EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12007L/TXTR(03)

Procès-verbal ta' Rettifika tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ffirmat f'Lisbona fit- 13 ta' Diċembru 2007 ( ĠU C 306, 17.12.2007 )

OJ C 81, 29.3.2010, p. 1–2 (ES, EL, EN, GA, MT, NL)

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis/corrigendum/2010-03-29/3/oj

29.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/1


PROCÈS-VERBAL TA' RETTIFIKA

tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru 2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 306, 17 ta' Diċembru 2007 )

2010/C 81/01

Din ir-rettifika saret permezz ta' Procès-verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat f'Ruma, fit-23 ta' Marzu 2010, bil-Gvern tar-Repubblika Taljana bħala depożitarju.

1.

Emendi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

(a)

Paġna 43, Artikolu 2, punt 2), punt n)

Flok:

«n)

il-kliem “Qorti tal-Prim' Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti”;»,

Aqra:

«n)

il-kliem “Qorti tal-Prim' Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti Ġenerali”;»;

(b)

Paġna 45, Artikolu 2, punt 118), il-paragrafu 2 tal-“Artikolu 1a” mdaħħal

Flok:

«2.   Dan it-Trattat u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea huma t-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. (…)»,

Aqra:

«2.   Dan it-Trattat u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huma t-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. (…)»;

(c)

Paġna 111, Artikolu 2, punt 227), fil-paragrafu 1 tal-“Artikolu 245a” mdaħħal

Flok:

“… Ewrosistema …”,

Aqra:

“… Eurosistema …”.

2.

Protokolli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona

Protokoll Nru 1

(a)

Paġna 172, Artikolu 1, punt 11, il-punt c)

Flok:

“… għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Skond l-Artikolu 245a(1) tat-Trattat dwar ilfunzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-BĊE flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkostitwixxu l-Ewrosistema.”; fil-bidu …”,

Aqra:

“… għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Skond l-Artikolu 245a(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-BĊE flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkostitwixxu l-Eurosistema.”; fil-bidu …”;

(b)

Paġna 180, Artikolu 1, punt 14)

Għandu jiżdied il-punt li ġej wara l-punt f):

“f a)

fl-Artikolu 20, innumerat mill-ġdid bħala 19, il-kliem ‘japplikaw għal membri tal-Kummissjoni’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘għandhom japplikaw għall-President tal-Kunsill Ewropew’; u għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

‘Huma għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-Kummissjoni’;”.


Top