Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0034

2006/34/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/34/KE tal- 21 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Anness mad-Direttiva 2001/15/KE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 83, 22.3.2006, p. 14–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 292–293 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 053 P. 42 - 43
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 053 P. 42 - 43

No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0953

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/34/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

292


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/34/KE

tal-21 ta’ Marzu 2006

li temenda l-Anness mad-Direttiva 2001/15/KE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/15/KE tal-15 ta’ Frar 2001 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal skopijiet nutrittivi speċifiċi fl-ikel għal tipi ta’ użu nutrittivi partikolari (2) tispeċifika ċerti kategoriji ta’ sustanzi u ssemmi għal kull wieħed minnhom is-sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu nutrittiv partikolari.

(2)

Dawk is-sustanzi kimiċi li kienu ġew vvalutati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (minn hawn “l-Awtorità”) u li rċivew valutazzjoni xjentifika favorevoli għandhom jiġu inklużi fl-Anness tad-Direttiva 2001/15/KE.

(3)

Dan l-aħħar kien hemm valutazzjoni xjentifika favorevoli għal ċerti vitamini u sustanzi minerali u dawn kienu disponibbli pubblikament mill-Awtorità.

(4)

Huwa xieraq li jinbidel it-titolu tal-kategorija “aċidu foliku” sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-inklużjoni ta’ forom oħrajn tal-folate fl-Anness tad-Direttiva 2001/15/KE.

(5)

Id-Direttiva 2001/15/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’mod xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2001/15/KE hija emendata kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 52, 22.2.2001, p. 19. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2004/5/KE (ĠU L 14, 21.1.2004, p. 19).


ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 2001/15/KE hi emendata kif ġej:

1.

Fis-Sezzjoni li tikkonċerna l-Kategorija 1. Vitamini:

(a)

It-titolu “AĊTU FOLIKU” huwa mibdul b'“FOLATE”.

(b)

Il-linja li ġejja hija miżjuda taħt l-intestatura “FOLATE”:

Sustanza

Kondizzjonijiet għall-użu

FPNU kollha

FSMP

“—

L-methylfolate tal-kalċju

x”

 

2.

Fis-Sezzjoni li tikkonċerna l-Kategorija 2. Minerali, il-linja li ġejja hija miżjuda taħt l-intestatura “MANJEŻJU”:

Sustanza

Kondizzjonijiet għall-użu

FPNU kollha

FSMP

“—

L-aspartate tal-manjeżju

 

x”

3.

Fis-Sezzjoni li tikkonċerna l-Kategorija 2. Minerali, il-linja li ġejja hija miżjuda taħt l-intestatura “ĦADID”:

Sustanza

Kondizzjonijiet għall-użu

FPNU kollha

FSMP

“—

bisglycinate tal-ħadid

x”

 


Top