Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31958R0001

Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea

OJ 17, 6.10.1958, p. 385–386 (DE, FR, IT, NL)
Danish special edition: Series I Volume 1952-1958 P. 59 - 59
English special edition: Series I Volume 1952-1958 P. 59 - 59
Greek special edition: Chapter 01 Volume 001 P. 14 - 14
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 001 P. 8 - 8
Portuguese special edition: Chapter 01 Volume 001 P. 8 - 8
Special edition in Finnish: Chapter 01 Volume 001 P. 14 - 14
Special edition in Swedish: Chapter 01 Volume 001 P. 14 - 14
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 001 P. 3 - 3
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 3 - 3

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/oj

31958R0001



Official Journal 017 , 06/10/1958 P. 0385 - 0386
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0014
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0014
Danish special edition: Series I Chapter 1952-1958 P. 0059
English special edition: Series I Chapter 1952-1958 P. 0059
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0014
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0008
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0008


Ir-Regolament Nru 1

li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 217 tat-Trattat li jipprovdi li r-regoli li jirregolaw il-lingwi ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li jinsabu fir-regoli ta' proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikunu stabbiliti mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu;

Billi kull waħda mill-erba' lingwi li bihom tfassal it-Trattat hija rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Komunità;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi ta' ħidma fl-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom ikunu l-Olandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan.

Artikolu 2

Id-dokumenti li Stat Membru jew persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru jibagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jitfasslu f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali magħżula minn min jibgħat. Ir-risposta għandha titfassal fl-istess lingwa.

Artikolu 3

Id-dokumenti li xi istituzzjoni tal-Komunità tibgħat lil xi Stat Membru jew lil xi persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għandhom ikunu mfassla fil-lingwa ta' dak l-Istat.

Artikolu 4

Ir-regoli u d-dokumenti l-oħra ta' applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu mfassla fl-erba' lingwi uffiċjali.

Artikolu 5

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità għandu jkun ippubblikat fl-erba' lingwi uffiċjali.

Artikolu 6

L-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jistipulaw fir-regoli ta' proċedura tagħhom liema minn dawn il-lingwi għandhom jintużaw f'każijiet speċifiċi.

Artikolu 7

Il-lingwi li għandhom jintużaw fil-proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tagħha.

Artikolu 8

Jekk xi Stat Membru jkollu aktar minn lingwa uffiċjali waħda, il-lingwa li għandha tintuża għandha tkun, fuq talba minn dak l-Istat, irregolata mir-regoli ġenerali tal-liġi tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' April 1958.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Larock

--------------------------------------------------

Top