Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0028

2006/28/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE tas- 6 ta’ Marzu 2006 li temenda, għall finijiet ta' l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE marbuta ma' l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 65, 7.3.2006, p. 27–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M , 28.11.2006, p. 216–218 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 053 P. 12 - 14
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 053 P. 12 - 14
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 014 P. 108 - 110

No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/28/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

216


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/28/KE

tas-6 ta’ Marzu 2006

li temenda, għall finijiet ta' l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE marbuta ma' l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1972 marbuta ma' l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi (2), u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 72/245/KEE hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE.

(2)

Sabiex titjieb is-sikurezza tal-vetturi bis-saħħa ta’ l-inkoraġġiment ta’ l-iżvilupp u t-tħaddim ta' teknoloġiji li jużaw tagħmir tar-radar b'firxa żgħira għall-vetturi, il-Kummissjoni armonizzat, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta' Lulju 2004 dwar l-armonizzazzjoni ta' medda ta' frekwenzi tar-radju ta' 79 GHz għall-użu fil-Komunità (3) ta' tagħmir tar-radar b' firxa żgħira għall-vetturi u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi tar-radju ta' 24 GHz għall-użu għal żmien limitat minn tagħmir tar-radar b'firxa żgħira għall-vetturi fil-Komunità, l-użu ta' żewġ meded ta' frekwenza ta' l-ispektrum tar-radju (4).

(3)

Skond id-Deċiżjoni 2005/50/KE, l-użu tat-tagħmir tar-radar b’medda qasira b’24 GHz għall-vetturi huwa limitat fiż-żmien u l-Istati Membri waqqfu sistema ta' monitoraġġ bil-ħsieb li jikkwantifikaw in-numru ta' vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom li huma mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa żgħira u li jaħdem fuq medda ta' 24 GHz.

(4)

Id-Direttiva 72/245/KEE kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/49/KE (5) pprovdiet lill-Istati Membri l-mezzi xierqa sabiex iwettqu dan il-monitoraġġ. Id-Direttiva 70/156/KEE ġiet emendata kif meħtieġ skond dik id-Direttiva.

(5)

Minn dak iż-żmien ‘l hawn, sar ovvju li jista’ jitħaffef il-mod kif jiġi fornut dan it-tagħrif għat-tagħmir tar-radar b’medda qasira ta’ 24 GHz u li mhuwiex meħtieġ, għall-fini tal-monitoraġġ, li tintalab informazzjoni dwar l-użu tat-tagħmir tar-radar b’medda qasira b'79 GHz fiċ-Ċertifikat tal-Konformità (CoC) flimkien ma’ l-informazzjoni dwar it-tagħmir tar-radar b’medda qasira b’24 GHz, minħabba li l-medda ta’ 79 GHz ma tinterferixxix ma’ applikazzjonijiet oħra u l-użu tagħha mhuwiex ristrett. Jixraq għalhekk li jiġu mmodifikati r-rekwiżiti marbuta ma’ l-użu tat-tagħmir tar-radar b’medda qasira b’24 GHz u jitħassru r-rekwiżiti marbuta ma’ l-użu tat-tagħmir tar-radar b’medda qasira b’79 GHz fid-Direttiva 72/245/KEE. Din id-Direttiva ma teffetwax il-validità ta’ l-approvazzjonijiet eżistenti ta’ vetturi li mhumiex mgħammra b’radars ta’ medda qasira ta’ 24 GHz.

(6)

Huma biss is-Servizzi Tekniċi li joħorġu l-attestati skond il-mudell mogħti fl-Anness III C tad-Direttiva 72/245/KEE. L-ebda awtorità jew amministrazzjoni oħra mhi involuta f’dan il-proċess. Għalhekk, it-timbrar addizjonali ta’ l-attestat li huma meħtieġ bħalissa mhemmx bżonnu u għandu jitneħħa.

(7)

Id-Direttiva 72/245/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(8)

L-emendi għad-Direttiva 72/245/KEE għandhom impatt fuq id-Direttiva 70/156/KEE. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 70/156/KEE kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Aġġustament għall-Progress Teknikustabbilit mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 72/245/KEE

Id-Direttiva 72/245/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, punt 2.1.14 jitħassar.

(2)

L-Anness II A huwa emendat kif ġej.

(a)

Il-Punt 12.7.1 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“12.7.1.

vettura mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa qasira fuq medda ta' frekwenzi ta' 24 GHz: Iva/Le/Fakultattiv (ingassa fejn mhux applikabbli)”;

(b)

Il-Punt 12.7.2 jitħassar.

(3)

L-Appendiċi għall-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 1.3.1 jiġi ssostitwit minn dan li ġej:

“1.3.1.

vettura mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa qasira fuq medda ta' frekwenzi ta' 24 GHz: Iva/Le/Fakultattiv (ingassa fejn mhux applikabbli)”

(b)

Il-Punt 1.3.2 jitħassar;

(4)

Fl-Anness III C, il-kliem “Timbru ta’ l-amministrazzjoni” inkluża l-kaxxa madwarha titħassar.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 12.7.1 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“12.7.1.

vettura mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa qasira fuq medda ta' frekwenzi ta' 24 GHz: Iva/Le/Fakultattiv (ingassa fejn mhux applikabbli)”;

(b)

Il-Punt 12.7.2 jitħassar;

(2)

L-Anness III, Parti, Sezzjoni A emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 12.7.1 jiġi ssostitwit minn dan li ġej:

“12.7.1.

vettura mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa qasira fuq medda ta' frekwenzi ta' 24 GHz: Iva/Le/Fakultattiv (ingassa fejn mhux applikabbli)”;

(b)

Il-Punt 12.7.2 jitħassar.

(3)

L-Anness IX, fuq il-Faċċata 2 ta' kull mudell taċ-Ċertifikat ta' Konformità (COC), huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 50 jiġi ssostitwit b’dan li ġej u tiżdied nota fil-qiegħ kif ġej:

“50.

Rimarki (6):

(6)  Jekk il-vettura hija mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24 GHz skond id-Direttiva 2005/50/KE, il-manifattur għandu jindika hawnhekk “Vettura mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa qasira fuq medda ta' frekwenzi ta' 24 GHz”.”"

(b)

Il-Punti 50.1, 50.2 u 50.3 huma mħassra.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10)

(2)  ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/83/KE (ĠU L 305, 24.11.2005, p. 32)

(3)  ĠU L 241, 13.7.2004, p. 66.

(4)  ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15.

(5)  ĠU L 194, 26.7.2005, p. 12


Top