafu 1.

Artikolu 136

L-–Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' merkanzija użata biss għal attività eżenti skond l-Artikoli 132, 135, 371, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378 (2), l-Artikolu 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390, jekk dik il-merkanzija ma tatx lok għal possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT;

(b)

il-provvista ta' merkanzija li fuq l-akkwist jew l-applikazzjoni tagħha l-VAT ma segħtex titnaqqas, skond l-Artikolu 176.

Artikolu 137

1.   L-Istati Membri jistgħu iħallu lil persuni taxxabbli dritt ta' għażla għat-tassazzjoni fir-rigward tat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-transazzjonijet finanzjarji msemmija fil-punti(b) sa (g) ta' l-Artikolu 135(1);

(b)

il-provvista ta' bini jew partijiet minnu, u ta' l-art li fuqha jinsab il-bini, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 12(1);

(ċ)

il-provvista ta' art li ma nbnietx ħlief il-provvista ta' art għall-bini msemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 12(1);

(d)

il-kiri ta' proprjetà immobbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta' l-għażla skond il-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jirristrinġu l-iskop ta' dak id-dritt ta' għażla.

KAPITOLU 4

Eżenzjonijiet għal transazzjonijiet intra-Komunitarji

Taqsima 1

Eżenzjonijiet relatati mal-provvista ta' merkanzija

Artikolu 138

1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn destinazzjoni “l barra mit-territroju tagħhom iżda fil-Komunità, jew mill-bejjiegħ jew f'ismu jew il-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija, għal persuna taxxabbli oħra, jew għal persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi bħala tali fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn bdiet tinbagħat jew tkun ittrasportata il-merkanzija.

2.   Flimkien mal-provvista ta' merkanzija msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport, mibgħuta jew ittrasportati lill–konsumatur f'destinazzjoni `l barra mit-territorju tagħhom iżda fil-Komunità, mill-bejjiegħ jew il-konsumatur jew f'ismu, għal persuni taxxabbli, jew persuni legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha ta' merkanzija mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1), jew għal kwalunkwe persuna oħra li mhix taxxabbli;

(b)

il-provvista ta' merkanzija soġġetta għad-dazju tas-sisa, mibgħuta jew ittrasportata lejn destinazzjoni 'l barra mit-territorju tagħhom iżda fil-Komunità, minn jew f'isem il-bejjiegħ jew il-konsumatur, għal persuni taxxabbli jew għal persuni legali mhux taxxabbli, li l-akkwsiti intra-Komunitarji tagħhom ta' merkanzija ħlief prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1), fejn dawk il-prodotti ġew mibgħuta jew ittrasportati skond l-Artikolu 7(4) u (5), jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/12/KEE;

(ċ)

il-provvista ta' merkanzija, li tikkonsisti fit-trasferiment lejn Stat Membru ieħor, li kien ikun intitolat għal eżenzjoni skond il-paragrafu 1 u l-punti (a) u (b) kieku din kienet saret f'isem persuna taxxabbli oħra.

Artikolu 139

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(1) m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' merkanzija mwettqa minn persuni taxxabli li huma koperti mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fl-Artikolu 282 sa 292.

Din l-eżenzjoni lanqas m'għandha tgħodd għall-provvista ta' merkanzija lil persuni taxxabli, jew persuni legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intr-Komunitarji tagħhom mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1).

2.   L–eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(2)(b) m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn persuni taxxabbli li huma koperti mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fl-Artikolu 282 sa 292.

3.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(1) u (2)(b) u (ċ) m'għandhomx japplikaw għall-provvista ta' merkanzija soġġetta għall-VAT skond l-iskema ta' marġni prevista fl-Artikoli 312 sa 325 jew l-arranġamenti speċjali għal bejgħ permezz ta' irkant pubbliku.

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(1) u (2)(ċ) ma għandhomx japplikaw għall-provvista ta' mezzi tat-trasport użati, kif definiti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skond l-arranġamenti transitorji għal mezzi ta' trasport użati.

Taqsima 2

Eżenzjonijiet għal akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija

Artikolu 140

L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija li l-provvista tagħha minn persuni taxxabbli tkun dejjem eżenti fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat;

(b)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija li l-importazzjoni taghħa f'kull ċirkostanza tkun eżenti skond il-punti (a), (b) u (ċ) u (e) sa (l) ta' l-Artikolu 143;

(ċ)

l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija fejn, skond l-Artikolu 170 u 171, il-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija tkun f'kull ċirkostanza intitolata għal ħlas lura totali tal-VAT dovut skond l-Artikolu 2(1)(b).

Artikolu 141

Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċifiċi sabiex jiżgura li l-VAT ma tiġix imposta fuq l-akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija fit-territorju tiegħu, magħmul skond l-Artikolu 40, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta' merkanzija jsir minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat iżda li hi identifikata għall-iskopijiet tal-VAT fi Stat Membru ieħor;

(b)

l-akkwist ta' merkanzija jsir bil-għan tal-provvista sussegwenti ta' dik il-merkanzija, fl-Istat membru kkonċernat, mill-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (a);

(ċ)

il-merkanzija hekk akkwistata mill-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (a) hija mibgħuta jew ittrasportata direttament, minn Stat Membru li m'huwiex dak li fih din tkun identifikata għall-iskopijiet tal-VAT, lill–persuna li għaliha għandha twettaq il-provvista sussegwenti;

(d)

il-persuna li għaliha l–provvista sussegwenti għandha ssir hi persuna taxxabbli oħra, jew persuna legali mhux taxxabbli, li hi identifikata għall-iskopijiet tal-VAT fl-Istat Membru kkonċernat;

(e)

il-persuna msemmija fil-punt (d) ġiet innominata skond l-Artikolu 197 bħala obbligata li tħallas il-VAT dovuta fuq il-provvista magħmula mill-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih hi dovuta t-taxxa.

Taqsima 3

Eżenzjonijiet għal ċerti servizzi ta' trasport

Artikolu 142

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta' servizzi ta' trasport intra-Komunitarju tal-merkanzija minn u lejn il-gżejjer li jiffurmaw r-reġjuni awtonomi ta' l-Ażores u l-Madejra, kif ukoll il-provvista ta' trasport ta' merkanzija bejn dawk il-gżejjer.

KAPITOLU 5

Eżenzjonijet fuq l-importazzjoni

Artikolu 143

L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-importazzjoni finali ta' merkanzija li l-provvista tagħha minn persuna taxxabbli għandha fiċ-ċirkostanzi kollha tkun eżenti fit-territorju rispettiv tagħha;

(b)

l-importazzjoni finali ta' merkanzija irregolata mid-Direttivi tal-Kunsill 69/169/KEE (5), 83/181/KEE (6) u 79/2006/KE (7);

(ċ)

l-importazzjoni finali ta' merkanzija, f'ċirkolazzjoni ħielsa minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità, li jkunu intitolati għal eżenzjoni skond il-punt (b) jekk din ġiet importata fit-tifsira ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 30;

(d)

l-importazzjoni ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn territorju terz jew pajjiż terz u importata fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun waslet il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, fejn il-provvista ta' merkanzija ta' dan it-tip mill-importatur innominat jew rikonoxxut skond l-Artikolu 201 bħala obbligat li jħallas il-VAT hu eżenti skond l-Artikolu 138;

(e)

l-importazzjoni mill-ġdid, mill-persuna li esportatha, ta' merkanzija fl-istat li fiha hija kienet esportata, fejn dik il-merkanzija hija eżenti minn dazji doganali;

(f)

l-importazzjoni, skond arranġamenti diplomatiċi u konsulari, ta' merkanzija li hija eżenti mid-dazji doganali;

(g)

l-importazzjoni ta' merkanzija minn korpi internazzjonali rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istat Membru ospitanti, jew mill-membri ta' tali korpi, fil-limiti u skond il-kondizzjonijet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu l-korpi jew bi ftehim tal-kwartieri ġenerali;

(h)

l-importazzjoni ta' merkanzija, fl-Istati Membri li huma partijiet għat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, minn forzi armati ta' Stati oħra li huma partijiet għal dak it-Trattat għall-użu ta' dawk il-forzi jew ta' l-impjegati ċivili li jakkompanjawhom jew għall-provvista tal-mensa jew kantins tagħhom fejn it-tali forzi jieħdu parti fl-eżercizju tad-difiża komuni;

(i)

l-importazzjoni ta' merkanzija mill-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta' Ċipru skond it-Trattat ta' l-Istabbiliment rigward ir-Repubblika ta' Ċipru, bid-data tas-16 ta' Awissu 1960, li huma għall-użu ta' dawk il-forzi jew l-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom jew għall-provvista tal-mensi jew kantins tagħhom;

(j)

l-importazzjoni f'portijiet, minn impriżi tas-sajd fil-baħar, tal-qabdiet tagħhom, mhux proċessati jew wara li ġew ippreservati għall-bejgħ imma qabel ikunu pprovduti;

(k)

l-importazzjoni tad-deheb mill-Banek Ċentrali;

(l)

l-importazzjoni tal-gass mis-sistema ta' distribuzzjoni ta' gass naturali, jew ta' l-elettriku.

Artikolu 144

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il–provvista ta' servizzi in konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' merkanzija fejn il-valur ta' tali servizzi hu inkluż fl-ammont taxxabbli skond l-Artikolu 86(1)(b).

Artikolu 145

1.   Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop ta' l-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.

2.   Sad-dħul fis-seħħ tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-disposizzjonijiet tagħhom fis-seħħ.

L-Istati Membri jistgħu jaddattaw id-disposizzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex jimminimizzaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u, b'mod partikolari, biex jipprevjenu in-nuqqas ta' tassazzjoni jew it-tassazzjoni doppja fil–Komunità.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-proċeduri amministrattivi huma x'inhuma li huma jikkonsidraw l-iktar xierqa sabiex jakkwistaw eżenzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, li għandha tinforma l-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ, bid-disposizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma fis-seħħ u dawk li huma jaddottaw u qed jaddottaw skond il-paragrafu 2.

KAPITOLU 6

Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni

Artikolu 146

1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata għal destinazzjoni barra mill-Komunità minn jew għan-nom tal-bejjiegħ;

(b)

il-provvista ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn destinazzjoni barra mill-Komunità minn jew għan-nom ta' konsumatur li mhux stabbilit fit-territorju tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' merkanzija ttrasportata mill-konsumatur innifsu għall-armar, l-għoti tal-karburant u l-provviżjoni tad-dgħajjes tad-divertiment u t'ajruplani privati jew kwalunkwe mezz tat-trasport ieħor għall-użu privat;

(ċ)

il-provvista ta' merkanzija lil korpi approvati li jesportawha barra mill-Komunità bħala parti mill-attivitajiet umanitarji, ta' karità jew attivitajiet ta' tagħlim 'il barra mill-Komunità;

(d)

il-provvista ta' servizzi li jikkonsistu f'xogħol fuq proprjetà mobbli akkwistata jew importata bil-ħsieb li jsir tali xogħol fuqha fit-territorju tal-Komunità, u mibgħuta jew ittrasportata 'l barra mill-Komunità mill-fornitur, mill-konsumatur jekk dan mhux stabbilit fit-territorju rispettiv tagħhom jew għan-nom ta' wieħed jew l-ieħor;

(e)

il-provvista ta' servizzi, inkluż trasport u transazzjonijiet anċillari, iżda eskluża l-provvista ta' servizzi eżentati skond l-Artikoli 132 u 135, fejn dawn huma direttament konnessi ma' l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' merkanzija koperta mill-Artikolu 61 u l-Artikolu 157(1)(a).

2.   L-eżenzjoni prevista fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 tista' tingħata permezz ta' rifużjoni tal-VAT.

Artikolu 147

1.   Fejn il-provvista ta' merkanzija msemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 146(1) tirrigwarda merkanzija li ser tinġarr fil-bagalja personali tal-vjaġġaturi, l–eżenzjoni għandha tapplika biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-vjaġġatur mhuwiex stabbilit fi ħdan il-Komunità;

(b)

il-merkanzija hija ttrasportata barra mill-Komunità qabel l-aħħar tat-tielet xahar wara dak li fih tkun saret il-provvista;

(ċ)

il-valur totali tal-provvista, inkluża l-VAT, huwa aktar minn EUR 175 jew l-ekwivalenti f'valuta nazzjonali, stabbilit kull sena permezz ta' l-applikazzjoni tar-rata tal-kambju eżistenti fl-ewwel ġurnata tax-xogħol ta' Ottobru b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw provvista b' valur totali ta' inqas mill-ammont speċifikat fil-punt (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘vjaġġatur mhux stabbililt fi ħdan il–Komunità’ għandha tfisser vjaġġatur li l–indirizz permanenti jew ir–residenza abitwali tiegħu mhux qiegħda fil–Komunità. F'dak il-każ ‘indirizz permanenti jew residenza abitwali’ tfisser il-post imnizzel bħala tali f'passaport, karta ta' l-identità, jew dokument ieħor ta' l-identità mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-provvista tkun qed issir.

Prova ta' esportazzjoni għandha tkun fornuta permezz tal-fattura jew dokument ieħor floku, iffirmat mill-uffiċċju tad-dwana ta' ħruġ mill-Komunità.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri li jużaw għall-approvazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu. Il–Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtorjitajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri l-oħrajn.

KAPITOLU 7

Eżenzjonijiet relatati mat-trasport internazzjonali

Artikolu 148

L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' merkanzija għall-għoti tal-karburant u l-provvedimenti għal bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra fil-miftuħ u li jġorru passiġġieri għal ħlas jew użati għall-iskop ta' attivitajiet kummerċjali, industrijali jew tas-sajd, jew għas-salvataġġ jew l-assistenza fil-baħar, jew għas-sajd mal-kosta, bl-eċċezzjoni, fil-każ ta' bastimenti użati għas-sajd mal-kosta, ta' provvedimenti tal-bastimenti;

(b)

il-provvista ta' merkanzija għall-għoti tal-karburant u l-provvediment ta' bastimenti tal-ġlied, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 8906 10 00, li jħallu t-territorju tagħhom u diretti lejn portijiet jew għall-ankrar barra mill-Istat Membru kkonċernat;

(ċ)

il–provvista, modifikazzjoni, tiswija, manutenzjoni, noliġġ u kiri ta' vapuri msemmija fil-punt (a), u l-provvista, kiri, tiswija u manutenzjoni tat-tagħmir, inkluż it-tagħmir tas-sajd, inkorporat jew użat hemmhekk;

(d)

il-provvista ta' servizzi barra dawk msemmija fil-punt (ċ), biex jilħqu l-bżonnijiet diretti tal-batimenti msemmija fil-punt (a) jew tat-tagħbija tagħhom;

(e)

il-provvista ta' merkanzija għall-għoti tal-karburant u l-provviżjoni ta' ajruplani użati minn linji ta' l-ajru li joperaw għall-ħlas l-aktar fuq rotot internazzjonali;

(f)

il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manutenzjoni, noliġġ u kiri ta' l-ajruplani msemmija fil-punt (e), u l-provvista, kiri, tiswija u manutenzjoni ta' tagħmir inkorporat jew użat hemmhekk;

(g)

il-provvista ta' servizzi, barra dawk imsemmija fil–punt (f), biex jilħqu l-bżonnijiet diretti ta' l-ajruplani msemmija fil-punt (e) jew tat-tagħbija tagħhom.

Artikolu 149

Il-Portugall jista' tittratta t-trasport bil-baħar u bl-ajru bejn il-gżejjer li jiffurmaw ir-reġjuni awtonomi ta' l-Azores u Madeira u bejn dawk ir-reġjuni u l-art kontinentali bħala trasport internazzjonali.

Artikolu 150

1.   Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop ta' l-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.

2.   Sakemm id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-iskop ta' l-eżenzjonijiet previsti fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 148.

KAPITOLU 8

Eżenzjonijiet li jirrigwardaw ċerti transazzjonijiet trattati bħala esportazzjonijiet

Artikolu 151

1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi skond arranġamenti diplomatiċi jew konsulari;

(b)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi lil korpi internazzjonali rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istat Membru ospitanti, u lill-membri ta' tali korpi, fil-limiti u skond il-kondizzjonijet stabbiliti mill-konvenzjonijet internazzjonali li jistabbilixxu l-korpi jew bi ftehim tal-kwartieri ġenerali;

(ċ)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi fi Stat Membru li hu parti għat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, intiż għall-użu tal-forzi armati ta' l-Istati l-oħrajn li huma partijiet għal dak it-Trattat għall-użu ta' dawk il-forzi, jew ta' l-impjegati ċivili li jakkompanjawhom, jew għall-provvista tal–mensi jaw tal-kantins tagħhom meta dawn il-forzi jieħdu parti fl-isforz tad-difiża komuni;

(d)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi lil Stat Membru ieħor, maħsub għall-forzi armati ta' kull Stat Membru li huwa parti għat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, barra l-Istat Membru tal-wasla nnifsu, biex jintuża minn dawk il-forzi, jew mill-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, jew għall-provvista tal-mensi jew tal-kantins tagħhom meta dawn il-forzi jieħdu sehem fl-isforz tad-difiża komuni;

(e)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi lill-forzi tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta' Ċipru skond it-Trattat ta' l-stabbiliment rigward ir-Repubblika ta' Ċipru, bid-data tas-16 ta' Awissu 1960, li huma għall-użu ta' dawk il-forzi, jew ta' l-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, jew għall-provvista tal-mensi jew il-kantins tagħhom.

Sakemm ir-regoli tat-taxxa tal-Komunità huma adottati, l-eżenzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunun soġġetti għal-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti.

2.   F'każijiet fejn il-merkanzija m'hijiex mibgħuta jew ittrasportata 'l barra mill-Istat Membru li fih tkun saret il-provvista, u fil-każ ta' servizzi, l-eżenzjoni tista' tingħata permezz ta' rifużjoni tal-VAT.

Artikolu 152

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta' deheb lill-Banek Ċentrali.

KAPITOLU 9

Eżenzjonijiet għall-provvista ta' servizzi minn intermedjarji

Artikolu 153

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta' servizzi minn intermedjarji, li jaġixxu f'isem jew għal persuna oħra, fejn huma jieħdu sehem fit-transazzjonijet imsemmija fil-Kapitoli 6, 7 u 8, jew ta' transazzjonijet mwettqa barra mill–Komunità.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu m'għandhiex tapplika għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar li, f'isem u għal vjaġġaturi, jipprovdu servizzi li huma mwettqa fi Stati Membri oħrajn.

KAPITOLU 10

Eżenzjonijiet għal transazzjonijiet li jirrigwardaw il-kummerċ internazzjonali

Taqsima 1

Mħażen doganali, mħażen li mhumiex imħażen doganali u arranġamenti simili

Artikolu 154

Ghall-finijiet ta' din it-Taqsima, ‘imħażen minbarra imħażen doganali’ għandha, fil-każ ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, tfisser l-postijiet definiti bħala mħażen tat-taxxa mill-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 92/12/KEE u, fil-każ ta' prodotti li mhumiex soġġetti għad-dazju tas-sisa, il-postijiet definiti bħala tali mill-Istati Membri.

Artikolu 155

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tat-taxxa Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-Kumitat tal-VAT, jieħdu miżuri speċjali mfassla biex jeżentaw it-transazzjonijiet kollha jew ftit minnhom imsemmija f'din it-Taqsima, sakemm dawk il-miżuri m'humiex immirati għall-użu jew konsum finali u li l-ammont tal-VAT dovut fuq il-waqfien ta' l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija f'din it-Taqsima jikkorrispondi għall–ammont ta' taxxa li kellha tkun dovuta kieku kull transazzjoni kienet intaxxata fit-territorju tagħhom.

Artikolu 156

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' merkanzija li hija maħsuba li tiġi ppreżentata lid-dwana u, fejn applikabbli, poġġuta f'ħżin temporanju;

(b)

il-provvista ta' merkanzija li hi maħsuba li titpoġġa f'żona ħielsa jew f'maħżen hieles;

(ċ)

il-provvista ta' merkanzija li hija maħsuba li titpoġġa skond arranġamenti tal-ħażna doganali jew skond sistema ta' perfezzjonament attiv (inward processing arrangements);

(d)

il-provvista ta' merkanzija li hija maħsuba li tiġi mdaħħla fl-ilmijiet territorjali sabiex tiġi inkorporata fi pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni, għall-għanijiet tal-kostruzzjoni, tiswija, manutenzjoni, tibdil jew immontar ta' dawn il-pjattaformi, jew biex jorbtu dawn il-pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni ma' l-art kontinentali;

(e)

il-provvista ta' merkanzija li hija maħsuba li tiġi mdaħħla fl-ilmijiet territorjali biex jingħata l-karburant u tingħata provvista lill-pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni.

2.   Il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk definiti bħala tali mid-disposizzjonijiet doganali Komunitarji fis-seħħ.

Artikolu 157

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-importazzjoni ta' merkanzija li hija maħsuba biex titpoġġa skond arranġamenti tal-ħażna minbarra magazzinaġġ doganali;

(b)

il-provvista ta' merkanzija li hija maħsuba biex titpoġġa, fit-territorju tagħhom, skond arrangamenti ta' ħażna minbarra magazzinaġġ doganali.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux jipprovdu għal arranġamenti tal-ħażna għajr ħażna doganali għal merkanzija li mijiex soġġetta għad-dazju tas-sisa fejn dik il-merkanzija hija maħsuba li tiġi pprovduta fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

Artikolu 158

1.   B' deroga mill-Artikolu 157(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti tal-ħażna minbarra magazzinaġġ doganali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-merkanzija hija maħsuba għal ħwienet ħielsa mit-taxxa, għall-finijiet tal-provvista ta' merkanzija li għandha tinġarr fil-bagalja tal-vjaġġaturi li jieħdu titjiriet jew li jaqsmu bil-baħar għal territorji terzi jew pajjizi terzi, fejn dik il-provvista hi eżenti skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 146(1);

(b)

fejn il-merkanzija hija maħsuba għal persuni taxxabli, għall-finijiet ta' twettiq ta' provvisti għal vjaġġaturi abbord ajruplani jew vapuri matul titjira jew vjaġġ bil-baħar fejn il-post tal-wasla jinsab barra mill-Komunità;

(ċ)

fejn il-merkanzija hija maħsuba għal persuni taxxabli, għall-finijiet ta' twettiq ta' provvisti li huma eżenti mill-VAT skond l-Artikolu 151.

2.   Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla ta' eżenzjoni prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 1, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tajba u ċara ta' din l-eżenzjoni u biex ma jkunx hemm evażjoni, skartar jew abbuż.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, ‘ħanut fejn ma titħallasx taxxa’ għandha tfisser kull stabbiliment li jinsab f'ajruport jew port u li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

Artikolu 159

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-provvista ta' servizzi li tirrigwarda l-provvista ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 156, l-Artikolu 157(1)(b) jew l-Artikolu 158.

Artikolu 160

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi mwettqa fil-positijiet imsemmija fl-Artikolu 156(1), fejn waħda mis-sitwazzjonijiet speċifikati f'dan għada tapplika fit-territorju tagħhom;

(b)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi mwettqa fil-positijiet imsemmija fl-Artikolu 157(1)(b) jew l-Artikolu 158, fejn waħda mis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 157(1)(b) jew fl-Artikolu 158(1) għada tapplika fit-territorju tagħhom.

2.   Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għazla skond il-punt (a) tal-paragrafu 1 għal transazzjonijiet effettwati fl-imħażen doganali, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu għal arranġamenti tal-ħażna minbarra magazzinaġġ doganali li skond dawn il-punt (b) tal-paragrafu 1 jista' jiġi applikat għall-istess transazzjonijiet meta jikkonċernaw merkanzija elenkata fl-Anness V u huma mwettqa f'imħażen minbarra imħażen doganali.

Artikolu 161

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-provvista tal-merkanzija li ġejja u tas-servizzi relatati magħha:

(a)

il-provvista ta' merkanzija msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 30 sakemm din tibqa' koperta minn arranġamenti għal importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju ta' importazzjoni jew minn arranġamenti ta' tranżitu esterni;

(b)

il-provvista ta' merkanzija msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 30 waqt li tibqa' koperta mill-proċedura ta' tranżitu Komunitarju intern imsemmija fl-Artikolu 276.

Artikolu 162

Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla prevista f'din it-Taqsima, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-akkwist tal-merkanzija intra-Komunitarja maħsuba li titpoġġa taħt waħda mill-arranġamenti jew waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, l-Artikolu 157(1)(b) jew l-Artikolu 158 hu kopert mill-istess disposizzjonijiet bħall-provvista ta' merkanzija li twettqet fit-territorju tagħhom skond l-istess kondizzjonijiet.

Artikolu 163

Jekk il-merkanzija ma tibqax koperta mill-arranġamenti jew mis-sitwazzjonijiet imsemmija f'din it-Taqsima, u b'hekk tagħti lok għal importazzjoni għall-finijiet ta' l-Artikolu 61, l-Istat Membru ta' l-importazzjoni għandu jieħu l-mizuri meħtieġa biex jevita tassazzjoni doppja.

Taqsima 2

Transazzjonijiet eżenti bil-ħsieb ta' l-esportazzjoni u fl-ambitu tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

Artikolu 164

1.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-Kumitat tal-VAT, jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin imwettqa minn persuna taxxabbli sa ammont daqs il-valur ta' l-esportazzjonijiet imwettqa minn dik il-persuna matul it-12-il xahar preċedenti:

(a)

akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija magħmula mill-persuna taxxabbli, u importazzjonijiet għal u provvisti ta' merkanzija lill-persuna taxxabbli, bil-ħsieb ta' l-esportazzjoni tagħhom mill-Komunità kif inhuma jew wara l-ipproċessar;

(b)

provvisti ta' servizzi marbuta man-negozju ta' l-esportazzjoni tal-persuna taxxabbli.

2.   Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla ta' eżenzjoni skond il-paragrafu 1, huma għandhom, wara li jikkonsultaw il-Kumitat tal-VAT, japplikaw dik l-eżenzjoni wkoll għal transazzjonijiet li jirrigwardaw provvisti mwettqa mill-persuna taxxabbli, skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138, sa ammont ugwali għall-valur tal-provvisti mwettqa minn dik il-persuna, skond l-istess kondizzjonijiet, matul it-tnax-il xahar ta' qabel.

Artikolu 165

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammont massimu komuni għal transazzjonijiet li huma jeżentaw skond l-Artikolu 164.

Taqsima 3

Disposizzjonijiet komuni għat-Taqsimiet 1 u 2

Artikolu 166

Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2.

TITOLU X

TNAQQIS

KAPITOLU 1

Oriġini u skop tad-dritt ta' tnaqqis

Artikolu 167

Dritt ta' tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta.

Artikolu 168

Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta' persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:

(a)

il-VAT dovuta jew imħallsa f'dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta' merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;

(b)

il-VAT dovuta rigward transazzjonijiet trattati bħala provvisti ta' merkanzija jew servizzi skond l-Artikolu 18(a) u l-Artikolu 27;

(ċ)

il-VAT dovuta rigward akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija skond l-Artikolu 2(1)(b)(i);

(d)

il-VAT dovuta fuq transazzjonijiet trattati bħala akkwisti intra-Komunitarji skond l-Artikoli 21 u 22;

(e)

taxxa fuq il-valur miżjud dovut jew imħallas għal merkanzija importata f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 169

Minbarra t-tnaqqis msemmi fl-Artikolu 168, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata li tnaqqas l-VAT imsemmija hemmhekk, safejn il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għal finijiet ta' dan li ġej:

(a)

transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet msemmijin fit–tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), li twettqu barra mill-Istat Membru li fih dik it-taxxa hi dovuta jew imħallsa, li fir-rigward tiegħu il-VAT tista' titnaqqas jekk dawn twettqu f'dak l-Istat Membru;

(b)

transazzjonijiet li huma eżenti skond l-Artikoli 138 jew 142, l-Artikolu 144, l-Artikoli 146 sa 149, l-Artikoli 151, 152, 153 jew 156, l-Artikolu 157(1)(b), l-Artikoli 158 sa 161 jew l-Artikolu 164;

(ċ)

transazzjonijiet li huma eżenti skond il-punti (a) sa (f) ta' l-Artikolu 135(1), fejn il–konsumatur ikun stabbilit barra mill-Komunità jew fejn dawk it-transazzjonijiet ikunu relatati direttament mal-merkanzija li ser tkun esportata barra mill-Komunità.

Artikolu 170

Il-Persuni taxxabbli kollha li, fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE (8) l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE (9) u l-Artikolu 171 ta' din id-Direttiva, mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetta għall-VAT għandhom ikunu intitolati jirċievu rifużjoni ta' dik il-VAT safejn il-merkanzija u s-servizzi huma użati għall-finijiet ta' dan li ġej:

(a)

transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169;

(b)

transazzjonijiet li għalihom it-taxxa hija pagabbli biss mill-konsumatur skond l-Artikoli 194, 197 u 199.”

Artikolu 171

1.   Għandha ssir rifużjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetti għall-VAT, imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skond ir-regoli ta' implimentazzjoni ddettaljati stabbiliti fid–Direttiva 79/1072/KEE.

Il-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 79/1072/KEE għandhom ukoll, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva, jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fl–Istat Membru konċernat meta, fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimportaw merkanzija soġġetta għall-VAT, huma wettqu biss il-forniment ta' merkanzija jew servizzi lil persuna li tkun inħatret skond l-Artikoli 194 sa 197 u 199.

2.   Il-VAT għandha titħallas lura lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit–territorju tal–Komunità skond ir-regoli ta' implimentazzjoni dettaljati stabbiliti fid–Direttiva 85/560/KEE.

Il-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE għandhom ukoll, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva, jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fil-Komunità meta, fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimportaw merkanzija soġġetta għall-VAT, huma wettqu biss il-forniment ta' merkanzija jew servizzi lil persuna li tkun inħatret skond l-Artikoli 194, 195, 196, 197 u 199 bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT.

3.   Id–Direttivi 79/1072/KEE u 86/560/KEE m'għandhomx japplikaw għall-provvista ta' merkanzija li hija, jew li tista' tkun, eżenti skond l-Artikolu 138 fejn il–merkanzija pprovduta b'dan il-mod hija mibgħuta jew ittrasportata minn dak li jkun qiegħed jakkwistaha jew għall-kont tiegħu.

Artikolu 172

1.   Kwalunkwe persuna kkunsidrata bħala persuna taxxabbli għall-fatt li hi tipprovdi, fuq bażi okkażjonali, mezz ta' trasport ġdid skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(a) għandha, fl-Istat Membru li fih issir il-provvista, tkun intitolata li tnaqqas il-VAT inkluża fil-prezz tax-xiri jew li tħallset ma' l-importazzjoni jew l-akkwist intra-Komunitarju ta' dan il-mezz tat-trasport, sa ammont li ma jaqbiżx l-ammont tal-VAT li kieku kien ikollu jħallas li kieku l-provvista ma kinitx eżenti.

Dritt għat-tnaqqis jinħoloq u jista' jintuża biss waqt il-provvista tal-mezz ta' trapost il-ġdid.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

KAPITOLU 2

Tnaqqis proporzjonali

Artikolu 173

1.   Fil-każ ta' merkanzija jew servizzi użati minn persuna taxxabbli kemm għal transazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-VAT tista' titnaqqas skond l-Artikoli 168, 169 u 170, u għal transazzjonijiet li fir–rigward tagħhom il-VAT ma titnaqqasx, it-tali proporzjon biss tal-VAT li hi attribwibbli għat-transazzjonijiet ta' qabel għandha l-possibbiltà li tiġi mnaqqsa.

Il–proporzjon li jista' jitnaqqas għandu jkun stabbilit, skond l-Artikoli 174 u 175, għat-transazzjonijiet taxxabbli kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli.

2.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli biex tistabbilixxi proporzjon għal kull settur tan-negozju tagħha, sakemm kontijiet separati huma miżmuma għal kull settur;

(b)

jeħtieġu li l-persuna taxxabbli tiddetermina proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu u biex iżżomm kontijiet separati għal kull settur;

(ċ)

jawtorizzaw jew jeħtieġu li l-persuna taxxabbli tagħmel it-tnaqqis abbażi ta' l-użu ta' parti jew tat-totalità tal-merkanzija u s-servizzi;

(d)

jawtorizzaw jew jeħtieġu li l-persuna taxxabbli tagħmel it-tnaqqis skond ir-regola stabbilita fl–ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-merkanzija u s-servizzi kollha użati għat-transazzjonijiet kollha msemmija hemmhekk;

(e)

jipprovdu li, fejn il-VAT li m'hix imnaqqsa mill-persuna taxxabbli hi insinifikanti, hi għandha tkun trattata bħala xejn.

Artikolu 174

1.   Il-proporzjon li jista' jitnaqqas għandu jkun magħmul minn frazzjoni li jinkludi l-ammonti li ġejjin:

(a)

bħala numeratur, l-ammont totali, mingħajr VAT, tal-bejgħ kull sena attribwibbli għal transazzjonijet li fuqhom il-VAT tista' titnaqqas skond l-Artikoli 168 u 169;

(b)

bħala denominatur, l-ammont totali, esklużiv mill-VAT, tal-bejgħ kull sena attribwibbli għat-transazzjonijiet inklużi fin-numeratur u għal transazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-VAT ma tistax titnaqqas.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu fid-denominatur l-ammont ta' sussidji, għajr dawk marbuta direttament mal-prezz tal-provvisti ta' merkanzija jew servizzi msemmija fl-Artikolu 73.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-ammonti li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kalkulazzjoni tal-proporzjon li jista' jitnaqqas:

(a)

l-ammont ta' bejgħ attribwibbli lil provvisti ta' merkanzija kapitali użata mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha;

(b)

l-ammont ta' bejgħ attribwibbli għal transazzjonijet dwar beni immobbli inċidentali u transazzjonijiet finanzjarji;

(ċ)

l-ammont ta' bejgħ attribwibbli għat-transazzjonijet speċifikati fil-punti (b) sa (g) ta' l-Artikolu 135(1), safejn dawn it-transazzjonijiet huma inċidentali.

3.   Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla pprovduta skond l-Artikolu 191 li ma jeħtiġux l-aġġustament fir-rigward ta' merkanzija kapitali, huma jistgħu jinkludu t-tneħħija ta' merkanzija kapitali fil-kalkulazzjoni tal-proporzjon li jista' jitnaqqas.

Artikolu 175

1.   Il-proporzjon li jista' jitnaqqas għandu jkun stabbilit fuq bażi annwali, iffissat bħala persentaġġ u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix in-numru sħiħ li jmiss.

2.   Il-proporzjon provviżorju għal sena għandu jkun dak ikkalkulat abbażi tat-transazzjonijiet tas-sena preċedenti. Fl-assenza ta' kwalunkwe transazzjonijiet bħal dawn biex tagħmel referenza għalihom, jew fejn huma kien insinifikanti fl-ammont, il-proporzjon li jista' jitnaqqas għandu jkun stmat provviżorjament, taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet tat-taxxa, mill-persuna taxxabbli jew mit-tbassir personali tiegħu.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jżommu r-regoli fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1979 jew, fil-każ ta' l-Istati Membri li aderew għall-Komunità wara dik id-data, fid-data ta' l-adeżjoni tagħhom.

3.   Tnaqqis magħmul abbażi ta' tali proporzjoni provviżorji għandhom jkunu aġġustati meta l-proporzjon finali jiġi ffissat matul is-sena li jmiss.

KAPITOLU 3

Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' tnaqqis

Artikolu 176

Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi n-nefqa li fir-rispett tagħha l-VAT m'għandhiex tkun tista' titnaqqas. It-VAT fl-ebda ċirkostanza m'għandha tkun tista' titnaqqas fir-rigward tan-nefqa li mhijiex strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment.

Sa kemm id-disposizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidħlu fis–seħħ, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-esklużjonijiet kollha pprovduti skond il-liġijiet nazzjonali fl-1 ta' Jannar 1979 jew, fil-każ ta' l-Istati Membri li aderew għall-Komunità wara dik id-data, fid-data ta' l-adeżjoni tagħhom.

Artikolu 177

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, kull Stat Membru jista', għal raġunijiet ekonomiċi ċikliċi, jeskludi totalment jew parzjalment il-merkanzija kapitali kollha jew parti minnha jew merkanzija oħra mis-sistema tat-tnaqqis.

Biex iżommu kondizzjonijiet identiċi ta' kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu, minflok jirrifjutaw it-tnaqqis, jintaxxaw merkanzija fabbrikata mill-persuna taxxabbli nnifisha jew li hija xtrat fil-Komunità, jew importat, b'tali mod li t-taxxa ma teċċedix l-ammont ta' VAT li kienet tiġi imposta fuq l-akwist ta' merkanzija simili.

KAPITOLU 4

Regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis

Artikolu 178

Biex teżerċita d-dritt ta' tnaqqis, persuna taxxabbli għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-finijiet ta' tnaqqis skond l-Artikolu 168(a), fir-rigward tal-provvista ta' merkanzija jew servizzi, hi għandha jkollha fattura imħejjija skond l-Artikoli 220 sa 236 u l-Artikoli 238, 239 u 240;

(b)

għall-finijiet ta' tnaqqis skond l-Artikolu 168(b), fir-rigward ta' transazzjonijiet trattati bħala l-provvista ta' merkanzija jew servizzi, hi għandha tkun konformi mal-formalitajiet kif stabbiliti minn kull Stat Membru;

(ċ)

għall-finijiet ta' tnaqqis skond l-Artikolu 168(ċ), fir-rigward ta' l–akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija, hi għandha tniżżel fid-denunzja tal-VAT prevista fl-Artikolu 250 l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ammont tal-VAT dovut fuq l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha ta' merkanzija li għandha tiġi kkalkulata u hi għandha jkollha fattura mfassla skond l-Artikoli 220 sa 236;

(d)

għall-finijiet ta' tnaqqis skond l-Artikolu 168(d), fir-rigward ta' transazzjonijiet trattati bħala akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija, hi għandha tikkompleta l-formalitajiet kif inhuma stabbiliti minn kull Stat Membru;

(e)

għall-finijiet ta' tnaqqis skond l–Artikolu 168(e), fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' merkanzija, hi għandha jkollha dokument li jispeċifikaha bħala ir–riċevitur jew importatur u jiddikjara l-ammont ta' VAT dovuta jew li jippermetti li dan l-ammont jiġi kkalkulat;

(f)

meta tkun meħtieġa tħallas il-VAT bħala konsumatur fejn japplikaw l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199, hi għandha tkun konformi mal-formalitajiet kif stabbiliti minn kull Stat Membru.

Artikolu 179

Il-persuna taxxabbli għandha teffettwa t-tnaqqis billi tnaqqas mill-ammont totali tal-VAT dovuta għal perijodu partikolari ta' taxxa l-ammont totali ta' VAT li fir-rigward tagħha, matul l-istess perijodu, id-dritt li tnaqqas irriżulta u hu eżerċitat skond l-Artikolu 178.

Madanakollu, l-Istati Membi jistgħu jeħtieġu li persuni taxxabbli li jwettqu transazzjonijiet okkażjonali, kif definiti fl-Artikolu 12, jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' tnaqqis fil-ħin tal-provvista biss .

Artikolu 180

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw persuna taxxabbli li tagħmel tnaqqis li ma tkunx għamlet skond l-Artikoli 178 u 179.

Artikolu 181

L-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw persuna taxxabli li m'għandhiex fattura mfassla skond l-Artikoli 220 sa 236 li tagħmel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 168(ċ) fir-rigward ta' l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha ta' merkanzija.

Artikolu 182

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet u r-regoli dettaljati biex japplikaw l-Artikoli 180 u 181.

Artikolu 183

Fejn, għal perijodu partikolari ta' taxxa, l-ammont ta' tnaqqis jeċċedi l-ammont tal-VAT dovuta, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijet li huma għandhom jiddeterminaw, jew jagħmlu rifużjoni jew imexxu l-eċċess 'il quddiem għall-perijodu li jmiss.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu rifużjoni jew li jmexxu "l quddiem jekk l-ammont ta' l-eċċess hu insinifikanti.

KAPITOLU 5

Aġġustament tat-tnaqqis

Artikolu 184

It-tnaqqis inizjali għandu jiġi aġġustat fejn dan ikun ogħla jew inqas minn dak li għalih il-persuna taxxabbli kienet intitolata.

Artikolu 185

1.   L-aġġustament għandu, b'mod partikolari, isir fejn, wara li ssir id-denunzja tal-VAT, isir xi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, per eżempju fejn ix-xirjiet huma kkanċellati jew hu miksub roħs fil-prezzijiet.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, m'għandu jsir l-ebda aġġustament fil-każ ta' transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta' distruzzjoni, telf jew serq tal–proprjetà li ġie ppruvat jew ikkonfermat kif imiss, jew fil-każ ta' merkanzija riżervata għall-iskop ta' għoti ta' rigali ta' valur żgħir jew ta' l-għoti ta' kampjuni, kif speċifikat fl-Artikolu 16.

Madanakollu, fil-każ ta' transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta' serq, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jsir aġġustament.

Artikolu 186

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 184 u 185.

Artikolu 187

1.   Fil–każ ta' merkanzija kapitali, l-aġġustment għandu jkun mifrux fuq ħames snin inkluża dik meta l-merkanzija kienet akkwistata jew iffabbrikata.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-aġġustament fuq perijodu ta' ħames snin sħaħ li jibda miż-żmien meta l-merkanzija hija użata għall-ewwel darba.

Fil–każ ta' proprjetà immobbli akkwistata bħala merkanzija kapitali, il-perijodu ta' aġġustament jista' jiġi estiż sa 20 sena.

2.   L-aġġustament annwali għandu jsir biss fir-rigward ta' wieħed minn ħamsa tal-VAT imposta fuq il-merkanzija kapitali, jew, jekk il-perijodu ta' referenza ġie estiż, fir-rigward tal-frazzjoni korrispondenti tiegħu.

L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir abbażi tal-varjazzjonijet fid-dritt għal tnaqqis fi snin sussegwenti b' relazzjoni għal dik fis-sena li fiha l-merkanzija kienet akkwistata, iffabbrikata jew, fejn hu xieraq, użata għall-ewwel darba.

Artikolu 188

1.   Jekk ipprovduta matul il-perijodu ta' aġġustament, merkanzija kapitali għandha tiġi trattata bħallikieku kienet applikata għal attività ekonomika tal-persuna taxxabbli sa l-iskadenza tal-perijodu ta' aġġustament.

L-attività ekonomika għandha tiġi preżunta bħala kompletament intaxxata f'każijiet fejn il-provvista tal-merkanzija hi ntaxxata.

L-attività ekonomika għandha tkun preżunta bħala kompletament eżenti f'każijiet fejn il-provvista tal-merkanzija kapitali hija eżentati.

2.   L-aġġustament previst fil-paragrafu 1għandu jsir darba biss fir-rigward tal-perijodu kollu kopert mill-perijodu ta aġġustament li għad irid jiġi kopert. Madanakollu, fejn il-provvista ta' merkanzija kapitali hi eżenti, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-ħtieġa għall-aġġustament sa kemm ix-xerrej hu persuna taxxabbli li juża' l-merkanzija kapitali in kwistjoni biss għal transazzjonijiet li għalihom il-VAT tista' titnaqqas.

Artikolu 189

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 187 sa 191, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

jiddefinixxu l-kunċett ta' merkanzija kapitali;

(b)

jispeċifikaw l-ammont tal-VAT li jrid jittieħed in konsiderazzjoni għall-aġġustament;

(ċ)

jaddottaw kalunkwe miżuri xierqa biex jiżguraw li l-aġġustament ma jwassalx għal kwalunkwe vantaġġ mhux ġustifikat;

(d)

jippermettu simplifikazzjonijet amministrattivi.

Artikolu 190

Għall-finijiet ta' l-Artikoli 187, 188, 189 u 191, l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala merkanzija kapitali s-servizzi li għandhom karatteristiċi simili għal dawk normalment attribwiti lil merkanzija kapitali.

Artikolu 191

Jekk, fi kwalunkwe Stat Membru, l-effett prattiku ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 187 u 188 jkun negliġibbli, dak l-Istat Membru jista', wara li jikkonsulta l-Kumitat tal-VAT, jieqaf milli japplika dawk id-disposizzjonijiet, b'konsiderazzjoni għall-impatt globali tal-VAT fl-Istat Membru kkonċernat u l-bżonn ta' simplifikazzjoni amministrattiva, u sakemm b'hekk ma tinħoloq l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Artikolu 192

Fejn persuna taxxabbli titrasferixxi milli tkun intaxxata b'mod normali għal skema speċjali jew viċi-versa, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-persuna taxxabbli ma tgawdix vantaġġ mhux ġustifikat jew issofri ħsara mhux ġustifikata.

TITOLU XI

OBBLIGI TA' PERSUNI TAXXABBLI U TA' ĊERTI PERSUNI MHUX TAXXABBLI

KAPITOLU 1

L-obbligu ta' ħlas

Taqsima 1

Persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa

Artikolu 193

Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199 u fl-Artikolu 202.

Artikolu 194

1.   Fejn il–provvista taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hi dovuta, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna obbligata li tħallas il-VAT hija l-persuna li lilha qed issir il-provvista tal-merkanzija jew servizzi.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 195

Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna li hi identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih hi dovuta t-taxxa u li lilha hija fornuta merkanzija fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikoli 38 jew 39, jekk il-provvisti huma mwettqa minn persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita f'dak l–Istat Membru.

Artikolu 196

Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li lilha ikunu ġew ipprovduti s-servizzi msemmija fl-Artikolu 56 jew kwalunkwe persuna identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih hi dovuta t-taxxa li lilha jiġu pprovduti s-servizzi previsti fl-Artikoli 44, 47, 50, 53, 54 u 55, jekk is-servizzi jiġu pprovduti minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 197

1.   Il-VAT għandha titħallas mill-persuna li lilha hija fornuta l-merkanzija meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-transazzjoni taxxabbli hija provvista ta' merkanzija magħmula skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 141.

(b)

il-persuna li lilha ssir il-provvista tal-merkanzija hija persuna oħra taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih titwettaq il-provvista;

(ċ)

il-fattura maħruġa mill persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru tal-persuna li lilha l-merkanzija hija pprovduta hi mfassla skond l-Artikoli 220 sa 236.

2.   Fejn rappreżentant hu maħtur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikolu 204, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 198

1.   Fejn transazzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-deheb ta' investiment bejn persuna taxxabbli li hi membru ta' suq tad-deheb irregolat u persuna taxxabbli oħra li mhijiex membru ta' dak is-suq huma intaxxati skond l-Artikolu 352, l-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-konsumatur bħala l-persuna li għandha tħallas il-VAT.

Jekk il-konsumatur li mhuwiex membru tas-suq tad-deheb irregolat hu persuna taxxabbli soġġetta għall-VAT u li hu meħtieġ li jiġi identifikat għall-finijiet ta' VAT fl-Istat Membru li fih hi dovuta t-taxxa fir-rigward biss tat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 352, il-bejjiegħ għandu jissodisfa l-obbligi tat-taxxa f'isem il-konsumatur, skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2.   Fejn materjal tad-deheb jew prodotti semi-manifatturati ta' purità ta' 325 minn kull elf jew aktar, jew deheb ta' investiment kif definit fl-Artikolu 344(1) hu pprovdut minn persuna taxxabbli li teżerċita waħda mill-għażliet skond l-Artikoli 348, 349 u 350, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw lill-konsumatur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 199

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti li ġejjin:

(a)

il-forniment ta' xogħol ta' kostruzzjoni, inklużi servizzi ta' tiswijiet, tindif, manutenzjoni, alterazzjoni u demolizzjoni fir-rigward ta' proprjetà immobbli, kif ukoll il-kunsinna ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni meqjusa bħala forniment ta' merkanzija skond l-Artikolu 14(3);

(b)

il-forniment ta' persunal involut f'attivitajiet koperti mill-punt (a);

(ċ)

il-forniment ta' proprjetà immobbli, kif imsemmija fl-Artikolu 135(1)(j) u (k), fejn il-fornitur ikun għażel it-tassazzjoni tal-forniment skond l-Artikolu 137;

(d)

il-forniment ta' materjal użat, materjal użat li ma jkunx jista' jerġa' jintuża fl-istess stat, ruttam, skart industrijali u mhux industrijali, skart riċiklabbli, skart semi-proċessat u ċerti prodotti u servizzi, kif elenkati fl-Anness VI;

(e)

il-forniment ta' merkanzija fornita bħala garanzija minn persuna taxxabbli lil persuna taxxabbli oħra fl-esekuzzjoni ta' dik il-garanzija;

(f)

il-forniment ta' merkanzija wara ċ-ċessjoni tad-dritt għal riżerva ta' appartenenza lil persuna assenjata u l-eżerċizzju ta' dan id-dritt mill-persuna assenjata;

(g)

il-forniment ta' proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur tas-sentenza fi proċedura ta' bejgħ obbligatorju.

2.   Meta japplikaw l-għażla pprovduta fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu il-fornimenti ta' merkanzija u servizzi koperti, u l-kategoriji ta' fornituri, konsumaturi jew destinatarji li għalihom jistgħu japplikaw dawn il-miżuri..

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

jipprovdu li persuna taxxabbli li twettaq ukoll attivitajiet jew transazzjonijiet li m'humiex ikkunsidrati bħala forniment ta' merkanzija jew servizzi taxxabbli skond l-Artikolu 2 għandha tiġi kkunsidrata bħala persuna taxxabbli fir-rigward tal-fornimenti rċevuti kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

jipprovdu li korp mhux taxxabbli rregolat mid-dritt pubbliku, għandu jitqies bħala persuna taxxabbli fir-rigward ta' fornimenti rċevuti kif imsemmi fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1.

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kumitat tal-VAT dwar il-miżuri tal-liġi nazzjonali adottati skond il-paragrafu 1 safejn dawn ma jkunux miżuri li ġew awtorizzati mill-Kunsill qabel it-13 ta' Awwissu 2006 skond il-paragrafi 1 sa 4 ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE u li tkomplew taħt dan il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 200

Il-VAT għandha titħallas minn kwalnukwe persuna li teffettwa akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija taxxabbli.

Artikolu 201

Ma' l-importazzjoni, il-VAT għandha titħallas mill-persuna jew mill-persuni nominati jew rikonoxxuti bħala responsabbli mill-Istat Membru ta' l-importazzjoni.

Artikolu 202

Il-VAT għandha titħallas mill-persuna li tikkawza li l-merkanzija koperta minn arranġamenti jew sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikoli 156, 157, 158, 160 u 161 li ma jibqgħux ikunu koperti.

Artikolu 203

Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna li tniżżel il-VAT fuq fattura.

Artikolu 204

1.   Fejn, skond l-Artikoli 193 sa 197 u l-Artikoli 199 u 200, il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hija dovuta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil dik il-persuna taħtar rappreżentant tat-taxxa bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT.

Barra minn hekk, fejn it-transazzjoni taxxabbli tiġi effettwata minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hi dovuta u fejn ma jeżisti l-ebda strument legali, mal-pajjiż li fih il–persuna taxxabbli hija stabbilita jew għandha s-sede tagħha, li għandha x'taqsam ma' l-għajnuna reċiproka simili fl–iskop bħal dik prevista fid-Direttiva 76/308/KEE (10) u r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 (11), l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jipprovdu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT jkun rappreżentant tat-taxxa maħtur mill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita.

Madankollu, l-Istat Membri ma jistgħux japplikaw l-għażla msemmija fit-tieni subparagrafu għal persuna taxxabbli li m'hix stabbilita, fit-tifsira tal-punt (1) ta' l-Artikolu 358, li għażlet l-iskema speċjali għal servizzi fornuti elettronikament.

2.   L–għażla skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti minn kull Stat Membru.

Artikolu 205

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 193 sa 200 u l-Artikoli 202, 203 u 204, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi persuna li mhix il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tkun responsabbli in solidum għall-ħlas tal-VAT.

Taqsima 2

Arranġamenti ta' ħlas

Artikolu 206

Kwalunkwe persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tħallas l–ammont nett tal–VAT meta tippreżenta d-denunzja tal-VAT prevista fl-Artikolu 250. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jistabbilixxu data differenti biex jitħallas dak l–ammont jew jistgħu jitolbu li jsiru ħlasijiet interim.

Artikolu 207

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-persuni li, skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikoli 199 u 204, jitqiesu li huma responsabbli għall-ħlas tal-VAT minflok persuna taxxabbli li mhix stabbilita fit-territorju rispettiv tagħhom jikkonformaw ma' l-obbligi tal-ħlas imniżżla f'din it-Taqsima.

L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il–miżuri meħtieġa biex jiżguraw illi dawk il-persuni li, skond l-Artikolu 205, huma meqjusa bħala responsabbli in solidum għall-ħlas tal-VAT jikkonformaw ma' l-obbligi tal-ħlas.

Artikolu 208

Fejn l-Istati Membri jinnominaw lill-konsumatur ta' deheb ta' investiment bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikolu 198(1) jew jekk, fil-każ ta' materjal tad-deheb, prodotti semi-manifatturati, jew deheb ta' investiment kif definit fl-Artikolu 344(1), huma jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 198(2) li jinnominaw lill-konsumatur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li hi tkun konformi ma' l-obbligi tal-ħlas imniżżla f'din it-Taqsima.

Artikolu 209

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni legali li mhux taxxabbli li huma responsabbli għall-ħlas tal-VAT dovuta fir-rigward ta' akkwisti intra–Komunitarji ta' merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(i), jikkonformaw ma' l-obbligi tal-ħlas imniżżlin f'din it-Taqsima.

Artikolu 210

L-Istati Membri għandhom jaddottaw arranġamenti għall-ħlas tal-VAT fuq akkwisti intra-Komunitarji ta' mezzi ġodda ta' trasport, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(ii), u fuq akkwisti intra-Komunitarji ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(iii).

Artikolu 211

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-ħlas fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' merkanzija.

B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fil-każ ta' l-importazzjoni ta' merkanzija minn persuni taxxabbli jew ċerti kategoriji minnhom, jew minn persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT jew ċerti kategoriji minnhom, il-VAT dovuta minħabba fl-importazzjoni m'għandhiex għalfejn titħallas fil-ħin ta' l-importazzjoni, bil-kondizzjoni li tiddaħħal bħala tali fid-denunzja tal-VAT li għandha tkun sottomessa skond l-Artikolu 250.

Artikolu 212

L-Istati Membri jistgħu iħollu persuni taxxabbli mill-ħlas tal-VAT dovuta fejn l-ammont hu insinifikanti.

KAPITOLU 2

Identifikazzjoni

Artikolu 213

1.   Kull persuna taxxabbli għandha tiddikjara meta tibda, tbiddel jew twaqqaf l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli.

L-Istati Membri għandhom jippermettu, u jistgħu jeħtieġu, li d-dikjarazzjoni ssir b'mezzi elettroniċi, skond kondizzjonijiet li jistabbilixxu.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, kull persuna taxxabbli jew persuna legali li mhix taxxabbli li tagħmel akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija li mhijiex soġġetta għall-VAT skond l-Artikolu 3(1), trid tiddikjara li tkun qed tagħmel tali akkwisti jekk il-kondizzjonijiet, stabbiliti f'dik id-disposizzjoni, biex tali transazzjonijiet ma jkunux soġġetti għall-VAT, ma jibqgħux ikunu sodisfatti.

Artikolu 214

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni li ġejjin huma identifikati permezz ta' numru individwali:

(a)

kull persuna taxxabbli, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 10(2), li fit-territorju tagħhom twettaq fornimenti ta' merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom tista' titnaqqas il-VAT, minbarra l-fornimenti ta' merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT għandha titħallas biss mill-konsumatur jew mill-persuna li għaliha hija intenzjonata l-merkanzija jew is-servizzi, skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199;

(b)

kull persuna taxxabbli, jew persuna legali li mhix taxxabbli, li tagħmel akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija soġġetta għall-VAT skond l-Artikolu 2(1)(b) u kull persuna taxxabbli jew persuna legali li mhix taxxabbli li teżerċita l-għażla skond l-Artikolu 3(3) li jagħmlu l-akkwisti intra-Komunitarji tagħhom soġġetti għall-VAT;

(ċ)

kull persuna taxxabbli li, fit-territorju rispettiv tagħhom, tagħmel akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija għall-iskopijiet ta' transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) u li huma mwettqa barra minn dak it-territorju.

2.   L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn jiddentifikaw ċerti persuni taxxabbli li jwettqu transazzjonijiet fuq bażi okkażjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 13.

Artikolu 215

Kull numru ta' identifikazzjoni individwali għandu jkollu prefiss skond il-Kodiċi ISO 3166 – alfa 2 – li minnu jkun jista' jingħaraf l-Istat Membru tal-ħruġ.

Madankollu, l-Greċja tista' tuża l-prefiss ‘EL’.

Artikolu 216

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistemi ta' identifikazzjoni tagħhom jippermettu li l-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 214 jiġu identifikati u li jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta' l-arrangamenti transizzjonali għat–tassazzjoni ta' transazzjonijet intra-Komunitarji, kif imsemmi fl-Artikolu 402.

KAPITOLU 3

Fatturazzjoni

Taqsima 1

Definizzjoni

Artikolu 217

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ”trasmissjoni jew disponibilita b'meżżi elettroniċi” għandha tfisser it-trasmissjoni jew il-provvediment lir-riċevitur ta' data bl-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkuż kompressjoni diġitali)u għall-ħażna, u li juża mezzi ta' wajers, radju, mezzi ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħra.

Taqsima 2

Il-kunċett ta' fattura

Artikolu 218

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti jew messaġġi fuq karta jew f'forma elettronika bħala fatturi jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 219

Kwalunkwe dokument jew messaġġ li jemenda u jirreferi speċifikament u mingħajr ambigwità għall-fattura inizzjali għandu jitqies bħala fattura.

Taqsima 3

Il-ħruġ ta' fatturi

Artikolu 220

Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta' dak li ġej, tinħareġ fattura, jew hi nnifisha jew mill-konsumatur tagħha jew, f'isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza:

(1)

provvisti ta' merkanzija jew servizzi li hi tkun għamlet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli;

(2)

provvisti ta' merkanzija kif imsemmija fl-Artikolu 33;

(3)

provvisti ta' merkanzija mwettqa skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138;

(4)

kwalunkwe ħlas fuq kont magħmul lilha qabel ma titwettaq waħda mill-provvisti ta' merkanzija msemmija fil-punti (1), (2) u (3);

(5)

kwalunkwe ħlas fuq kont magħmul lilha minn persuna taxxabbli oħra jew persuna legali mhux taxxabbli qabel ma tkun tlestiet il-provvista ta' servizzi.

Artikolu 221

1.   L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq persuni taxxabbli obbligu li joħorġu fattura rigward provvisti ta' merkanzija jew servizzi magħmula fit-territorju tagħhom, barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 220.

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-fatturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, jimponu inqas obbligi minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 226, 230, 233, 244 u 246.

2.   L–Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 220 li joħorġu fattura rigward provvisti ta' merkanzija jew servizzi li jkunu għamlu fit-territorju tagħhom u li jkunu eżenti, bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl–istadju preċedenti jew mingħajr, skond l-Artikoli 110 u 111, l-Artikolu 125(1), l-Artikolu 127, l-Artikolu 128(1), l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 376(2) u l-Artikoli 380 sa 390.

Artikolu 222

L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti ta' żmien għall-ħruġ ta' fatturi fuq persuni taxxabbli li jipprovdu merkanzija u servizzi fit-territorju tagħhom.

Artikolu 223

Skond kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom huma pprovduti merkanzija jew servizzi, jista' jitfassal sommarju ta' fattura għal diversi provvisti separati ta' merkanzija jew servizzi.

Artikolu 224

1.   Jistgħu jitfasslu fatturi mill-konsumatur rigward il-provvista li ssirlu, minn persuna taxxabbli, ta' merkanzija jew servizzi, jekk ikun hemm ftehim minn qabel bejn iż-żewġ partijiet u sakemm teżisti proċedura għall-aċċettazzjoni ta' kull fattura mill-persuna taxxabbli li tkun qed tipprovdi l-merkanzija jew is-servizzi.

2.   L–Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-merkanzija jew is-servizzi jkunu pprovduti għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kondizzjonijiet ta' tali ftehim minn qabel u tal-proċeduri ta' l-aċċettazzjoni bejn il-persuna taxxabbli u l-konsumatur.

3.   L-Istati Membri jistgħu jimponu aktar kondizzjonijiet fuq persuni taxxabbli li qed jipprovdu merkanzija jew servizzi fit-territorju tagħhom dwar il-ħruġ ta' fatturi mill-konsumatur. B'mod partikolari, huma jistgħu jeħtieġu li tali fatturi jinħarġu f'isem u għan-nom tal-persuna taxxabbli.

Il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu dejjem l-istess kull fejn il-klijent ikun stabbilit.

Artikolu 225

L-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet speċifiċi fuq persuni taxxabbli li jipprovdu merkanzija jew servizzi fit–territorju tagħhom f'każijiet fejn il-parti terza, jew il-konsumatur, li joħroġ il-fatturi jkun stabbilit f'pajjiż li miegħu ma jkun jeżisti l-ebda strument legali relatat ma' għajnuna reċiproka simili fl-iskop għal dak previst fid-Direttiva 76/308/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

Taqsima 4

Kontenut tal-fatturi

Artikolu 226

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti f'din id-Direttiva, dawn id-dettalji li ġejjin biss huma meħtieġa għall-finijiet ta' VAT fuq fatturi maħruġa skond l-Artikoli 220 u 221

(1)

id-data tal-ħruġ;

(2)

numru ta' sekwenza, ibbażat fuq serje waħda jew aktar, li jidentifika l-fattura b'mod uniku;

(3)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT msemmi fl-Artikolu 214 li taħtu l-persuna taxxabbli pprovdiet il-merkanzija jew servizzi;

(4)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-konsumatur, kif imsemmi fl-Artikolu 214, li taħtu l-konsumatur irċieva provvista ta' merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħha hu obbligat li jħallas il-VAT, jew irċieva provvista ta' merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 138;

(5)

l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna taxxabbli u tal-konsumatur;

(6)

il-kwantità u n-natura tal-merkanzija pprovduta jew il-limitu u n-natura tas-servizzi mogħtija;

(7)

id-data li fiha l-provvista ta' merkanzija jew servizzi kienet saret jew tlestiet jew id-data li fiha l-ħlas akkont imsemmi fil-punti (4) u (5) ta' l-Artikolu 220 kien sar, sakemm dik id-data tkun tista' tkun iddeterminata u tkun differenti mid-data tal-ħruġ tal-fattura;

(8)

l-ammont taxxabbli għal kull rata jew eżenzjoni, il-prezz ta' l-unità mingħajr VAT u kwalunkwe roħs jew tnaqqis jekk ma jkunux inklużi fil-prezz ta' l-unità;

(9)

ir-rata ta' VAT applikata;

(10)

l-ammont ta' VAT li għandu jitħallas, għajr fejn ikun applikat arranġament speċjali li taħtu, b'konformità ma' din id-Direttiva, tali dettall hu eskluż;

(11)

fil-każ ta' eżenzjoni jew fejn il-konsumatur ikun responsabbli għall-ħlas tal-VAT, referenza għad-dispożizzjoni applikabbli ta' din id-Direttiva, jew għad-disposizzjoni nazzjonali korrispondenti, jew għal kwalnukwe referenza oħra li tindika li l-provvista ta' merkanzija jew servizzi hija eżenti jew soġġetta għall-proċedura ta' inverżjoni tal-ħlas;

(12)

fil-każ tal-provvista ta' mezz ġdid ta' trasport magħmula skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(a), il-karatteristiċi kif inhuma definiti fil-punt b) ta' l-Artikolu 2(2);

(13)

fejn l–iskema ta' marġni għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar hi applikata, referenza għall-Artikolu 306, jew għad-disposizzjonijiet nazzjonali korrispondenti, jew għal kwalunkwe referenza oħra li tindika li l-iskema ta' marġni kienet applikata;

(14)

fejn waħda mill-arranġamenti speċjali applikabbli għal oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet hi applikata, referenza għall-Artikoli 313, 326 jew 333, jew għad-disposizzjonijiet nazzjonali korrispondenti, jew kwalunkwe referenza oħra li tindika li waħda minn dawk l-aranġamenti kienet applikata;

(15)

fejn il-persuna obbligata li tħallas il-VAT hija rappreżentant tat-taxxa għall-finijiet ta' l-Artikolu 204, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, imsemmi fl-Artikolu 214, ta' dak ir-rappreżentant tat-taxxa, flimkien ma' l-isem u l-indirizz sħaħ tiegħu.

Artikolu 227

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom u li jipprovdu merkanzija jew servizzi hemmhekk jindikaw in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, imsemmi fl-Artikolu 214, tal-konsumatur f'każijiet għajr dawk imsemmija fil-punt (4) ta' l-Artikolu 226.

Artikolu 228

L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom hija pprovduta merkanzija jew servizzi jistgħu jippermettu li wħud mid-dettalji obbligatorji jitħallew barra minn dawn id-dokumenti jew messaġġi trattati bħala fatturi skond l-Artikolu 219.

Artikolu 229

L-Istati Membri m'għandhomx jitolbu li l-fatturi jkunu ffirmati.

Artikolu 230

L-ammonti li jidhru fuq il-fattura jistgħu jkunu espressi f'kull munita, sakemm l-ammont ta' VAT li għandu jitħallas ikun espress fil-munita nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn isseħħ il-provvista ta' merkanzija jew servizzi, bl-użu tal-mekkaniżmu ta' kambju stabbilit fl-Artikolu 91.

Artikolu 231

Għal skopijiet ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li fatturi fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija jew servizzi fit-territorju tagħhom u fatturi riċevuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu tradotti fil-lingwi nazzjonali tagħhom.

Taqsima 5

It-trasmissjoni ta' fatturi b'mezzi elettroniċi

Artikolu 232

Fatturi maħruġa skond it-Taqsima 2 jistgħu jintbagħtu kemm fuq karta jew, soġġett għal aċċettazzjoni mir-reċipjent, dawn jistgħu jintbagħtu jew isiru disponibbli b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 233

1.   Fatturi mibgħuta jew li jsiru disponibbli b'mezzi elettroniċi għandhom ikunu aċċettati mill-Istati Membri sakemm l-awtentiċità ta' l-oriġini u l-integrità tal-kontenut tagħhom ikunu ggarantiti b'waħda mill-metodi li ġejjin.

(a)

permezz ta' firma elettronika avvanzata fis-sens tal-punt (2) ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-KE 1999/93 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi;

(b)

permezz ta' skambju ta' data elettronika (EDI) kif imfisser fl-Artikolu 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1994/820/KE tad-19 ta' Ottubru 1994 dwar l-aspetti legali ta' l-iskambju tad-data kompjuterizzata (12), jekk il-ftehim relatat ma' l-iskambju jipprovdi għall-użu ta' proċeduri li jiggarantixxu l-awtentiċità ta' l-oriġini u l-integrità tad-data.

Fatturi jistgħu, madankollu, jintbagħtu jew isiru disponibbli b'mezzi elettroniċi oħra, soġġett għall-aċċettazzjoni mill-Istati Membri kkonċernati.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu biex il-firma elettronika avvanzata tkun ibbażata fuq ċertifikat ikkwalifikat u maħluq minn strument li jikrea firma żgura, fis-sens tal-punti (6) u (10) ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/93/KE.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll, soġġett għal kondizzjonijiet li huma jistabbilixxu, jeħtieġu li jintbagħat dokument sommarju addizzjonali fuq karta.

Artikolu 234

L-Istati Membri ma jistgħu jimponu fuq persuni taxxabbli li jkunu qed jipprovdu merkanzija jew servizzi fit-territorju tagħhom ebda obbligu jew formalità oħra relatata mat-trasmissjoni jew id-disponibbiltà ta' fatturi b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 235

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għal fatturi maħruġa b'mezzi elettroniċi rigward merkanzija jew servizzi pprovduti fit-territorju tagħhom minn pajjiż li miegħu ma jeżisti l-ebda strument legali relatat ma' għajnuna reċiproka simili fl-iskop għal dik prevista fid-Direttiva 76/308/KEE u fir-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

Artikolu 236

Fejn lottijiet li jkun fihom diversi fatturi jintbagħtu jew isiru disponibbli lill-istess riċevitur b'mezzi elettroniċi, id-dettalji li jkunu komuni għall-fatturi individwali jistgħu jkunu msemmija darba biss jekk, għal kull fattura, l-informazzjoni kollha tkun aċċessibbli.

Artikolu 237

Il–Kummissjoni għandha tippreżenta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008, rapport u, jekk hu xieraq, proposta li temenda l-kondizzjonijiet applikabbli għal fatturazzjoni elettronika sabiex tieħu kont ta' żviluppi teknoloġiċi futuri f'dak il-qasam.

Taqsima 6

Miżuri ta' simplifikazzjoni

Artikolu 238

1.   Wara konsultazzjoni mal–Kumitat tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu, skond kondizzjonijiet li huma jistgħu jistabbilixxu, jipprovdu li fil-każijiet li ġejjin ftit mill-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 226 u 230, soġġett għal għażliet meħuda mill-Istati Membri skond l-Artikoli 227, 228 u 231, għandha tiġi mdaħħla f'fatturi fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija jew servizzi fit-territorju tagħhom:

(a)

meta l-ammont tal-fattura huwa żgħir;

(b)

meta prattika kummerċjali jew amministrattiva fis-settur tan-negozju kkonċernat jew il-kondizzjonijiet tekniċi li skond dawn jinħarġu l-fatturi jagħmluha diffiċli li jkunu konformi ma' l-obbligi kollha msemmija fl-Artikolu 226 u 230.

2.   Il-fatturi għandhom, f'kull każ, jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data tal-ħruġ;

(b)

identifikazzjoni tal-persuna taxxabbli;

(ċ)

identifikazzjoni tat-tip ta' merkanzija jew servizzi pprovduti;

(d)

l-ammont ta' VAT dovuta jew l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi kkalkulata.

3.   L-arranġamenti simplifikati previsti fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu applikati għat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 138 u 141.

Artikolu 239

F'każijiet fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla skond il-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 272(1) li ma jallokawx numru ta' identifikazzjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-transazzjonijiet msemmija fl–Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 138 u 141, u fejn il-fornitur jew il-konsumatur ma jkunx ġie allokat numru ta' identifikazzjoni ta' dak it-tip, numru ieħor magħruf bħala n-numru ta' referenza tat-taxxa, kif inhu definit mill-Istati Membri kkonċernati, għandu jiddaħħal fil-fattura minflok.

Artikolu 240

Fejn il-persuna taxxabbli tkun ġiet allokata numru ta' identifkazzjoni tal-VAT, l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla skond il-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 272(1) jistgħu wkoll jeħtieġu li l–fattura turi dan li ġej:

(1)

għall-provvista ta' servizzi, kif imsemmi fl-Artikolu 44, 47, 50, 53, 54 u 55, u l-provvista ta' merkanzija, kif imsemmija fl-Artikoli 138 u 141, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT u n-numru ta' referenza tat-taxxa tal-fornitur;

(2)

fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija u servizzi oħra, in-numru ta' referenza tat-taxxa tal-fornitur biss jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT biss.

KAPITOLU 4

Kontabilità

Taqsima 1

Definizzjoni

Artikolu 241

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-ħażna ta' fattura “b'meżżi elettroniċi” għandha tfisser il-ħażna ta' data bl-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkuża kompressjoni diġitali)u l-ħażna, u li tuża wajers, radju, mezzi ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħra.

Taqsima 2

Obbligi ġenerali

Artikolu 242

Kull persuna taxxabbli trid iżżomm kontijiet dettaljati biżżejjed biex il-VAT tkun tista' tkun applikata u biex l-applikazzjoni tagħha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet tat-taxxa.

Artikolu 243

1.   Kull persuna taxxabli għandha żżomm reġistru tal-merkanzija li ntbagħtet jew li ġiet ittrasportata, minn dik il-persuna jew f'isimha, għal destinazzjoni barra mit-territorju ta' l-Istat Membru tat-tluq iżda fil-Komunità għall-għanijiet ta' transazzjonijiet li jikkonsistu fix-xogħol fuq dik il-merkanzija jew l-użu temporanju tagħha kif imsemmi fil-punti (f), (g) u (h) ta' l-Artikolu 17(2).

2.   Kull persuna taxxabli għandha żżomm kontijiet suffiċjentement dettaljati biex jippermettu l-identifikazzjoni ta' merkanzija mibgħuta lilha minn Stat Membru ieħor, minn jew f'isem persona taxxabli identifikata għall-għanijiet tal-VAT f' dak l-Istat Membru l-ieħor, u użata għal servizzi li jikkonsistu f'valutazzjonijiet ta' dik il-merkanzija jew xogħol fuq dik il-merkanzija kif imsemmi fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 52.

Taqsima 3

Obbligi speċifiċi dwar il-ħażna tal-fatturi kollha

Artikolu 244

Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li kopji tal-fatturi maħruġa minnha, jew mill-konsumatur tagħha jew, f'isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza, u l-fatturi kollha li hija rċeviet, ikunu maħżuna.

Artikolu 245

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-persuna taxxabbli tista' tiddeċiedi l-post tal-ħażna tal-fatturi, sakemm tagħmel il-fatturi jew l-informazzjoni maħżuna skond l-Artikolu 244 disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr telf ta' żmien kull meta jitolbu dan.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom jgħarrfuhom bil-post tal-ħażna, jekk dan ikun barra mit-territorju tagħhom.

L–Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom jaħżnu fit-territorju tagħhom fatturi maħruġa minnhom stess jew mill-konsumaturi tagħhom jew, f'isimhom u għan-nom tagħhom, minn parti terza, kif ukoll il-fatturi kollha li jkunu rċevew, meta l-ħażna ma tkunx b'mezzi elettroniċi li tiggarantixxi aċċess sħiħ on-line għad-data kkonċernata.

Artikolu 246

L-awtentiċità ta' l-oriġini u l-integrità tal–kontenut tal-fatturi maħżuna, kif ukoll il-leġġibilità tagħhom, għandhom ikunu ggarantiti matul il-perijodu ta' ħażna.

Fir-rigward tal-fatturi msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 233(1), id-dettalji misjuba fil-fatturi ma jistgħux jinbidlu u għandhom jibqgħu leġġibbli matul il–perijodu ta' ħażna.

Artikolu 247

1.   Kull Stat Membr għandu jiddetermina l-perijodu li matulu l-persuni taxxabbli għandhom jiżguraw il-ħażna ta' fatturi relatati mal-provvista ta' merkanzija jew servizzi fit-territorju tiegħu u fatturi riċevuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tiegħu.

2.   Sabiex jiżguraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 246 jkunu sodisfatti, l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista' jeħtieġ li l-fatturi jinħażnu fil-forma oriġinali li fiha jkunu ntbagħtu jew saru disponibbli, sew jekk tkun karta sew jekk elettronika. Barra minn hekk, fil-każ ta' fatturi maħżuna b'mezzi elettroniċi, l-Istat Membru jista' jeħtieġ li d-data li tiggarantixxi l-awtentiċità ta' l-oriġini tal-fatturi u l-integrità tal-kontenut tagħhom, kif previst fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 246, tinħażen ukoll.

3.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista' jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-ħażna ta' fatturi f'pajjiż li miegħu ma jkun jeżisti l-ebda strument legali relatat ma' għajnuna reċiproka simili fl-iskop għal dik prevista fid-Direttiva 76/308/KEE, u fir–Regolament (KE) Nru 1798/2003 jew għad-dritt imsemmi fl-Artikolu 249 ta' aċċess b'mezzi elettroniċi, ta' download u ta' użu.

Artikolu 248

L-Istati Membri jistgħu, soġġett għal kondizzjonijiet li huma jistabbilixxu, jeħtieġu l-ħażna ta' fatturi li jkunu rċevew persuni mhux taxxabbli.

Taqsima 4

Dritt ta' aċċess għall-fatturi maħżuna b'mezzi elettroniċi fi Stat Membru ieħor

Artikolu 249

Meta persuna taxxabbli taħżen fatturi li toħroġ jew tirċievi b'mezzi elettroniċi li tiggarantixxi aċċess on-line għad-data u meta l-post tal-ħażna jkun fi Stat Membru għajr dak li fih hi tkun stabbilita, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita għandu, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, jkollhom id-dritt li jaċċedu għal dawk il-fatturi b'mezzi elettroniċi, li jniżżluhom u jużawhom, fil-limiti stipulati bir-regoli ta' l-Istat Membru fejn il–persuna taxxabbli tkun stabbilita u sa fejn dak l-Istat jeħtieġ għal raġunijiet ta' kontroll.

KAPITOLU 5

Denunzji

Artikolu 250

1.   Kull persuna taxxabbli għandha tipprezżenta denunzja tal-VAT li tistipula l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħadem it-taxxa li ġiet imposta u t-tnaqqis li jrid isir inkluż, sa fejn hu meħtieġ biex tkun stabbilita l-bażi tal-valutazzjoni, il-valur totali tat-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-taxxi u tnaqqis u l-valur ta' kwalunkwe transazzjonijiet eżenti.

2.   L–Istati Membri għandhom jippermettu, u jistgħu jeħtieġu, li d-denunzja tal-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi, skond il-kondizzjonijiet li huma jistabbilixxu.

Artikolu 251

Flimkien ma' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 250, id-denunzja tal-VAT li tkopri perijodu tat-taxxa partikolari għandha turi dan li ġej:

(a)

il–valur totali, li jeskludi l-VAT, tal-provvista ta' merkanzija msemmija fl–Artikolu 138 li fir-rigward tiegħu ġiet imposta l-VAT matul dan il-perijodu tat-taxxa;

(b)

il–valur totali, li jeskludi l-VAT, tal-provvisti ta' merkanzija msemmija fl-Artikoli 33 u 36 imwettqa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, li fir-rigward tagħhom ġiet imposta l-VAT matul dan il-perijodu tat-taxxa, fejn il-post minn fejn intbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija tinsab fl-Istat Membru li fih għandha tintbagħat id-denunzja;

(ċ)

il-valur totali, li jeskludi l-VAT, ta' l-akkwisti intra-Komuntarji ta' merkanzija, jew transazzjonijiet trattati bħala tali, kif msemmija fl-Artikolu 21 jew 22, magħmula fl-Istat Membru li fih għandha tiġi ppreżentata d-denunzja u li fir-rigward tiegħu il-VAT ġiet imposta matul dan il-perijodu tat-taxxa;

(d)

il-valur totali, li jeskludi l-VAT, tal-provvisti ta' merkanzija msemmija fl-Artikoli 33 u 36 imwettqa fl-Istat Membru li fih għandha tiġi ppreżentata d-denunzja u li fir-rigward tiegħu il-VAT ġiet imposta matul dan il-perijodu tat-taxxa, fejn il-post minn fejn intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(e)

il-valur totali, li jeskludi l-VAT, tal-provvisti ta' merkanzija mwettqa fl-Istat Membru li fih għandha tiġi ppreżentata d-denunzja u li fir-rigward tiegħu l-persuna taxxabbli kienet innominata, skond l-Artikolu 197, bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT u li fir-rigward tiegħu l-VAT ġiet imposta matul dan il-perijodu tat-taxxa.

Artikolu 252

1.   Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa terminu perentorju li jkun stabbilit mill-Istati Membri. Dak it-terminu perentorju m'għandux ikun ta' aktar minn xahrejn mill-aħħar ta' kull perijodu fiskali.

2.   Il-perijodu fiskali għandu jkun stabbilit minn kull Stat Membru f'xahar, f'xahrejn jew f'tliet xhur.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jistabbilixxu perijodi fiskali differenti sakemm dawn ma jaqbżux sena.

Artikolu 253

L-Isvezja tista' tapplika proċedura simplifikata għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, li permezz tagħha persuni taxxabbli li jwettqu biss transazzjonijiet taxxabbli fuq livell nazzjonali jistgħu jippreżentaw denunzji tal-VAT tliet xhur wara t-tmiem tal-perijodu tat-taxxa diretta annwali.

Artikolu 254

Fil-każ ta' provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport imwettqa skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(2)(a) minn persuna taxxabbli identifikata għal skopijiet ta' VAT għal konsumatur mhux identifikat għal skopijiet ta' VAT, jew minn persuna taxxabbli kif definit fl-Artikolu 9(2), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bejjiegħ jikkomunika t-tagħrif kollu meħtieġ biex tkun applikata l-VAT u tkun ivverifikata l-applikazzjoni tagħha mill-awtoritajiet tat-taxxa.

Artikolu 255

Fejn l-Istati Membri jinnominaw lill-konsumatur ta' deheb ta' investiment bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikolu 198(1) jew jekk, fil-każ ta' materjal tad-deheb, prodotti semi-manifatturati jew deheb ta' investiment kif definit fl-Artikolu 344(1), huma jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 198(2) li jinnominaw il-konsumatur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jissodisfa l-obbligi dwar il-preżentazzjoni ta' denunzja tal-VAT stabbilit f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 256

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw illi persuni li, skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 204, huma kkunsidrati bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT minflok persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tagħhom jikkonformaw ma' l-obbligi li għandhom x'jaqsmu mal-preżentazzjoni ta' denunzja tal-VAT, kif stipulat f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 257

Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni legali li mhux taxxabbli li huma obbligati jħallsu l-VAT dovuta għal akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(i), iħarsu l-obbligi li għandhom x'jaqsmu mal-preżentazzjoni ta' denunzja tal-VAT, kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 258

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-preżentazzjoni ta' denunzji tal-VAT fir-rigward ta' akkwisti intra-Komunitarji ta' mezzi ġodda ta' trasport, kif msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(ii), u akkwisti intra-Komunitarji ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(iii).

Artikolu 259

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lil persuni li jagħmlu akkwisti intra-Komunitarji ta' mezzi ġodda ta' trasport kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(ii), biex jipprovdu, meta jippreżentaw id-denunzja tal-VAT, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun applikata l-VAT u biex l-applikazzjoni tagħha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet tat-taxxa.

Artikolu 260

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-preżentazzjoni ta' denunzji tal-VAT fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' merkanzija.

Artikolu 261

1.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuna taxxabbli tippreżenta denunzja li turi l-partikolarijiet kollha speċifikati fl-Artikoli 250 u 251 fir-rigward tat-transazzjonijiet kollha magħmula matul is-sena ta' qabel. Dik id-denunzja għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għal kwalunkwe aġġustament.

2.   L-Istati Membri għandhom jippermettu, u jistgħu jeħtieġu, li d-denunzja msemmija fil-paragrafu 1 tkun ippreżentata b'mezzi elettroniċi, skond il-kondizzjonijiet li huma jistabbilixxu.

KAPITOLU 6

Dikjarazzjonijiet rikapitolattivi

Artikolu 262

Kull persuna taxxabli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitolattiva ta' l-akkwirenti identifikati għall-finijiet tal-VAT lil min huwa pprovda l-merkanzija skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(ċ), u tal-persuni identifikati għall-finijiet tal-VAT li lilhom kienet ipprovduta merkanzija bħala akkwisti intra-Komunitarji msemmija fl-Artikolu 42.

Artikolu 263

1.   Id-dikjarazzjoni rikapitulattiva għandha ssir għal kull tliet xhur kalendarji f'perijodu u skond proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jipprovdu li dikjarazzjonijiet rikapitulattivi għandhom jiġu ppreżentati fuq bażi ta' xahar.

2.   L-Istati Membri għandhom jippermettu, u jistgħu jeħtieġu, li d-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi msemmija fil-paragrafu 1 jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi, skond il-kondizzjonijiet li huma jistabbilixxu.

Artikolu 264

1.   Id-dikjarazzjoni rikapitulattiva għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru li permezz tiegħu hi identifikata l-persuna taxxabbli għall-finijiet ta' VAT fl-Istat Membru li fih għandha tintbagħat id-dikjarazzjoni rikapitulattiva u li taħtu hi wettqet il-provvista ta' merkanzija skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1);

(b)

in-numru li permezz tiegħu kull persuna li takkwista l-merkanzija hi identifikata għall-finijiet ta' VAT fi Stat Membru li mhux dak li fih għandha titntbagħat id-dikjarazzjoni rikapitolattiva u li taħtu l-merkanzija ġiet fornuta lilha;

(ċ)

in-numru li permezz tiegħu l-persuna taxxabbli hi identifikata għall-finijiet ta' VAT fl-Istat Membru li fih għandha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni rikapitolattiva u li taħtu hi wettqet trasferiment ta' merkanzija lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 135(2)(ċ), u n-numru li permezz tiegħu hu identifikat fl-Istat Membru fejn tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata;

(d)

għal kull persuna li akkwistat merkanzija, il-valur totali tal-provvista tal-merkanzija li tkun saret mill-persuna taxxabbli;

(e)

għall-provvisti li jikkonsistu fit-trasferiment ta' merkanzija lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 138(2)(ċ), il-valur totali tal-provvisti, stabbilit skond l-Artikolu 76;

(f)

l-ammonti ta' aġġustamenti magħmula skond l-Artikolu 90.

2.   Il-valur msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jkun iddikjarat għat-tliet xhur kalendarji li matulhom il-VAT ġiet imposta.

L-ammonti msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu ddikkjarati għat–tliet xhur kalendarji li matulhom il-persuna li akkwistat il-merkanzija kienet innotifikata bl-aġġustament.

Artikolu 265

1.   Fil-każ ta' akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija, kif imsemmija fl-Artikolu 42, il–persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li ħarġitilha n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT li taħtu hi għamlet tali akkwsiti għandha ssemmi b'mod ċar fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru li bih din tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT f'dak l-Istat Membru u li taħtu hi wettqet l-akkwist u l-provvista sussegwenti tal-merkanzija;

(b)

in-numru li bih il-persuna li lilha saret il-provvista sussegwenti mill-persuna taxxabbli hi identifikata fl-Istat Membru fejn tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata;

(ċ)

għall kull persuna li lilha tkun saret il-provvista sussegwenti, il-valur totali, mibngħajr VAT, tal-provvisti magħmula mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata.

2.   Il-valur imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandu jiġi ddikkjarat għat-tliet xhur tal-kalendarju li matulhom ġiet imposta l-VAT.

Artikolu 266

Bħala deroga mill-Artikoli 264 u 265, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li għandha tingħata informazzjoni addizzjonali f'dikjarazzjonijiet rikapitulattivi.

Artikolu 267

L-Istati Membri għandhom jieħdu l–miżuri meħtieġa biex jiżguraw illi dawk il-persuni li, skond l-Artikolu 194 u 204, huma kkunsidrati li huma obbligati li jħallsu l-VAT, minflok persuna taxxabbli li mhix stabbilita fit-territorju tagħhom, ikunu konformi ma' l-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjoni rikapitulattiva kif previst f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 268

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni taxxabbli li, fit-territorju tagħhom, jagħmlu akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija jew transazzjonijiet trattati bħala tali, skond l-Artikoli 21 u 22, jippreżentaw dikjarazzjonijiet li jagħtu dettalji ta' tali akkwisti, sakemm, madankollu, tali dikjarazzjonijiet ma jkunux meħtieġa fir-rigward ta' perijodu ta' anqas minn xahar.

Artikolu 269

B'aġir unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista' jawtoriżża kwalunkwe Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali previsti fl-Artikoli 270 u 271 biex jissimplifikaw l-obbligu, stabbilit f'dan il-Kapitolu, biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni rikapitulattiva. Tali miżuri ma jistgħux itellfu l-monitoraġġ xieraq ta' transazzjonijiet intra-Komunitarji.

Artikolu 270

Permezz ta' l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 269, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil persuni taxxabbli jippreżentaw dikjarazzjonijiet rikapitulativi annwali li jindikaw in–numri li jservu biex jidentifikaw għall-finijiet ta' VAT, fi Stat Membru ieħor, il-persuni li lilhom dawk il–persuni taxxabbli pprovdew merkanzija skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(ċ), fejn il-persuni taxxabbli jissodisfaw it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur totali annwali, mingħajr il-VAT, tal-provvisti tagħhom ta' merkanzija u servizzi ma jeċċedix b'aktar minn EUR 35 000, jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali, l-ammont tal-fatturat annwali li jintuża bħala referenza għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni għall-impriżi żgħar prevista fl-Artikoli 282 sa 292;

(b)

il-valur annwali totali, mingħajr VAT, ta' provvisti ta' merkanzija li twettqu minnhom skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 ma jeċċedix EUR 15 000 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali;

(ċ)

l-ebda mill-provvisti mwettqa minnhom skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 m'hi provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport.

Artikolu 271

Permezz ta' l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 269, l-Istati Membri li jistabbilixxu f'aktar minn tliet xhur il-perijodu tat-taxxa li fir-rigward tiegħu persuni taxxabbli għandhom jippreżentaw id-denunzja tal-VAT prevista fl-Artikolu 250 jistgħu jippermettu lil tali persuni jippreżentaw dikjarazzjonijiet rikapitulattivi ta' l-istess perijodu fejn dawk il-persuni taxxabbli jissodisfaw it–tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur annwali totali, mingħajr VAT, tal-provvisti tagħhom ta' merkanzija u s-servizzi tagħhom ma jeċċedix EUR 200 000 jew l-ekwivalent f'munita nazzjonali;

(b)

il-valur annwali totali, mingħajr VAT, ta' provvisti ta' merkanzija li twettqu minnhom skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 ma jeċċedix EUR 15 000 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali;

(ċ)

l-ebda mill-provvisti mwettqa minnhom skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 m'hi provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport.

KAPITOLU 7

Disposizzjonijiet varji

Artikolu 272

1.   L-Istati Membri jistgħu jħollu l-persuni taxxabbli li ġejjin minn xi uħud jew mill-obbligi kollha msemmija fil-Kapitoli 2 sa 6:

(a)

persuni taxxabbli li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħhom ta' merkanzija mhumiex soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 3(1);

(b)

persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda mit-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 138 u 141;

(ċ)

persuni taxxabbli li jwwettqu biss provvisti ta' merkanzija jew ta' servizzi eżenti skond l-Artikoli 132, 135 u 136, l-Artikoli 146 sa 149 u l-Artikoli 151, 152 u 153;

(d)

persuni taxxabbli koperti mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fl-Artikoli 282 sa 292;

(e)

persuni taxxabbli koperti mill-iskema komuni b'rata fissa għall-bdiewa.

L-Istati Membri ma jistgħux iħollu lill-persuni taxxabbli msemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu mill-obbligi tal-fatturazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 220 sa 236 u l-Artikoli 238, 239 u 240.

2.   Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla skond il-punt (e) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta' l-arranġamenti transizzjonali għat-tassazzjoni ta' transazzjonijiet intra-Komunitarji.

3.   Stati Membri jistgħu jħollu persuni taxxabbli barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 minn xi wħud mill-obbligi tal-fatturazzjoni msemmija fl-Artikolu 242.

Artikolu 273

L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta' VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta' trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta' fruntieri.

L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.

KAPITOLU 8

Obbligi li jirrigwardaw ċerti importazzjonijiet u esportazzjonijiet

Taqsima 1

Importazzjoni

Artikolu 274

L-Artikoli 275, 276 u 277 għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta' merkanzija li hija f'ċirkolazzjoni ħielsa li tidħol fil-Komunità minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 275

Il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 274 għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mid-disposizzjonijiet doganali Komunitarji fis-seħħ għall-importazzjoni ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 276

Fejn il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata msemmija fl-Artikolu 274 tispiċċa f'post li jinsab barra mill-Istat Membru tad-dħul tagħhom fil-Komunità, dawn għandhom jiċċirkolaw fil-Komunità skond il–proċedura ta' transitu Komunitarju intern stabbilita mid-disposizzjonijiet doganali Komunitarji fis-seħħ, safejn dawn kienu s-suġġett ta' dikjarazzjoni li tqegħedhom skond din il-proċedura mad-daħla tagħhom fil-Komunità.

Artikolu 277

Fejn, mad-daħla tagħha fil-Komunità, il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 274 tinsab f'waħda mis-sitwazzjonijiet li tikkwalifikaha, jekk din tkun ġiet importata fit-tifsira ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 30, biex tkun koperta minn wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, jew minn arranġament ta' importazzjoni temporanju b' eżenzjoni totali mid-dazji fuq l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-merkanzija tista' tibqa' fil-Komunità skond l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stipulati għall-applikazzjoni ta' dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.

Taqsima 2

Esportazzjoni

Artikolu 278

L-Artikoli 279 u 280 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni ta' merkanzija f'ċirkolazzjoni ħielsa li hija mibgħuta jew ittrasportata minn Stat Membru lejn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 279

Il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-esportazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 278 mit-territorju tal-Komunità għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mid-disposizzjonijiet doganali Komunitarji fis-seħħ għall-esportazzjoni ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 280

Fil-każ ta' merkanzija li hija temporanjament esportata mill-Komunità, sabiex din terġa' tiġi impurtata, l–Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, ma' l-importazzjoni mill-ġdid fil–Komunità, tali merkanzija tista' tiġi koperta mill-istess disposizzjonijiet li kienu japplikaw kieku din kienet ġiet temporanjament esportata mit-territorju doganali tal-Komunità.

TITOLU XII

KEMI SPEĊJALI

KAPITOLU 1

Skema speċjali għall-impriżi żgħar

Taqsima 1

Proċeduri speċjali għall-impożizzjoni u l-ġbir

Artikolu 281

L-Istati Membri li jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-applikazzjoni ta' l-arranġamenti tal-VAT normali għall-impriżi żgħar, minħabba fl-attivitajiet jew fl-istruttura ta' tali impriżi, jistgħu, skond it-tali kondizzjonijiet u fit-tali limiti li huma jistgħu jistabbilixxu, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, japplikaw proċeduri simplifikati, bħal skemi b'rata fissa, bħal skemi b'rata fissa għall-impożizzjoni u l-ġbir tal-VAT sakemm huma ma jwasslux għal tnaqqis ta' dan.

Taqsima 2

Eżenzjonijiet jew ħelsien gradwat

Artikolu 282

L-eżenzjonijiet u l-ħelien mit-taxxa gradwat previst f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-provvista ta' merkanzija u servizzi mill-impriżi żgħar.

Artikolu 283

1.   L-arranġament previsti f'din it-Taqsima m'għandhomx japplikaw għat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

transazzjonijiet imwettqa fuq bażi okkażjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 12;

(b)

provvisti ta' mezzi ġodda ta' trasport li jsiru skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(a);

(ċ)

provvisti ta' merkanzija jew servizzi magħmula minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu transazzjonijet minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 mill-arranġamenti pprovduti f'din it-Taqsima.

Artikolu 284

1.   L-Istati Membri li eżerċitaw l-għażla skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (13) li jintroduċu eżenzjonijet jew ħelsien mit-taxxa gradwata jistgħu jżommuhom, u l-arranġamenti għall-applikazzjoni tagħhom, jekk huma jikkonformaw mar-regoli tal-VAT.

2.   L-Istati Membri li, fis-17 ta' Mejju 1977, eżentaw persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom kien inqas mill-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta' 5 000 unità tal-kont Ewropej bir-rata tal-kambju f'dik id-data, jistgħu jżidu dan il-limitu massimu sa EUR 5 000.

L-Istati Membri li applikaw ħelsien mit-taxxa gradwata la jistgħu jżidu l-limitu massimu għal ħelsien mit-taxxa gradwata u lanqas iġibu l-kondizzjonijet għall-għoti tagħha iktar favorevoli.

Artikolu 285

L-Istati Membri li m'għamlux użu minn din l-għażla skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 67/228/KEE jistgħu jagħtu eżenzjoni lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhux aktar minn EUR 5 000 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali.

L-Istati Membri msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jagħtu ħelsien mit-taxxa gradwat lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom jeċċedi l-limitu massimu ffissat minnhom għall-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 286

L-Istati Membri li, fis-17 ta' Mejju 1977, taw eżenzjoni lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom kien daqs jew iktar għoli mill-ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' 5 000 unità tal-kont Ewropej bir-rata tal-kambju f'dik id-data, jistgħu iżidu dak il-limitu massimu biex iżommu l-valur ta' l-eżenzjoni f'termini reali.

Artikolu 287

L-Istati Membri li aderew wara l-1 ta' Jannar 1978 jistgħu jeżentaw lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla mill-eqwivalenti f'munita nazzjonali ta' l-ammonti li ġejjin bir-rata tal-kambju fil-ġurnata ta' adeżjoni tagħhom:

(1)

Il-Greċja: 10 000 unità tal-kont Ewropej;

(2)

Spanja: ECU 10 000;

(3)

Il-Portugall: ECU 10 000;

(4)

Awstrija: ECU 35 000;

(5)

Finlandja: ECU 10 000;

(6)

Svezja: ECU 10 000;

(7)

Ir-Repubblika Ċeka: EUR 35 000;

(8)

Estonja: EUR 16 000;

(9)

Ċipru: EUR 15 600;

(10)

Latvia: EUR 17 200;

(11)

Litwanja: EUR 29 000;

(12)

Ungerija: EUR 35 000;

(13)

Malta: EUR 37 000 meta l-attività ekonomika tikkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' merkanzija, EUR 24 300 meta l-attività ekonomika tikkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' servizzi b'valur miżjud baxx (inputs għoljin), u EUR 14 600 f'każijiet oħrajn, jiġifieri dawk li jipprovdu servizz b'valur miżjud għoli (inputs baxxi);

(14)

Polonja: EUR 10 000;

(15)

Slovenja: EUR 25 000;

(16)

Slovakkja: EUR 35 000.

Artikolu 288

Il-fatturat li jservi bħala referenza għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti previsti f'din it-Taqsima għandhom jikkonsistu fl-ammonti li ġejjin, mingħajr VAT:

(1)

il-valur tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi, sakemm dawn ikunu ntaxxati;

(2)

il-valur tat-transazzjonijiet li huma eżenti, bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju ta' qabel, skond l-Artikoli 110 u 111, l-Artikolu 125(1), l-Artikoli 127, jew l-Artikolu 128(1);

(3)

il-valur ta' transazzjonijiet li huma eżenti skond l-Artikoli 146 sa 149 u l-Artikoli 151, 152 jew 153;

(4)

il-valur ta' transazzjonijiet ta' proprjetà immobbli, transazzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fil-punti (b) sa (g) ta' l-Artikolu 135(1), u s-servizzi ta' l-assigurazzjoni, sa kemm dawn it-transazzjonijiet ma jkunux transazzjonijiet anċillari.

Madanakollu, iċ-ċessjonijiet ta' l-assi kapitali tanġibbli jew intanġibbli ta' impriża m'għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni tal-fatturat.

Artikolu 289

Persuni taxxabbli eżenti mill-VAT m'għandhomx ikunu intitolati biex inaqqsu l-VAT skond l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177, u ma jistgħux juru l-VAT fuq il-fatturi tagħhom.

Artikolu 290

Persuni taxxabbli intitolati għall-eżenzjoni mill-VAT jistgħu jagħżlu jew l-arranġamenti normali tal-VAT jew il-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281. F'dan il-każ, huma għandhom ikunu intitolati għal kwalunkwe ħelsien gradwat mit-taxxa previst mil-leġislazzjoni nazzjonali.

Artikolu 291

Soġġetti għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 281, persuni taxxabbli li jgawdu mill-ħelsien gradwat għandhom jitqiesu bħala persuni taxxabbli soġġetti għall-arranġamenti normali tal-VAT.

Artikolu 292

L-arranġamenti previsti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw sa data li għandha tkun iffissata mill-Kunsill skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, li m'għandhiex tkun iktar tard minn dik li fiha jidħlu fis-seħħ l-arranġamenti definittivi msemmija fl-Artikolu 402.

Taqsima 3

Rappurtaġġ u reviżjoni

Artikolu 293

Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:

(1)

titjib għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar;

(2)

l-adattament ta' sistemi nazzjonali fir-rigward ta' eżenzjonijiet u ħelsien gradwat mit-taxxa;

(3)

l-adattament tal-limiti massimi previsti fit-Taqsima 2.

Artikolu 294

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, jekk hix meħtieġa skema speċjali għall-impriżi żgħar skond l-arranġamenti definittivi u, jekk xieraq, għandu jistabbilixxi l-limiti u l-kondizzjonijiet komuni għall-implimentazzjoni ta' dik l-iskema.

KAPITOLU 2

Skema komuni b' rata fissa għall-bdiewa

Artikolu 295

1.   Għall-iskopijiet ta' dan il–Kapitolu, id-definizjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“bidwi” tfisser kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq l-attività ekonomika tagħha f'impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd;

(2)

“impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd” tfisser impriża kkunsidrata bħala tali minn kull Stat Membru fl-ambitu ta' l-attivitajiet tal-produzzjoni elenkati fl-Anness VII;

(3)

“bidwi b'rata fissa” tfisser kwalunkwe bidwi kopert mill-iskema ta' rata fissa pprovduta f'dan il-Kapitolu;

(4)

“prodotti agrikoli” tfisser merkanzija prodotta minn impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd f'kull Stat Membru bħal riżultat ta' l-attivitajiet elenkati fl-Anness VII;

(5)

“servizzi agrikolu” tfisser servizzi, u b'mod partikolari dawk elenkati fl–AnnessVIII, ipprovdut minn bidwi li juża' n-nies li jaħdmu tiegħu jew it-tagħmir normalment użat mill–impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd imħaddma minnu u li normalment jieħdu parti fil-produzzjoni agrikola;

(6)

“taxxa fuq ix-xiri imposta” tfisser l-ammont tal-VAT totali li għandu x'jaqsam mal-merkanzija u s-servizzi mixtrija mill-impriżi agrikoli, tal-foresti u tas-sajd ta' kull Stat Membru soġġett għall-iskema ta' rata fissa fejn tali taxxa tkun imnaqqsa skond l-Artikoli 167, 168 u 169 u l-Artikoli 173 sa 177 minn bidwi soġġett għall-arranġamenti normali tal-VAT;

(7)

“persentaġġi kompensatorji b'rata fissa” tfisser il-persentaġġi ffissati mill-Istati Membri skond l-Artikoli 297, 298 u 299 u applikati minnhom fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 300 li jippermettu lill-bdiewa b'rata fissa li jpattu b'rata fissa il-VAT fuq ix-xiri imposta;

(8)

“kumpens b'rata fissa” tfisser l-ammont li tasal għalih billi tapplika l-persentaġġ tal-kumpens b'rata fissa għall-fatturat tal-bidwi b'rata fissa fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 300.

2.   Fejn bidwi jipproċessa, billi juża mezzi normalment użati f'impriża agrikola, tal-foresti jew tas-sajd, prodotti li jidderivaw essenzjalment mill-produzzjoni agrikola tiegħu, tali attivitajiet ta' l-ipproċessar għandhom jiġu trattati bħala attivitajiet tal-produzzjoni agrikola, kif elenkati fl-Anness VII.

Artikolu 296

1.   Fejn l-applikazzjoni għall-bdiewa ta' l–arranġamenti normali tal-VAT, jew l-iskema speċjali pprovduta fil-Kapitolu 1, x'aktarx li twassal għal diffikultajiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-bdiewa, skond dan il-Kapitolu, skema b' rata fissa mfassla b'mod li tpatti għall-VAT imposta fuq xiri ta' merkanzija u servizzi magħmula mill-bdiewa b' rata fissa.

2.   Kull Stat Membru jista' jeskludi mill-iskema b' rata fissa ċertu kategoriji ta' bdiewa, kif ukoll bdiewa li għalihom applikazzjoni ta' l-arranġamenti normali tal-VAT, jew tal-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281, x'aktarx li ma tirriżultax f'diffikulatjiet amministrattivi.

3.   Kull bidwi b'rata fissa jista' jagħżel, soġġett għar-regoli u l-kondizzjonjiet stabbiliti minn kull Stat Membru, għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti normali tal-VAT jew, kif ikun il-każ, il-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281.

Artikolu 297

L-Istati Membri għandhom, fejn hu meħtieġ, jiffissaw il-persentaġġi kompensatorji b'rata fissa. Huma jistgħu jiffissaw persentaġġi li jvarjaw għall-foresterija, għas-sotto-diviżjonijiet differenti ta' l-agrikoltura u għas-sajd.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-persentaġġi ta' kumpens b' rata fissa ffissati skond l-ewwel paragrafu qabel japplikawhom.

Artikolu 298

Il-persentaġġi ta' kumpens b'rata fissa għandhom ikunu kkalkulati abbażi ta' l-istatistika makro-ekonomika għall-bdiewa b'rata fissa waħedhom għat-tliet snin preċedenti.

Il-persentaġġi jistgħu jitnaqqsu jew jiżdiedu sa l-eqreb nofs-punt. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu tali persentaġġi għal rata żero.

Artikolu 299

Il-persentaġġi ta' kumpens b'rata fissa jistgħu ma jkollhomx l-effett li jiksbu għall-bdiewa b'rata fissa rifużjonijiet akbar mill-VAT fuq ix-xiri imposta.

Artikolu 300

Il-presentaġġi ta' kumpens b'rata fissa għandhom jiġu applikati għall–prezzijiet, mingħajr VAT, tal-merkanzija u s-servizzi li ġejjin:

(1)

prodotti agrikoli pprovduti minn bdiewa b'rata fissa lil persuni taxxabbli li mhumiex dawk koperti, fl-Istati Membri li fihom ġew ipprovduti dawn il-prodotti, minn din l-iskema b' rata fissa;

(2)

prodotti agrikoli pprovduti minn bdiewa b'rata fissa, skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138, lil persuni legali mhux taxxabbli li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħhom huma soġġetti għall-VAT, skond l-Artikolu 2(1)(b), fl-Istat Membru li fih jispiċċaw il-prodotti agrikoli mibgħuta jew ittrasportati;

(3)

servizzi agrikoli pprovduti minn bdiewa b'rata fissa lil persuni taxxabbli li mhumiex dawk koperti, fl-Istat Membru li fih ġew pprodvuti dawn is-servizzi, minn din l-iskema ta' rata fissa.

Artikolu 301

1.   Fil-każ tal-provvista ta' prodotti agrikoli jew servizzi agrikoli speċifikati fl-Artikolu 300, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kumpens b'rata fissa għandu jitħallas jew mill-konsumatur jew mill-awtoritajiet pubbliċi.

2.   Fir–rigward ta' kwalunkwe provvista ta' prodotti agrikoli jew servizzi agrikoli għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 300, il-kumpens b'rata fissa għandu jitqies li tħallas mill-konsumatur.

Artikolu 302

Jekk bidwi b'rata fissa hu intitolat għal kumpens b'rata fissa, hu m'għandux ikun intitolat għal tnaqqis tal-VAT fir-rigward ta' attivitajiet koperti minn din l-iskema b'rata fissa.

Artikolu 303

1.   Fejn il-konsumatur taxxabbli iħallas kumpens b'rata fissa skond l-Artikolu 301(1), hu għandu jkun intitolat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 167, 168 u 169 u l-Artikoli 173 sa 177 u l-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri, li jnaqqas l-ammont tal-kumpens mill-VAT li għaliha hu responsabbli fl-Istat Membru li fih jitwettqu t-transazzjonijiet intaxxati tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu rifużjoni lill-konsumatur l-ammont tal-kumpens b'rata fissa li hu ħallas għal kwalunkwe minn dawn it-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' prodotti agrikoli, li twettqet skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138, lil persuni taxxabbli, jew lil persuni legali mhux taxxabbli, li jaġixxu bħala tali fi Stat Membru li fit-territorju tiegħu l-akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija tagħhom huma soġġetti għall-VAT skond l-Artikolu 2(1)(b);

(b)

il-provvista ta' prodotti agrikoli, li twettqet skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 146, 147, 148 u 156, l-Artikolu 157(1)(b) u l-Artikoli 158, 160 u 161, lil konsumatur taxxabbli stabbilit barra mill-Komunità, sakemm il-prodotti jintużaw minn dak il-konsumatur għall-finijiet tat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(a) u (b) jew għall-finijiet ta' provvisti ta' servizzi li jitqiesu li seħħu fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih il-konsumatur hu stabbilit u li fuqhom it-taxxa titħallas biss mill-konsumatur skond l-Artikolu 196;

(ċ)

il-provvista ta' servizzi agrikoli lil konsumatur taxxabbli stabbilit fil–Komunità imma fi Stat Membru ieħor jew lil konsumatur taxxabbli stabbilit barra mill-Komunità, sakemm is–servizzi jintużaw mill-konsumatur għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(a) u (b) jew għall–finijiet ta' provvista ta' servizzi li jitqiesu li seħħu fit-territorju ta' Istat Membru li fih il-konsumatur hu stabbilit u li fir-rispett tiegħu il-VAT trid titħallas biss mill-konsumatur skond l-Artikolu 196.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il–metodu li permezz tiegħu jsiru r-rifużjonijiet previsti fil-paragrafu 2. B'mod partikolari, huma jistgħu japplikaw id-disposizzjonijiet tad-Direttivi 79/1072/KEE u 86/560/KEE.

Artikolu 304

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifikaw il-kumpens b'rata fissa lill-bdiewa b'rata fissa.

Artikolu 305

Kull meta l-Istati Membri japplikaw din l-iskema b'rata fissa, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-provvista ta' prodotti agrikoli bejn l-Istati Membri, li twettqet skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 33, tkun dejjem intaxxata bl-istess mod, kemm jekk il-provvista tkun saret minn bidwi b'rata fissa jew minn persuna taxxabbli oħra.

KAPITOLU 3

Skema speċjali għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar

Artikolu 306

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw skema speċjali tal-VAT, skond dan il-Kapitolu, għal transazzjonijiet imwettqa minn aġenti ta' l-ivjaġġar li jkollhom x'jaqsmu ma' konsumaturi f'isimhom u li jużaw provvisti ta' merkanzija jew servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli oħrajn, fil-provvediment tal-faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar.

Din l-iskema speċjali m'għandhiex tapplika għall-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jaġixxu biss bħala intermedjarji u li għalihom japplika l-punt (ċ) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 79 għall-finijiet tal-kalkulazzjoni ta' l-ammont tat-taxxa.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, operaturi turistiċi għandhom jitqiesu bħala aġenti ta' l-ivvjaġġar.

Artikolu 307

Transazzjonijet li jsiru, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306, mill-aġent ta' l-ivvjaġġar fir–rigward ta' vjaġġ għandhom ikunu kkunsidrati bħala servizz uniku pprovdut mill-aġent ta' l-ivvaġġjar lill-vjaġġatur.

Is-servizz uniku għandu jkun taxxabbli fl-Istat Membru li fih l-aġent ta' l-ivvjaġġar ikun stabilixxa n-negozju tiegħu jew għandu l-istabbiliment fiss minn fejn l-aġent ta' l-ivvjaġġar wettaq il-provvista ta' servizzi.

Artikolu 308

L-ammont taxxabbli u l-prezz mingħajr VAT, fit-tifsira tal-punt (8) ta' l-Artikolu 226, fir-rigward tas-servizz uniku pprovdut mill-aġent ta' l-ivvjaġġar għandu jkun il-marġni ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar, jiġifieri, id-differenza bejn l-ammont totali, mingħajr VAT, li għandu jitħallas mill-vjaġġatur u l-ispiża reali għall-aġent ta' l-ivvjaġġar tal-provvisti ta' merkanzija jew servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli oħrajn, fejn dawk it-transazzjonijiet huma għall-benefiċċju dirett tal-vjaġġatur.

Artikolu 309

Jekk transazzjonijet fdati mill-aġent ta' l-ivvjaġġar lil persuni taxxabbli oħrajn huma mwettqa mit-tali persuni barra mill-Komunità, il-provvista ta' servizzi mwettqa mill-aġent ta' l-ivjaġġar għandha tkun trattat bħala attività intermedjarja eżenti skond l-Artikolu 153.

Jekk it-transazzjonijiet twettqu kemm ġewwa u barra mill-Komunità, hija biss il-parti tas-servizz ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar li għandha x'taqsam ma' transazzjonijiet barra mill-Komunità li tista' tkun eżentata.

Artikolu 310

Il-VAT imposta lill-aġent ta' l–ivvjaġġar minn persuni taxxabbli oħra għal transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 307 u li huma ta' benefiċċju dirett għall-vjaġġatur m'għandhomx ikunu jistgħu jitnaqqsu jew tingħata rifużjoni fi kwalunkwe Stat Membru.

KAPITOLU 4

Arranġamenti speċjali għal oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet

Taqsima 1

Definizzjonijiet

Artikolu 311

1.   Għall-finijiet ta' dan il–Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“oġġetti użati” tfisser proprjetà mobbli tanġibbli li tista' tiġi użata ulterjorment kif inhi jew wara li tissawwa, minbarra xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet u minbarra metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż kif definit mill-Istati Membri;

(2)

“xogħlijiet ta' l–arti” tfisser il-merkanzija elenkata fl-Anness IX il-Parti A;

(3)

“oġġetti tal-kollezzjoni” tfisser il-merkanzija elenkata fl-Anness IV, il-Parti B;

(4)

“antikitajiet” tfisser il-merkanzija elenkata fl-Anness IX, il-Parti Ċ;

(5)

negozjant taxxabbli” tfisser kwalunkwe persuna taxxabbli li, matul l-attività ekonomika tagħha u bil-għan li terġa' tbiegħ, tixri, jew tapplika għall-għanijiet tan–negozju tagħha, jew timporta, oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, kemm jekk dik il-persuna taxxabbli qed taġixxi għaliha nnifisha jew f'isem persuna oħra skond kuntratt li permezz tiegħu titħallas kummissjoni fuq ix-xiri jew il-bejgħ;

(6)

“organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku” tfisser kwalunkwe persuna taxxabbli li, matul l-attività ekonomika tagħha, toffri merkanzija għall-bejgħ b'irkant pubbliku bil-għan li tagħtihom lil min joffri l-aktar għalihom;

(7)

“prinċipal ta' organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku” tfisser kwalunkwe persuna li twassal il-merkanzija lil organizzatur ta' bejgħ b'irkant pubbliku skond kuntratt li permezz tiegħu tkun pagabbli kummissjoni fuq bejgħ.

2.   L-Istati Membri jistgħu ma jikkunsidrawx bħala xogħlijiet ta' l-arti l-merkanzija elenkata fil-punti (5), (6) jew (7) ta' l-Anness IX, il-Parti A.

3.   Il-kuntratt li taħtu l-kummissjoni hi pababbli fuq bejgħ, imsemmi fil-punt (7) tal-paragrafu 1, għandu jipprovdi li l-organizzatur tal-bejgħ għandu joffri l-merkanzija għall-irkant pubbliku f'ismu iżda għan-nom tal–prinċipal tiegħu u hu għandu jgħaddi l-merkanzija, f'ismu stess iżda għall-prinċipal tiegħu, lill-persuna li toffri l-aktar għalihom fl-irkant pubbliku.

Taqsima 2

Arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli

Sub-taqsima 1

Skema ta' marġni

Artikolu 312

Għall-finijiet ta' din is-Sub-taqsima, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“il-prezz tal-bejgħ” tfisser dak kollu li jikkostitwixxi l-ħlas miksub jew li ser jiġi miksub min-negozjant taxxabbli mingħand ix-xerrej jew parti terza, inklużi sussidji direttament marbuta mat-transazzjoni, taxxi, dazji, imposti u piżijiet u spejjeż inċidentali bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' l-assigurazzjoni mitluba min-negozjant taxxabbli lill-konsumatur, iżda li jeskludu l-ammonti msemmija fl-Artikolu 79;

(2)

“prezz tax-xiri” tfisser dak kollu li jikkokstitwixxi l-ħlas, għall-finijiet tal-punt (1), miksub jew li għandu jkun miksub mingħand in-negozjant taxxabbli mill-fornitur tiegħu.

Artikolu 313

1.   Għar-rigward ta' provvisti ta' oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet magħmula minn negozjanti taxxabbli, l-Istati Membri għandhom japplikaw skema speċjali għall-intaxxar tal-marġni ta' profitt magħmul minn negozjant taxxabbli, skond id-disposizzjonijiet ta' din is-Sub-taqsima.

2.   Sa l-introduzzjoni ta' l-arranġamenti definittivi msemmija fl-Artikolu 402, l-iskema msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport, imwettqa skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(a).

Artikolu 314

L-iskema tal-marġni għandha tapplika għall-provvista minn negozjant taxxabbli ta' merkanzija użata, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet fejn dik il-merkanzija kienet ipprovduta lilu fil-Komunità minn waħda mill-persuni li ġejjin:

(a)

persuna mhux taxxabbli;

(b)

persuna taxxabbli oħra, sakemm il-provvista tal–merkanzija minn dik il-persuna l-oħra taxxabbli tkun eżentata skond l-Artikolu 136;

(ċ)

persuna taxxabbli oħra, sakemm il-provvista tal–merkanzija minn dik il-persuna taxxabbli l-oħra hi koperta mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar ipprovduta fl-Artikoli 282 sa 292 u tinvolvi assi kapitali;

(d)

negozjant taxxabbli ieħor, sakemm il-VAT ġie applikat għall-provvista ta' merkanzija minn dak in-negozjant taxxabbli l-ieħor skond din l-iskema ta' marġni.

Artikolu 315

L-ammont taxxabbli fir-rigward tal-provvista ta' merkanzija kif msemmija fl-Artikolu 314 għandu jkun il–marġni ta' profitt magħmul min-negozjant taxxabbli, bit-tnaqqis ta' l-ammont tal-VAT li jirreferi għall-marġni ta' profitt.

Il-marġni ta' profitt tan-negozjant taxxabbli għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ mitlub min-negozjant taxxabbli għall-merkanzija u l-prezz tax-xiri.

Artikolu 316

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lin-negozjanti taxxabbli d-dritt li jagħżlu li japplikaw l-iskema ta' marġni għat-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, li n-negozjant taxxabbli jkun importa huwa stess;

(b)

il-provvista ta' xogħlijiet ta' l-arti pprovduti lin-negozjant taxxabbli mill-awturi tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu;

(ċ)

il-provvista ta' xogħlijiet ta' l-arti pprovduti minn persuna taxxabbli minbarra negozjant taxxabbli fejn ir-rata mnaqqsa ġiet applikata għal dik il-provvista skond l-Artikolu 103.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati biex tkun eżerċitata l-għażla prevista fil-paragrafu 1, li għandha f'kull każ tkopri perijodu ta' mill-inqas sentejn kalendarji.

Artikolu 317

Jekk negozjant taxxabbli jeżerċita l-għażla skond l-Artikolu 316, l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit skond l-Artikolu 315.

Għall-provvisti ta' xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li n-negozjanti taxxabbli importa huwa stess, il-prezz tax-xiri li għandu jittieħed in konsiderazzjoni fil-kalkolu tal-marġni ta' profitt għandu jkun ugwali għall-ammont taxxabbli fuq l-importazzjoni, stabbilit skond l-Artikoli 85 sa 89, flimkien mall-VAT dovuta jew imħallsa ma' l-importazzjoni.

Artikolu 318

1.   Sabiex tkun issimplifikata l-proċedura għall-ġbir tat-taxxa u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għal ċerti transazzjonijiet jew għal ċerti kategoriji ta' negozjanti taxxabbli, l-ammont taxxabbli fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija soġġetta għall-iskema ta' marġni għandu jkun stabbilit għal kull perijodu tat-taxxa li matulu n-negozjant taxxabbli għandu jissottometti d-denunzja tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 250.

Fil-każ li tali provvista ssir skond l-ewwel subparagrafu, l-ammont taxxabbli fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija li għalihom l-istess rata tal-VAT hi applikata għandu jkun il-marġni ta' profitt totali magħmul min-negozjant taxxabbli bit-tnaqqis ta' l-ammont ta' VAT li tirreferi għal dak il-marġni.

2.   Il-marġni ta' profitt totali għandu jkun ugwali għad-differenza bejn iż-żewġ ammonti li ġejjin:

(a)

il-valur totali ta' provvisti ta' merkanzija soġġetti għall-iskema ta' marġni u mwettqa min-negozjant taxxabbli matul il-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja, jiġifieri, it-total tal-prezzijiet tal-bejgħ;

(b)

il-valur totali tax-xiri ta' merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 314, magħmula min-negozjant taxxabbli matul il-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja, jiġifieri, it-total tal-prezzijiet tax-xiri.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li n-negozjanti taxxabbli msemmija fil-paragrafu 1 ma jgawdux vantaġġi mhux ġustifikati jew iġarrbu telf mhux ġustifikat.

Artikolu 319

In-negozjant taxxabbli jista' japplika l-arranġamenti normali tal-VAT għal kull provvista koperta mill-iskema ta' marġni.

Artikolu 320

1.   Fejn in-negozjant taxxabbli japplika l-arranġamenti tal-VAT normali għall-provvista ta' xogħol ta' l-arti, oġġett tal-kollezzjoni jew antikità li jkun importa hu nnifsu, hu għandu jkun intitolat li jnaqqas mill-VAT li għaliha hu responsabbli il-VAT dovuta jew imħallsa fuq l-importazzjoni.

Fejn in-negozjant taxxabbli japplika l-arranġamenti tal-VAT normali għall-provvista li ssirlu ta' xogħol ta' l-arti mill-awtur tiegħu, jew mis–suċċessuri tiegħu fit-titlu, jew minn persuna taxxabbli minbarra negozjant taxxabbli, hu għandu jkun intitolat li jnaqqas mill-VAT li għaliha hu responsabbli l-VAT dovuta jew imħallsa għax-xogħol ta' l-arti pprovdut lilu.

2.   Dritt ta' tnaqqis għandu joriġina fil-ħin meta tiġi imposta l-VAT dovuta għall-provvista li dwarha n-negozjant taxxabbli jagħżel li japplika l-arranġamenti normali tal-VAT.

Artikolu 321

Jekk issir skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 146, 147, 148 u 151, il-provvista ta' oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet soġġetti għall-iskema ta' marġni għandha tkun eżentata.

Artikolu 322

Sakemm merkanzija tkun użata għall-għan ta' provvisti mwettqa minnu u soġġetti għall-iskema ta' marġini, in-negozjant taxxabbli m'għandux inaqqas dak li ġej mill-VAT li għaliha hu responsabbli:

(a)

il-VAT dovuta jew imħallsa għal xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li jkun importa hu stess;

(b)

il-VAT dovuta jew imħallsa għal xogħlijiet ta' l-arti li kienu, jew li ser ikunu, ipprovduti lilu mill-awtur tagħhom jew mis-suċċessuri fit-titlu ta' l-awtur;

(ċ)

il-VAT dovuta jew imħallsa għal xogħlijiet ta' l-arti li kienu, jew li ser ikunu, ipprovduti lilu minn persuna taxxabbli minbarra negozjant taxxabbli.

Artikolu 323

Persuni taxxabbli ma jistgħux inaqqsu mill-VAT li għaliha huma responsabbli l-VAT dovuta jew imħallsa għal merkanzija li ġiet, jew ser tkun, ipprovdut, lilhom minn negozjant taxxabbli, sakemm il-provvista ta' dik il-merkanzija min-negozjant tkun soġġetta għall-iskema ta' marġni.

Artikolu 324

Fejn in-negozjant taxxabbli japplika kemm l-arranġamenti tal-VAT normali u l-iskema ta' marġni, hu għandu fil–kontijiet tiegħu juri separatament it-transazzjonijiet li jaqgħu taħt kull waħda minn dawn l-arranġamenti, skond ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 325

In-negozjant taxxabbli ma jistax idaħħal separatament fil-fatturi li hu joħroġ il-VAT relatata mal-provvisti ta' merkanzija li għalihom japplika l-iskema ta' marġni.

Sub-taqsima 2

Arranġamenti transitorji għal mezzi ta' trasport użati

Artikolu 326

L-Istati Membri li, fil-31 ta' Diċembru 1992, kienu qed japplikaw arranġamenti speċjali tat-taxxa minbarra l-iskema ta' marġni għall-provvista ta' mezzi tat-trasport użati magħmula minn negozjanti taxxabbli jistgħu, sakemm jiġu introdotti l-arranġamenti definittivi msemmija fl-Artikolu 402, ikomplu japplikaw dawk l-arranġamenti safejn dawn ikunu konformi, jew huma aġġustati sabiex jikkonformaw, mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-Sub-taqsima.

Id–Danimarka tista' tintroduċi arranġamenti speċjali tat-taxxa kif imsemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 327

1.   Dawn l-arranġamenti speċjali għandhom japplikaw għal provvisti ta' mezzi ta' trasport użati mwettqa minn negozjanti taxxabbli, u soġġetti għall-iskema ta' marġni.

2.   Dawn l-arranġamenti speċjali m'għandhomx japplikaw għall-provvista ta' mezzi ġodda tat-trasport mwettqa skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u 2(a).

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi tat-triq, il-basstimenti u l-ajruplani msemmija f' punt a) ta' l-Artikolu 2(2) għandhom jitqiesu bħala “mezzi ta' trasport użati” fejn dawn huma merkanzija użata li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jitqiesu bħala mezzi ta' trasport ġodda.

Artikolu 328

Il-VAT dovuta fir–rigward ta' kull provvista msemmija fl-Artikolu 327 għandha tkun ugwali għall-ammont ta' VAT li kienet tkun dovuta jekk dik il-provvista kienet soġġetta għall-arranġamenti normali tal-VAT, bit-tnaqqis ta' l-ammont ta' VAT meqjusa bħala inkorporata min-negozjant taxxabbli fil-prezz tax-xiri tal-mezzi ta' trasport.

Artikolu 329

Il-VAT meqjusa bħala inkorporata min-negozjant taxxabbli fil–prezz tax-xiri tal-mezzi tat-trasport għandha tkun ikkalkulata skond il-metodu li ġej:

(a)

il-prezz tax–xiri li għandu jkun ikkunsidrat għandu jkun il-prezz tax-xiri skond it-tifsira tal-punt (2) ta' l-Artikolu 312;

(b)

dak il-prezz tax-xiri imħallas min-negozjant taxxabbli għandu jitqies li jinkludi l-VAT li kienet tkun dovuta jekk il-fornitur tan-negozjant taxxabbli kien applika l-arranġamenti normali tal-VAT għall-provvista;

(ċ)

ir-rata li għandha tkun ikkunsidrata għandha tkun ir-rata applikabbli, skond l-Artikolu 93, fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-post tal-provvista lin-negozjant taxxabbli, kif stabbilit skond l-Artikolu 31 u 32, ikun meqjus li jkun jinsab.

Artikolu 330

Il-VAT dovuta fir-rigward ta' kull provvista ta' mezzi ta' trasport kif imsemmi fl-Artikolu 327(1), stabbilita skond l-Artikolu 328, m'għandhiex tkun inqas mill-ammont tal-VAT li kienet tkun dovuta jekk dik il-provvista kienet soġġetta għall-iskema ta' marġni.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jekk il-provvista hi soġġetta għall-iskema ta' marġni, il-marġni ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-prezz tal-bejgħ skond it-tifsira tal-punt (1) ta' l-Artikolu 312.

Artikolu 331

Persuni taxxabbli ma jistgħux inaqqsu mill-VAT li għaliha huma responsabbli l-VAT dovuta jew imħallsa għal mezzi ta' trasport użati pprovduti lilhom minn negozjant taxxabbli, sakemm il-provvista ta' dik il-merkanzija min-negozjant taxxabbli tkun soġġetta għall-VAT skond dawn l-arranġamenti transitorji.

Artikolu 332

In-negozjant taxxabbli ma jistax idaħħal b'mod separat fuq il-fatturi li joħroġ il-VAT li tirreferi għal provvisti li għalihom japplika dawn l-arranġamenti transitorji.

Taqsima 3

Arranġamenti speċjali għal bejgħ permezz ta' rkant pubbliku

Artikolu 333

1.   L-Istati Membri jistgħu, skond id-disposizzjonijiet ta' din it-Taqsima, japplikaw arranġamenti speċjali għat-tassazzjoni tal-marġni ta' profitt magħmul minn organizzatur ta' bejgħ permezz ta' rkant pubbliku fir-rigward tal-provvista ta' oġġetti użati, xogħlijiet ta' l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet minn dak l-organizzatur, li jaġixxi f'ismu stess u għall-persuni msemmija fl-Artikolu 334, skond kuntratt li taħtu tkun pagabbli kummissjoni fuq il-bejgħ ta' dik il-merkanzija permezz ta' rkant pubbliku.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għall-provvista ta' mezzi ġodda ta' trasport, imwettqa skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(a).

Artikolu 334

Dawn l-arranġamenti speċjali għandhom japplikaw għal provvisti mwettqa minn organizzatur ta' bejgħ permezz ta' rkant pubbliku, li jaġixxi f'ismu stess, għal waħda mill-persuni li ġejjin:

(a)

persuna mhux taxxabbli;

(b)

persuna taxxabbli oħra, sakemm il-provvista ta' merkanzija, imwettqa minn dik il-persuna taxxabbli skond kuntratt li taħtu titħallas kummissjoni fuq il-bejgħ, hi eżenti skond l-Artikolu 136;

(ċ)

persuna oħra taxxabbli, sakemm il–provvista ta' merkanzija, imwettqa minn dik il-persuna taxxabbli skond kuntratt li taħtu titħallas kummissjoni fuq bejgħ, hi koperta mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar prevista fl-Artikoli 282 sa 292 u tinvolvi merkanzija kapitali;

(d)

negozjant taxxabbli, sakemm il-provvista ta' merkanzija, imwettqa minn dak in-negozjant taxxabbli skond kuntratt li taħtu titħallas kummissjoni fuq il-bejgħ, hi soġġetta għall-VAT skond l-iskema ta' marġni.

Artikolu 335

Il-provvista ta' merkanzija lil persuna taxxabbli li tkun organizzatur ta' bejgħ permezz ta' rkant pubbliku għandu jkun meqjus li jkun sar meta l-bejgħ ta' dik il-merkanzija permezz ta' rkant pubbliku jkun seħħ.

Artikolu 336

L-ammont taxxabbli għal kull provvista ta' merkanzija msemmija f'din it-Taqsima għandu jkun l–ammont totali tal-fattura skond l-Artikolu 339 lix-xerrej mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' irkant pubbliku, bit-tnaqqis ta' dan li ġej:

(a)

l-ammont nett imħallas jew li għandu jitħallas mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku lill-prinċipal tiegħu, kif stabbilit skond l-Artikolu 337;

(b)

l-ammont tal-VAT li għandu jitħallas mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku għall-provvista tiegħu.

Artikolu 337

L-ammont nett imħallas jew li għandu jitħallas mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku lill-prinċipal tiegħu għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz ta' l-irkant tal-merkanzija u l-ammont tal-kummissjoni miksub jew li ser jinkiseb mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku mill-prinċipal tiegħu skond il-kuntratt li taħtu titħallas kummissjoni mal-bejgħ.

Artikolu 338

Organizzaturi ta' bejgħ permezz ta' rkant pubbliku li jipprovdu merkanzija skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 333 u 334 għandhom jindikaw dan li ġej fil-kontijiet tagħhom, f'kontijiet ta' sospiża:

(a)

l-ammonti miksuba jew li għandhom jinkisbu mix-xerrej tal-merkanzija;

(b)

l-ammonti mħallsa lura jew li għandhom jitħallsu lura lill-bejjiegħ tal-merkanzija.

L-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu debitament sostanzjati.

Artikolu 339

L-organizzatur tal–bejgħ permezz ta' rkant pubbliku għandu joħroġ lix-xerrej fattura li telenka dan li ġej:

(a)

il-prezz ta' l-irkant tal-merkanzija;

(b)

taxxi, dovuti, imposti u piżijiet;

(ċ)

spejjeż inċidentali, bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta' l-assigurazzjoni, mitluba mill-organizzatur lix-xerrej tal-merkanzija.

Il-fattura maħruġa mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku m'għandhiex tindika kwalunkwe VAT b'mod separat.

Artikolu 340

1.   L-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku li lilu tkun ġiet trasmessa l-merkanzija skond kuntratt li taħtu tkun pagabbli kummissjoni fuq bejgħ permezz ta' rkant pubbliku għandu joħroġ dikjarazzjoni lill-prinċipal tiegħu.

Id-dikjarazzjoni maħruġa mill-organizzatur tal-bejgħ permezz ta' rkant pubbliku għandha tispeċifika b'mod separat l-ammont tat-transazzjoni, jiġifieri, il-prezz ta' l-irkant tal-merkanzija bit-tnaqqis ta' l-ammont tal-kummissjoni miksub jew li għandu jinkiseb mill-prinċipal.

2.   Id-dikjarazzjoni mfassla skond il-paragrafu 1 għandha sservi bħala l-fattura li l-prinċipal, meta dan ikun persuna taxxabbli, għandu joħroġ lill-organizzatur tal–bejgħ permezz ta' rkant pubbliku skond l-Artikoli 220.

Artikolu 341

L-Istati Membri li japplikaw l-arranġamenti previsti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw ukoll dawn l-arranġamenti għal provvisti ta' mezzi tat-trasport użati, kif definiti fl-Artikolu 327(3), imwettqa minn organizzatur ta' bejgħ permezz ta' rkant pubbliku, li jaġixxi f'ismu stess, skond kuntratt li taħtu tkun pagabbli kummissjoni fuq il-bejgħ ta' dik il-merkanzija permezz ta' irkant pubbliku, f'isem negozjant taxxabbli, sakemm dawk il-provvisti minn dak in-negozjant taxxabbli jkunu soġġetti għall-VAT skond l-arranġamenti transitorji għal mezzi ta' trasport użati.

Taqsima 4

Miżuri ta' prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frodi fiskali

Artikolu 342

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri dwar id-dritt ta' tnaqqis biex jiżguraw li n-negozjanti taxxabbli koperti minn arranġamenti speċjali kif previst fit-Taqsima 2 ma jgawdux vantaġġi mhux ġustifikati jew iġarrbu ħsara mhux ġustifikata.

Artikolu 343

Il-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru jintroduċi miżuri speċjali biex jiġġieled il-frodi fiskali, li permezz tagħhom il-VAT dovuta skond l-iskema ta' marġni ma tistax tkun inqas mill-ammont ta' VAT li tkun dovuta jekk il-marġni ta' profitt kien ugwali għal ċertu persentaġġ tal-prezz tal-bejgħ.

Il-persentaġġ tal-prezz tal-bejgħ għandu jkun stabbilit fid-dawl tal-marġni normali ta' profitt magħmula minn operaturi ekonomiċi fis-settur in kwistjoni.

KAPITOLU 5

Skema speċjali għal deheb ta' investiment

Taqsima 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 344

1.   Għall-finijiet ta' din id–Direttiva, u mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra tal–Komunità: “deheb ta' l-investiment” għandha tfisser:

(1)

deheb, f'forma ta' ingotta jew wafer ta' piżijiet aċċettati mis-swieq tad-deheb, ta' purità ekwivalenti għal jew aktar minn 995 minn kull elf, kemm jekk rappreżentati minn sigurtajiet jew le;

(2)

muniti tad-deheb ta' purità ekwivalenti għal jew aktar minn 900 minn kull elf u li nħadmu wara l-1800, li huma jew li kienu valuta legali fil-pajjiż ta' l-oriġini, u li normalment jinbiegħu bi prezz li ma jaqbiżx il-valur tas-suq miftuħ tad-deheb li jinsab fil-muniti b'aktar minn 80 %.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu minn din l-iskema speċjali ingotti żgħar jew wafers ta' piż ta' gramma jew inqas.

3.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-muniti msemmija fil-punt (2) tal-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu kkunsidrati mibjugħa għal interess numismatiku.

Artikolu 345

Mill-1999, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni sa l-1 ta' Lulju kull sena bil-muniti li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-punt (2) ta' l-Artikolu 344(1) li huma negożjati f'dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha, qabel l-1 ta' Diċembru kull sena, tippublika lista komprensiva ta' dawk il-muniti fis-serje “C” tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Muniti inklużi fil-lista ppubblikata għandhom jitqiesu li jissodisfaw dawn il-kriterji matul is–sena li għaliha l-lista tkun pubblikata.

Taqsima 2

Eżenzjoni mill-VAT

Artikolu 346

L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT il-provvista, akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' deheb ta' investiment, inkluż deheb ta' investiment rappreżentat b'ċertifikati għal deheb allokat jew mhux allokat jew negozjat fuq kontijiet tad-deheb u li jinkludi, b'mod partikolari, self ta' deheb u tpartit, li jinvolvu dritt tal-pussess jew talba dwar deheb ta' investiment, kif ukoll transazzjonijiet li jikkonċernaw deheb ta' investiment li jinvolvu kuntratti futuri u kuntratti miġjuba 'l quddiem li jwasslu għal trasferiment ta' dritt ta' pussess jew talba dwar deheb ta' investiment.

Artikolu 347

L-Istati Membri għandhom jeżentaw is-servizzi ta' aġenti li jagġixxu għal ħaddieħor, meta huma jieħdu sehem fil-provvista ta' deheb ta' investiment għal prinċipal tagħhom.

Taqsima 3

Għażla ta' tassazzjoni

Artikolu 348

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil persuni taxxabbli li jipproduċu deheb ta' invetiment jew li jittrasformaw kwalunkwe deheb f'deheb ta' l-investiment id-dritt li jagħżlu t-tassazzjoni ta' provvisti ta' deheb ta' investiment lejn persuna taxxabbli oħra li altrimenti kienet tkun eżentata skond l-Artikolu 346.

Artikolu 349

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu persuni taxxabbli li, waqt l-attività ekonomika tagħhom, normalment jissupplixxu deheb għal skopijiet industrijali, id-dritt li jagħżlu t-tassazzjoni tal-provvisti ta' lingotti jew wafers tad-deheb, kif imsemmi fil-punt (1) ta' l-Artikolu 344(1), lejn persuna taxxabbli oħra, li altrimenti kienet tkun eżentata skond l-Artikolu 346.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-iskop ta' l-għażla prevista fil-paragrafu 1.

Artikolu 350

Fejn il-fornitur eżerċita d-dritt skond l-Artikoli 348 u 349 li jagħżel it-tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-aġent li jagħżel it-tassazzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 347.

Artikolu 351

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-eżerċizzju ta' l-għażliet previsti f'din it-Taqsima, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni għaldaqstant.

Taqsima 4

Transazzjonijiet dwar suq tad-deheb irregolat

Artikolu 352

Kull Stat Membru jista', wara li jikkonsulta lill-Kumitat tal-VAT, japplika l-VAT għal transazzjonijiet speċifiċi li jsiru f'dak l-Istat Membru bejn persuni taxxabbli li huma membri ta' suq tad-deheb irregolat mill-Istat Membru kkonċernat jew bejn tali persuna taxxabbli u persuna taxxabbli oħra li mhijiex membru ta' dak is-suq. Madankollu, l-Istat Membru ma jistax japplika l-VAT għal provvisti mwettqa skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal esportazzjonijiet ta' deheb ta' investiment.

Artikolu 353

L-Istati Membri li, skond l-Artikolu 352, jintaxxaw transazzjonijiet bejn persuni taxxabbli li huma membri ta' suq tad-deheb irregolat għandhom, għal finijiet ta' simplifikazzjoni, jawtorizzaw is-sospensjoni tat-taxxa li għandha tinġabar u jeħilsu lill-persuni taxxabbli mill-ħtiġijiet ta' kontabilità fir-rigward tal-VAT.

Taqsima 5

Drittijiet u obbligi speċjali għal negozjanti f'deheb ta' investiment

Artikolu 354

Fejn il-provvista sussegwenti tiegħu ta' deheb ta' investiment hi eżentata skond dan il-Kapitolu, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata li tnaqqis dan li ġej:

(a)

il-VAT dovuta jew imħallsa fir-rigward ta' deheb ta' l-investiment ipprovdut lilha minn persuna li eżerċitat id-dritt ta' l-għażla skond l-Artikoli 348 u 349 jew ipprovdut lilha skond it-Taqsima 4;

(b)

il-VAT dovuta jew imħallsa fir-rigward ta' provvista li ssirilha, jew fir-rigward ta' akkwist intra-Komunitarju jew importazzjoni mwettqa minnha, ta' deheb barra minn deheb ta' investiment li hu sussegwentement ittrasformat minnha jew f'ismu f'deheb ta' investiment;

(ċ)

il-VAT dovuta jew imħallsa fir-rigward ta' servizzi pprovduti lilha li tikkonsisti f'bidla fil-forma, piż jew purità tad-deheb inkluż deheb ta' investiment.

Artikolu 355

Persuni taxxabbli li jipproduċu deheb ta' investiment jew li jittrasformaw deheb f'deheb ta' investiment għandhom ikunu intitolati li jnaqqsu l-VAT dovuta jew imħallsa minnhom fir-rigward tal-provvista, l-akkwist intra-Komunitarju jew l-importazzjoni ta' merkanzija jew servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni jew it-trasformazzjoni ta' dak id-deheb, bħal li kieku il-provvista sussegwenti tad-deheb eżenti skond l-Artikolu 346 kienet intaxxata.

Artikolu 356

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li negozjanti fid-deheb ta' investiment iżommu, bħala minimu, kontijiet tat-transazzjonijiet sostanzjali kollha fid-deheb ta' investiment u jżommu d-dokumenti li jippermettu l-identifikazzjoni tal-konsumaturi f'dawn it-transazzjonijiet.

In-negozjanti għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perijodu ta' mill-anqas ħames snin.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw obbligi ekwivalenti skond miżuri adottati skond leġislazzjoni Komunitarja oħra, bħad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal- money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (14), biex ikunu osservati l-ħtiġijiet skond il-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiffissaw obligi li huma aktar stretti, b'mod partikolari dwar iż-żamma ta' reġistri speċjali jew ħtiġijiet tal-kontabilità speċjali.

KAPITOLU 6

Skema speċjali għal persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti li jipprovdu servizzi elettroniċi lill-persuni li mhumiex taxxabbli

Taqsima 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 357

Dan il-Kapitolu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 358

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita” tfisser persuna taxxabbli li ma stabbilietx in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma għandha l-ebda stabbiliment iffissat hemmhekk u li mhijiex xort'oħra meħtieġa li tkun identifikata skond l-Artikolu 214;

(2)

“servizzi elettroniċi” u “servizzi pprovduti elettronikament” tfisser is-servizzi msemmija fil-punt (k) ta' l-Artikolu 56(1);

(3)

“Stat Membru ta' identifikazzjoni” tfisser l-Istat Membru li l-persuna taxxabbli li mhix stabbilita tagħżel li tikkuntattja biex tiddijara meta tibda l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli fit-territorju tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu;

(4)

“Stat Membru ta' konsum” tfisser l-Istat Membru li fih, skond l-Artikolu 57, hi meqjusa li sseħħ il-provvista ta' servizzi elettroniċi;

(5)

“denunzja tal-VAT” tfisser id-dikjarazzjoni li tinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit l-ammont ta' VAT dovuta f'kull Stat Membru.

Taqsima 2

Skema speċjali għal servizzi pprovduti elettronikament

Artikolu 359

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li mhix stabbilita li tipprovdi servizzi elettroniċi lil persuna li mhix taxxabbli li hi stabbilita fi Stat Membru jew li għandha l-indirizz permanenti jew li ġeneralment hi residenti fi Stat Membru, biex tuża din l-iskema speċjali. L-iskema speċjali tapplika għas-servizzi elettroniċi kollha pprovduti fil-Komunità.

Artikolu 360

Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha tiddikjara lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta tibda jew tieqaf mill-attività tagħha bħala persuna taxxabbli jew tibdel dik l-attività b'tali mod li hi ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali. Hi għandha tikkomunika dik l-informazzjoni elettronikament.

Artikolu 361

1.   L-informazzjoni li l-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha tipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta hi tibda attivitajiet taxxabbli għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem;

(b)

l-indirizz postali;

(ċ)

l-indirizzi elettroniċi, li jinkludu siti ta' l-internet;

(d)

in-numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali, jekk hemm;

(e)

dikjarazzjoni li l-persuna mhijiex identifikata għal skopijiet ta' VAT fil-Komunità.

2.   Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha tinforma lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni mogħtija.

Artikolu 362

L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita numru ta' identifikazzjoni individwali u għandha tgħarrafha b'dak in-numru b'mezzi elettroniċi. Abbażi ta' l-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri ta' konsum jistgħu jużaw is-sistemi tagħhom ta' identifikazzjoni.

Artikolu 363

L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jeskludi lill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk tgħarraf lill-Istat Membru li hi m'għadhiex tipprovdi servizzi elettroniċi;

(b)

jekk jista' jiġi maħsub li l-attivitajiet taxxabbli tagħha twaqqfu;

(ċ)

jekk hi m'għadhiex tissodisfa l-ħtiġiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali;

(d)

jekk hi ma jirnexxiliex b'mod persistenti milli tikkonforma mar-regoli dwar l-iskema speċjali.

Artikolu 364

Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha tippreżenta b'mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni denunzja tal-VAT għal kull perijodu ta' tliet xhur kalendarji, anki jekk ma ġewx provvduti servizzi elettroniċi. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata fi żmien 20 ġurnata mit-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

Artikolu 365

Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn hi dovuta l-VAT, il-valur totali, mingħajr VAT, tal-provvisti ta' servizzi elettroniċi mwettqa waqt il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali tal-VAT korrispondenti. Ir-rati applikabbli u l-VAT totali dovut għandhom jiġu indikati wkoll fid-denunzja.

Artikolu 366

1.   Id-denunzja tal-VAT għandha ssir f'euro.

Stati Membri li għadhom m'adottawx l-euro jistgħu jeħtieġu li d-denunzja tal-VAT issir fil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-provvisti saru f'muniti oħra, il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha, għall-finijiet ta' tlestija tad-denunzja tal-VAT, tuża r-rata tal-kambju li tapplika fl-aħħar ġurnata tal-perijodu tat-taxxa.

2.   Il-kambju għandu jsir billi jiġu applikati r-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew għal dik il-ġurnata, jew, jekk ma kien hemm l-ebda pubblikazzjoni f'dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni li jmiss.

Artikolu 367

Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha tħallas il-VAT meta tippreżenta d-denunzja.

Il-ħlas għandu jsir lil kont bankarju denominat bl-euro, magħmul fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni. L-Istati Membri li għadhom m'adottawx l-euro jistgħu jeħtieġu li l-ħlas isir f'kont bankarju denominat fil-munita tagħhom.

Artikolu 368

Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita li qed tagħmel użu minn din l-iskema speċjali ma tistax tnaqqas il-VAT skond l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 86/560/KEE, il-persuna taxxabbli in kwistjoni għandha tingħata rifużjoni skond din id-Direttiva. L-Artikoli 2(2) u (3) u l-Artikolu 4(2) tad–Direttiva 86/560/KEE m'għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li jirrigwardaw servizzi elettroniċi koperti b'din l-iskema speċjali.

Artikolu 369

1.   Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita għandha żżomm reġistri tat–transazzjonijiet koperti b'din l-iskema speċjali. Dawn ir-reġistri għandhom ikunu f'dettal suffiċjenti sabiex jippermettu lill-amministrazzjoni fiskali ta' l-Istat Membru ta' konsum li jivverifika li d-denunzja tal-VAT hi korretta.

2.   Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli elettronikament fuq talba lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni u lill-Istat Membru ta' konsum.

Dawk ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodu ta' 10 snin mill-aħħar tas-sena li matula saret it-transazzjoni.

TITOLU XIII

DEROGI

KAPITOLU 1

Derogi li japplikaw sa l-adozzjoni ta' arranġamenti definittivi

Taqsima 1

Derogi għal Stati li kienu membri tal-Komunità fl-1 ta' Jannar 1978

Artikolu 370

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1978, kienu jintaxxaw it-transazzjonjiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jkomplu jintaxxaw dawk it-transazzjonijiet.

Artikolu 371

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1978, kienu jeżentaw it-transazzjonijiet elenkati fl-Anness X, il-Parti B, jistgħu jkomplu jeżentaw dawk l-attivitajiet, skond il-kondizzjonijet li japplikaw fl-Istat Membru konċernat f'dik id-data.

Artikolu 372

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1978, kienu japplikaw disposizzjonijiet li jidderogaw mill-prinċipju ta' tnaqqis immedjat stabbilit fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 179 jistgħu jkomplu japplikaw dawk id-disposizzjonijiet.

Artikolu 373

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1978, kienu japplikaw disposizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 28 jew mill-punt (ċ) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 79 jistgħu jkomplu japplikaw dawk id-disposizzjonijiet.

Artikolu 374

Bħala deroga mill-Artikoli 169 u 309, l-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1978, kienu jeżentaw, mingħajr possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju ta' qabel, is-servizzi ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar, kif imsemmija fl-Artikolu 309, jistgħu jkomplu jeżentaw dawk is-servizzi. Dik id-deroga għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' aġenti ta' l-ivvjaġġar li jaġixxu f'isem u għall-vjaġġatur.

Taqsima 2

Derogi għal Stati li aderew għall-Komunità wara l-1 ta' Jannar 1978

Artikolu 375

Il-Greċja tista' tkompli teżenta t-transazzjonijiet elenkati fil-punti (2), (8), (9), (11) u (12) ta' l-Anness X, il-Parti B, skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fl-1 ta' Jannar 1987.

Artikolu 376

Spanja tista' tkompli teżenta l-provvista ta' servizzi mwettqa minn awturi, elenkati fil-punt (2) ta' l-Anness X, il-Parti B, u t-transazzjonijiet elenkati fil-punti (11) u (12) ta' l-Anness X, il-Parti B, skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fl-1 ta' Jannar 1993.

Artikolu 377

Il-Portugall jista' jkompli jeżenta t-transazzjonijiet elenkati fil-punti (2), (4), (7), (9), (10), u (13) ta' l-Anness X, il-Parti B, skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fl-1 ta' Jannar 1989.

Artikolu 378

1.   L-Awstrija tista' tkompli tintaxxa t-transazzjonijiet elenkati fil-punt (2) ta' l-Anness X, il-Parti A.

2.   Sakemm jiġu applikati l-istess eżenzjonijiet f'kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 1994, l-Awstrija tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-transazzjonijiet elenkati fil-punti (5) u (9) ta' l-Anness X, il-Parti B;

(b)

bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, il-partijiet kollha ta' trasport internazzjonali ta' passiġġieri bl-ajru, bil-baħar jew fl-ilmijiet interni, minbarra operazzjonijiet ta' trasport ta' passiġġieri fuq il-Lag Constance.

Artikolu 379

1.   Il-Finlandja tista' tkompli tintaxxa it-transazzjonjiiet elenkati fil-punt (2) ta' l-Anness X, il-Parti A, sakemm l-istess transazzjonijiet huma ntaxxati fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 1994.

2.   Il-Finlandja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta il-provvista ta' servizzi minn awturi, artisti u interpreti ta' xogħlijiet artistiċi, elenkati fil-punt (2) ta' l-Anness X, il-Parti B, u t-transazzjonijiet elenkati fil-punti (5), (9) u (10) tal-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjonijiet ikunu applikati fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 1994.

Artikolu 380

L-Isvezja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, ikompli jeżenta l-provvisti ta' servizzi minn awturi, artisti u interpreti ta' xogħlijiet artistiċi, elenkati fil-punt (2) ta' l-Anness X, il-Parti B, u t-transazzjonjiiet elenkati fil-punti (1), (9) u (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjonijiet ikunu applikati fi kwlaunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 1994.

Artikolu 381

Ir-Repubblika Ceka tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiggieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 382

L-Estonja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tagħha, tkompli teżenta t–trasport internazzjonali tal-passiggieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 383

Ċipru tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' art għall-bini msemmi fil-punt (9) ta' l-Anness X, il-Parti B, sal-31 ta' Diċembru 2007;

(b)

it-trasport internazzjonali tal-passiggieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 384

Sakemm l-istess eżenzjonijiet huma applikati fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004, il-Latvja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' servizzi minn awturi, artisti u interpreti ta' xogħlijiet artistiċi, kif imsemmija fil-punt (2) ta' l-Anness X, il-Parti B;

(b)

it–trasport internazzjonali tal-passiggieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B.

Artikolu 385

Il-Litwanja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 386

L-Ungerija tista', skond il-kondizzjonjiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiggieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kieni membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 387

Sakemm l-istess eżenzjonijiet huma applikati fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004, Malta tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-transazzjonijiet li gejjin:

(a)

mingħajr il-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, il-provvista ta' l-ilma minn korp irregolat mid-dritt pubbliku, kif imsemmi fil–punt (8) ta' l-Anness X, il-Parti B;

(b)

mingħajr il-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, il-provvista ta' bini u art għall–bini, kif imsemmi fil-punt (9) ta' l-Anness X, il-Parti B;

(ċ)

bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, it-trasport intern ta' passiġġieri, it-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u t-trasport domestiku ta' passiġġieri bil-baħar bejn il-gżejjer, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B.

Artikolu 388

Il-Polonja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal–passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l–istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 389

Is-Slovenja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, ikompli jeżenta t–trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Artikolu 390

Is-Slovakkja tista', skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data ta' l-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal–passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) ta' l-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004.

Taqsima 3

Disposizzjonijiet komuni għat-Taqsimiet 1 u 2

Artikolu 391

L-Istati Membri li jeżentaw it-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 371, 375, 376 jew 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390 jistgħu jagħtu lill-persuni taxxabbli d-dritt li jagħżlu li jintaxxaw dawk it-transazzjonijiet.

Artikolu 392

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fir-rigward tal-provvista ta' bini u art tal-bini mixtrija għall-iskop ta' bejgħ mill–ġdid minn persuna taxxabbli li għaliha l-VAT fuq ix–xiri ma setgħetx titnaqqas, l-ammont taxxabbli għandu jkun id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri.

Artikolu 393

1.   Bil-għan li jiffaċilita t-transizzjoni għall-arranġamenti definittivi msemmija fl-Artikolu 395, il-Kunsill għandu, abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni, jirrevedi s-sitwazzjoni fir-rigward tad-derogi previsti fit-Taqsimiet 1 u 2 u għandu, billi jaġixxi skond l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddeċiedi jekk kwalunkwe minn dawn id-derogi jew dawn id-derogi kollha għandhomx ikunu aboliti.

2.   Bħala arranġamenti definittivi, it-trasport tal-passiġġieri għandu jkun intaxxat fl-Istat Membru tat-tluq għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fil–Komunità, skond ir-regoli dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi skond l-Artikolu 93 tat-Trattat.

KAPITOLU 2

Derogi soġġetti għall-awtorizzazzjoni

Taqsima 1

Miżuri ta' simplifikazzjoni u miżuri biex jipprevjenu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa

Artikolu 394

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1977, kienu japplikaw miżuri speċjali biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tal-VAT jew biex jipprevjenu ċerti forom ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa jistgħu jżommuhom sakemm ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni għaldaqstant qabel l-1 ta' Jannar 1978 u li tali miżuri ta' simplifikazzjoni jikkonformaw mal-kriterju stabbilit fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 395(1).

Artikolu 395

1.   Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva, sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ġbir tal-VAT jew sabiex jippreveni ċertu tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa.

Miżuri intenzjonati sabiex jissimplifikaw il-proċedura tal-ġbir tal-VAT m'għandhomx, ħlief f'miżura insinifikanti, jaffetwaw l-ammont globali tad-dħul tat-taxxa ta' l-Istat Membru miġbur fl-istadju tal-konsum finali.

2.   Stat Membru li jixtieq jintroduċi l-miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandu jibgħat applikazzjoni lill-Kummisjoni u jipprovdiha bl-informazzjoni kollha meħtieġa. Jekk il-Kummisjoni tikkunsidra li m'għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hi għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat sa xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni u tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa.

La darba il-Kummisjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hi tikkunsidra meħtieġa għall-ipproċessar tat-talba, hi għandha fi żmien xahar tinforma lill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba b'dan u hi għandha titrasmetti din it-talba, fil-lingwa oriġinali tagħha, lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.

4.   Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 għandha, fi kwalunkwe eventwalità, tiġi kompluta sa tmien xhur minn meta l-Kummisjoni tirċievi l-applikazzjoni.

Taqsima 2

Ftehim internazzjonali

Artikolu 396

1.   Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru li jikkonkludi ma' pajjiż terz jew korp internazzjonali ftehim li jista' jkun fih derogi minn din id-Direttiva.

2.   Stat Membru li jixtieq jikkonkludi ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa. Jekk il-Kummisjoni tikkunsidra li m'għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hi għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat sa xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni u tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa.

La darba l-Kummisjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hi tikkunsidra meħtieġa għall-ipproċessar tat-talba, hi għandha fi żmien xahar tinforma lill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba b'dan u hi għandha titrasmetti din it-talba, fil-lingwa oriġinali tagħha, lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit–tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.

4.   Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 għandha, fi kwalunkwe eventwalità, tiġi kompluta sa tmien xhur minn meta l-Kummisjoni tirċievi l-applikazzjoni.

TITOLU XIV

MIXXELLANJI

KAPITOLU 1

Miżuri ta' implimentazzjoni

Artikolu 397

Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta din id-Direttiva.

KAPITOLU 2

Kumitat tal-VAT

Artikolu 398

1.   Kumitat konsultattiv dwar il-VAT, imsejjaħ 'il–Kumitat tal-VAT', hu stabbilit.

2.   Il-Kumitat tal-VAT għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

Il-president tal–Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

Servizzi segretarjali għall-Kumitat għandhom ikunu pprovduti mill-Kummissjoni.

3.   Il–Kumitat tal-VAT għandu jadotta r-regoli tal–proċedura tiegħu proprji.

4.   B'żieda mal-punti soġġetti li jiffurmaw parti mill-konsultazzjoni skond din id-Direttiva, il-Kumitat tal-VAT għandu jeżamina l-mistoqsijiet mqajjma mill-president tiegħu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' l-Istat Membru, li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Komunità dwar il-VAT.

KAPITOLU 3

Rati ta' konverżjoni

Artikolu 399

Bla preġudizzju għal kwalunkwe disposizzjonijiet partikolari oħra, l-ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' l-ammonti espressi f'euro speċifikati f'din id-Direttiva għandhom ikunu stabbiliti abbażi tar-rata ta' konverżjoni ta' l-euro applikabbli fl-1 ta' Jannar 1999. Madanakollu, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jużaw ir-rata ta' konverżjoni ta' l-euro applikabbli fid-data ta' l-adeżjoni tagħhom.

Artikolu 400

Meta jkunu qed jikkonvertu l-ammonti msemmija fl-Artikolu 399 f'munita nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni jew `l fuq jew `l isfel sa 10 %.

KAPITOLU 4

Taxxi, dażji u piżijiet oħra

Artikolu 401

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra tad-dritt Komunitarju, din id-Direttiva ma żżommx Stat Membru milli jħalli jew idaħħal taxxi fuq kuntratti ta' assigurazzjoni, taxxi fuq imħatri u logħob ta' l-azzard, dazji tas-sisa, taxxi tal-boll jew b'mod aktar ġenerali, kwalunkwe taxxi, dazji jew piżijiet li ma jistgħux ikunu kkaratterizzati bħala taxxi fuq il-bejgħ, sakemm il-ġbir ta' dawk it-taxxi, dazji jew piżijiet ma joħloqx, f'negozju bejn l-Istati Membri, għal formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-qsim ta' fruntieri.

TITOLU XV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU 1

Arranġamenti transitorji għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri

Artikolu 402

1.   L-arranġamenti previsti f'din id-Direttiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri huma transitorji u għandhom jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati bħala prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi.

2.   Wara li kkonkluda, fuq eżami tar–rapport imsemmi fl-Artikolu 404, li l-kondizzjonijiet għat-transizzjoni għall-arranġamenti definittivi huma sodisfatti, il-Kunsill għandu, billi jaġixxi skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, jadotta d-disposizzjonijiet meħtieġa għad-dħul fis-seħħ u għat-tħaddim ta' l-arranġamenti definttivi.

Artikolu 403

Il-Kunsill għandu, billi jaġixxi skond l-Artikolu 93 tat-Trattat, jadotta Direttivi xierqa bl-iskop li jissupplimenta s-sistema komuni tal-VAT u, b'mod partikolari, għar-restrizzjoni progressiva jew għat-tħassir ta' derogi minn dik is-sistema.

Artikolu 404

Kull erba' snin li jibdew mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport kull erba' snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tas-sistema komuni tal-VAT fl–Istati Membri u, b'mod partikolari, dwar l-operat ta' l-arranġamenti transitorji għall-intaxxar tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn hu xieraq, bi proposti li jikkonċernaw l-arranġamenti definittivi.

KAPITOLU 2

Miżuri transitorji applikabbli fil-kuntest ta' adeżjoni fl-Unjoni Ewropea

Artikolu 405

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, id-definizjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“Komunità” tfisser it-territorju tal-Komunità kif definit fil-punt (1) ta' l-Artikolu 5 qabel l–adeżjoni ta' Stati Membri ġodda;

(2)

“Stati Membri ġodda” ghandha tfisser it-territorju ta' l-Istati Membri li dahlu fl-Unjoni Ewropea wara l-1 ta' Jannar 1995, kif definit ghal kull wiehed minn dawk l-Istati Membri fil-punt (2) ta' l-Artikolu 5;

(3)

“Komunità mkabbra” tfisser it-territorju tal-Komunità kif definit fil-punt (1) ta' l-Artikolu 5, wara l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda.

Artikolu 406

Id-disposizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien meta l-merkanzija tqiegħdet taħt arranġamenti temporanji ta' importazzjoni b'eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni jew taħt waħda mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, jew taħt arranġamenti jew sitwazzjonijiet simili f'wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, għandhom ikomplu japplikaw sakemm il-merkanzija tħalli dawn l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet wara d-data ta' adeżjoni, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija daħlet fil–Komunità jew f'wieħed mill-Istati Membri l-ġodda qabel id-data ta' adeżjoni;

(b)

il-merkanzija tqiegħdet, mad-dħul fil-Komunità jew f'wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, taħt dawn l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet;

(ċ)

il-merkanzija ma ħallietx dawn l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet qabel id-data ta' adeżjoni.

Artikolu 407

Id-disposizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien meta l-merkanzija tqiegħdet taħt arranġamenti ta' transitu doganali għandhom ikomplu japplikaw sakemm il-merkanzija tħalli dawn l-arranġamenti wara d-data ta' adeżjoni, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tqiegħdet, qabel id-data ta' adeżjoni, taħt arranġamenti ta' transitu doganali;

(b)

il-merkanzija ma ħallietx dawn l-arranġamenti qabel id-data ta' adeżjoni.

Artikolu 408

1.   Dan li ġej għandu jitqies bħala importazzjoni ta' merkanzija meta jkun muri li l-merkanzija kienet f'ċirkolazzjoni ħielsa f'wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew fil-Komunità:

(a)

it-tneħħija, inkluża t–tneħħija irregolari, ta' merkanzija minn arranġamenti ta' importazzjoni temporanji li taħtha din kienet tqiegħdet qabel id-data ta' adeżjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 406;

(b)

it-tneħħija, inkluża t-tneħħija irregolari, ta' merkanzija jew minn waħda mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156 jew minn arranġamenti jew sitwazzjonjiiet simili li taħthom din kienet tqiegħdet qabel id-data ta' adeżjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 406;

(ċ)

it-tmien ta' waħda mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 407, li nbdiet qabel id-data ta' adeżjoni fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, għall-finijiet ta' provvista ta' merkanzija bi ħlas magħmula qabel dik id-data fit-territorju ta' dak l-Istat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;

(d)

kull irregolarità jew reat kommess matul arranġamenti ta' transitu doganali li nbdew skond il-kondizzjonijiet msemmija fil-punt (ċ).

2.   Minbarra l-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-użu wara d–data ta' adeżjoni ġewwa t-territorju ta' Stat Membru, minn persuna taxxabbli jew mhux taxxabbli, ta' merkanzija pprovduta lilha qabel id-data ta' adeżjoni fit-territorju tal-Komunità jew ta' wieħed mill-Istati Membri l-ġodda għandu jkun meqjus bħala importazzjoni ta' merkanzija meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta' dik il–merkanzija kienet eżentata, jew x'aktarx li kienet eżentata, jew skond il-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 146(1) jew skond disposizzjoni simili fl-Istati Membri l-ġodda;

(b)

il-merkanzija ma kenitx impurtata f'wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew fil-Komunità qabel id-data ta' adeżjoni.

Artikolu 409

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 408(1), il-post ta' importazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 61 għandu jkun l-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet li taħthom dawn tqiegħdu qabel id-data ta' adeżjoni.

Artikolu 410

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 71, l-importazzjoni ta' merkanzija skond it-tifsira ta' l-Artikolu 408 għandha tintemm mingħajr ma jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas meta tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija impurtata tkun mibgħuta jew ittrasportata barra mill-Komunità mkabbra;

(b)

il-merkanzija impurtata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 408(1)(a) mhumiex mezzi ta' trasport u tkun mibgħuta mill-ġdid jew ittrasportata lill-Istat Membru li minnu tkun ġiet esportata u lill-persuna li tkun esportatha;

(ċ)

il-merkanzija impurtata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 408(1)(a) hija mezz ta' trasport li kienet akkwistata jew impurtata qabel id-data ta' l-adeżjoni skond il-kondizzjonijiet ġenerali tat-tassazzjoni fis-seħħ fis-suq domestiku ta' wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità jew li ma kenitx ġiet soġġetta, minħabba fl-esportazzjoni tagħha, għal xi eżenzjoni minn, jew rifużjoni ta' VAT.

2.   Il-kondizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(ċ) ghandha titqies li giet mwettqa fil-każijiet li gejjin:

(a)

fejn l-iskadenza tkun bejn id-data ta' l-ewwel użu tal-mezzi tat-trasport u d-data ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tkun aktar minn tmien snin;

(b)

fejn l-ammont ta' taxxa dovuta minhabba fl-importazzjoni hija insinifikanti.

KAPITOLU 3

Trasposizzjoni u dħul fis-seħħ

Artikolu 411

1.   Id-Direttiva 67/227/KEE u d-Direttiva 77/388/KEE qed jitħassru, bla preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien, elenkati fl-Anness XI, il-Parti B, għat-traspożizzjoni f'liġi nazzjonali u l-implimentazzjoni ta' dawk id-Direttivi.

2.   Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 412

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 44, l-Artikolu 59(1), l-Artikolu 399 u l-Anness III, il-punt (18) b' effett mill-1 ta' Jannar 2008. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 413

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 414

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 28 ta' Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU 221, 12.8.2006, p. 9).

(2)  ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 69/463/KEE (ĠU L 320, 20.12.1969, p. 34).

(3)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(4)  ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/106/KE (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 30).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatata ma' l-eżenzjoni minn taxxa fuq il-bejgħ u minn taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni fi vvjaġġar internazzjonali (ĠU L 133, 4.6.1969, p. 6.) Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/93/KE (ĠU L 346, 29.12.2005, p. 16).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 1983 li tiddetermina l-iskop ta' l-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta' ċerti oġġetti (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 38.) Direttiva emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 1995.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta' Ottubru 1978 dwar l-eżenzjoni minn taxxi fuq importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' kwalità mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kodifikata)(ĠU L 286, 17.10.2006, p. 15.)

(8)  It-Tmien Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ- Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11.) Direttiva emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

(9)  It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward ta' l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus – Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunita' ( ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40.)

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta' Marzu 1976 dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18.) Direttiva emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 218/92 (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.) Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).

(12)  ĠU L 338, 28.12.1994, p. 98.

(13)  ĠU 71, 16.8.1967, p. 1303. Direttiva mħassra bid-Direttiva 77/388/KEE

(14)  ĠU L 309, 25.11.2005,p. 15.


ANNESS I

LISTA TA’ L-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIT-TIELET SUBPARAGRAFU TA' L–ARTIKOLU 13(1)

(1)

Servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(2)

provvista ta’ ilma, gass, elettriku u enerġija termali;

(3)

trasport ta’ merkanzija;

(4)

servizzi tal-port u ta' l-ajruport;

(5)

trasport ta' passiġġieri;

(6)

provvista ta’ merkanzija ġdida manifatturata għall-bejgħ;

(7)

transazzjonijiet fir-rigward ta' prodotti agrikoli, imwettqa minn aġenziji ta’ intervenzjoni agrikola skond ir-Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’dawk il-prodotti;

(8)

l-organizzazzjoni ta’ fieri tal-kummerċ u eżibizzjonijiet;

(9)

magazzinaġġ;

(10)

attivitajiet ta’ entitjaiet publiċitarji kummerċjali;

(11)

attivitajiet ta' aġenti ta' l-ivvjaġġar;

(12)

it-tmexxija ta' ħwienet ta’ l-impjegati, kooperattivi u kantins industrijali u istituzzjonijiet simili;

(13)

attivitajiet ta' natura kummerċjali, imwettqa minn korpi tar-radju u tat-televiżjoni sakemm dawn m'humiex eżenti skond l-Artikolu 132(1)(q).


ANNESS II

ANNESS II LISTA INDIKATTIVA TAS-SERVIZZI PPROVDUTI ELETTRONIKAMENT IMSEMMIJA FIL-PUNT (K) TA' L-ARTIKOLU 56(1)

(1)

Il-provvista ta’ siti web, web-hosting, ġestjoni b’distanza ta' programmi u tagħmir;

(2)

il-provvista ta’ software u l-aġġornament tiegħu;

(3)

il-provvista ta’ immaġini, test u informazzjoni u t-tqegħid għad-disposizzjoni ta’ bażijiet tad-data;

(4)

il-provvista ta’ mużika, films u logħob, inklużi logħob tax-xorti u logħob ta’ l–azzard, u ta’ xandiriet u avvenimenti politiċi, kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi u ta’ divertiment;

(5)

il-provvista ta’ tagħlim b’distanza.


ANNESS III

LISTA TA’ PROVVISTI TA’ MERKANZIJA U SERVIZZI LI GĦALIHOM JISTGĦU JAPPLIKAW IR-RATI MNAQQSA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 98

(1)

Oġġetti ta’ l-ikel (inkluż ix–xorb imma eskluż ix-xorb alkoħoliku) għall-konsum mill-bnedmin u mill-annimali; annimali ħajjin, żerriegħa, pjanti u ingredjenti normalment maħsuba għall-użu fil-preparazzjoni ta’ affarijiet ta’ l-ikel; prodotti normalment maħsuba li jkunu użati biex jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-oġġetti ta’ l-ikel;

(2)

il-provvisti ta’ l-ilma;

(3)

prodotti farmaċewtiċi ta’ tip normalment użati għall-kura tas-saħħa, għall-prevenzjoni tal-mard u bħala trattament għal skopijiet mediċi u veterinarji, inklużi prodotti użati għall-kontraċezzjoni u għall-protezzjoni sanitarja;

(4)

tagħmir mediku, għajnuniet u strumenti oħra normalment maħsuba biex itaffu jew jikkuraw id-diżabilità, għall-użu esklussiv u personali tal-persuni b’diżabilità, inkluża t-tiswija ta’ din il-merkanzija, u l-provvista ta' siġġijiet tat-tfal tal-karrozza;

(5)

it–trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji li jkollhom magħhom;

(6)

il–provvista, inkluż b’self mil-libreriji, ta’ kotba (inklużi opuskoli, fuljetti u oġġetti simili stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili), gazzetti u rivisti, li mhumiex materjal iddedikat kollu kemm hu jew b’mod sostanzjali għar-reklamar;

(7)

dħul għal wirjiet, teatri, ċirkli, fieri, parks tad-divertiment, kunċerti, mużewijiet, żuijiet, ċinema, eżibizzjonijiet u avvenimenti u faċilitajiet kulturali simili;

(8)

Ir-riċeviment ta’ servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni;

(9)

Il-provvista ta' Servizzi minn kittieba, kompożituri u artisti, jew tad-drittijiet dovuti lilhom;

(10)

il-forniment, il-kostruzzjoni, ir-rennovazzjoni u t-tibdil tad-djar, bħala parti minn politika soċjali;

(11)

Il-provvista ta’ merkanzija u servizzi ta’ tip normalment maħsuba għall-użu fil-produzzjoni agrikola imma li mhumiex merkanzija kapitali bħal makkinarju jew bini;

(12)

akkomodazzjoni pprovduta f'lukandi u stabbilimenti simili, inkluża l-provvista ta’ akkomodazzjoni għall-vakanzi u l-kiri ta’ positijiet f'siti tal-kampeġġ u parks għall-karavani;

(13)

Id-dħul għal avvenimenti sportivi;

(14)

l-użu ta’ faċilitajiet sportivi;

(15)

il-provvista ta’ merkanzija u servizzi minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala devoti għall-benesseri soċjali mill-Istati Membri u impenjati fix-xogħol ta’ assistenza soċjali jew ta’ sigurtà soċjali, sakemm dawk it-transazzjonijiet mhumiex eżenti skond l-Artikoli 132, 135 u 136;

(16)

il-provvista ta' servizzi minn kummissjonanti u servizzi ta’ kremazzjoni, u l-provvista ta’ merkanzija li għandha x’taqsam ma dawn;

(17)

il-forniment tal-kura medika u tas-snien u kura termali sakemm dawk is-servizzi mhumiex eżenti skond il-punti (b) sa (e) ta' l-Artikolu 132(1);

(18)

il-provvista ta' servizzi pprovduti in konnessjoni mat-tindif tat-toroq, il-ġbir taż-żibel u t-trattament ta’ l-iskart, li m’humiex il-provvista ta’ dawn is-servizzi minn korpi msemmija fl-Artikolu 13.


ANNESS IV

LISTA TAS-SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 106

(1)

Tiswija minuri ta':

(a)

roti (bicycles);

(b)

żraben u merkanzija tal-ġilda;

(ċ)

ilbies u bjankerija tad-dar (inklużi t-tiswija u l-alterazzjoni);

(2)

rinovazzjoni u tiswija ta' djar privati, għajr il-materjal li jiffurmaw parti sinifikanti mill-valur tas-servizz ipprovdut;

(3)

tindif ta' twieqi u tindif fi djar privati;

(4)

servizzi ta' għajnuna domestika bħal għajnuna fid-dar u kura taż-żgħar, tax-xjuħ, tal-morda jew tad-diżabili;

(5)

qtigħ tax-xagħar.


ANNESS V

KATEGORIJI TA' MERKANZIJA KOPERTI MINN ARRANĠAMENTI TAL-ĦAŻNA MINBARRA MAGAŻŻINAĠĠ DOGANALI KIF PREVIST SKOND L-ARTIKOLU 160(2)

 

Kodiċi NM

Deskrizzjoni ta' merkanzija

(1)

0701

Patata

(2)

0711 20

Żebbuġ

(3)

0801

Coconuts, ġewż tal-Brażil u ġewż ta' l-anakordju (cashew)

(4)

0802

Ġewż ieħor

(5)

0901 11 00

Kafe, mhux inkaljat

 

0901 12 00

(6)

0902

Te

(7)

1001 sa 1005

Ċereali

 

1007 sa 1008

(8)

1006

Ross imnaddaf

(9)

1201 sa 1207

Żerriegħa li jagħtu ż-żejt u frott taż-żejt

(10)

1507 sa 1515

Żjut veġetali u xaħmijiet u l-frazzjonijiet tagħhom, sewwa jekk raffinati u sewwa jekk le, imma mhux kimikament modifikati

(11)

1701 11

Zokkor mhux maħdum

 

1701 12

(12)

1801

Żerriegħa tal-kawkaw, sħaħ jew imkissra, nejja jew inkaljata

(13)

2709

Żjut minerali (li jinkludu propanu u butanu; li jinkludu wkoll żjut ta' l-art mhux raffinati)

 

2710

 

2711 12

 

2711 13

(14)

Kapitoli 28 u 29

Kimika bil-massa

(15)

4001

Lastiku, f'forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi

 

4002

(16)

5101

Suf

(17)

7106

Fidda

(18)

7110 11 00

Platinu (palladju, rhodju)

 

7110 21 00

 

7110 31 00

(19)

7402

Ram

 

7403

 

7405

 

7408

(20)

7502

Nijkil

(21)

7601

Aluminjum

(22)

7801

Ċomb

(23)

7901

Żingu

(24)

8001

Landa

(25)

ex 8112 92

Indjum

 

ex 8112 99


ANNESS VI

LISTA TA' FORNIMENTI TA' MERKANZIJA U SERVIZZI KIF IMSEMMI FIL-PUNT (D) TA' L-ARTIKOLU 199(1)

(1)

Il-forniment ta' skart li fih il-ħadid u ta' dak li ma fihx ħadid, ruttam, u materjali użati inklużi dawk ta' prodotti semi-kompluti li jirriżultaw mill-ipproċessar, mill-manifattura jew mit-tidwib ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi u l-ligi tagħhom;

(2)

il-forniment ta' prodotti semi-proċessati ferrużi u mhux ferrużi u ċerti servizzi ta' pproċessar assoċjati;

(3)

il-forniment ta' residwi u materjali oħrajn riċiklabbli li jikkonsistu minn metalli ferrużi u mhux ferrużi, il-ligi tagħhom, il-gagazza, l-irmied, il-qxur u r-residwi industrijali li fihom il-metalli jew il-ligi tagħhom u l-forniment ta' servizzi ta' għażla, qtugħ, frammentazzjoni u ppressar għal dawn il-prodotti;

(4)

il-forniment ta', u ċerti servizzi ta' proċessar relatati ma', skart ferruż u mhux ferruż, kif ukoll bċejjeċ tat-taqtigħ, ruttam, skart u materjal użat u riċiklabbli li jkun magħmul minn ħġieġ imkisser, ħġieġ, karti, kartun u bord, ċraret, għadam, ġilda, ġilda artifiċjali, parċmina, ġilda mhux maħduma u ġilda, tendini u nervituri, spag, ċwiemi, ħbula, cables, lastiku u plastik;

(5)

il-forniment tal-materjali msemmija f'dan l-Anness wara l-ipproċessar fil-forma ta' tindif, lustratura, għażla, qtugħ, frammentazzjoni, ippressar jew ikkastjar f'ingotti;

(6)

il-forniment ta' ruttam u skart li jirriżulta mil-lavur ta' materjali ta' bażi.”


ANNESS VII

LISTA TA' L-ATTIVITAJIET TA' PRODUZZJONI AGRIKOLA MSEMMIJA FIL-PUNT (4) TA' L-ARTIKOLU 295(1)

(1)

Produzzjoni ta' ħxejjex:

(a)

agrikoltura ġenerali, inkluża l-vitikultura;

(b)

tkabbir ta' frott (inkluż iż-żebbuġ) u tal-ħaxix, fjuri u pjanti ornamentali, kemm fil-miftuħ kif ukoll taħt il-ħġieġ;

(ċ)

produzzjoni ta' faqqiegħ, ħwawar, żrieragħ u materjal propaganti;

(d)

it-tmexxija ta' serer;

(2)

it-trobbija ta' bhejjem flimkien mal-kultivazzjoni:

(a)

trobbija ġenerali ta' bhejjem;

(b)

trobbija tat-tiġieġ;

(ċ)

trobbija tal-fniek;

(d)

żamma tan-naħal;

(e)

trobbija tad-dud tal-ħarir;

(f)

trobbija tal-bebbux;

(3)

foresterija;

(4)

sajd:

(a)

sajd fl-ilma ħelu;

(b)

trobbija tal-ħut;

(ċ)

tkabbir ta' muskoli, ojsters u muskoli oħrajn u krostaċi;

(d)

trobbija taż-żrinġijiet.


ANNESS VIII

LISTA INDIKATTIVA TAS-SERVIZZI AGRIKOLI MSEMMIJA FIL-PUNT (5) TA' L-ARTIKOLU 295(1)

(1)

Xogħol ta' l-għalqa, ħsad u ħart, driż, li tagħmel f'qatet, ġbir, ħsad, żrigħ u taħwil;

(2)

l-ippakkjar u l-preparazzjoni għas-suq, bħat-tnixxif, tindif, tifrik, disinfettar u preservazzjoni ta' prodotti agrikoli;

(3)

il-ħażna ta' prodotti agrikoli;

(4)

l-indukrar tal-bhejjem, trobbija u simna;

(5)

il-kiri, għal skopijiet agrikoli, ta' tagħmir normalment użat f'impriżi agrikoli, tal-foresti u tas-sajd;

(6)

għajnuna teknika;

(7)

id-distruzzjoni ta' ħaxix u dud, it-tfarfir u l-bexx tal-ħaxix u ta' l-art;

(8)

operazzjoni ta' irrigazzjoni u tagħmir ta' drenaġġ;

(9)

iż-żbir, il-qtugħ ta' siġar u servizzi ta' foresterija oħrajn;


ANNESS IX

XOGĦLIJIET TA' L–ARTI, OĠĠETTI TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET, KIF IMSEMMIJA FIL-PUNTI (2), (3) U (4) TA' L-ARTIKOLU 311(1)

PARTI A

Xogħlijiet ta' l-arti

(1)

Stampi, collages u plakek simili dekorattivi, pitturi u tpinġijiet, magħmula kollha kemm huma bl-idejn mill-artist, minbarra pjanti u tpinġijiet għall–finijiet arkitetturali, ta' inġinerija, industrijali, kummerċjali, topografiċi jew għanijiet simili, oġġetti magħmula u dekorati bl-idejn, xenarju tat-teatru, drapp iswed ta' l-istudju jew oġġetti simili ta' kanvas miżbugħ (kodiċi NM 9701);

(2)

inċiżjonijiet oriġinali, kopji ta' pitturi u litografiji, li jkunu edizzjonijiet magħmula f'numru limitat direttament bl-iswed u bl-abjad jew bil-kulur ta' pjanċa waħda jew aktar maħduma kollha kemm huma bl-idejn mill-artist, irrispettivament mill-proċess jew mill-materjal użat minnu, iżda li ma jinkludix xi proċess mekkaniku jew fotomekkaniku (kodiċi NM 9702 00 00);

(3)

skulturi u statwi oriġinali, maħgmula f'kwalunkwe materjal, sakemm dawn ikunu maħduma kollha kemm huma mill-artist; kasti ta' skulturi li l-produzzjoni tagħhom tkun limitata għal tmien kopji u sorvlejati mill-artist jew is–suċċessuri tiegħu fit-titlu (kodiċi NM 9703 00 00); fuq bażi eċċezzjonali, fil-każijiet stabbiliti mill-Istati Membri, il-limitu ta' tmien kopji tista' tkun maqbuża għall-forom ta' statwi magħmula qabel l-1 ta' Jannar 1989;

(4)

tapizzeriji (kodiċi NM 5805 00 00) u tessuti tal-ħajt (kodiċi NM 6304 00 00) magħmula bl-idejn minn disinji oriġinali pprovduti minn artisti, sakemm ma jkunx hemm aktar minn tmien kopji minn kull wieħed;

(5)

biċċiet individwali ta' ċeramika magħmula kollha kemm huma mill-artist u ffirmati minnu;

(6)

enemel fuq ramm, magħmula kollha kemm huma bl-idejn, bil-limitazzjoni ta' tmien kopji nnumerati li jkollhom il-firma ta' l-artist jew ta' l-istudju, minbarra oġetti ta' ġojjellerija u oġġetti ta' ħaddiema tad-deheb u ħaddiema tal-fidda;

(7)

ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nnumerati u bil-limitazzjoni ta' 30 kopja, id-daqsijiet u montaturi kollha inklużi;

PARTI B

Oġġetti tal-kollezzjoni

(1)

Bolli postali jew fiskali, timbri tal-posta, envelops ta' l-ewwel jum tal-ħruġ (first-day covers), kartolerija pre-stampata u oġġetti simili, iffrankati, jew jekk mhux iffrankati li ma jkollhomx valuta legali u li ma jkunux maħsuba li jintużaw bħala valuta legali (kodiċi NM 9704 00 00).

(2)

kollezzjonijiet u oġġetti tal-kollezzjoni ta' interess żooloġiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, palaetoloġiku, etnografiku jew numismatiku (kodiċi NM 9705 00 00).

PART Ċ

Antikitajiet

Merkanzija, minbarra xogħlijiet ta' l-arti jew oġġetti tal-kollezzjoni, li jkollhom aktar minn 100 sena (kodiċi NM 9706 00 00).


ANNESS X

LISTA TA' TRANSAZZJONIJIET KOPERTI MID-DEROGI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 370 U 371 U FL-ARTIKOLI 375 SA 390

PARTI A

Transazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jintaxxaw

(1)

Il-provvista ta' servizzi minn tekniċi tas-snien fil-kapaċità professjonali tagħhom u l-provvista ta' proteżi tas-snien minn dentisti u tekniċi tas-snien;

(2)

l-attivitajiet ta' korpi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni minbarra dawk ta' natura kummerċjali;

(3)

il-provvista ta' bini, jew partijiet minnu, jew ta' l-art li hi mibnija fuqha, minbarra kif inhu msemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 12(1), fejn titwettaq minn persuni taxxabbli li huma intitolati għal tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-bini konċernat;

(4)

il-provvista tas-servizzi ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar, kif imsemmija fl-Artikolu 306, u dawk ta' l-aġenti ta' l–ivvjaġġar li jaġixxu fl-isem u għall-vjaġġatur, għal vjaġġi barra mill-Komunità.

PARTI B

Transazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżentaw

(1)

Dħul għal avvenimenti sportivi;

(2)

il-provvista ta' servizzi mill-awturi, artisti, interpreti ta' xogħlijiet artistiċi, avukati u membri oħrajn tal-professjonijiet ħielsa, barra dawk il-professjonijiet mediċi u paramediċi, bl-eċċezzjonijiet ta' dawn li ġejjin:

(a)

assenjazzjonijiet ta' brevetti, marki reġistrati u drittijiet simili oħrajn, u l-għoti ta' liċenzji fir-rigward ta' tali drittijiet;

(b)

xogħol, minbarra l-provvista ta' xogħol b'kuntratt, fuq proprjetà mobbli tanġibbli, imwettaq għal persuna taxxabbli;

(ċ)

servizzi biex jippreparat jew jikkoordinaw it-twettiq ta' xogħol ta' kostruzzjoni, bħal servizzi pprovduti minn periti u minn ażjeni li jipprovdu superviżjoni tax-xogħlijiet fuq il-post;

(d)

servizzi ta' riklamar kummerċjali;

(e)

trasport u ħżin ta' merkanzija, u servizzi anċillari;

(f)

il-kiri ta' proprjetà mobbli tanġibbli lil persuna taxxabbli;

(g)

il-provvista ta' impjegati lil persuna taxxabbli;

(h)

il-provvista ta' servizzi minn konsulenti, inġiniera, uffiċċji ta' l-ippjanar u servizzi simili f'oqsma xjentifiċi, ekonomiċi jew tekniċi;

(i)

il-konformità ma' obbligu ta' twaqqif mill-eżerċizzju, b'mod sħiħ jew f'parti, ta' attività tan-negożju jew dritt kopert mill-punti (a) sa (h) jew il-punt (j);

(j)

is-servizzi ta' aġenti li jibgħatu merkanzija, sensara, aġenti tal-kummerċ u intermedjarji oħra indipendenti, sakemm dawn jirrelataw mal-provvista jew l-importazzjoni ta' merkanzija jew il-provvista ta' servizzi koperti mill-punti (a) sa (i);

(3)

il-provvista ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni, u ta' merkanzija relatata magħhom, minn servizzi tal-posta pubbliċi;

(4)

il-provvista ta' servizzi minn kummissjonanti u servizzi tal-kremazjoni u l-provvista ta' merkanzija relatati magħhom;

(5)

transazzjonijiet imwettqa minn persuni għomja jew ħwienet tax-xogħol għall-għomja, sakemm dawn l-eżenzjonijiet ma jwasslux għal distorsjoni sinjifikanti tal-kompetizzjoni;

(6)

il-provvista ta' merkanzija u servizzi lil kopri uffiċjali responsabbli għall-kostruzzjoni, it-twaqqif u l-manteniment ta' ċimiterji, oqbra u monumenti li jikkomemoraw il-mejtin tal-gwerra;

(7)

transazzjonijiet imwettqa minn sptarijiet li m'humiex koperti mill-punt (b) ta' l-Artikolu 132(1);

(8)

il-provvista ta' l-ilma minn korp irregolat mill-liġi pubblika;

(9)

il-provvista qabel l-ewwel okkupazzjoni ta' bini, jew partijiet minnu, jew ta' art li hu mibni fuqha, kif imsemmi fl-Artikolu 12;

(10)

it-trasport tal-passiġġieri u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri hu eżenti, it-trasport ta' merkanzija li jakkumpanjawhom, bħal bagalji jew vetturi bil-mutur, jew il-provvista ta' servizzi li jikkonċernaw it-trasport tal-passiġġieri;

(11)

il–provvista, il-modifikazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, in-noleġġ u l-kiri ta' ajruplani użati minn istituzzjonijiet ta' l-Istat, inkluż tagħmir inkorportat jew użat f'tali ajruplani;

(12)

il–provvista, il-modifikazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, in-noleġġ u l-kiri ta' vapuri tal-ġlied;

(13)

il-provvista ta' servizzi ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar, kif msemmija fl-Artikolu 306, u dawk ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jaġixxu fl-isem u għall-vjaġġatur, għall-vjaġġi fil-Komunità.


ANNESS XI

PARTI A

Direttivi mħassra bl-emendi suċċessivi tagħhom

(1)

Direttiva 67/227/KEE (ĠU 71, ta' l-14.4.1967, p. 1301)

Direttiva 77/388/KEE

(2)

Direttiva 77/388/KEE (ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1)

Direttiva 78/583/KEE (ĠU L 194, tad-19.7.1978, p. 16)

Direttiva 80/368/KEE (ĠU L 90, tat-3.4.1980, p. 41)

Direttiva 84/386/KEE (ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 58)

Direttiva 89/465/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 21)

Direttiva 91/680/KEE (ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 1) (ħlief l-Artikolu 2)

Direttiva 92/77/KEE (ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 1)

Direttiva 92/111/KEE (ĠU L 384, tat-30.12.1992, p. 47)

Direttiva 94/4/KE (ĠU L 60, tat-3.3.1994, p. 14) (l-Artikolu 2 biss)

Direttiva 94/5/KE (ĠU L 60, tat-3.3.1994, p. 16)

Direttiva 94/76/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 53)

Direttiva 95/7/KE (ĠU L 102, tal-5.5.1995, p. 18)

Direttiva 96/42/KE (ĠU L 170, tad-9.7.1996, p. 34)

Direttiva 96/95/KE (ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 89)

Direttiva 98/80/KE (ĠU L 281, tas-17.10.1998, p. 31)

Direttiva 1999/49/KE (ĠU L 139, tat-2.6.1999, p. 27)

Direttiva 1999/59/KE (ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 63)

Direttiva 1999/85/KE (ĠU L 277, tat-28.10.1999, p. 34)

Direttiva 2000/17/KE (ĠU L 84, tal-5.4.2000, p. 24)

Direttiva 2000/65/KE (ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 44)

Direttiva 2001/4/KE (ĠU L 22, ta' l–24.1.2001, p. 17)

Direttiva 2001/115/KE (ĠU L 15, tas-17.1.2002, p. 24)

Direttiva 2002/38/KE (ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 41)

Direttiva 2002/93/KE (ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 27)

Direttiva 2003/92/KE (ĠU L 260, tal-11.10.2003, p. 8)

Direttiva 2004/7/KE (ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 44)

Direttiva 2004/15/KE (ĠU L 52, tal-21.2.1994, p. 61)

Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35) – (il-Punt V ta' l-Anness biss)

Direttiva 2005/92/KE (ĠU L 345, tat-28.12.2005, p. 19)

Direttiva 2006/18/KE (ĠU L 51, tat-22.2.2006, p. 12)

Direttiva 2006/58/KE (ĠU L 174, tat-28.6.2006, p. 5)

Direttiva 2006/69/KE (ĠU L 221, tat-12.8.2006, p. 9) (l-Artikolu 1 biss)

PARTI B

Limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl'Artikolu 411)

Direttiva

Żmien perentorju għat-trasposizzjoni

Direttiva 67/227/KEE

1 ta' Jannar 1970

Direttiva 77/388/KEE

1 ta' Jannar 1978

Direttiva 78/583/KEE

1 ta' Jannar 1979

Direttiva 80/368/KEE

1 ta' Jannar 1979

Direttiva 84/386/KEE

1 ta' Lulju 1985

Direttiva 89/465/KEE

1 ta' Jannar 1990

 

1 ta' Jannar 1991

 

1 ta' Jannar 1992

 

1 ta' Jannar 1993

 

1 ta' Jannar 1994 għall-Portugall

Direttiva 91/680/KEE

1 ta' Jannar 1993

Direttiva 92/77/KEE

31 ta' Diċembru 1992

Direttiva 92/111/KEE

1 ta' Jannar 1993

 

1 ta' Jannar 1994

 

1 ta' Ottubru 1993 għall-Ġermanja

Direttiva 94/4/KEE

1 ta' April 1994

Direttiva 94/5/KE

1 ta' Jannar 1995

Direttiva 94/76/KEE

1 ta' Jannar 1995

Direttiva 95/7/KEE

1 ta' Jannar 1996

 

1 ta' Jannar 1997 għall-Ġermanja u l-Lussemburgu

Direttiva 96/42/KEE

1 ta' Jannar 1995

Direttiva 96/95/KEE

1 ta' Jannar 1997

Direttiva 98/80/KEE

1 ta' Jannar 2000

Direttiva 99/49/KEE

1 ta' Jannar 1999

Direttiva 1999/59/KEE

1 ta' Jannar 2000

Direttiva 1999/85/KEE

Direttiva 2000/17/KEE

Direttiva 2000/65/KEE

31 ta' Diċembru 2001

Direttiva 2001/4/KEE

1 ta' Jannar 2001

Direttiva 2001/115/KEE

1 ta' Jannar 2004

Direttiva 2002/38/KEE

1 ta' Lulju 2003

Direttiva 2002/93/KEE

Direttiva 2003/92/KEE

1 ta' Jannar 2005

Direttiva 2004/7/KEE

30 ta' Jannar 2004

Direttiva 2004/15/KEE

Direttiva 2004/66/KEE

1 ta' Mejju 2004

Direttiva 2005/92/KEE

1 ta' Jannar 2006

Direttiva 2006/18/KEE

Direttiva 2006/58/KEE

1 ta' Lulju 2006

Direttiva 2006/69/KEE

1 ta' Jannar 2008


ANNESS XII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 67/227/KEE

Direttiva 77/388/KEE

Direttivi ta' emenda

Atti oħrajn

Din id-Direttiva

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

 

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 1, it-tieni u t-tielet paragrafu

 

 

 

Artikolu 2, l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu

 

 

 

Artikolu 1(2), ewwel, tieni u tielet subparagrafi

Artikoli 3, 4 u 6

 

 

 

 

Artikolu 1

 

 

 

Artikolu 2, punt (1)

 

 

Artikolu 2(1)(a) u (ċ)

 

Artikolu 2, punt (2)

 

 

Artikolu 2(1)(d)

 

Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż

 

 

Artikolu 5, punt (2)

 

Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

 

 

Artikolu 5, punt (1)

 

Artikolu 3(1), it-tielet inċiż

 

 

Artikolu 5, punti (3) u (4)

 

Artikolu 3(2)

 

 

 

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

 

 

Artikolu 6(2)(a) u (b)

 

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

 

 

Artikolu 6(2)(ċ) u (d)

 

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

 

 

Artikolu 6(2)(e), (f) u (g)

 

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

 

 

Artikolu 6(1)(b)

 

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

 

 

Artikolu 6(1)(ċ)

 

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

 

 

Artikolu 6(1)(a)

 

Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi

 

 

Artikolu 7(1)

 

Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

 

 

Artikolu 7(2)

 

Artikolu 3(5)

 

 

Artikolu 8

 

Artikolu 4 (1) u (2)

 

 

Artikolu 9(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

Artikolu 4(3)(a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 12(1)(a)

 

Artikolu 4(3)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

 

 

Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 4(3)(a), it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 4(3)(a), it-tielet subparagrafu

 

 

Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 4(3)(b), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 12(1)(b)

 

Artikolu 4(3)(b), it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 10

 

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 11 l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

Artikolu 4(5), ewwel, tieni u tielet subparagrafi

 

 

Artikolu 13(1), ewwel, tieni u tielet subparagrafi

 

Artikolu 4(5), ir-raba' subparagrafu

 

 

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 5(1)

 

 

Artikolu 14(1)

 

Artikolu 5(2)

 

 

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 5(3)(a), (b) u (ċ)

 

 

Artikolu 15(2)(a), (b) u (ċ)

 

Artikolu 5(4)(a), (b) u (ċ)

 

 

Artikolu 14(2)(a), (b) u (ċ)

 

Artikolu 5(5)

 

 

Artikolu 14(3)

 

Artikolu 5(6), l-ewwel u tieni sentenza

 

 

Artikolu 16, l-ewwel u t-tieni paragrafu

 

Artikolu 5(7)(a), (b) u (ċ)

 

 

Artikolu 18(a), (b) u (ċ)

 

Artikolu 5(8), l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 19, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 5(8), it-tieni u t-tielet sentenza

 

 

Artikolu 19, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu<