EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0103

2006/103/KE: Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE ta' l- 20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

OJ L 352M , 31.12.2008, p. 875–882 (MT)
OJ L 363, 20.12.2006, p. 344–351 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 057 P. 305 - 312
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 057 P. 305 - 312
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 061 P. 152 - 159

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/12/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/103/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

875


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE

ta' l-20 ta’ Novembru 2006

li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ bix jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 82/714/KEE (2), 91/439/KEE (3), 91/440/KEE (4), 91/672/KEE (5), 92/106/KEE (6), 96/26/EC (7), 1999/37/EC (8), 1999/62/EC (9) u 2003/59/EC (10) għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 82/714/KEE, 91/439/KEE, 91/440/KEE, 91/672/KEE, 92/106/KEE, 96/26/KE, 1999/37/KE, 1999/62/KE u 2003/59/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(2)  ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1.

(3)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.

(4)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

(5)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.

(6)  ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.

(7)  ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1.

(8)  ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

(9)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

(10)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.


ANNESS

IL-POLITIKA DWAR IT-TRASPORT

A.   IT-TRASPORT BIT-TRIQ

1.

31991 L 0439: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1), kif emendata bi:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

31994 L 0072: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/72/KE tad-19.12.1994 (ĠU L 337, 24.12.1994, p. 86),

31996 L 0047: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/47/KE tat-23.7.1996 (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 1),

31997 L 0026: Id-Direttiva tal-Kunsill 97/26/KE tat-2.6.1997 (ĠU L 150, 7.6.1997, p. 41),

32000 L 0056: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE ta' l-14.9.2000 (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 45),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 L 0059: Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15.7.2003 (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4),

32003 R 1882: Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(a)

Fl-Anness I, il-punt 2, it-tielet inċiż taħt il-kliem “l-ewwel paġna għandha jkun fiha:” qed jinbidel b’dan li ġej:

“—

is-simbolu ta’ distinzjoni ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, u li s-simbolu tiegħu ser ikun kif ġej:

B

:

Il-Belġju

BG

:

Il-Bulgarija

CZ

:

Ir-Repubblika Ċeka

DK

:

Id-Danimarka

D

:

Il-Ġermanja

EST

:

L-Estonja

GR

:

Il-Grecja

E

:

Spanja

F

:

Franza

IRL

:

L-Irlanda

I

:

L-Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

Il-Latvja

LT

:

Il-Litwanja

L

:

Il-Lussemburgu

H

:

L-Ungerija

M

:

Malta

NL

:

L-Olanda

A

:

L-Awstrija

PL

:

Il-Polonja

P

:

Il-Portugall

RO

:

Ir-Rumanija

SLO

:

Is-Slovenja

SK

:

Is-Slovakkja

FIN

:

Il-Finlandja

S

:

L-Isvezja

UK

:

Ir-Renju Unit”.

(b)

Fl-Anness I, il-punt 3, it-tieni paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel dawk l-iskrizzjonijiet f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Polakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija iktar 'l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”.

(ċ)

Fl-Anness Ia, il-punt 2(ċ) qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(ċ)

is-simbolu ta’ distinzjoni ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampat fin-negattiv f'rettangolu blu u mdawwar b'ċirku ta' tnax-il stilla; is-simboli ta' distinzjoni għandhom ikunu kif ġej:

B

:

Il-Belġju

BG

:

Il-Bulgarija

CZ

:

Ir-Repubblika Ċeka

DK

:

Id-Danimarka

D

:

Il-Ġermanja

EST

:

L-Estonja

GR

:

Il-Greċja

E

:

Spanja

F

:

Franza

IRL

:

L-Irlanda

I

:

L-Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

Il-Latvja

LT

:

Il-Litwanja

L

:

Il-Lussemburgu

H

:

L-Ungerija

M

:

Malta

NL

:

L-Olanda

A

:

L-Awstrija

PL

:

Il-Polonja

P

:

Il-Portugall

RO

:

Ir-Rumanija

SLO

:

Is-Slovenja

SK

:

Is-Slovakkja

FIN

:

Il-Finlandja

S

:

L-Isvezja

UK

:

Ir-Renju Unit”.

(d)

Fl-Anness Ia, il-punt 2(e) qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(e)

il-kliem ‘mudell tal-Komunitajiet Ewropej’ fil-lingwa jew lingwi ta’ l-Istat Membru li qed joħroġ il-liċenzja u l-kliem ‘Liċenzja tas-Sewqan’ fil-lingwi l-oħra tal-Komunità, stampati bir-roża biex jiffurmaw l-isfond tal-liċenzja:

 

Свидетелство за управление на МПС

 

Permiso de Conducción

 

Řidičský průkaz

 

Kørekort

 

Führerschein

 

Juhiluba

 

Άδεια Οδήγησης

 

Driving Licence

 

Permis de conduire

 

Ceadúnas Tiomána

 

Patente di guida

 

Vadītāja apliecība

 

Vairuotojo pažymėjimas

 

Vezetői engedély

 

Liċenzja tas-Sewqan

 

Rijbewijs

 

Prawo Jazdy

 

Carta de Condução

 

Permis de conduire

 

Vodičský preukaz

 

Vozniško dovoljenje

 

Ajokortti

 

Körkort”;

(e)

Fl-Anness Ia, il-punt 2(b) taħt il-kliem “Paġna 2 għandu jkun fiha” qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mill-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Polakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mill-lingwi msemmija iktar 'l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”.

2.

31992 L 0106: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn Stati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38), kif emendata bi:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

Fl-Artikolu 6(3), dan li ġej jiddaħħal bejn l-iskrizzjonijiet għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:

“—   Il-Bulgarija:

данък върху превозните средства;”

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja:

“—   Ir-Rumanija:

Taxa asupra mijloacelor de transport;”.

3.

31996 L 0026: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar kif dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1) kif l-aħħar emendata bi:

31998 L 0076: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/76/KE ta' l-1.10.1998 (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

Fl-Anness Ia, in-nota 1 ta' qiegħ il-paġna qed tiġi mibdula b’dan li ġej:

1

Simbolu ta' distinzjoni ta' l-Istat: (B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, (EST) l-Estonja, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja, (L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (M) Malta, (NL) l-Olanda, (A) l-Awstrija, (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Isvezja, (UK) ir-Renju Unit.”.

4.

31999 L 0037: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57), kif emendata bi:

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

32003 L 0127: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE tat-23.12.2003 (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 29).

(a)

Fl-Anness 1, il-punt II.4, dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:

“BG

:

Il-Bulgarija”

u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:

“RO

:

Ir-Rumanija”.

(b)

Fl-Anness 1, il-punt III.1.A(b), dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:

“BG

:

Il-Bulgarija”

u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:

“RO

:

Ir-Rumanija”.

(ċ)

Fl-Anness 1I, il-punt II.4, dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:

“BG

:

Il-Bulgarija”

u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:

“RO

:

Ir-Rumanija”.

(d)

Fl-Anness II, il-punt III.1.A(b), dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:

“BG

:

Il-Bulgarija”

u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:

“RO

:

Ir-Rumanija”.

5.

31999 L 0062: Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42), kif emendata bi:

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

32006 L 0038: Id-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17.5.2006 (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8).

Fl-Artikolu 3(1), dan li ġej jiddaħħal bejn l-iskrizzjonijiet għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:

“—   Il-Bulgarija:

данък върху превозните средства,”;

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja:

“—   Ir-Rumanija:

Taxa asupra mijloacelor de transport.”.

6.

32003 L 0059: Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4), kif emendata bi:

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(a)

Fl-Anness II, il-punt 2 taħt il-kliem “in-naħa 1 tinkludi” taħt punt (ċ), dan li ġej huwa mdaħħal bejn l-iskrizzjonijiet għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:

“BG

:

Il-Bulgarija”

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja:

“RO

:

Ir-Rumanija”.

(b)

Fl-Anness II, il-punt 2 taħt il-kliem “in-naħa 1 tinkludi” taħt punt (e), dan li ġej huwa mdaħħal qabek l-iskrizzjoni għar-Repubblika Ċeka:

“карта за квалификация на водача”

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovakkja:

“Cartela de pregătire profesională a conducătorului auto”.

(ċ)

Fl-Anness II, il-punt 2, taħt il-kliem “in-naħa 2 tinkludi”, it-tieni sentenza tal-punt (b) hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel dawk l-iskrizzjonijiet f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Polakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija iktar 'l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”.

B.   TRASPORT BIL-FERROVIJA

31991 L 0440: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25), kif l-aħħar emendata bi:

32001 L 0012: Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26.2.2001 (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32004 L 0051: Id-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.4.2004 (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164).

Fl-Anness 1, dan li ġej huwa mdaħħal fil-lista ta' portijiet wara l-iskrizzjonijiet għall-Belġju:

“БЪЛГАРИЯ

Варна

Бургас

Русе

Лом

Видин”;

u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:

“ROMÂNIA

Constanța

Mangalia

Midia

Tulcea

Galați

Brăila

Medgidia

Oltenița

Giurgiu

Zimnicea

Calafat

Turnu Severin

Orșova”

Ċ.   TRASPORT FUQ PASSAĠĠI TA' L-ILMA INTERNI

1.

31982 L 0714: Id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta’ l-4 ta’ Ottubru 1982 li tistabilixxi l-ħtiġiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1), kif emendata bi:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:

(i)

dan li ġej qed jiżdied ma’ “IL-KAPITOLU II”, “Żona 3”:

“Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100”,

“Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera tas-Serbja-Montenegro — Rumena (km 1075) sal-Baħar l-Iswed fuq il-fergħa tas-Sulina,

Il-kanal Danubju — Baħar l-Iswed (64,410 km twil): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km mid-Danubju fi Cernavodă (km 64 u km 410 tal-Kanal rispettivament), sal-Port ta' Constanta South — Agigega (km ‘0’ tal-Kanal),

Kanal Poarta Albă — Midia Năvodari (34,600 km twil): minn fejn jingħaqad mal-Kanal Danubju — Baħal l-Iswed f'km 29 u km 410 f'Poarta Albă (km 27 u km 500 tal-Kanal rispettivament) sal-Port ta' Midia (km ‘0’ tal-Kanal)”;

(ii)

dan li ġej qed jiżdied ma’ “IL-KAPITOLU III”, “Żona 4”:

“Ir-Rumanija

Kull passaġġ fuq l-ilma ieħor mhux elenkat fiż-Żona 3.”.

2.

31991 L 0672: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29), kif emendata bi:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 R 1882: Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(a)

L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:

(i)

taħt l-intestatura “GROUP A” qed jiżdied dan li ġej:

“Ir-Rumanija:

brevet de căpitan fluvial categoria A (ċertifikat A ta' kaptan tad-dgħajjes) (skond l-Ordni tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar Nru 984/04.07.2001 li tapprova r-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' kapaċità nazzjonali għal persunal li jbaħħar fuq ix-xmajjar, M. Of., p. I, nr. 441/6.VIII.2001).”;

(ii)

taħt it-titolu “GRUPP B” qed jiżdied dan li ġej:

“Ir-Repubblika tal-Bulgarija:

Свидетелство за правоспособност ‘Капитан вътрешно плаване’ (ċertifikat ta' kompetenza għal master ta' navigazzjoni interna)

Свидетелство за правоспособност ‘Щурман вътрешно плаване’ (ċertifikat ta' kompetenza għal uffiċjal gwardja ta' navigazzjoni interna) (Наредба № 6 от 25.7.2003 г. на министъра на транспорта и съобщенията за компетентност на морските лица в Република България, обн. ДВ, бр.83 от 2003 г. Skond l-Ordinanza Nru 6 tal-25 ta' Lulju 2003 tal-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni dwar il-kompetenza ta' baħħara fir-Repubblika tal-Bulgarija, DV Nru 83/2003).”,

“Ir-Rumanija

brevet de căpitan fluvial categoria B (ċertifikat B ta' kaptan tad-dgħajjes) (skond l-Ordni tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar Nru 984/04.07.2001 li tapprova r-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' kapaċità nazzjonali għal persunal li jbaħħar fuq ix-xmajjar, M. Of., p. I, nr. 441/6.VIII.2001).”

(b)

fl-Anness II, jiżdied dan li ġej:

“Ir-Rumanija

Id-Danubju: minn Brăila (km 175) sal-Baħar l-Iswed fuq il-fergħa tas-Sulina”.


Top