This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TJ0799
Judgment of the General Court (Tenth Chamber, Extended Composition) of 2 February 2022.#Scania AB and Others v European Commission.#Competition – Agreements, decisions and concerted practices – Truck manufacturers’ market – Decision finding an infringement of Article 101 TFEU and of Article 53 of the EEA Agreement – Agreements and concerted practices in relation to the prices of trucks, the timing for the introduction of emission technologies and the passing on to customers of the costs relating to those technologies – ‘Hybrid’ procedure staggered over time – Presumption of innocence – Principle of impartiality – Charter of Fundamental Rights – Single and continuous infringement – Restriction of competition by object – Geographic scope of the infringement – Fine – Proportionality – Equal treatment – Unlimited jurisdiction.#Case T-799/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) tat-2 ta’ Frar 2022.
Scania AB et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-manifatturi ta’ trakkijiet – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tat-trakkijiet, l-iskeda dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet u r-riperkussjoni fuq il-klijenti tal-ispejjeż relatati ma’ dawn it-teknoloġiji – Proċedura “ibrida” skaduta matul iż-żmien – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Prinċipju ta’ imparzjalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Ksur uniku u kontinwu – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Portata ġeografika tal-ksur – Multa – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa.
Kawża T-799/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) tat-2 ta’ Frar 2022.
Scania AB et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-manifatturi ta’ trakkijiet – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tat-trakkijiet, l-iskeda dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet u r-riperkussjoni fuq il-klijenti tal-ispejjeż relatati ma’ dawn it-teknoloġiji – Proċedura “ibrida” skaduta matul iż-żmien – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Prinċipju ta’ imparzjalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Ksur uniku u kontinwu – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Portata ġeografika tal-ksur – Multa – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa.
Kawża T-799/17.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2022:48
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża)
2 ta’ Frar 2022 ( *1 )
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-manifatturi ta’ trakkijiet – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma dwar il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ trakkijiet, l-aġenda dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet u r-riperkussjoni fuq il-klijenti tal-ispejjeż relatati ma’ dawn it-teknoloġiji – Proċedura ‘ibrida’ mqassma fuq tul ta’ żmien – Preżunzjoni tal-innoċenza – Prinċipju ta’ imparzjalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Ksur uniku u kontinwu – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Portata ġeografika tal-ksur – Multa – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni assoluta”
Fil-Kawża T‑799/17,
Scania AB, stabbilita f’Södertälje (l-Isvezja),
Scania CV AB, stabbilita f’Södertälje,
Scania Deutschland GmbH, stabbilita f’Koblenz (il-Ġermanja),
irrappreżentati minn D. Arts, F. Miotto, C. Pommiès, K. Schillemans, C. Langenius, L. Ulrichs, P. Hammarskiöld, S. Falkner u N. De Backer, Avukati,
rikorrenti,
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn M. Farley u L. Wildpanner, bħala aġenti,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6467 final tas‑27 ta’ Settembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Kawża AT.39824 – Trakkijiet), jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni,
IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża),
komposta minn S. Papasavvas, President, A. Kornezov, E. Buttigieg (Relatur), K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin,
Reġistratur: B. Lefebvre, Amministratur,
wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑18 ta’ Ġunju 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
I. Il-fatti li wasslu għall-kawża
|
1 |
Ir-rikorrenti, Scania AB, Scania CV AB u Scania Deutschland GmbH (iktar ’il quddiem “Scania DE”), huma tliet entitajiet legali tal-impriża Scania (iktar ’il quddiem “Scania”). Scania hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ trakkijiet tqal (iktar minn 16‑il tunnellata) intiżi għat-trasport fit-tul, għad-distribuzzjoni, għat-trasport marbut mal-attivitajiet ta’ kostruzzjoni u max-xogħlijiet speċjalizzati. |
|
2 |
Permezz tad-Deċiżjoni C(2017) 6467 final tas‑27 ta’ Settembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Kawża AT.39824 – Trakkijiet) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li r-rikorrenti kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, mis‑17 ta’ Jannar 1997 sat‑18 ta’ Jannar 2011, ma’ entitajiet legali tal-impriżi [kunfidenzjali] ( 1 ), [kunfidenzjali], [kunfidenzjali], [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali], f’arranġamenti kollużivi fuq il-prezzijiet, fuq iż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE, kif ukoll fuq l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal imposti mill-istandards Euro 3 sa Euro 6 (Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni imponiet in solidum fuq Scania AB u Scania CV AB multa ta’ EUR 880523000, li Scania DE qiegħda tinżamm responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ EUR 440003282 (Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata). |
A. Il-proċedura amministrattiva li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata
|
3 |
Fl‑20 ta’ Settembru 2010, [kunfidenzjali] ressqu talba għal immunità minn multi skont il-paragrafu 14 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU 2006, C 298, p. 17, iktar ’il quddiem il-“Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni”). Fis‑17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali mill-multa lil [kunfidenzjali]. |
|
4 |
Bejn it‑18 u l‑21 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-bini, b’mod partikolari, tar-rikorrenti. |
|
5 |
Fit‑28 ta’ Jannar 2011, [kunfidenzjali] talbu l-immunità minn multi skont il-paragrafu 14 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni u, fin-nuqqas ta’ dan, tnaqqis tal-multa skont il-paragrafu 27 tal-imsemmi avviż. Hija ġiet segwita f’dan l-approċċ minn [kunfidenzjali] u minn [kunfidenzjali]. |
|
6 |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet, b’mod partikolari, lir-rikorrenti diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl- [Artikolu 101 u l-Artikolu 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08, Vol. 2, p. 205). |
|
7 |
Fl‑20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 kontra r-rikorrenti u l-entitajiet legali tal-impriżi msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq u adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li hija nnotifikat lil dawn l-entitajiet kollha, inklużi r-rikorrenti. |
|
8 |
Wara n-notifika tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, id-destinatarji tagħha kellhom aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
9 |
Matul [kunfidenzjali], id-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ikkuntattjaw lill-Kummissjoni b’mod informali, fejn talbuha tkompli bil-kawża fil-kuntest tal-proċedura ta’ riżolviment prevista fl-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas‑7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu [101 u l-Artikolu 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81). Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ riżolviment wara li kull wieħed mid-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jieħu sehem f’diskussjonijiet għar-riżolviment. |
|
10 |
Bejn [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali], saru diskussjonijiet bil-għan ta’ riżolviment bejn kull destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u l-Kummissjoni. Wara dawn id-diskussjonijiet, uħud mid-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ressqu talba formali quddiem il-Kummissjoni għar-riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament Nru 773/2004 (iktar ’il quddiem il-“partijiet għar-riżolviment”). Ir-rikorrenti ma ressqux tali talba. |
|
11 |
Fid‑19 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat, abbażi tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, id-Deċiżjoni C(2016) 4673 final, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża AT.39824 – Trakkijiet), indirizzata lill-partijiet għar-riżolviment (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ riżolviment”). |
|
12 |
Sa fejn ir-rikorrenti kienu ddeċidew li ma jressqux talba formali għal riżolviment, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni li tikkonċernahom fil-kuntest tal-proċedura normali (mhux ta’ riżolviment). |
|
13 |
Fit‑23 ta’ Settembru 2016, ir-rikorrenti, wara li kellhom aċċess għall-fajl, ippreżentaw ir-risposta tagħhom bil-miktub għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
|
14 |
Fit‑18 ta’ Ottubru 2016, ir-rikorrenti pparteċipaw f’seduta. |
|
15 |
Fis‑7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni, skont il-punt 111 tal-Avviż tagħha dwar l-aħjar prattiki għat-tmexxija dwar proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 u tal-Artikolu 102 [TFUE] (ĠU 2011, C 308, p. 6), bagħtet lil Scania AB espożizzjoni tal-fatti. Fit‑23 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bagħtet ukoll l-imsemmija espożizzjoni tal-fatti lil Scania CV AB u lil Scania DE. |
|
16 |
Fit‑12 ta’ Mejju 2017, Scania AB ikkomunikat lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha dwar il-provi annessi mal-espożizzjoni tal-fatti, li kienu jirriflettu wkoll il-pożizzjoni ta’ Scania CV AB u ta’ Scania DE. |
|
17 |
Fis‑27 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. |
B. Id-deċiżjoni kkontestata
1. L-istruttura tas-suq tat-trakkijiet u mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fl-industrija tat-trakkijiet
|
18 |
Il-Kummissjoni bdiet id-deċiżjoni kkontestata billi ppreżentat, fil-premessi 22 sa 50, l-istruttura tas-suq tat-trakkijiet u tal-mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fl-industrija tat-trakkijiet, inkluż fir-rigward ta’ Scania. |
a) L-istruttura tas-suq tat-trakkijiet
|
19 |
Fir-rigward tal-istruttura tas-suq tat-trakkijiet, il-Kummissjoni tirrileva li din hija kkaratterizzata minn livell għoli ta’ trasparenza u ta’ konċentrazzjoni, peress li l-partijiet għandhom diversi okkażjonijiet sabiex jiltaqgħu annwalment u jiddiskutu s-sitwazzjoni tas-suq. Skont il-Kummissjoni, permezz tal-iskambji kollha, il-partijiet seta’ jkollhom idea preċiża tas-sitwazzjoni kompetittiva ta’ kull waħda minnhom (premessa 22 u 23 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
20 |
Il-Kummissjoni tirrileva wkoll li l-partijiet, inkluża Scania, għandhom sussidjarji fi swieq nazzjonali importanti li jaġixxu bħala distributuri tal-prodotti tagħhom. Dawn id-distributuri nazzjonali għandhom in-network tagħhom stess tal-konċessjonarji (premessa 25 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni tinnota li Scania tbigħ it-trakkijiet tagħha permezz ta’ distributuri nazzjonali, li huma sussidjarji miżmuma 100 % minnha fl-Istati kollha taż-ŻEE, bl-eċċezzjoni ta’ [kunfidenzjali]. Id-distributuri nazzjonali ta’ Scania jbigħu t-trakkijiet mixtrija mingħand l-uffiċċju rreġistrat lil konċessjonarji li huma jew sussidjarji miżmuma 100 % jew impriżi indipendenti. Il-Kummissjoni tirrileva li, fil-Ġermanja, Scania għandha [kunfidenzjali] konċessjonarji li huma 100 % sussidjarji (premessa 26 tad-deċiżjoni kkontestata). |
b) Mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fl-industrija tat-trakkijiet
|
21 |
Fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet, il-Kummissjoni tikkonstata li dan jinkludi l-istess stadji għall-partijiet kollha u jibda, ġeneralment, fil-kuntest tal-ewwel stadju, permezz tal-iffissar, mis-sede, ta’ lista ta’ prezzijiet gross inizjali. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, fil-kuntest tat-tieni stadju, il-prezzijiet ta’ trasferiment huma ffissati għall-bejgħ tat-trakkijiet fid-diversi swieq nazzjonali bejn is-sede tal-kostrutturi u d-distributuri nazzjonali li huma impriżi indipendenti jew miżmuma 100 % mis-sede. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, huma ffissati, fil-kuntest tat-tielet stadju, il-prezzijiet li jitħallsu mill-konċessjonarji lid-distributuri, u, fil-kuntest tar-raba’ stadju, il-prezz nett finali mħallas mill-konsumaturi li huwa nnegozjat mill-konċessjonarji jew mill-kostrutturi stess meta huma jbigħu direttament lill-konċessjonarji jew lill-klijenti importanti (premessa 38 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
22 |
Il-Kummissjoni tikkonstata li, għalkemm il-prezz finali mħallas mill-konsumaturi jista’ jvarja (pereżempju, minħabba l-applikazzjoni tal-iskontijiet differenti fil-livelli differenti tal-katina ta’ distribuzzjoni), il-prezzijiet kollha applikabbli f’kull stadju tal-katina ta’ distribuzzjoni jirriżultaw direttament (fil-każ tal-prezzijiet ta’ trasferiment bejn is-sede u d-distributur) jew indirettament (fil-każ tal-prezz imħallas mill-konċessjonarju lid-distributur jew fil-każ tal-prezz imħallas mill-klijent finali) mill-prezz gross inizjali. B’hekk, skont il-Kummissjoni, jirriżulta li l-listi ta’ prezzijiet gross inizjali ffissati mis-sede jikkostitwixxu komponent komuni u fundamentali tal-kalkoli tal-prezzijiet applikabbli f’kull stadju tal-istazzjonijiet nazzjonali ta’ distribuzzjoni fl-Ewropa kollha (premessa 38 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni tippreċiża li l-partijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta’ [kunfidenzjali], bejn l‑2000 u l‑2006 stabbilixxew listi ta’ prezzijiet gross komposti minn prezzijiet gross armonizzati għaż-ŻEE kollha (premessa 40 tad-deċiżjoni kkontestata). |
c) Mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fi ħdan Scania
|
23 |
Fil-premessa 41 sa 50 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ ffissar tal-prezzijiet fi ħdan Scania u l-atturi involuti f’dan l-iffissar. |
|
24 |
Skont din id-deskrizzjoni, is-sede ta’ Scania tiffissa l-lista ta’ prezzijiet gross mill-fabbrika (iktar ’il quddiem il-“FGPL”) għad-diversi partijiet kollha disponibbli ta’ trakk (premessa 44 tad-deċiżjoni kkontestata). [kunfidenzjali]. |
|
25 |
Kull distributur nazzjonali ta’ Scania (pereżempju Scania DE) jinnegozja mas-sede ta’ Scania “prezz nett għad-distributur” (il-prezz li d-distributur iħallas fis-sede għal kull parti) abbażi tal-FGPL li rċieva. Il-prezz nett għad-distributur huwa indikat f’dokument imsejjaħ “RPU” li jippreżenta d-differenza bejn il-FGPL u l-prezz nett għad-distributur f’termini ta’ skontijiet. L-iskontijiet mogħtija lid-distributur huma ffissati minn [kunfidenzjali] fis-sede ta’ Scania, iżda huma diskussi wkoll fi ħdan il-kumitat dwar il-prezzijiet. Id-deċiżjoni finali fuq il-prezz nett għad-distributur ta’ Scania tiġi adottata [kunfidenzjali] (premessa 45 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
26 |
Barra minn hekk, id-distributur nazzjonali ta’ Scania jikkomunika l-lista tiegħu ta’ prezzijiet gross (li tikkonsisti fil-prezz nett għad-distributur flimkien mal-marġni benefiċjarju) għall-partijiet kollha disponibbli ta’ trakk lill-konċessjonarji Scania fit-territorju tiegħu (premessa 46 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
27 |
Il-konċessjonarju ta’ Scania jinnegozja mad-distributur “prezz nett għall-konċessjonarju” li huwa bbażat fuq il-lista ta’ prezzijiet gross tad-distributur imnaqqas bi tnaqqis sostanzjali li minnu jibbenefika l-konċessjonarju (premessa 47 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
28 |
[kunfidenzjali]. |
|
29 |
Il-klijenti li jixtru t-trakkijiet mill-konċessjonarji ta’ Scania jħallsu l-“prezz tal-klijent”. Il-“prezz tal-klijent” jikkonsisti fil-prezz nett għall-konċessjonarju miżjud bil-marġni benefiċjarju tal-konċessjonarju u tal-ispejjeż eventwali li jirriżultaw mill-individwalizzazzjoni tat-trakk u mnaqqas skont it-tnaqqis u l-promozzjonijiet offruti lill-klijent (premessa 48 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni tikkonstata li l-aġġustament tal-prezz fi kwalunkwe stadju tal-katina ta’ distribuzzjoni ser ikollu impatt limitat jew ser ikun mingħajr effett fuq il-prezz finali mħallas mill-konsumatur (premessa 48 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
30 |
Il-Kummissjoni tikkonstata li l-FGPL tapplika fuq livell dinji, filwaqt li l-prezz nett għad-distributur u l-lista ta’ prezzijiet gross tad-distributur japplikaw għar-reġjun li fih jopera d-distributur. Bl-istess mod, il-prezz innegozjat mill-konċessjonarju huwa applikat għar-reġjun li fih jopera l-konċessjonarju (premessa 49 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
31 |
Il-premessa 50 tad-deċiżjoni kkontestata tinkludi grafika tal-istadji differenti tal-mekkaniżmu tariffarju fi ħdan Scania, kif deskritti fil-punti 24 sa 29 iktar ’il fuq. Din il-grafika ġiet ipprovduta mir-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva u ġiet ippreżentata kif ġej: |
d) Fuq l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet fuq livell Ewropew fuq il-prezzijiet fuq livell nazzjonali
|
32 |
Fil-premessi 51 u 52 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni teżamina l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet fuq livell Ewropew fuq il-prezzijiet fuq livell nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-distributuri nazzjonali tal-kostrutturi, bħal Scania DE, ma humiex indipendenti fl-iffissar tal-prezzijiet gross u fil-listi ta’ prezzijiet gross, u li l-prezzijiet kollha applikati f’kull stadju tal-katina ta’ distribuzzjoni sal-konsumatur finali jirriżultaw mil-listi ta’ prezzijiet gross Ewropej iffissati fil-livell tas-sede (premessa 51 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
33 |
Minn dan isegwi, skont il-Kummissjoni, li żieda fil-prezzijiet fil-lista pan-Ewropea tal-prezzijiet gross, deċiża fil-livell tas-sede, tiddetermina l-moviment tal-“prezz nett għad-distributur”, jiġifieri tal-prezz li d-distributur iħallas fis-sede għax-xiri tat-trakk. Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, iż-żieda mis-sede tal-prezzijiet gross imsemmija iktar ’il fuq tinfluwenza wkoll il-livell tal-prezz gross tad-distributur, jiġifieri l-prezz li l-konċessjonarju jħallas lid-distributur, anki jekk il-prezz għall-konsumatur finali ma jkunx neċessarjament mibdul bl-istess proporzjon jew ma jinbidel bl-ebda mod (premessa 52 tad-deċiżjoni kkontestata). |
2. Kuntatti kollużivi bejn Scania u l-partijiet għar-riżolviment
|
34 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li Scania kienet ipparteċipat f’laqgħat kollużivi u f’kuntatti mal-partijiet għar-riżolviment fi ħdan diversi fora u fil-livelli differenti, li evolvew matul iż-żmien, filwaqt li l-impriżi parteċipanti, l-għanijiet u l-prodotti kkonċernati baqgħu l-istess (premessa 75 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
35 |
Il-Kummissjoni identifikat tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi. |
|
36 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni kkonstatat li, fl-ewwel snin tal-ksur, l-uffiċjali superjuri tal-partijiet fl-akkordju kienu jiddiskutu l-intenzjonijiet tagħhom fil-qasam tal-prezzijiet, żidiet futuri fil-prezzijiet gross, xi drabi wkoll l-evoluzzjoni tal-prezzijiet netti għall-konsum u, xi drabi, kienu ftiehmu dwar iż-żieda fil-prezzijiet gross tagħhom. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għamlet riferiment għal dan il-livell ta’ kuntatti kollużivi bħala “livell tal-korpi ta’ tmexxija” (top management). Il-Kummissjoni żiedet li, waqt il-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, il-partijiet fl-akkordju ftiehmu, barra minn hekk, dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni tal-mudelli ta’ trakkijiet konformi mal-istandards Euro 3 sa Euro 5 u f’ċerti okkażjonijiet ġie miftiehem li ma jiġux introdotti t-teknoloġiji kkonċernati qabel ċerta data (premessa 75 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija kienu seħħew bejn l‑1997 u l‑2004 (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
37 |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kkunsidrat li, matul perijodu limitat u b’mod parallel mal-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, uffiċjali intermedjarji fis-sede tal-partijiet fl-akkordju kellhom diskussjonijiet li kienu jinkludu, minbarra l-iskambju ta’ informazzjoni teknika, skambji fuq il-prezzijiet u fuq żidiet fil-prezzijiet gross. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għamlet riferiment għal dan il-livell ta’ kuntatti kollużivi bħala “livell inferjuri tas-sede” (lower headquarters level) (premessa 75 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-laqgħat fil-livell inferjuri tas-sede kienu seħħew bejn l‑2000 u l‑2008 (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
38 |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni kkonstatat li, wara l-introduzzjoni tal-Euro u l-introduzzjoni tal-listi ta’ prezzijiet gross fil-livell Ewropew minn kważi l-kostrutturi tat-trakkijiet kollha, il-partijiet fl-akkordju komplew il-koordinazzjoni sistematika tal-intenzjonijiet tagħhom ta’ prezzijiet futuri permezz tas-sussidjarji Ġermaniżi tagħhom. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għamlet riferiment għal dan il-livell ta’ kuntatti kollużivi bħala l-“livell Ġermaniż” (German level meetings). Il-Kummissjoni ppreċiżat li, bl-istess mod bħall-kuntatti tal-ewwel snin tal-akkordju, ir-rappreżentanti tas-sussidjarji Ġermaniżi kienu jiddiskutu żidiet futuri fil-prezzijiet gross, kif ukoll l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, imposti mill-istandards Euro 5 u Euro 6. Huma kienu jiskambjaw ukoll informazzjoni kummerċjali sensittiva oħra. Barra minn hekk, kienu jiskambjaw informazzjoni kummerċjali sensittiva oħra (premessa 76 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni qieset li l-laqgħat fil-livell Ġermaniż kienu seħħew sa mill‑2004 (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). |
3. Applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
a) Ftehimiet u prattiki miftiehma
|
39 |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-provi dokumentali li jinsabu fil-fajl juru li l-kuntatti msemmija iktar ’il fuq kienu jikkonċernaw:
|
|
40 |
Il-Kummissjoni rrilevat li l-partijiet kellhom kuntatti multilaterali fil-livelli differenti u li, xi drabi, huma kellhom kuntatti u laqgħat komuni fil-livelli differenti. Skont il-Kummissjoni, dawn il-kuntatti kienu marbuta bejniethom minħabba l-kontenut tagħhom, bid-data tagħhom, b’riferimenti miftuħa għal xulxin u permezz taċ-ċirkulazzjoni bejniethom tal-informazzjoni miksuba (premessa 213 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
41 |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn l-attivitajiet kienu jikkostitwixxu forma ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li permezz tagħha l-partijiet intenzjonalment issostitwixxew kooperazzjoni prattika bejniethom għar-riskji tal-kompetizzjoni. Skont il-Kummissjoni, l-aġir inkwistjoni kien jieħu l-forma ta’ ftehim jew ta’ prattika miftiehma li fiha l-impriżi kompetitriċi kienu jastjenu milli jiddeterminaw b’mod indipendenti l-politika kummerċjali li huma kellhom l-intenzjoni jadottaw fis-suq, iżda kienu jikkoordinaw pjuttost l-aġir tagħhom fil-qasam tal-prezzijiet permezz ta’ kuntatti diretti u impenjaw ruħhom fid-dewmien ikkoordinat tal-introduzzjoni tat-teknoloġiji (premessa 214 tad-deċiżjoni kkontestata). Skont il-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni sistematika fil-kuntatti kollużivi ħolqot klima ta’ komprensjoni reċiproka tal-politika tat-tariffi tal-partijiet (premessa 215 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
42 |
Il-Kummissjoni rrilevat li Scania kienet tipparteċipa b’mod regolari fil-forom kollużivi differenti matul it-tul kollu tal-ksur u kkonkludiet li l-ksur li fih kienet ipparteċipat Scania kien jieħu l-forma ta’ ftehim u/jew ta’ prattika miftiehma fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (premessa 229 tad-deċiżjoni kkontestata). |
b) Restrizzjoni tal-kompetizzjoni
|
43 |
Il-Kummissjoni rrilevat li l-aġir antikompetittiv, f’dan il-każ, kellu bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni (premessa 236 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
44 |
Skont il-Kummissjoni, l-aspett prinċipali tal-ftehim u tal-prattiki miftiehma kollha li seta’ jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni kien jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-prezzijiet u taż-żidiet fil-prezzijiet gross permezz ta’ kuntatti fuq il-prezzijiet, il-koordinazzjoni tad-data u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-dħul fis-suq tat-trakkijiet ġodda konformi mal-istandards għall-emissjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva fuq il-livell tal-kompetizzjoni (premessa 237 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
45 |
Il-Kummissjoni qieset li Scania kienet ipparteċipat fil-kuntatti kollużivi deskritti fil-punt 39 iktar ’il fuq u li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma kollha li hija kienet ipparteċipat fihom kellhom bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE (premessa 238 u 239 tad-deċiżjoni kkontestata). |
c) Ksur uniku u kontinwu
|
46 |
Il-Kummissjoni qieset li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma bejn Scania u l-partijiet għar-riżolviment kienu jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu li jaqa’ taħt l-Artikolu 101(1) TFUE kif ukoll taħt l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE għall-perijodu bejn is‑17 ta’ Jannar 1997 u t‑18 ta’ Jannar 2011. Il-ksur ikkonsista f’kollużjoni dwar il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross fiż-ŻEE għat-trakkijiet medji u tqal kif ukoll dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal imposti mill-istandards Euro 3 sa Euro 6 (premessa 315 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
47 |
B’mod iktar speċifiku, il-Kummissjoni kkunsidrat li, permezz ta’ kuntatti antikompetittivi, il-partijiet kienu segwew pjan komuni li kellu għan antikompetittiv uniku u li Scania kienet taf jew kellha tkun taf bil-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mill-karatteristiċi essenzjali tan-network ta’ kuntatti kollużivi u kellha l-intenzjoni li tikkontribwixxi għall-akkordju permezz tal-azzjonijiet tagħha (premessa 316 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
48 |
Il-Kummissjoni rrilevat li l-għan antikompetittiv uniku kien jikkonsisti fil-limitazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE. Dan l-għan intlaħaq permezz tal-prattiki li jnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza strateġika bejn il-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni ta’ trakkijiet li josservaw ir-regoli ambjentali (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). |
d) Portata ġeografika tal-ksur
|
49 |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-portata ġeografika tal-ksur kienet testendi għat-territorju kollu taż-ŻEE għall-perijodu kollu tal-ksur (premessa 386 tad-deċiżjoni kkontestata). |
4. Destinatarji
|
50 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni indirizzat id-deċiżjoni kkontestata lil Scania CV AB u lil Scania DE, li hija qieset li huma dawk direttament responsabbli għall-ksur għall-perijodi segwenti:
|
|
51 |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni sostniet ukoll li, matul il-perijodu bejn is‑17 ta’ Jannar 1997 u t‑18 ta’ Jannar 2011, Scania AB kellha, direttament jew indirettament, l-azzjonijiet kollha ta’ Scania CV AB, li, min-naħa tagħha, kellha, direttament jew indirettament, l-azzjonijiet kollha ta’ Scania DE (premessa 411 tad-deċiżjoni kkontestata). Konsegwentement, il-Kummissjoni indikat li kienet qiegħda tindirizza d-deċiżjoni kkontestata wkoll lill-entitajiet segwenti, li jinżammu responsabbli in solidum bħala kumpanniji omm:
|
|
52 |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata kienu l-entitajiet Scania AB, Scania CV AB u Scania DE (premessa 413 tad-deċiżjoni kkontestata). |
5. Kalkolu tal-ammont tal-multa
|
53 |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni applikat il-linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205, iktar ’il quddiem il-“Linji gwida għall-kalkolu tal-multi”). |
a) Ammont bażiku tal-multa
|
54 |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-valur tal-bejgħ, dan ġie kkalkolat abbażi tal-bejgħ ta’ trakkijiet tqal li sar mir-rikorrenti fiż-ŻEE (aġġustat sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tat-territorju taż-ŻEE) fl‑2010 – li hija l-aħħar sena sħiħa tal-ksur (premessa 429 sa 431 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni kkalkolat li dan il-valur kien jammonta għal EUR [kunfidenzjali]. |
|
55 |
Il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tad-daqs tal-valur tal-bejgħ tar-rikorrenti, l-għanijiet ta’ dissważjoni u ta’ proporzjonalità li fuqhom huwa bbażat l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 setgħu jintlaħqu mingħajr l-użu tal-valur totali tal-bejgħ ta’ trakkijiet tqal tar-rikorrenti fl‑2010. Konsegwentement, u skont il-paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra biss parti mill-valur totali tal-bejgħ għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, jiġifieri l-ammont ta’ EUR [kunfidenzjali] (premessa 432 u 433 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni enfasizzat li l-perċentwali tal-valur tal-bejgħ li hija kienet ikkunsidrat għal Scania kien l-istess bħal dak ikkunsidrat fid-deċiżjoni ta’ riżolviment f’dak li jirrigwarda l-partijiet għar-riżolviment (premessa 432 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
56 |
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl, l-ewwel nett, tal-fatt li l-ftehimiet dwar il-koordinazzjoni tal-prezzijiet kienu jinsabu, min-natura tagħhom stess, fost il-ksur l-iktar gravi tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, it-tieni nett, il-fatt li l-akkordju kien jestendi għaż-ŻEE kollha, u, it-tielet nett, tas-sehem tas-suq akkumulat għoli tal-impriżi involuti fl-akkordju (li kien ogħla minn 90 %), il-koeffiċjent ta’ gravità applikat, f’dan il-każ (jiġifieri l-perċentwali tal-valur tal-bejgħ ikkunsidrat), kien jammonta għal 17 % (premessi 434 sa 437 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
57 |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni, billi ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-parteċipazzjoni ta’ Scania fil-ksur, immultiplikat l-ammont li jirriżulta mill-punt 56 iktar ’il fuq b’14, fejn din iċ-ċifra tikkostitwixxi n-numru ta’ snin ta’ din il-parteċipazzjoni (premessa 438 u 439 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
58 |
Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni, konformement mal-paragrafu 25 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi, żiedet l-ammont bażiku b’ammont addizzjonali (taxxa fuq id-dħul), li jammonta għal 17 % tal-valur tal-bejgħ ikkunsidrat (premessa 440 u 441 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
59 |
Abbażi ta’ dawn il-kalkoli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ammont bażiku tal-multa kien jammonta għal EUR 880523000 (premessa 442 tad-deċiżjoni kkontestata). |
b) Ammont finali tal-multa
|
60 |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma jeżistux ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti li jistgħu jbiddlu l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Scania (premessa 444 tad-deċiżjoni kkontestata). Għaldaqstant, hija kkonkludiet li l-ammont finali tal-multa kien jammonta għal EUR 880523000 u li dan l-ammont ma kienx jaqbeż il-limitu massimu legali ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ Scania (premessa 445 sa 447 tad-deċiżjoni kkontestata). |
6. Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata
|
61 |
Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jiddikjara kif ġej: “Artikolu 1 L-entitajiet ġuridiċi segwenti ta’ Scania, billi ftiehmu fuq il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross fiż-ŻEE għat-trakkijiet medji u tqal u dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għat-trakkijiet medji u tqal, imposti mill-istandards Euro 3 sa 6, kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 [tal-Ftehim] ŻEE matul il-perijodi li ġejjin:
Artikolu 2 Għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1, huma imposti l-multi li ġejjin: EUR 880523000 flimkien u in solidum ma’ Scania AB (publ) u Scania CV AB (publ) li Scania DE qed tinżamm responsabbli flimkien u in solidum [għall-]ħlas ta’ EUR 440003282. […]” |
II. Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet
|
62 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑11 ta’ Diċembru 2017, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors. |
|
63 |
Permezz ta’ ittra tal‑20 ta’ Frar 2019, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali informa lill-partijiet bl-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura. |
|
64 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑11 ta’ Marzu 2019, ir-rikorrenti ressqu talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali. Il-Kummissjoni ma ħaditx pożizzjoni fuq iż-żamma ta’ seduta fit-terminu stabbilit. |
|
65 |
Peress li l-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lill-Għaxar Awla, li lilha, konsegwentement, ġiet assenjata din il-kawża. |
|
66 |
Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura. |
|
67 |
Fuq proposta tal-Għaxar Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, li tirrinvija l-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż. |
|
68 |
Fil-kuntest tal-kriżi sanitarja marbuta mal-COVID-19, is-seduta prevista għat‑2 ta’ April 2020 ġiet posposta. |
|
69 |
Minħabba l-impediment ta’ Membru tal-Għaxar Awla Estiża, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali sabiex jikkompleta l-Għaxar Awla Estiża u sabiex jeżerċita, għalhekk, il-funzjoni ta’ President tagħha. |
|
70 |
Permezz ta’ ittra tal‑5 ta’ Ġunju 2020, ir-rikorrenti, abbażi tal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, talbu l-ommissjoni, fil-konfront tal-pubbliku, ta’ ċerta informazzjoni li tinsab fir-rapport tas-seduta. Permezz ta’ ittra tal-istess jum, il-Kummissjoni, fuq l-istess bażi, talbet l-ommissjoni fil-konfront tal-pubbliku ta’ ċerta informazzjoni li tinsab, b’mod partikolari, fir-rapport tas-seduta u fis-sentenza li tagħlaq l-istanza. |
|
71 |
Permezz ta’ ittra tal‑5 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 109(2) tar-Regoli tal-Proċedura, talbet li s-seduta tinstema’ bil-magħluq. Ir-rikorrenti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din it-talba fid‑9 ta’ Ġunju 2020. |
|
72 |
Fit‑12 ta’ Ġunju 2020, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li s-seduta tkun in camera. |
|
73 |
Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat‑18 ta’ Ġunju 2020. |
|
74 |
Waqt is-seduta, il-Qorti Ġenerali indikat lill-partijiet li hija kienet tqis neċessarju għar-riżolviment ta’ tilwim li hija teżamina ċerti dokumenti msemmija fid-deċiżjoni kkontestata. |
|
75 |
Wara preċiżazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, f’ittra tat‑23 ta’ Ġunju 2020, dwar il-kontenut u s-sistema legali tad-dokumenti msemmija fil-punt 74 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ digriet tal‑14 ta’ Lulju 2020, adottat miżura istruttorja u miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li titlob lill-Kummissjoni tipproduċi l-imsemmija dokumenti. Il-Kummissjoni kkonformat mat-talba tal-Qorti Ġenerali fit-terminu stabbilit. |
|
76 |
Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet fis‑26 ta’ Ottubru 2020. |
|
77 |
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
78 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
III. Id-dritt
A. Fuq l-ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku
|
79 |
Il-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tal‑5 ta’ Ġunju 2020 (ara l-punt 70 iktar ’il fuq), talbet l-ommissjoni fil-konfront tal-pubbliku, b’mod partikolari, tal-informazzjoni li l-partijiet għar-riżolviment kienu talbuha tħalli barra mill-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Kummissjoni informat lill-Qorti Ġenerali li, fir-rigward ta’ dawn l-aħħar talbiet, il-partijiet għar-riżolviment kienu adixxew lill-uffiċjal tas-seduta abbażi tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni tat‑13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU 2011, L 275, p. 29) u li, f’dak iż-żmien, l-uffiċjal tas-seduta kien għadu ma ħax deċiżjoni dwar it-talbiet imsemmija iktar ’il fuq tal-partijiet għar-riżolviment. |
|
80 |
Il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, għandha tirrikonċilja l-prinċipju ta’ pubbliċità tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għall-protezzjoni tas-sigriet professjonali, billi tieħu inkunsiderazzjoni wkoll id-dritt tal-pubbliku li jkollu aċċess skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 15 TFUE, għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal‑5 ta’ Ottubru 2020, Broughton vs Eurojust, T‑87/19, mhux ippubblikata, EU:T:2020:464, punt 49). |
|
81 |
Fil-kuntest ta’ dan l-eżerċizzju ta’ konċiljazzjoni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, f’dan il-każ, fir-rigward tal-verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din is-sentenza, li tipproċedi bl-anonimità tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi u li taħbi l-isem ta’ persuni ġuridiċi minbarra r-rikorrenti. Hija ddeċidiet ukoll li taħbi ċerta informazzjoni dwar, b’mod partikolari, il-mekkaniżmu ta’ ffissar tal-prezzijiet fi ħdan Scania u l-kalkolu tal-multa imposta fuqha, li l-ħabi tagħha ma jaffettwax il-komprensjoni tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sentenza. |
|
82 |
Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma taħbix, fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sentenza, l-informazzjoni msemmija fit-talbiet tal-partijiet għar-riżolviment indirizzati lill-Kummissjoni (ara l-punt 79 iktar ’il fuq). Fil-fatt, parti minn din l-informazzjoni tista’ tiġi dedotta mill-kontenut tad-dokumenti ppubblikati fuq is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali “Kompetizzjoni” tal-Kummissjoni u għalhekk taqa’ taħt id-dominju pubbliku. Ċerta informazzjoni oħra tikkostitwixxi sempliċement klassifikazzjonijiet ġuridiċi tal-aġir tal-partijiet għar-riżolviment u ta’ Scania jew jipprovdu preċiżazzjonijiet fattwali dwar dan l-aġir. Il-ħabi ta’ din l-informazzjoni jaffettwa l-interpretazzjoni mill-pubbliku tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali. |
|
83 |
Il-fatt, invokat mill-Kummissjoni, li l-uffiċjal tas-seduta għadu ma ddeċidiex fuq it-talbiet tal-partijiet għar-riżolviment, ma jaffettwax l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, l-evalwazzjoni tal-uffiċjal tas-seduta hija intiża għall-istabbiliment tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, tikkonċerna l-istabbiliment tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sentenza. Dawn iż-żewġ evalwazzjonijiet għandhom, għalhekk, għanijiet differenti u, għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali għandha tipproċedi indipendentement mill-iżvolġiment tal-proċedura quddiem l-uffiċjal tas-seduta. |
B. Fuq il-mertu
|
84 |
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti qajmu disa’ motivi. |
|
85 |
Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-preżunzjoni tal-innoċenza li jirriżulta, b’mod partikolari, mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-kuntest tat-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u tal-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003, ir-rikorrenti essenzjalment jilmentaw li l-Kummissjoni rrifjutatilhom l-aċċess għar-risposti kollha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ippreżentati minn [kunfidenzjali] u minn [kunfidenzjali]. |
|
86 |
It-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motiv, ibbażati, b’mod partikolari, fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, jirrigwardaw, essenzjalment, il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza, f’dan il-każ, ta’ ksur uniku u kontinwu u l-imputazzjoni tiegħu lil Scania. |
|
87 |
Fil-kuntest tat-tmien motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kif ukoll tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni imponitilhom multa li tirrigwarda aġir suġġett għal preskrizzjoni u, fi kwalunkwe każ, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-imsemmi aġir ma kienx kontinwu. |
|
88 |
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-ammont tal-multa. Abbażi ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jitolbu wkoll lill-Qorti Ġenerali, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa, skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003. |
1. Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-preżunzjoni tal-innoċenza
|
89 |
Insostenn tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li d-deċiżjoni ta’ riżolviment u d-deċiżjoni kkontestata, li ġew adottati abbażi tal-istess oġġezzjonijiet imqajma fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata kemm lill-partijiet għar-riżolviment kif ukoll lir-rikorrenti, jikkonċernaw l-istess akkordju allegat u jibbażaw ruħhom, it-tnejn li huma, fuq l-istess fatti u provi. |
|
90 |
Abbażi ta’ din il-premessa, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom kif stabbiliti fl-Artikolu 48(2) tal-Karta u fl-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-Kummissjoni kienet ipproċediet, fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, għall-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti u kienet ikklassifikat bħala ksur l-aġir li Scania kienet ipparteċipat fih qabel ma hija kellha l-possibbiltà li teżerċita b’mod effikaċi d-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
91 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li twettaq eżami diliġenti u imparzjali li jirriżulta mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta, sa fejn, peress li adottat id-deċiżjoni ta’ riżolviment qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, hija ma kinitx iktar f’pożizzjoni li turi imparzjalità u li tevalwa oġġettivament il-provi u l-argumenti mressqa minn Scania fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
92 |
Ir-rikorrenti jżidu li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, lanqas eżami komplet mill-Qorti Ġenerali tal-provi li fuqhom tibbaża ruħha l-Kummissjoni u li jinsabu fil-fajl tagħha ma jista' jirrimedja l-ksur imwettaq b’dan il-mod tal-Artikolu 41(1) tal-Karta. |
|
93 |
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza li r-rispett tagħha huwa ggarantit mill-Artikolu 48(1) tal-Karta. B’mod iktar speċifiku, huma jsostnu li d-deċiżjoni ta’ riżolviment tiddefinixxi l-pożizzjoni finali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istess fatti bħal dawk imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u tikkonkludi li dawn il-fatti, li Scania kienet ipparteċipat fit-twettiq tagħhom ukoll, jikkostitwixxu ksur. Din id-dikjarazzjoni tmur lil hinn mis-sempliċi evokazzjoni ta’ responsabbiltà eventwali ta’ Scania u għalhekk tikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza li għandha tibbenefika minnu Scania sal-prova kuntrarja, li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni. |
|
94 |
Skont ir-rikorrenti, li jiġi kkunsidrat li l-ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza huwa irrilevanti peress li ma jwassalx lill-Kummissjoni sabiex tagħti deċiżjoni “ħażina”, jiġifieri deċiżjoni li fiha l-konstatazzjoni tal-ksur ma hijiex debitament issostanzjata bi provi, fil-prattika jwassal sabiex din il-preżunzjoni tiġi mċaħħda mill-kontenut jew mill-għan tagħha, peress li, jekk il-parti rikorrenti setgħet turi li d-deċiżjoni kienet żbaljata, hija ma jkollhiex għalfejn tinvoka xi preġudizzju għall-ekwità tal-proċedura. |
|
95 |
Ir-rikorrenti jikkonkludu li, minħabba l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma setgħetx tadotta din tal-aħħar kontra Scania b’imparzjalità sħiħa u mingħajr ma tipproċedi b’mod irreparabbli għal ksur tad-dritt tagħha għal smigħ u ta’ preżunzjoni tal-innoċenza fil-konfront tagħha. |
|
96 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti u titlob li l-ewwel motiv jiġi miċħud. |
|
97 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat, hekk kif ir-rikorrenti kkonfermaw waqt is-seduta bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, li, fil-kuntest tal-ewwel motiv, huma jikkontestaw in-natura “ibrida” tal-proċedura segwita mill-Kummissjoni, li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, wasslet għall-ksur allegat, jiġifieri, il-ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, tad-dmir ta’ imparzjalità u tad-drittijiet tad-difiża ta’ Scania li kienet irtirat mill-proċedura ta’ riżolviment. B’mod partikolari, il-fatt li ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ riżolviment qabel id-deċiżjoni kkontestata jaggrava dan il-ksur. |
|
98 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 773/2004, intitolat “Proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli”, jipprevedi: “1. Wara li jibdew il-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi skadenza li fiha l-partijiet jistgħu jindikaw li huma lesti li jidħlu għal diskussjonijiet għar-riżolviment bil-ħsieb li possibilment ikunu introdotti s-sottomissjonijiet għar-riżolviment. Il-Kummissjoni m’għandhiex tkun obbligata tikkunsidra t-tweġibiet riċevuti wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien. [...] 2. Il-partijiet li jkunu qed jieħdu sehem fid-diskussjonijiet għar-riżolviment jistgħu jiġu infurmati mill-Kummissjoni b’:
[...] Jekk isir progress fid-diskussjonijiet għar-riżolviment, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih il-partijiet jistgħu jkunu kommessi jsegwu l-proċedura għar-riżolviment billi jressqu sottomissjonijiet għar-riżolviment li jirriflettu r-riżultati tad-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment u jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur ta’ l-Artikolu 101 [TFUE] kif ukoll ir-responsabbiltà tagħhom. […] Qabel ma l-Kummissjoni tistabbilixxi l-limitu taż-żmien għall-introduzzjoni ta' sottomissjonijiet ta' riżolviment, il-partijiet konċernati jkunu intitolati li jkollhom l-informazzjoni speċifikata fl-ewwel subparagrafu, żvelata lilhom, fuq talba, fil-ħin. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet ta' riżolviment wara l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien. […] 3. Meta d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet innotifikata lill-partijiet tkun tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet għar-riżolviment, it-tweġiba bil-miktub għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, għandha tikkonferma li d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lilhom tkun tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment. Il-Kummissjoni tista’ imbagħad tipproċedi biex tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament […] Nru 1/2003 wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Ristrettivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti skond l-Artikolu 14 tar-Regolament […] Nru 1/2003. 4. Il-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin tista’ tiddeċiedi li twaqqaf għal kollox il-proċedura dwar d-diskussjonijiet għar-riżolviment għall-każ speċifiku jew fir-rigward ta’ parti jew [ta'] partijiet speċifiċi involuti, jekk din tikkunsidra li aktarx li ma jinkisbux l-effiċjenzi proċedurali.” |
|
99 |
Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix, u ma teskludix, il-possibbiltà għall-Kummissjoni li ssegwi proċedura “ibrida” fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE. |
|
100 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali diġà ammettiet li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tirrikorri għal tali proċedura “ibrida” u li tapplika proċedura ta’ riżolviment fir-rigward ta’ impriżi li jippreżentaw sottomissjonijiet għar-riżolviment, filwaqt li ssegwi l-proċedura rregolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament Nru 773/2004, minflok dawk li huma rregolati mill-proċedura ta’ riżolviment, fir-rigward ta’ impriżi li ma jixtiqux jippreżentaw tali sottomissjonijiet għar-riżolviment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2015, Timab Industries u CFPR vs Il‑Kummissjoni, T‑456/10, EU:T:2015:296, punti 70, 71 u 104, ikkonfermata fl-appell mis-sentenza tat‑12 ta’ Jannar 2017, Timab Industries u CFPR vs Il‑Kummissjoni, C‑411/15 P, EU:C:2017:11, punti 119 u 136). |
|
101 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali vvalidat ukoll il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tadotta, inizjalment, deċiżjoni ta’ riżolviment fir-rigward tal-partijiet li ddeċidew li jagħmlu riżolviment u, fit-tieni lok, deċiżjoni wara l-proċedura ordinarja fir-rigward tal-partijiet li ddeċidew li ma jagħmlux riżolviment, bil-kundizzjoni madankollu li hija tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, b’mod partikolari meta l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment ma teħtieġx li tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-parti li ma tipparteċipax fir-riżolviment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2017, Icap et vs Il‑Kummissjoni, T‑180/15, EU:T:2017:795, punti 265 sa 268, ikkonfermata fl-appell mis-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2019, Il‑Kummissjoni vs Icap etC‑39/18 P, EU:C:2019:584). |
|
102 |
Kif issostni l-Kummissjoni, il-posponiment jew l-abbandun ta’ kull proċedura ta’ riżolviment minħabba li waħda mill-impriżi kkonċernati, bħal f’dan il-każ, Scania, li rtirat minn din il-proċedura, imur kontra l-għan imfittex mill-proċedura ta’ riżolviment, kif stabbilit fil-premessa 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat‑30 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament Nru 773/2004 fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli (ĠU 2008, L 171, p. 3), li jiżgura trattament iktar rapidu u effikaċi tal-kawża mal-impriżi li jkunu għażlu li jagħmlu riżolviment. Madankollu, l-osservanza tal-imsemmi għan ma għandhiex tippreġudika r-rekwiżiti marbuta mal-osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dmir ta’ imparzjalità. |
|
103 |
Iċ-ċirkustanzi tal-każ, enfasizzati mir-rikorrenti matul is-seduta, jiġifieri l-fatt li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kompleta kienet intbagħtet lill-partijiet kollha u li dawn kienu kisbu l-aċċess sħiħ għall-fajl tal-investigazzjoni, ma jippermettix li jiġi konkluż, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, li r-rikors mill-Kummissjoni għall-proċedura “ibrida” skaduta fiż-żmien ma ppermettiex li jiġi ssodisfatt tali għan ta’ ħeffa u ta’ effikaċja. Fil-fatt, dan l-għan huwa msemmi wkoll minn ċirkustanzi oħra speċifiċi għal proċedura ta’ riżolviment bħalma huma r-rikonoxximent inekwivoku mill-partijiet għar-riżolviment tar-responsabbiltà tagħhom għall-ksur, l-aċċettazzjoni tal-eżerċizzju limitat tad-dritt tad-difiża tagħhom kif ukoll il-firxa tal-multi (ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (ĠU 2008, C 167, p. 1), punti 20 u 21). |
|
104 |
Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li jsostnu, essenzjalment, ir-rikorrenti, il-proċeduri “ibridi” fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, li fihom l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment u tad-deċiżjoni wara l-proċedura ordinarja huma mifruxa fiż-żmien, fihom infushom ma jwasslux, fiċ-ċirkustanzi kollha, għal ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza, tad-drittijiet tad-difiża jew tad-dmir ta’ imparzjalità u ma għandhomx bħala konsegwenza inevitabbli li dawn il-prinċipji u dawn id-drittijiet jinkisru, kif jirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 100 u 101 iktar ’il fuq. |
|
105 |
Minn dan isegwi li l-Kummissjoni għandha d-dritt li tirrikorri għal tali proċedura “ibrida” billi tadotta d-deċiżjoni ta’ riżolviment qabel id-deċiżjoni kkontestata, bil-kundizzjoni, madankollu, li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ ta’ dawn il-prinċipji u d-drittijiet. |
|
106 |
Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni osservatx il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dmir tagħha ta’ imparzjalità fir-rigward ta’ Scania kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
107 |
Ir-rikorrenti jibbażaw l-ilmenti tagħhom fuq l-ewwel motiv, prinċipalment fuq il-premessa li d-deċiżjoni ta’ riżolviment u d-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq l-istess fatti u fuq l-istess provi. Huma jagħmlu riferiment, f’dan ir-rigward, għall-fatti relatati mal-aġir tal-partijiet għar-riżolviment, bħal dawk esposti fil-punt 3 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, iżda “jinvolvu neċessarjament lil Scania” b’mod li ċ-ċirku ta’ impriżi li l-aġir tagħhom kien ġie legalment ikklassifikat fid-deċiżjoni ta’ riżolviment ma huwiex limitat għad-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni, iżda jinkludi wkoll lil Scania. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza jirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni ta’ riżolviment u d-deċiżjoni kkontestata ġew adottati fuq il-bażi tal-istess oġġezzjonijiet imqajma fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata kemm lill-partijiet għar-riżolviment kif ukoll lir-rikorrenti. |
|
108 |
Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni ta’ riżolviment ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, għandu jitfakkar li l-imsemmi prinċipju jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li llum il-ġurnata huwa stabbilit fl-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li japplika għall-proċeduri relatati ma’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ penalità (ara s-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2012, E.ON Energie vs Il‑Kummissjoni, C‑89/11 P, EU:C:2012:738, punti 72 u 73 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
109 |
L-Artikolu 48 tal-Karta jikkorrispondi għall-Artikolu 6(2) u (3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta. Minn dan isegwi, konformement mal-Artikolu 52(3) tal-Karta, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 6(2) u (3) tal-KEDB għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 48 tal-Karta, bħala limitu minimu ta’ protezzjoni u li wieħed għandu jiġi ggwidat mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Qorti EDB”) dwar l-Artikolu 6(2) tal-KEDB (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Settembru 2019, AH et (preżunzjoni tal-innoċenza),C‑377/18, EU:C:2019:670, punti 41 u 42). Fil-fatt, l-Artikolu 52(3) tal-Karta jimponi li d-drittijiet inklużi fiha li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEDB, jingħataw l-istess tifsira u l-istess portata bħal dawk li tagħtihom l-imsemmija konvenzjoni (ara s-sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2013, Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni, C‑501/11 P, EU:C:2013:552, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
110 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenza tal-Qorti EDB tas‑27 ta’ Settembru 2011, A. Menarini Diagnostics S.R.L. vs L‑Italja (CE:ECHR:2011:0927JUD004350908, punti 39 sa 44), dwar sanzjoni imposta mill-awtorità Taljana li tirregola l-kompetizzjoni minħabba prattiki antikompetittivi analogi għal dawk li kienu akkużati bihom ir-rikorrenti, il-Qorti EDB qieset li, fid-dawl tal-ammont għoli tal-multa imposta, is-sanzjoni kienet taqa’, minħabba s-severità tagħha, taħt il-qasam kriminali. Madankollu, il-Qorti EDB ddeċidiet ukoll li n-natura ta’ proċedura amministrattiva, bħal dik inkwistjoni f’din is-sentenza, setgħet tvarja, taħt diversi aspetti, min-natura ta’ proċedura kriminali fis-sens strett tat-terminu. Għalkemm dawn id-differenzi ma jistgħux jeżentaw lill-Istati kontraenti mill-obbligu tagħhom li josservaw il-garanziji kollha offruti mill-aspett kriminali tal-Artikolu 6 tal-KEDB, huma jistgħu, madankollu, jinfluwenzaw il-modalitajiet tal-applikazzjoni tagħhom (sentenza tal-Qorti EDB, tas‑27 ta’ Settembru 2011, A. Menarini Diagnostics S.R.L. vs L‑Italja, CE:ECHR:2011:0927JUD004350908, punt 62; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB, tat‑23 ta’ Novembru 2006, Jussila vs Il‑Finlandja, CE:ECHR:2006:1123JUD007305301, punt 43). |
|
111 |
Il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza jimplika li kull persuna akkużata hija preżunta innoċenti sakemm ma tiġix ippruvata l-ħtija tagħha skont il-liġi. Dan il-prinċipju, għalhekk, jipprekludi kwalunkwe konstatazzjoni formali kif ukoll kwalunkwe allużjoni li għandhom bħala għan ir-responsabbiltà ta’ persuna akkużata bi ksur partikolari f’deċiżjoni li ttemm l-azzjoni, mingħajr ma din il-persuna tkun ingħatat l-opportunità sabiex tibbenefika mill-garanziji kollha li huma inerenti fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest ta’ proċediment li jsegwi l-kors normali tiegħu u li jwassal għal deċiżjoni dwar il-fondatezza tal-kontestazzjoni (ara s-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2017, Icap et vs Il‑Kummissjoni, T‑180/15, EU:T:2017:795, punt 257 u l-ġurisprudenza ċċitata, ikkonfermata fl-appell mis-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2019, Il‑Kummissjoni vs Icap et, C‑39/18 P, EU:C:2019:584). |
|
112 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti EDB ikkunsidrat li l-espressjoni prematura tal-ħtija ta’ persuna ssuspettata f’sentenza mogħtija kontra persuni ssuspettati akkużati b’mod separat tista’ wkoll, teoretikament, tippreġudika l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza (ara s-sentenza tal-Qorti EDB, tas‑27 ta’ Frar 2014, Karaman vs Il‑Ġermanja, CE:ECHR:2014:0227JUD001710310, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
113 |
Skont il-Qorti EDB, il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza jinkiser jekk deċiżjoni ġudizzjarja jew dikjarazzjoni uffiċjali dwar akkużat tkun tinkludi dikjarazzjoni ċara, magħmula fl-assenza ta’ kundanna definittiva, li tgħid li l-persuna kkonċernata wettqet ir-reat inkwistjoni. F’dan il-kuntest, din il-qorti enfasizzat l-importanza tal-għażla tal-kliem użat mill-awtoritajiet ġudizzjarji kif ukoll taċ-ċirkustanzi partikolari li fihom dan ġie fformulat u, min-naħa l-oħra, tan-natura u tal-kuntest tal-proċedura inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB, tas‑27 ta’ Frar 2014, Karaman vs Il‑Ġermanja, CE:ECHR:2014:0227JUD001710310, punt 63). |
|
114 |
Il-Qorti EDB irrikonoxxiet li, fil-proċeduri kriminali kumplessi fejn kienu involuti diversi persuni ssuspettati li ma setgħux jiġu ġġudikati flimkien, jista' jkun il-każ li l-qorti nazzjonali jkollha, imperattivament, sabiex tevalwa l-ħtija tal-akkużati, issemmi l-parteċipazzjoni ta’ terzi li forsi jiġu ġġudikati separatament sussegwentement. Hija ppreċiżat, madankollu, li, jekk il-fatti dwar l-involviment ta’ terzi kellhom jiġu introdotti, il-qorti kkonċernata kellha tevita li tikkomunika iktar informazzjoni milli kien neċessarju għall-analiżi tar-responsabbiltà legali tal-persuni li jkunu mħarrka quddiemha. Barra minn hekk, din l-istess qorti enfasizzat li l-motivazzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji għandha tiġi fformulata f’termini li huma ta’ natura li jevitaw sentenza prematura potenzjali dwar il-ħtija tal-persuni terzi kkonċernati, li tista’ tikkomprometti l-eżami ekwu tal-akkużi magħmula kontrihom fil-kuntest ta’ proċedura distinta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB, tas‑27 ta’ Frar 2014, Karaman vs Il‑Ġermanja, CE:ECHR:2014:0227JUD001710310, punti 64 u 65; ara, ukoll, is-sentenza tal-Qorti EDB, tat‑23 ta’ Frar 2016, Navalnyy u Ofitserov vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2016:0223JUD004663213, punt 99). |
|
115 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti EDB, preġudizzju għal preżunzjoni ta’ innoċenza jista’ joriġina mhux biss minn Imħallef jew Qorti Ġenerali, iżda wkoll minn awtoritajiet pubbliċi oħra (ara s-sentenza tal-Qorti EDB, tal‑15 ta’ Marzu 2011, Begu vs Ir‑Rumanija, CE:ECHR:2011:0315JUD002044802, punt 126 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
116 |
F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat, bi qbil mal-Kummissjoni, li ebda waħda mis-siltiet tad-deċiżjoni ta’ riżolviment imressqa mir-rikorrenti ma tinkludi riferiment jew allużjoni għal Scania, li minnha jirriżulta li l-Kummissjoni kienet, fil-mument tal-adozzjoni tagħha, diġà ppreġudikat ir-responsabbiltà tagħha fil-kuntest ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE. |
|
117 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jitfakkar il-kontenut tal-premessa 4 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, li tipprevedi dan li ġej: “Fl‑20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni bdiet proċedura skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 kontra d-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni u diversi entitajiet ta’ impriża oħra. Din l-impriża ma ppreżentatx proposta ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament Nru 773/2004. Fid-data ta’ din id-deċiżjoni [ta’ riżolviment], il-proċedura amministrattiva mibdija kontra din l-impriża skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003 hija pendenti. Sabiex titneħħa kull ambigwità, din id-Deċiżjoni [ta’ riżolviment] ma tagħmel l-ebda konstatazzjoni dwar din l-impriża fir-rigward tal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea.” |
|
118 |
Għalhekk, fil-premessa 4 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, il-Kummissjoni kienet impliċitament issemmi lil Scania, minn naħa, bħala impriża li kontrieha l-proċedura amministrattiva bbażata fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003 kienet pendenti u, min-naħa l-oħra, billi indikat li d-deċiżjoni ta’ riżolviment ma kienet tifformula l-ebda konklużjoni li tikkonċernaha fir-rigward ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Madankollu, tali riferiment għandu jiġi kklassifikat l-iktar l-iktar bħala emanazzjoni ta’ suspett ta’ responsabbiltà ta’ Scania, li għad trid tiġi stabbilita, li ma tikkostitwixxix ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti EDB, tas‑27 ta’ Frar 2014, Karaman vs Il‑Ġermanja, CE:ECHR:2014:0227JUD001710310, punt 63, u tal‑31 ta’ Ottubru 2017, Bauras vs Il‑Litwanja, CE:ECHR:2017:1031JUD005679513, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
119 |
Madankollu, it-tieni nett, anki jekk l-eżistenza ta’ tali riferiment espliċitu fid-deċiżjoni ta’ riżolviment fl-assenza, f’dan l-istadju, ta’ konklużjoni dwar ir-responsabbiltà ta’ Scania skont l-Artikolu 101 TFUE turi r-rieda tal-Kummissjoni li tikkonforma mal-obbligu tagħha li tirrispetta l-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB, tas‑27 ta’ Frar 2014, Karaman vs Il‑Ġermanja, CE:ECHR:2014:0227JUD001710310, punti 67, 69 u 70, u tal‑31 ta’ Ottubru 2017, Bauras vs Il‑Litwanja, CE:ECHR:2017:1031JUD005679513, punt 54), jiġifieri li tindika b’mod ċar li Scania kienet ikkonċernata minn proċedura distinta pendenti u li r-responsabbiltà tagħha kienet għadha ma ġietx stabbilita legalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Settembru 2019, AH et (preżunzjoni ta’ innoċenza),C‑377/18, EU:C:2019:670, punt 45), din ma hijiex biżżejjed, waħedha, sabiex jiġi eskluż il-ksur ta’ dan il-prinċipju, hekk kif il-Kummissjoni ammettiet, essenzjalment, waqt is-seduta. |
|
120 |
Għalhekk, sabiex tiġi mistħarrġa l-osservanza tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, għandha tiġi analizzata wkoll il-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment kollha kemm hi fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari li fihom din ġiet adottata sabiex jiġi vverifikat li siltiet oħra ta’ din id-deċiżjoni li jistgħu jinftiehmu bħala espressjoni prematura tar-responsabbiltà ta’ Scania fil-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ma jrendux mingħajr skop ir-riferiment espliċitu għall-assenza tal-konklużjoni dwar ir-responsabbiltà tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Settembru 2019, AH et (preżunzjoni ta’ innoċenza).C‑377/18, EU:C:2019:670, punt 46). |
|
121 |
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jagħmlu riferiment għall-punt 3 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, iddedikat għad-deskrizzjoni tal-aġir tad-destinatarji tagħha, u b’mod iktar partikolari għal ċerti siltiet li fihom il-Kummissjoni ddeskriviet l-aġir li fih ipparteċipaw “fost oħrajn” id-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni (premessi 47 u 60 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment). |
|
122 |
Il-Kummissjoni sostniet, waqt is-seduta, li dawn ir-riferimenti ma kellhomx jinftiehmu bħala li jagħmlu riferiment, impliċitament, għal Scania, anki jekk jinqraw flimkien mal-premessa 4 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment. Ir-rikorrenti ma ppreżentawx argumenti ta’ natura li jikkonfutaw din l-interpretazzjoni tal-premessi 47 u 60 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment. |
|
123 |
Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li, billi fid-deċiżjoni ta’ riżolviment tagħmel riferiment għall-aġir “fost l-oħrajn” tad-destinatarji tagħha, il-Kummissjoni kienet qiegħda tagħmel riferiment impliċitament, b’mod partikolari, għal Scania, tali riferiment ma jikkonċernax ir-responsabbiltà tagħha fil-ksur inkwistjoni fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 111 iktar ’il fuq, iżda, l-iktar l-iktar, il-parteċipazzjoni tagħha f’ċertu aġir ikkonstatat fir-rigward tal-partijiet għar-riżolviment. Għaldaqstant, hija ma tikkostitwixxix dikjarazzjoni “ċara”, magħmula fl-assenza ta’ kundanna definittiva, li tgħid li Scania wettqet il-ksur inkwistjoni fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 113 iktar ’il fuq. |
|
124 |
Fil-fatt, fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, il-Kummissjoni wettqet, kif hija ssostni, il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, kif irrikonoxxuti mid-destinatarji tagħha bħala li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 101 TFUE u fformulat, fil-punt 4 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, konklużjonijiet dwar ir-responsabbiltà f’dan il-ksur fir-rigward biss tad-destinatarji tad-deċiżjoni ta’ riżolviment. |
|
125 |
Ir-rikorrenti jsostnu, madankollu, li ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza ta’ Scania jirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni ta’ riżolviment tiddefinixxi l-pożizzjoni finali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istess fatti bħal dawk imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u tikkonkludi li dawn il-fatti, li fit-twettiq tagħhom Scania kienet ipparteċipat ukoll, jikkostitwixxu ksur. Skont ir-rikorrenti, din id-dikjarazzjoni tmur lil hinn mis-sempliċi dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà eventwali ta’ Scania. |
|
126 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-fatti kkunsidrati fid-deċiżjoni ta’ riżolviment huma dawk irrikonoxxuti mill-partijiet għar-riżolviment, kif jirriżulta mill-premessa 3 tagħha. |
|
127 |
Is-sempliċi fatt li d-destinatarji tad-deċiżjoni ta’ riżolviment ammettew il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur u rrikonoxxew il-ħtija tagħhom, ma jistax iwassal għar-rikonoxximent impliċitu tar-responsabbiltà ta’ Scania minħabba l-parteċipazzjoni eventwali tagħha f’dawn l-istess fatti, u b’hekk ittrasformat awtomatikament, de facto u de jure, il-konklużjonijiet magħmula fir-rigward tal-partijiet għar-riżolviment f’forma ta’ “verdett moħbi” tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ Scania (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2019, Pometon vs Il‑Kummissjoni, T‑433/16, EU:T:2019:201, punt 68). |
|
128 |
Madankollu, rikonoxximent ta’ ħtija mill-partijiet fl-akkordju li pparteċipaw fil-proċedura ta’ riżolviment jikkostitwixxi ċirkustanza li tista’ taffettwa l-fatti relatati mal-parteċipazzjoni ta’ “impriża oħra” issuspettata li pparteċipat fl-istess akkordju, fil-każ ta’ Scania (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2019, Pometon vs Il‑Kummissjoni, T‑433/16, EU:T:2019:201, punt 92, ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti EDB, tat‑23 ta’ Frar 2016, Navalnyy u Ofitserov vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2016:0223JUD004663213, punt 103). Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-fatti ammessi mill-partijiet għar-riżolviment ma jkunux aċċettati fir-rigward ta’ parti li ma tiħux sehem f’din il-proċedura, bħal Scania, mingħajr eżami sħiħ u adegwat matul il-proċedura ordinarja fid-dawl tal-argumenti u l-provi ppreżentati minn dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti EDB, tat‑23 ta’ Frar 2016, Navalnyy u Ofitserov vs Ir‑Russja, CE:ECHR:2016:0223JUD004663213, punti 103 sa 105, u tal‑31 ta’ Ottubru 2017, Bauras vs Il‑Litwanja, CE:ECHR:2017:1031JUD005679513, punt 53). |
|
129 |
F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ordinarja, l-impriża kkonċernata u l-Kummissjoni jinstabu, fir-rigward tal-proċedimenti ta’ riżolviment, f’sitwazzjoni msejħa “tabula rasa”, fejn ir-responsabbiltajiet għad għandhom jiġu stabbiliti. B’hekk, waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward ta’ Scania wara l-proċedura amministrattiva ordinarja, minn naħa, il-Kummissjoni kienet marbuta biss bid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u, min-naħa l-oħra, hija kienet obbligata, b’osservanza tal-prinċipju ta' kontradittorju, li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi l-informazzjoni u l-argumenti kollha mressqa minn Scania fl-okkażjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għal smigħ tagħha, b’tali mod li hija kienet obbligata teżamina mill-ġdid dawn l-elementi fil-fajl (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2015, Timab Industries u CFPR vs Il‑Kummissjoni, T‑456/10, EU:T:2015:296, punti 90, 96 u 107, ikkonfermata fl-appell mis-sentenza tat‑12 ta’ Jannar 2017, Timab Industries u CFPR vs Il‑Kummissjoni, C‑411/15 P, EU:C:2017:11, punti 119 u 136). |
|
130 |
Barra minn hekk, klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tal-partijiet għar-riżolviment ma tippreżupponix fiha nnifisha li l-istess klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti hija neċessarjament użata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ Scania fi tmiem il-proċedura distinta li tikkonċernaha, kif enfasizzat il-Kummissjoni fil-premessa 366 tad-deċiżjoni kkontestata u kkonfermat waqt is-seduta bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, xejn ma jipprekludi lill-Kummissjoni milli tikkonstata li parti waħda fi ftehim jew prattika miftiehma hija responsabbli skont l-Artikolu 101 TFUE, filwaqt li l-oħra ma hijiex (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 tal Lulju 2018, ABB vs Il‑Kummissjoni, T‑445/14, mhux ippubblikata, EU:T:2018:449, punti 177 sa 179 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
131 |
Fir-rigward tal-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza jirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni ta’ riżolviment u d-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq l-istess provi, il-Kummissjoni tammetti li teżisti ċerta sovrappożizzjoni bejn il-provi li fuqhom hija bbażat ruħha fiż-żewġ deċiżjonijiet. |
|
132 |
Madankollu, tali sovrappożizzjoni bejn il-provi ma tippermettix fiha nnifisha li jiġi konkluż li l-preżunzjoni tal-innoċenza ma ġietx osservata f’dan il-każ fir-rigward tar-rikorrenti. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li bbażat ruħha fuq l-istess provi fiż-żewġ deċiżjonijiet bl-ebda mod ma jippreżumi l-konklużjoni li l-Kummissjoni setgħet tislet minn dan fir-rigward tar-responsabbiltà ta’ Scania. |
|
133 |
Barra minn hekk, kif issostni ġustament il-Kummissjoni, filwaqt li l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza jipprekludi l-konstatazzjoni formali ta’ ksur jew kwalunkwe allużjoni għar-responsabbiltà tar-rikorrenti li jkunu ser isiru fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, sa fejn huma ma bbenefikawx mill-garanziji kollha abitwali għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest tal-adozzjoni tiegħu, dan il-prinċipju ma jeskludix il-possibbiltà li wieħed jibbaża ruħu fuq il-provi komuni bil-kundizzjoni li r-rikorrenti jkollhom l-opportunità li jikkontestaw quddiem il-qrati tal-Unjoni l-konstatazzjonijiet ibbażati fuq dawn il-provi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2007, Pergan Hilfsstoffe für industrielle Prozesse vs Il‑Kummissjoni, T‑474/04, EU:T:2007:306, punti 76 u 77), bħalma huwa l-każ hawnhekk. |
|
134 |
Bl-istess mod, ma tistax tintlaqa’ l-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza jirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni ta’ riżolviment u d-deċiżjoni kkontestata ġew adottati abbażi tal-istess oġġezzjonijiet imqajma fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata kemm lill-partijiet għar-riżolviment kif ukoll lir-rikorrenti. |
|
135 |
F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk il-Kummissjoni fformulat konklużjonijiet dwar ir-rwol u r-responsabbiltà ta’ Scania fir-rigward tal-ksur inkwistjoni fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mibgħuta kemm lil Scania kif ukoll lill-partijiet li finalment ipparteċipaw fil-proċedura ta’ riżolviment, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, id-deċiżjoni ta’ riżolviment ma hijiex ibbażata direttament fuq din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, iżda fuq l-interpretazzjoni komuni tal-oġġezzjonijiet bejn il-partijiet għar-riżolviment u l-Kummissjoni fi tmiem il-laqgħat ta’ riżolviment konformement mal-Artikolu 10(a)(2) tar-Regolament Nru 773/2004 u l-punti 16 u 17 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli, kif enfasizzat il-Kummissjoni fil-premessa 367 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
136 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li xejn ma kien jipprekludi lir-rikorrenti milli jikkonfutaw, matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tagħhom, l-ilmenti fformulati fir-rigward tagħhom fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
|
137 |
Fil-fatt, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jobbliga lill-Kummissjoni tagħti lill-persuni kkonċernati, qabel ma tieħu deċiżjoni fil-qasam tal-multi, l-opportunità li jesprimu b’mod utli l-opinjoni tagħhom dwar l-ilmenti li hija qajmet fir-rigward tagħhom, b’mod partikolari fuq ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati u fuq id-dokumenti li hija sostniet insostenn tal-allegazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche vs Il‑Kummissjoni, 85/76, EU:C:1979:36, punti 9 u 11). |
|
138 |
Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tikkostitwixxi l-garanzija proċedurali essenzjali f’dan ir-rigward (ara s-sentenza tal‑5 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni et vs Versalis et, C‑93/13 P u C‑123/13 P, EU:C:2015:150, punt 95 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
139 |
Minn dan isegwi li, billi sostniet li l-Kummissjoni kisret il-preżunzjoni tal-innoċenza ta’ Scania minħabba l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni ta’ riżolviment kienu bbażati fuq l-istess fatti u provi kif ukoll fuq l-istess oġġezzjonijiet ifformulati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kemm fir-rigward tal-partijiet għar-riżolviment kif ukoll fir-rigward ta’ Scania, ir-rikorrenti jinjoraw id-dritt tagħhom li jippreżentaw, waqt l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jinstemgħu fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ordinarja, il-provi kollha intiżi li jikkontestaw il-fatti u l-provi li fuqhom il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tibbaża ruħha, li, fejn applikabbli, kienu ġew ikkunsidrati minn din tal-aħħar meta adottat id-deċiżjoni ta’ riżolviment, kif ukoll l-obbligu tal-Kummissjoni li teżamina l-fajl mill-ġdid fid-dawl ta’ dawn il-provi l-ġodda. |
|
140 |
F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma jikkontestawx li huma kellhom l-opportunità li jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tad-difiża tagħhom fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ordinarja qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kemm bil-miktub kif ukoll oralment, u għalhekk li jikkontestaw il-fatti u l-provi identifikati mill-Kummissjoni sabiex issostni l-ilmenti fir-rigward tagħhom. B’mod partikolari, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 379 tad-deċiżjoni kkontestata, u dak li ma huwiex ikkontestat mir-rikorrenti, huma kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-perspettiva tagħhom fuq l-elementi li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni, b’mod partikolari fuq dawk li ġew miżjuda mal-fajl tal-investigazzjoni wara d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, bħall-estratti tar-risposti ta’ ċerti partijiet għar-riżolviment għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew elementi ta’ fatti addizzjonali identifikati mill-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva ordinarja, li jikkorroboraw il-konklużjonijiet provviżorji tagħha fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li ġew ikkomunikati lil Scania permezz tal-ittra tal-fatti tas‑7 ta’ April 2017. |
|
141 |
Madankollu, ir-rikorrenti jqisu li l-argumenti u l-provi li huma ressqu kienu għalxejn, peress li l-Kummissjoni kienet diġà ddeċidiet dwar il-klassifikazzjoni ġuridika tal-aġir li Scania kienet ipparteċipat fih bħala wieħed li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE. |
|
142 |
Għalhekk, huma jsostnu, essenzjalment, li, peress li adottat klassifikazzjoni tal-fatti fid-deċiżjoni ta’ riżolviment bħala li tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, il-Kummissjoni ma kinitx iktar f’pożizzjoni li tirrevedi din l-evalwazzjoni u li tevalwa oġġettivament il-provi u l-argumenti ppreżentati minn Scania, jew li tadotta miżuri ta’ investigazzjoni oħra li setgħu jikkontestaw jew idgħajfu dawn l-evalwazzjonijiet magħmula fid-deċiżjoni ta’ riżolviment. B’hekk, id-deċiżjoni ta’ riżolviment influwenzat l-istrateġija ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, il-kontenut tal-provi li fuqhom il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jinvokaw ċerti ċirkustanzi li jikkonċernaw l-iżvolġiment tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata li minnhom jirriżulta n-nuqqas ta’ imparzjalità tal-Kummissjoni. |
|
143 |
Huma għalhekk isostnu, fil-kuntest tat-tieni lment tal-ewwel motiv, ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li twettaq investigazzjoni imparzjali bi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta. |
|
144 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Kummissjoni hija obbligata tirrispetta, matul proċedura amministrattiva fil-qasam ta’ akkordji, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, irrikonoxxut fl-Artikolu 41 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2013, Ziegler vs Il‑Kummissjoni, C‑439/11 P, EU:C:2013:513, punt 154 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
145 |
Skont l-Artikolu 41 tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt, b’mod partikolari, li l-kawżi tagħha jiġu ttrattati b’mod imparzjali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit ta’ imparzjalità jkopri, minn naħa, l-imparzjalità suġġettiva, fis-sens li ebda membru tal-istituzzjoni kkonċernata li jkun responsabbli għall-każ ma għandu juri li ħa pożizzjoni jew li għandu preġudizzju personali u, min-naħa l-oħra, l-imparzjalità oġġettiva, fis-sens li l-istituzzjoni għandha toffri garanziji suffiċjenti sabiex jiġi eskluż f’dan ir-rigward kull dubju leġittimu (ara s-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2013, Ziegler vs Il‑Kummissjoni, C‑439/11 P, EU:C:2013:513, punt 155 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
146 |
Fost il-garanziji mogħtija mid-dritt tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi, marbuta mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, hemm l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, bir-reqqa u b’imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2012, Shell Petroleum et vs Il‑Kummissjoni, T‑343/06, EU:T:2012:478, punt 170 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
147 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità fiċ-ċirkustanzi simili għal dawk f’dan il-każ ma jistax jiġi evalwat biss bħala konsegwenza possibbli ta’ ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, iżda jista’ jirriżulta minn nuqqasijiet oħra tal-Kummissjoni li toffri garanziji suffiċjenti sabiex jiġi eskluż kull dubju leġittimu, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 145 iktar ’il fuq, fir-rigward tal-imparzjalità ordinarja tagħha. |
|
148 |
Madankollu, ebda wieħed mill-argumenti mressqa mir-rikorrenti ma jippermetti li jiġi stabbilit li l-Kummissjoni ma offrietx, f’dan il-każ, il-garanziji kollha sabiex teskludi kull dubju leġittimu f’dak li jirrigwarda l-imparzjalità tagħha fl-eżami tal-każ f’dak li jirrigwarda Scania, u b’mod partikolari fl-eżami tal-argumenti u tal-provi li hija setgħet tressaq fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tagħha matul il-proċedura amministrattiva ordinarja. |
|
149 |
L-ewwel nett, għandu jiġi enfasizzat f’dan ir-rigward li, meta teżamina l-provi ppreżentati, fil-kuntest tal-proċedura ordinarja, mill-partijiet li għażlu li ma jagħmlux riżolviment, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma hija marbuta bil-konstatazzjonijiet fattwali u mill-klassifikazzjonijiet ġuridiċi li hija użat fid-deċiżjoni ta’ riżolviment fir-rigward tal-partijiet li ddeċidew li jagħmlu riżolviment. Għalhekk, skont il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dmir ta’ imparzjalità tagħha, il-Kummissjoni tista’ tasal għal konstatazzjonijiet fattwali jew għal klassifikazzjonijiet ġuridiċi differenti minn dawk magħmula fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, jekk tiġġustifika l-eżami mill-ġdid tagħha tal-provi għad-dispożizzjoni tagħha, skont il-prinċipju ta’ “tabula rasa”. |
|
150 |
It-tieni nett, ma jistax jintlaqa’ l-argument tar-rikorrenti li jgħid li d-dubju dwar l-imparzjalità tal-Kummissjoni jirriżulta mill-fatt li l-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni ħabbar, fl-okkażjoni ta’ konferenza stampa, l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, b’tali mod li l-Kummissjoni ma setgħetx iktar titbiegħed mill-konklużjonijiet ta’ din id-deċiżjoni fil-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, fl-istqarrija għall-istampa inkwistjoni huwa indikat b’mod ċar, bi qbil mal-premessa 4 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment (ara l-punt 117 iktar ’il fuq), li l-membru tal-Kummissjoni msemmi iktar ’il fuq ma jifformula ebda konklużjoni dwar ir-responsabbiltà ta’ Scania li fir-rigward tagħha l-proċedura ordinarja kienet għadha pendenti. Il-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni għalhekk illimita ruħu, fl-imsemmija stqarrija, li jinforma lill-pubbliku dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment bid-diskrezzjoni u r-riżerva, f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà ta’ Scania fil-ksur inkwistjoni, meħtieġ mill-osservanza tal-preżunzjoni tal-innoċenza, u għalhekk ma naqasx mid-dmir tiegħu ta’ imparzjalità (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2018, Servier et vs Il‑Kummissjoni, T‑691/14, taħt appell, EU:T:2018:922, punti 132 u 34). |
|
151 |
It-tielet nett, ir-rikorrenti ma jurux kif il-fatt li involvew l-istess servizzi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari dawk tad-Direttorat Ġenerali “Kompetizzjoni”, fl-adozzjoni kemm tad-deċiżjoni ta’ riżolviment kif ukoll tad-deċiżjoni kkontestata, huwa ta’ natura, fih innifsu, li jipprova l-assenza ta’ eżami imparzjali tal-każ fil-konfront tagħhom. Ċertament, l-involviment tal-istess servizzi fl-adozzjoni taż-żewġ deċiżjonijiet jagħmel iktar diffiċli li jiġi żgurat li l-eżami tal-fatti u tal-provi fir-rigward ta’ impriża wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment isir skont il-prinċipju ta’ “tabula rasa” impost mill-ġurisprudenza (ara l-punt 129 iktar ’il fuq), li jista’ jiġġustifika, sabiex jelimina d-dubji f’dan ir-rigward, li jafda l-fajls lil żewġ timijiet differenti. |
|
152 |
Madankollu, f’dan il-każ, ir-rikorrenti ma jurux li membru tal-Kummissjoni jew tas-servizzi involuti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata wera pożizzjoni jew preġudizzju personali fir-rigward ta’ Scania, b’mod partikolari minħabba l-fatt li pparteċipa fl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, bi ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità suġġettiva, li jista’ jkun ta’ natura li jaffettwa l-eżami imparzjali tal-fatti u tal-provi fir-rigward ta’ Scania. |
|
153 |
Ir-raba’ nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Kummissjoni ma kinitx disposta tadotta miżuri ta’ investigazzjoni ġodda, li setgħu jwassluha sabiex tikkontesta l-pożizzjoni tagħha adottata fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, għandu jitfakkar li l-prinċipju li jipprevali fid-dritt tal-Unjoni huwa dak tal-amministrazzjoni libera tal-provi (ara s-sentenza tad‑29 ta’ Frar 2016, Schenker vs Il‑Kummissjoni, T‑265/12, EU:T:2016:111, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
154 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll, bi qbil mal-Kummissjoni, li hija għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-opportunità li tadotta miżuri investigattivi. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, manifestazzjoni tal-parzjalità tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rikorrenti ma tistax tiġi dedotta b’mod astratt mill-eżistenza ta’ tali marġni ta’ diskrezzjoni fil-mod ta’ tmexxija tal-investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, assenza ta’ adozzjoni ta’ miżuri oħra ta’ investigazzjoni hija spjegata, qabelxejn, minn eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha fir-rigward tal-opportunità li tadotta tali miżuri. Għaldaqstant, huma r-rikorrenti li għandhom iressqu argumenti li jippermettu li juru b’mod konkret li l-assenza ta’ miżuri ta’ investigazzjoni supplimentari setgħet tiġi spjegata biss mill-parzjalità tal-Kummissjoni u mhux mill-eżerċizzju leġittimu minnha tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha fit-tmexxija tal-investigazzjoni. |
|
155 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni bbażat ruħha, fl-evalwazzjoni tagħha tan-natura u tal-portata (ratione temporis u ġeografika) tal-aġir allegat, b’mod partikolari fil-premessi 144 u 339 tad-deċiżjoni kkontestata, fuq evalwazzjoni tal-fatti, li Scania ċaħdet u rrifjutat b’mod iddettaljat. Fil-fajl, xejn ma jindika li l-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni sabiex tivverifika l-konklużjonijiet ta’ Scania, pereżempju billi ressqitilha talba għal informazzjoni intiża sabiex tipproduċi provi dokumentali tal-osservazzjonijiet tagħha jew ta’ dawn il-kontestazzjonijiet, jew billi ressqet tali talba lil partijiet oħra. Il-Kummissjoni b’hekk wettqet “ommissjoni interessata”. |
|
156 |
Madankollu, tali argumenti tar-rikorrenti juru, l-iktar l-iktar, li l-Kummissjoni ma segwietx il-konklużjonijiet jew l-interpretazzjonijiet tal-fatti proposti minn Scania, b’mod partikolari billi kkunsidrat li dawn ma kinux kredibbli (ara, b’mod partikolari, il-premessa 301 tad-deċiżjoni kkontestata) u kienu konfużi mal-kwistjoni dwar jekk il-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula fid-deċiżjoni kkontestata humiex debitament sostnuti mill-provi li pproduċiet il-Kummissjoni u jekk wettqitx żbalji ta’ liġi fl-analiżi tagħha, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżami tal-fondatezza tal-evalwazzjoni ta’ din tal-aħħar (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2018, Servier et vs Il‑Kummissjoni, T‑691/14, taħt appell, EU:T:2018:922, punt 137 u l-ġurisprudenza ċċitata). Tali allegazzjonijiet ma humiex ta’ natura li juru li l-Kummissjoni adottat xejra parzjali meta ddeċidiet, fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, li ma tkomplix l-investigazzjoni u, b’mod partikolari, li ma titlobx lir-rikorrenti jipproduċu provi addizzjonali insostenn tal-allegazzjonijiet tagħhom stess. |
|
157 |
Il-ħames nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma aġixxietx b’mod indipendenti peress li, fir-rigward tal-akkordji preżunti, hija l-awtorità responsabbli kemm mill-investigazzjoni, mill-prosekuzzjoni kif ukoll mit-teħid ta’ deċiżjoni. |
|
158 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-kumulu mill-Kummissjoni tal-funzjonijiet istruttorji u ta’ sanzjoni tal-ksur tal-Artikolu 101 TFUE ma huwiex fih innifsu kuntrarju għall-Artikolu 6 tal-KEDB kif interpretat mill-Qorti EDB u ma jikkostitwixxix ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità, peress li d-deċiżjonijiet tagħha huma suġġetti għall-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni li toffri l-garanziji previsti f’dan l-Artikolu 6 tal-KEDB (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2013, Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni, C‑501/11 P, EU:C:2013:522, punti 33 sa 38 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑27 ta’ Ġunju 2012, Bolloré vs Il‑Kummissjoni, T‑372/10, EU:T:2012:325, punti 65 sa 67). |
|
159 |
Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma jikkritikawx lill-Kummissjoni li ma osservatx, matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-garanziji proċedurali kollha marbuta mal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tagħhom, kif previst b’mod partikolari mid-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament Nru 773/2004 (ara l-punt 140 iktar ’il fuq), iżda jinvokaw il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom biss fir-rigward tal-fatt li, fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, il-Kummissjoni wettqet il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti relatati mal-aġir tal-partijiet għar-riżolviment iżda li neċessarjament jinvolvu lil Scania, mingħajr ma din kellha l-opportunità teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
160 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet, b’mod partikolari għal multi jew għal pagamenti ta’ penalità, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li ġie enfasizzat diversi drabi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li ġie stabbilit fl-Artikolu 48(2) tal-Karta (ara s-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2010, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il‑Kummissjoni et, C‑50/07 P, EU:C:2010:512, punt 92 u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan il-prinċipju għandu jiġi osservat bis-sħiħ anki jekk jirrigwarda proċedura ta’ natura amministrattiva (ara s-sentenzi tad‑9 ta’ Lulju 2009, Archer Daniels Midland vs Il‑Kummissjoni, C‑511/06 P, EU:C:2009:433, punt 84 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑5 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni et vs Versalis et, C‑93/13 P u C‑123/13 P, EU:C:2015:150, punt 94 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
161 |
Il-prinċipju ta’ kontradittorju jifforma parti mid-drittijiet tad-difiża. Dan japplika għal kwalunkwe proċedura li tista’ twassal għal deċiżjoni minn istituzzjoni tal-Unjoni li taffettwa b’mod sinjifikattiv l-interessi ta’ persuna (ara s-sentenza tat‑2 ta’ Diċembru 2009, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda et, C‑89/08 P, EU:C:2009:742, punti 50 u 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
162 |
Sa fejn ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni ta’ riżolviment ġiet adottata mingħajr ma huma setgħu jesprimu ruħhom, għandu jiġi rrilevat, hekk kif jirriżulta mill-eżami tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li d-deċiżjoni ta’ riżolviment ma affettwatx b’mod sensibbli l-interessi tar-rikorrenti fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 161 iktar ’il fuq sa fejn, kuntrarjament għal dak li jsostnu, il-Kummissjoni ma wettqitx, fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti kontra Scania u bl-ebda mod ma ppreġudikat ir-responsabbiltà tagħha għall-ksur inkwistjoni. Konsegwentement, il-fatt li Scania ma nstemgħetx fil-kuntest tal-proċedimenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment ma jiksirx id-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
163 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li “rabta evidenti” bejn id-deċiżjoni ta’ riżolviment u d-deċiżjoni kkontestata tirriżulta mill-fatt li l-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet għar-riżolviment fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni kkontestata fid-dawl tal-pubblikazzjoni tagħha, dan ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrenti ma jispjegawx b’liema mod tali “rabta evidenti” tkun insostenn tal-allegazzjonijiet tagħhom imressqa fil-kuntest tal-ewwel motiv. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, kif issostni billi tipproċedi b’dan il-mod, il-Kummissjoni tat effett lill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2007, Pergan Hilfsstoffe für industrielle Prozesse vs Il‑Kummissjoni (T‑474/04, EU:T:2007:306), billi offriet lill-partijiet għar-riżolviment il-possibbiltà li jsostnu l-kunfidenzjalità ta’ ċerta informazzjoni li tikkonċernahom fid-dawl tal-fatt li, mingħajr ma kienu d-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata, huma kienu, madankollu, imsemmija fiha. |
|
164 |
Bl-istess mod, ir-rikorrenti ma jistgħux isostnu b’mod utli li sempliċi żball tekniku li għandu bħala konsegwenza li, fuq is-sit internet tal-Kummissjoni, fit-taqsima li tikkonċerna d-deċiżjoni kkontestata, il-link kien iwassal għad-deċiżjoni ta’ riżolviment jippermetti li jitqies li hemm rabta stabbilita bejn iż-żewġ deċiżjonijiet, b’tali mod li tkun tista’ tinsilet konklużjoni dwar ir-responsabbiltà ta’ Scania skont l-Artikolu 101 TFUE. |
|
165 |
Minn dan isegwi li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud. |
2. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 48(2) tal-Karta u tal-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003
|
166 |
Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-Kummissjoni ppreġudikat id-drittijiet tad-difiża tagħhom, bi ksur tal-Artikolu 48(2) tal-Karta u tal-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003, billi rrifjutatilhom l-aċċess għat-tweġibiet kollha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ippreżentati minn [kunfidenzjali] u minn [kunfidenzjali], filwaqt li, fil-fehma tagħhom, huwa probabbli li dawn jinkludu provi li jiskaġunaw fir-rigward tal-partijiet l-oħra, fosthom Scania, minbarra dawk li jinsabu fl-estratti ta’ dawn it-tweġibiet li għalihom hija kienet ingħatat l-aċċess mill-uffiċjal tas-seduta. |
|
167 |
Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] użaw ir-risposti tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet sabiex jikkontestaw l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tagħhom, kif juru l-estratti li Scania kienet awtorizzata teżamina. Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-fatt li l-Kummissjoni bidlet parzjalment l-opinjoni tagħha fuq il-kwistjoni dwar jekk ir-risposti ta’ [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] kinux favur jew jiskaġunaw, iqajjem dubju dwar il-fondatezza tar-rifjut ta’ aċċess sħiħ għal dawn ir-risposti. |
|
168 |
Filwaqt li tibbaża ruħha fuq il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tar-rikorrenti sa fejn huma ma jurux li r-rifjut, li Scania tingħata aċċess għat-tweġibiet kollha ta’ [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li ma jaqgħux taħt fajl ta’ investigazzjoni nnifsu, ippreġudika l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tagħha u, b’mod partikolari, id-dritt li tikkonsulta d-dokumenti li jistgħu jinkludu provi li jiskaġunawha fir-rigward tagħha. |
|
169 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 160 iktar ’il fuq, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet, b’mod partikolari għal multi jew għal pagamenti ta’ penalità, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li ġie stabbilit fl-Artikolu 48(2) tal-Karta. Dan il-prinċipju għandu jiġi osservat b’mod sħiħ anki f’każ ta’ proċedura ta’ natura amministrattiva. |
|
170 |
Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003, “[i]d-dritt tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri” u “[h]uma ħa jkunu intitolati li jkollhom aċċess lil file tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġitimu ta’ l-impriża fil-prottezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ”. |
|
171 |
Ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jeżiġi li l-persuna kkonċernata, matul il-proċedura amministrattiva, tingħata l-opportunità li tesponi b’mod utli l-opinjoni tagħha fuq ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll fuq id-dokumenti kkonstatati mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ ksur tat-Trattat (ara s-sentenza tas‑7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
172 |
Bħala korollarju tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl jimplika li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-impriża kkonċernata l-possibbiltà li teżamina d-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl tal-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti għad-difiża tagħha. Dawn jinkludu kemm il-provi li jinkriminaw kif ukoll dawk li jiskaġunaw, bla ħsara għas-sigrieti kummerċjali ta’ impriżi oħra, għad-dokumenti interni tal-Kummissjoni u għal informazzjoni kunfidenzjali oħra (sentenza tas‑7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, EU:C:2004:6, punt 68). |
|
173 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li huwa biss fil-bidu tal-fażi amministrattiva kontradittorja li l-impriża kkonċernata hija informata, permezz tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, bl-elementi essenzjali kollha li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha f’dan l-istadju tal-proċedura, u li din l-impriża għandha dritt ta’ aċċess għall-fajl sabiex jiġi ggarantit l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tagħha. Konsegwentement, ir-risposta tal-impriżi l-oħra li pparteċipaw fl-akkordju għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma hijiex, bħala prinċipju, inkluża fid-dokumenti kollha tal-fajl tal-investigazzjoni li jistgħu jikkonsultaw il-partijiet (sentenzi tal‑14 ta’ Mejju 2020, NKT Verwaltung u NKT vs Il‑Kummissjoni, C‑607/18 P, mhux ippubblikata, EU:C:2020:385, punt 263, u tat‑30 ta’ Settembru 2009, Hoechst vs Il‑Kummissjoni, T‑161/05, EU:T:2009:366, punt 163). |
|
174 |
Madankollu, jekk il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tibbaża ruħha fuq silta minn risposta għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew fuq dokument anness ma’ tali risposta sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur fi proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, l-impriżi l-oħra involuti f’din il-proċedura għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq tali prova. F’tali ċirkustanzi, is-silta inkwistjoni ta’ risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew għad-dokument anness ma’ din ir-risposta tikkostitwixxi, fil-fatt, element inkriminanti kontra d-diversi impriżi li pparteċipaw fil-ksur (sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, NKT Verwaltung u NKT vs Il‑Kummissjoni, C‑607/18 P, mhux ippubblikata, EU:C:2020:385, punt 264; ara wkoll is-sentenza tat‑30 ta’ Settembru 2009, Hoechst vs Il‑Kummissjoni, T‑161/05, EU:T:2009:366, punt 164 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
175 |
B’analoġija, jekk silta minn tweġiba għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonjiet, jew minn dokument anness ma’ tali tweġiba, tista’ tkun rilevanti għad-difiża ta’ impriża billi tippermetti lil din tal-aħħar tinvoka elementi li jikkontradixxu l-konstatazzjonijiet magħmula f’dan l-istadju mill-Kummissjoni, din tkun prova li tiskaġuna. F’dan il-każ, l-impriża kkonċernata għandha tkun f’pożizzjoni li twettaq eżami tas-silta jew tad-dokument inkwistjoni u li tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tagħhom (sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2011, Mitsubishi Electric vs Il‑Kummissjoni, T‑133/07, EU:T:2011:345, punt 43). |
|
176 |
Madankollu, is-sempliċi fatt li impriżi oħra invokaw l-istess argumenti bħall-impriża kkonċernata u li, skont il-każ, użaw iktar riżorsi għad-difiża tagħhom ma huwiex biżżejjed sabiex dawn l-argumenti jiġu kkunsidrati bħala provi li jiskaġunaw (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2006, Jungbunzlauer vs Il‑Kummissjoni, T‑43/02, EU:T:2006:270, punti 353 u 355). |
|
177 |
Fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ aċċess għall-fajl li ma josservax dawn ir-regoli, fir-rigward tal-assenza ta’ komunikazzjoni ta’ dokument li jiskaġuna, l-impriża kkonċernata għandha tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ żvelar tiegħu seta’ jinfluwenza, għad-detriment tagħha, l-iżvolġiment tal-proċedura u l-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Huwa biżżejjed li l-impriża turi li hija setgħet tuża l-imsemmi dokument li jiskaġuna għad-difiża tagħha, fis-sens li, kieku hija setgħet tagħmel użu minnu matul il-proċedura amministrattiva, hija kienet tkun tista’ tinvoka elementi li ma kinux jaqblu mad-deduzzjonijiet imwettqa f’dan l-istadju mill-Kummissjoni u għalhekk setgħet tinfluwenza, bi kwalunkwe mod, l-evalwazzjonijiet magħmula minn din tal-aħħar fid-deċiżjoni, tal-inqas fir-rigward tal-gravità u tat-tul tal-aġir li bih ġiet akkużata, u, għaldaqstant, il-livell tal-multa (sentenza tas‑7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, EU:C:2004:6, punti 74 u 75). |
|
178 |
Il-possibbiltà li dokument mhux żvelat seta’ influwenza l-iżvolġiment tal-proċedura u l-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jista’ jiġi stabbilit biss wara eżami provviżorju ta’ ċerti provi li juri li d-dokumenti mhux żvelati seta’ kellhom – fir-rigward ta’ dawn il-provi – importanza li ma kellhiex tiġi injorata (sentenza tas‑7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, EU:C:2004:6, punt 76). |
|
179 |
Madankollu, hija r-rikorrenti li għandha tipprovdi l-ewwel indizju dwar l-utilità, għad-difiża tagħha, tad-dokumenti mhux żvelati (ara s-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Fresh Del Monte Produce vs Il‑Kummissjoni, T‑587/08, EU:T:2013:129, punt 690 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, NKT Verwaltung u NKT vs Il‑Kummissjoni, C‑607/18 P, mhux ippubblikata, EU:C:2020:385, punt 265 u l-ġurisprudenza ċċitata). Hija għandha tindika, b’mod partikolari, il-provi potenzjali li jiskaġunaw jew indizju li jakkredita l-eżistenza tagħhom u, għalhekk, l-utilità tagħhom għall-finijiet tal-proċeduri (ara s-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2011, Heineken Nederland u Heineken vs Il‑Kummissjoni, T‑240/07, EU:T:2011:284, punt 257 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
180 |
Għandu jiġi eżaminat, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, jekk, f’dan il-każ, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti l-aċċess għat-tweġibiet kollha ta’ [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet setax jippreġudika d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti sa fejn huma ma kellhomx aċċess adegwat għall-provi li potenzjalment jiskaġunaw, kif jallegaw huma. |
|
181 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, bi qbil mal-Kummissjoni, li teżisti differenza fl-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni dwar akkordju inkwistjoni skont il-mument meta ġie miżjud dokument fil-fajl tal-investigazzjoni, li jirriżulta wkoll mill-punt 27 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli ta’ aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli [101] u [102 TFUE], taħt l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40). Filwaqt li l-partijiet ikkonċernati, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tad-difiża tagħhom, għandhom id-dritt li jikkonsultaw il-fajl tal-investigazzjoni kif jeżisti fil-mument meta tintbagħat id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, u dan sabiex ikunu jistgħu jirrispondu b’mod utli għall-ilmenti mressqa f’dan l-istadju mill-Kummissjoni, l-aċċess għall-elementi miżjuda sussegwentement mal-fajl, b’mod partikolari għar-risposti tal-partijiet l-oħra fl-akkordju għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, la huwa awtomatiku u lanqas mingħajr limitu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, NKT Verwaltung u NKT vs Il‑Kummissjoni, C‑607/18 P, mhux ippubblikata, EU:C:2020:385, punt 265). |
|
182 |
F’dan il-każ, għandu jitfakkar li l-uffiċjal tas-seduta ta lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti siltiet mir-risposti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ippreżentati minn [kunfidenzjali] u minn [kunfidenzjali] billi qies li setgħu jinkludu provi li jiskaġunaw fir-rigward ta’ Scania fid-dawl tal-fatt li dawn kienu ġejjin minn applikant għal klemenza u minn impriża li lilha l-Kummissjoni kienet ressqet talba għal informazzjoni b’tali mod li setgħet tinkludi modifiki jew irtirar tad-dikjarazzjonijiet li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni. |
|
183 |
Ir-rikorrenti madankollu jsostnu li “huwa probabbli” li r-risposti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ippreżentati minn [kunfidenzjali] u minn [kunfidenzjali] għadhom jinkludu provi oħra li jiskaġunaw li huma setgħu jinvokaw b’mod utli fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
|
184 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, kif issostni, essenzjalment, il-Kummissjoni, ir-rikorrenti jibqgħu vagi ħafna f’dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni tal-provi potenzjali li jiskaġunaw inklużi fir-risposti ta’ [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u li ma ġewx żvelati lilhom wara d-deċiżjoni tal-uffiċjal tas-seduta u għalhekk ma jipprovdu ebda indizju li juri l-eżistenza tagħhom u, għaldaqstant, l-utilità tagħhom għad-difiża tagħhom fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 179 iktar ’il fuq. |
|
185 |
Fil-fatt, ir-rikorrenti bl-ebda mod ma jippreċiżaw l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata li setgħu jiġu influwenzati li kieku ngħatalhom l-aċċess sħiħ għar-risposti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ta’ [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali]. B’mod partikolari, huma ma jidentifikaw ebda deduzzjoni dwar l-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ Scania, li l-Kummissjoni bbażat b’mod konkret fuq element li jaqa’ taħt it-talba għal klemenza [kunfidenzjali] jew mir-risposta għat-talba għal informazzjoni ta’ [kunfidenzjali] u li setgħet, jekk ikun il-każ, tiġi emendata jew irtirata minn dawn il-partijiet fir-risposti tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
|
186 |
Ir-rikorrenti jinvokaw, f’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanzi proċedurali partikolari tal-każ u, b’mod iktar konkret, il-fatt li [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali], żewġ partijiet għar-riżolviment, bagħtu lill-Kummissjoni r-risposti tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-mument li fih id-diskussjonijiet dwar il-proċedura ta’ riżolviment kienu pendenti, ftit ġimgħat biss qabel ma “probabbilment” ippreżentaw il-proposta tagħhom għar-riżolviment u qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżolviment. Minn dan ir-rikorrenti jiddeduċu li dawn ir-risposti għandhom neċessarjament jinkludu l-kontestazzjonijiet tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tagħhom, u dan jirriżulta wkoll mill-estratti tar-risposti inkwistjoni li għalihom ingħata aċċess lil Scania. |
|
187 |
Madankollu, tali indizju ċirkustanzjali u ratione temporis dwar il-fatt li l-partijiet għar-riżolviment wieġbu għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet matul il-proċedura ta’ riżolviment ma huwiex biżżejjed fih innifsu sabiex juri li dawn ir-risposti jinkludu provi ġodda li jiskaġunaw fir-rigward ta’ Scania. |
|
188 |
Madankollu, ir-rikorrenti ma jikkontestawx li l-estratti mir-risposti inkwistjoni li għalihom ingħatalhom aċċess mill-uffiċjal tas-seduta kienu jinkludu provi li jiskaġunaw utli għad-difiża tagħhom u lanqas ma jippruvaw jiddeduċu minn dawn is-siltiet mill-indizji li jissuġġerixxu li l-partijiet mhux żvelati tal-imsemmija tweġibiet jistgħu, permezz ta’ deduzzjoni, jinkludu provi oħra li jiskaġunaw li huma utli għad-difiża tagħhom. Fil-fatt, l-argumenti tar-rikorrenti f’dan ir-rigward huma biss ġenerali u astratti. |
|
189 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti ma pprovdew ebda indizju dwar l-utilità, għad-difiża tagħhom, tal-partijiet mhux żvelati tar-risposti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ippreżentati minn [kunfidenzjali] u minn [kunfidenzjali]. Konsegwentement, huma ma wrewx li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom minħabba li ma kkomunikatilhomx il-verżjonijiet integrali tar-risposti inkwistjoni. |
|
190 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat mingħajr ma hemm lok li tiġi adottata l-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba mir-rikorrenti u intiża sabiex tistieden lill-Kummissjoni tipproduċi l-verżjonijiet sħaħ tar-risposti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet inkwistjoni. |
3. Fuq it-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motiv, sa fejn jirrigwardaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu u l-imputazzjoni tiegħu lil Scania
a) Osservazzjonijiet preliminari
1) Fuq il-kunċett tal-ksur uniku u kontinwu
|
191 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, ksur tal-Artikolu 101 TFUE jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn serje ta’ atti jew ukoll minn aġir kontinwu, għalkemm element wieħed jew iktar ta’ din is-serje ta’ atti jew ta’ dan l-aġir kontinwu jistgħu wkoll jikkostitwixxu fihom innifishom u meħuda waħedhom, ksur tal-imsemmija dispożizzjoni. Meta d-diversi azzjonijiet jaqgħu taħt “pjan ġenerali”, minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat kollu kemm hu (ara s-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
192 |
Impriża li tkun ipparteċipat f’tali ksur uniku u kumpless bl-aġir tagħha stess, f’għamla ta’ ftehim jew ta’ prattika miftiehma b’għan antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u li kienu intiżi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-ksur kollu kemm hu, tista’ wkoll tkun responsabbli għall-aġir ta’ impriżi oħrajn fil-kuntest tal-istess ksur għall-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmi ksur. Dan huwa l-każ meta jiġi stabbilit li din l-impriża kellha l-intenzjoni tikkontribwixxi bl-aġir tagħha stess għall-għanijiet komuni mfittxija mill-parteċipanti kollha u li kellha għarfien tal-aġir illegali previst jew implimentat minn impriżi oħra fil-ksib tal-istess għanijiet, jew li hija setgħet raġonevolment tipprevedihom u kienet lesta taċċetta dan ir-riskju (ara s-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
193 |
Għalhekk, impriża tista’ tkun ipparteċipat direttament fl-aġir antikompetittiv kollu li jikkostitwixxi l-ksur uniku u kontinwu, f’liema każ il-Kummissjoni tista’ tattribwixxi lilha r-responsabbiltà għal dan l-aġir kollu, u għalhekk għall-ksur kollu kemm hu. Impriża tista’ wkoll tkun ipparteċipat direttament f’parti biss mill-aġir antikompetittiv li jikkostitwixxi l-ksur uniku u kontinwu, filwaqt li kienet taf bl-aġir illegali kollu l-ieħor previst jew implimentat mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet jew setgħet raġonevolment tipprevedih u kienet lesta li taċċetta r-riskju. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha wkoll dritt timputa lil din l-impriża r-responsabbiltà tal-aġir antikompetittiv kollu li jikkostitwixxi tali ksur u, sussegwentement, tal-ksur kollu kemm hu (sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 43). |
|
194 |
Min-naħa l-oħra, jekk impriża tkun ħadet sehem direttament f’aġir antikompetittiv wieħed jew iktar li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu, iżda ma huwiex stabbilit li, bl-aġir tagħha stess, hija kellha l-intenzjoni tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni kollha mfittxija mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju u li hija kienet taf bl-aġir l-ieħor kollu li jikkostitwixxi ksur previst jew implimentat mill-imsemmija parteċipanti fit-twettiq tal-istess għanijiet jew li hija setgħet raġonevolment tipprevedih u kienet lesta taċċetta r-riskju tagħhom, il-Kummissjoni għandha d-dritt li timputalha r-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-aġir li hija pparteċipat fih direttament u l-aġir previst jew implimentat mill-parteċipanti l-oħra biex jintlaħqu l-istess għanijiet bħal dawk li hija segwiet, u li huwa ppruvat li hija kienet taf bih jew li hija setgħet raġonevolment tipprevedi u kienet lesta li taċċetta r-riskju (sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 44). |
|
195 |
Finalment, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, sabiex aġir differenti jiġi kklassifikat bħala ksur uniku u kontinwu, ma kienx hemm lok li jiġi vverifikat jekk dawn kellhomx rabta ta’ komplementarjetà, fis-sens li kull wieħed minnhom kien intiż sabiex jittratta konsegwenza waħda jew iktar tal-iżvilupp normali tal-kompetizzjoni, u jikkontribwixxu, permezz ta’ interazzjoni, għat-twettiq tal-effetti antikompetittivi kollha intiżi mill-awturi tagħhom, fil-kuntest ta’ pjan globali li jipprevedi għan uniku. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni dwar il-kunċett ta’ għan wieħed timplika li għandu jiġi vverifikat jekk hemmx xi elementi li jikkaratterizzaw id-diversi tipi ta’ aġir li jagħmlu parti mill-ksur li jistgħu jindikaw li l-aġir materjali ta’ impriżi parteċipanti oħrajn ma għandhomx l-istess għan jew l-istess effett antikompetittiv u konsegwentement ma jaqgħux taħt “pjan ġenerali” minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Siemens et vs Il‑Kummissjoni, C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:866, punti 247 u 248). |
|
196 |
Bħalma jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 191 u 192 iktar ’il fuq, tliet elementi huma determinanti sabiex jiġi konkluż li impriża pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu. L-ewwel wieħed jirrigwarda l-eżistenza nnifisha tal-ksur uniku u kontinwu. Id-diversi tipi ta’ aġir inkwistjoni għandhom jaqgħu taħt “pjan ġenerali” li għandu għan uniku. It-tieni u t-tielet elementi jirrigwardaw l-imputabbiltà tal-ksur uniku u kontinwu għal impriża. Minn naħa, din l-impriża kellu jkollha l-intenzjoni li tikkontribwixxi bl-aġir rispettiv tagħha għall-għanijiet komuni mfittxija mill-parteċipanti kollha. Min-naħa l-oħra, hija kellha tkun taf bl-aġir li jikkostitwixxi ksur maħsub jew implimentat minn impriżi oħra fit-tfittxija tal-istess għanijiet jew kellha tkun tista’ raġonevolment tipprevedih u tkun lesta taċċetta r-riskju tiegħu (sentenza tal‑24 ta’ Settembru 2019, HSBC Holdings et vs Il‑Kummissjoni, T‑105/17, taħt appell, EU:T:2019:675, punt 208; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2011, Team Relocations et vs Il‑Kummissjoni, T‑204/08 u T‑212/08, EU:T:2011:286, punt 37). |
2) Fuq l-oneru tal-prova u l-livell ta’ prova
|
197 |
Barra minn hekk, sa fejn il-klassifikazzjoni ta’ ksur uniku u kontinwu twassal li impriża tiġi imputata bil-parteċipazzjoni fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, għandu jitfakkar li, fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, fil-każ ta’ tilwim dwar l-eżistenza ta’ ksur, hija l-Kummissjoni li għandha ġġib il-prova tal-ksur li hija tikkonstata u li tistabbilixxi l-provi xierqa sabiex tipprova, b’mod suffiċjenti fid-dritt, l-eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu ksur (ara s-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2012, E.ON Energie vs Il‑Kummissjoni, C‑89/11 P, EU:C:2012:738, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
198 |
Sabiex tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, huwa neċessarju li l-Kummissjoni tikkunsidra provi serji, preċiżi u konkordanti. Madankollu, kull prova prodotta minn din tal-aħħar ma għandhiex neċessarjament tissodisfa dawn il-kriterji ta’ kull element tal-ksur. Huwa biżżejjed li l-ġabra ta’ indizji invokati mill-imsemmija istituzzjoni, evalwati globalment, tissodisfa dan ir-rekwiżit (ara s-sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2010, Knauf Gips vs Il‑Kummissjoni, C‑407/08 P, EU:C:2010:389, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
199 |
Barra minn hekk, meta l-Kummissjoni tibbaża ruħha, fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, fuq provi dokumentali, huma l-impriżi kkonċernati li għandhom mhux biss jippreżentaw alternattiva plawżibbli għall-argument tal-Kummissjoni, iżda li jqajmu l-insuffiċjenza tal-provi użati fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur (ara s-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2015, FSL et vs Il‑Kummissjoni, T‑655/11, EU:T:2015:383, punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
200 |
Barra minn hekk, jekk jibqa’ dubju fil-ħsieb tal-qorti, hija għandha tibbenefika lill-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, Hansen & Rosenthal u H&R Wax Company Vertrieb vs Il‑Kummissjoni, C‑90/15 P, mhux ippubblikata, EU:C:2017:123, punt 18). Fil-fatt, għandu jitfakkar li l-preżunzjoni tal-innoċenza tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li llum il-ġurnata huwa stabbilit fl-Artikolu 48(1) tal-Karta. Dan il-prinċipju japplika għall-proċeduri relatati ma’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti ta’ penalità (ara l-punt 108 iktar ’il fuq). |
3) Id-deċiżjoni kkontestata
|
201 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li Scania u l-partijiet għar-riżolviment segwew pjan komuni li kellu bħala għan antikompetittiv uniku li jillimita l-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE. Dan l-għan intlaħaq permezz tal-prattiki li jnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza strateġika bejn il-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross kif ukoll l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni ta’ trakkijiet li josservaw ir-regoli ambjentali (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni ppreċiżat li l-iskambji bejn il-partijiet:
|
|
202 |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-aġir imsemmi iktar ’il fuq kien jagħmel parti minn pjan komuni li kellu għan antikompetittiv uniku għal ħames raġunijiet, ippreżentati fid-dettall fil-punti 452 sa 462 iktar ’il quddiem. Dawn ir-raġunijiet kienu jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-fatt li l-kuntatti antikompetittivi kienu jikkonċernaw l-istess prodotti, jiġifieri trakkijiet medji u tqal, u l-istess grupp ta’ kostrutturi tat-trakkijiet, għall-fatt li n-natura tal-informazzjoni kondiviża (informazzjoni ta’ natura tariffarja u informazzjoni dwar l-aġenda tal-introduzzjoni tal-mudelli tat-trakkijiet konformi ma’ standards ambjentali speċifiċi) baqgħet l-istess matul il-perijodu kollu tal-ksur, għall-fatt li l-kuntatti antikompetittivi seħħew b’mod frekwenti u sistematiku u dwar il-fatt li n-natura, it-tul ta’ żmien u l-għan ta’ dawn il-kuntatti baqgħu l-istess tul il-perijodu kollu tal-ksur minkejja l-fatt li l-livell u r-responsabbiltajiet interni tal-impjegati involuti f’dawn il-kuntatti kienu evolvew matul il-ksur. |
4) Fuq l-argument tar-rikorrenti li l-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu jippreżumi li l-Kummissjoni tidentifika diversi każijiet ta’ ksur manifestament marbuta bejniethom
|
203 |
Fil-kuntest tar-replika, ir-rikorrenti sostnew li l-użu tal-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu kien jippreżupponi l-identifikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ diversi każijiet ta’ ksur manifestament marbuta bejniethom. Skont ir-rikorrenti, ksur uniku u kontinwu ma jistax jinkludi aġir li ma jikkostitwixxix ksur fih innifsu. |
|
204 |
Abbażi ta’ din il-premessa, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni kellha tevalwa l-provi dwar kull livell ta’ kuntatti separatament sabiex tistabbilixxi jekk kull livell kienx jikkostitwixxi ksur u, fl-affermattiv, tiddetermina l-portata tiegħu u l-għan antikompetittiv segwit. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk il-ksur ikkonċernat kellux jitqies li huwa ksur globali uniku minħabba li dawn kienu jsegwu pjan globali li jservi għan antikompetittiv uniku. Fit-tielet u l-aħħar lok, biss, il-Kummissjoni kellha tevalwa l-portata ratione temporis u ġeografika tal-ksur uniku u kontinwu abbażi tal-provi kkunsidrati kollha kemm huma. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni injorat l-ewwel żewġ stadji u, billi kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, kienet tiġġustifikaha billi attribwixxiet lill-kuntatti fil-livell inferjuri tas-sede u lill-kuntatti fil-livell Ġermaniż l-istess natura u l-istess portata bħal dawk attribwiti lill-kuntatti fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. B’dan il-mod, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu fejn ma kienx jeżisti. |
|
205 |
Dan l-argument tar-rikorrenti, li għandu jiġi eżaminat qabel l-eżami tat-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motiv, għandu jiġi miċħud. |
|
206 |
Fil-fatt, il-premessa ta’ dan l-argument, li ksur uniku u kontinwu għandu jinkludi aġir li, ikkunsidrat waħdu, għandu jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, ma hijiex sostnuta mill-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni. Kif diġà ġie nnotat, dan ippreċiża li ksur tal-Artikolu 101 TFUE seta’ jirriżulta minn sensiela ta’ atti jew ukoll minn aġir kontinwu, “anki fil-każ li wieħed minn dawn l-aspetti ta’ din is-serje ta’ atti jew aġir kontinwu, jew iktar, jistgħu fihom infushom u individwalment, jikkostitwixxu wkoll ksur tal-imsemmija dispożizzjoni” (ara l-punt 191 iktar ’il fuq). |
|
207 |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, meta d-diversi azzjonijiet jaqgħu taħt “pjan ġenerali”, minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq intern, il-Kummissjoni tista’ timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat kollu kemm hu (sentenza tas‑7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, EU:C:2004:6, punt 258). |
|
208 |
Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu ma tippreżupponix neċessarjament l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta’ diversi każijiet ta’ ksur, kull wieħed minnhom li jaqa’ taħt l-Artikolu 101 TFUE, iżda l-prova min-naħa tagħha li d-diversi tipi ta’ aġir li hija identifikat jagħmlu parti minn pjan ġenerali intiż sabiex jintlaħaq għan antikompetittiv uniku. Il-prova mill-Kummissjoni tal-eżistenza ta’ tali pjan u tar-rabta tal-aġir imsemmi iktar ’il fuq mal-imsemmi pjan għandha għalhekk importanza partikolari. |
|
209 |
Barra minn hekk, isegwi mill-ġurisprudenza li l-kunċett ta’ ksur uniku jirrigwarda b’mod partikolari sitwazzjoni fejn diversi impriżi pparteċipaw fi ksur li jikkonsisti f’aġir kontinwu b’għan ekonomiku wieħed immirat li jfixkel il-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 tal Novembru 2019, Campine u Campine Recycling vs Il‑Kummissjoni, T‑240/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:778, punt 269 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
210 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma kklassifikatx l-aġir fi ħdan kull wieħed mit-tliet livelli ta’ kuntatti ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE. Min-naħa l-oħra, hija kkunsidrat li dawn l-aġiri, meħuda flimkien, kienu jagħmlu parti minn pjan ġenerali intiż sabiex jintlaħaq l-għan antikompetittiv uniku li tiġi llimitata l-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE. Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, u skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 195 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni invokat il-ħames elementi li jikkaratterizzaw l-aġir imsemmi iktar ’il fuq u sunti fil-punt 202 iktar ’il fuq. Fid-dawl tal-analiżi li tinsab fil-punti 206 sa 208 iktar ’il fuq, dan l-approċċ tal-Kummissjoni ma huwiex ivvizzjat bi żball. |
|
211 |
Mill-iżviluppi preċedenti jirriżulta li l-argument tar-rikorrenti, sa fejn huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li l-użu tal-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu jippreżupponi l-identifikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ diversi każijiet ta’ ksur, għandu jiġi miċħud. L-eżami tat-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motiv iktar ’il quddiem jippermetti lill-Qorti Ġenerali tistħarreġ, b’mod partikolari, il-fondatezza tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-aġir differenti, identifikat fid-deċiżjoni kkontestata, jifforma parti minn pjan ġenerali intiż sabiex jintlaħaq għan antikompetittiv uniku, li jikkostitwixxi għalhekk ksur uniku u kontinwu. |
b) Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell inferjuri tas-sede tqiesu li jikkostitwixxu ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet
|
212 |
Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jqajmu żewġ ilmenti. Minn naħa, huma jilmentaw li l-Kummissjoni kkunsidrat li t-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi kellhom rabtiet bejniethom, b’mod partikolari l-livell inferjuri tas-sede maż-żewġ livelli l-oħra (l-ewwel ilment). F’dan il-kuntest, huma jsostnu li ebda kuntatt u ebda laqgħa komuni ma kienu jeżistu bejn dawn il-livelli, li kienu jiffunzjonaw b’mod separat wieħed mill-ieħor. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni kkunsidrat, billi bbażat ruħha b’mod partikolari fuq l-allegati rabtiet li jeżistu bejn it-tliet livelli msemmija iktar ’il fuq, li l-kuntatti kollużivi fil-livell inferjuri tas-sede kienu jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (it-tieni lment). |
|
213 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
214 |
Qabel ma jiġu indirizzati ż-żewġ ilmenti msemmija iktar ’il fuq, għandhom jitfakkru s-siltiet rilevanti tad-deċiżjoni kkontestata. |
1) Id-deċiżjoni kkontestata
|
215 |
Fil-premessa 213 tad-deċiżjoni kkontestata, fil-parti dwar l-eżami tal-kwistjoni dwar l-eżistenza ta’ ftehimiet u ta’ prattiki miftiehma fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, il-Kummissjoni nnotat li l-partijiet fl-akkordju kienu f’kuntatt fil-livelli differenti u li, xi kultant, il-livelli differenti kellhom laqgħat komuni, pereżempju f’dak li jirrigwarda l-impjegati tal-livell inferjuri tas-sede u l-impjegati tal-livell Ġermaniż. Il-Kummissjoni ppreċiżat fil-premessa 213 imsemmija iktar ’il fuq li l-kuntatti kienu marbuta bejniethom minħabba l-kontenut tagħhom, permezz tal-aġenda tagħhom, permezz ta’ riferimenti miftuħa minn xulxin u bit-trażmissjoni tal-informazzjoni miġbura, li jipprovdu, f’dan ir-rigward, eżempji ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż lejn is-sedi rispettivi tal-partijiet fl-akkordju. |
|
216 |
Fil-premessi 315 sa 317 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm ksur uniku u kontinwu, li kkonstata li l-kuntatti kollużivi kollha ppreżentati fil-punt 6.2 tad-deċiżjoni kkontestata (u li jaqgħu taħt it-tliet livelli), ippreżentati skont ordni kronoloġika, kienu jservu pjan komuni li kellu bħala għan antikompetittiv uniku r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE. Skont il-Kummissjoni, dan l-għan intlaħaq permezz tal-prattiki li jnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza strateġika bejn il-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross, kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni ta’ trakkijiet li josservaw ir-regoli ambjentali (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
217 |
Fil-premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, sabiex tikkorrobora l-konklużjoni tagħha li ċ-ċaqliq tal-iskambji fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija lejn il-livell Ġermaniż ma kienx affettwa n-natura kontinwa tal-ksur, ikkonstatat li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis kunsiderevoli bejn il-laqgħat miżmuma fil-livelli differenti. Il-Kummissjoni rrilevat li, minkejja l-interruzzjoni, f’Settembru 2004, tal-kuntatti fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, il-kuntatti fiż-żewġ livelli l-oħra komplew. B’mod partikolari, bejn l-2003 u l-2007, laqgħat u kuntatti bejn kompetituri kienu organizzati flimkien fil-livell inferjuri tas-sede u fil-livell Ġermaniż, u, ta’ spiss, impjegati fis-sede kienu jipparteċipaw f’laqgħat fil-livell Ġermaniż u viċe versa. Il-Kummissjoni invokat ukoll il-fatt li l-partijiet kienu jiddiskutu b’mod repetut f’livell iktar baxx tas-sede tal-informazzjoni li kellha tiġi skambjata u f’liema livell. |
2) Fuq l-ewwel ilment
|
218 |
Għal dak li jirrigwarda l-ewwel ilment imressaq mir-rikorrenti u dwar ir-“rabtiet” bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni invokat l-elementi li ġejjin li juru l-eżistenza ta’ tali rabtiet: il-fatt li l-parteċipanti f’dawn il-livelli kienu impjegati tal-istess impriżi, jiġifieri Scania u partijiet għar-riżolviment; il-fatt li l-iskambji f’kull wieħed mil-livelli kellhom l-istess kontenut; il-fatt li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis bejn il-laqgħat miżmuma fil-livelli differenti; il-fatt li l-livelli kienu jagħmlu riferiment għal xulxin u jiskambjaw informazzjoni miġbura; il-fatt li xi drabi kien hemm kuntatti komuni u laqgħat bejn id-diversi livelli, peress li l-Kummissjoni tagħmel riferiment speċifikament għal kuntatti komuni u għal laqgħat bejn l-impjegati tal-livell inferjuri tas-sede u tal-impjegati tal-livell Ġermaniż tal-impriżi kkonċernati (ara l-premessi 213 u 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
219 |
Dan l-ilment tar-rikorrenti huwa bbażat b’mod partikolari fuq il-fatt li ma hemmx kuntatti jew laqgħat komuni bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi. |
|
220 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-punti 215 u 217 iktar ’il fuq u, barra minn hekk, mill-kjarifiki tal-Kummissjoni fil-punt 122 tar-risposta, din tal-aħħar ma bbażatx il-konstatazzjoni tagħha li l-livelli ta’ kuntatti kollużivi kienu marbuta bejniethom fuq il-fatt li kienu jeżistu kuntatti jew laqgħat komuni bejn il-livell tal-korpi ta’ tmexxija u l-livell inferjuri tas-sede u bejn il-livell ta’ korpi ta’ tmexxija u l-livell Ġermaniż. Il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq l-eżistenza tal-kuntatti u tal-laqgħat komuni bejn il-livell inferjuri tas-sede u l-livell Ġermaniż. Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti intiż sabiex juri l-assenza ta’ kuntatti u ta’ laqgħat komuni bejn il-livell ta’ korpi ta’ tmexxija u l-livell inferjuri tas-siġġu, u bejn il-livell ta’ korpi ta’ tmexxija u l-livell Ġermaniż huwa irrilevanti. |
|
221 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm kuntatti komuni u laqgħat komuni bejn il-livell inferjuri tas-sede u l-livell Ġermaniż, b’mod partikolari bejn l‑2003 u l‑2007 (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). Mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li dan l-element ikkostitwixxa wieħed mill-elementi li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni sabiex tikkonkludi li l-ksur kien ta’ natura kontinwa. |
|
222 |
Fir-rigward ta’ din il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, mill-fajl irriżulta li laqgħat fil-livell inferjuri tas-sede u fil-livell Ġermaniż kienu spiss organizzati fl-istess żmien u fl-istess post bil-għan tal-preparazzjoni tal-fieri kummerċjali u li l-parteċipanti fil-livell inferjuri tas-sede kienu informati bil-kontenut tal-iskambji fil-livell Ġermaniż, li kienu jittrażmettu dan il-kontenut fi ħdan l-impriżi rispettivi tagħhom u li, b’mod iktar ġenerali, huma kienu f’kuntatt mal-parteċipanti fl-iskambji fil-livell Ġermaniż. |
|
223 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment, b’mod partikolari, għall-provi ppreżentati fil-premessa 137 tad-deċiżjoni kkontestata dwar laqgħa bejn kompetituri fl‑24 ta’ Awwissu 2004 f’München (il-Ġermanja). Skont [kunfidenzjali], impjegati tal-livell inferjuri tas-sede u tal-livell Ġermaniż ipparteċipaw f’din il-laqgħa. Għal Scania, kienu preżenti A mil-livell inferjuri tas-sede u B mil-livell Ġermaniż. Matul din il-laqgħa, saru skambji ta’ informazzjoni dwar iż-żidiet futuri fil-prezzijiet fis-suq Ġermaniż u dwar id-dati tad-dħul fis-suq tal-mudelli tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali. Preżentazzjoni power point, ippreparata minn [kunfidenzjali], imsemmija fil-premessa 137 tad-deċiżjoni kkontestata, turi li l-informazzjoni skambjata matul il-laqgħa tal‑24 ta’ Awwissu 2004 ntbagħtet fis-sede ta’ [kunfidenzjali]. |
|
224 |
Il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment ukoll għall-provi ppreżentati fil-premessa 147 tad-deċiżjoni kkontestata li juru li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede kienu informati bil-kontenut tal-iskambji fuq il-prezzijiet li kienu seħħew fil-livell Ġermaniż waqt laqgħa bejn kompetituri fi München fl‑4 u fil‑5 ta’ Lulju 2005. B’mod iktar speċifiku, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għall-messaġġ elettroniku mibgħut minn C, mil-livell inferjuri tas-sede ta’ [kunfidenzjali], lil impjegati ta’ impriżi kompetituri oħra, li jaqgħu wkoll taħt il-livell inferjuri tas-sede. F’dan il-messaġġ elettroniku, C, filwaqt li għamel riferiment għal-laqgħa tal‑4 u tal‑5 ta’ Lulju 2005 msemmija iktar ’il fuq, indika b’mod partikolari li, waqt din il-laqgħa, [kunfidenzjali] kienet ipprovdiet lill-kompetituri informazzjoni dwar il-lista attwali tal-prezzijiet ta’ [kunfidenzjali] (ibbażata fuq is-suq Ġermaniż) u talbet, b’mod partikolari, lid-destinatarji tal-messaġġ elettroniku tagħha jagħmlu l-istess ħaġa. L-impjegat tas-sede [kunfidenzjali] li kien jinsab fost id-destinatarji tal-messaġġ elettroniku msemmi iktar ’il fuq wieġeb li l-impriża tiegħu xtaqet iżżomm l-iskambji fuq il-prezzijiet fil-livell tas-suq (jiġifieri fil-livell Ġermaniż) u indika l-ismijiet tal-impjegati [kunfidenzjali] li kellhom jiġu kkuntattjati fil-kuntest ta’ dawn l-iskambji. Il-messaġġ elettroniku ta’ C intbagħat ukoll lil D, mil-livell inferjuri tas-sede ta’ Scania, li kienet ipparteċipat fil-laqgħa tal‑4 u tal‑5 ta’ Lulju 2005 imsemmija iktar ’il fuq. Mill-fajl jirriżulta li D ma rċeviex l-ittra msemmija iktar ’il fuq, għaliex ismu kien ortografikament żbaljat (premessa 147 tad-deċiżjoni kkontestata). Madankollu, il-messaġġ elettroniku ta’ C juri li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede, inklużi l-impjegati fi ħdan Scania, kienu jafu bl-iskambji dwar il-prezzijiet li seħħew matul il-laqgħa tal‑4 u tal‑5 ta’ Lulju 2005 msemmija iktar ’il fuq. |
|
225 |
Il-Qorti Ġenerali tinnota wkoll li wħud mill-impjegati tal-impriżi parteċipanti, filwaqt li jaqgħu taħt is-sede, kienu jipparteċipaw fl-iskambji fil-livell Ġermaniż, u dan jikkorrobora l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ rabtiet bejn il-livell inferjuri tas-sede u l-livell Ġermaniż. Il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment b’mod partikolari għall-każ ta’ C ta’ [kunfidenzjali] u ta’ E ta’ [kunfidenzjali]. Dawn l-impjegati, filwaqt li kienu jaqgħu taħt is-sede, kienu attivi u jorganizzaw l-iskambju tal-informazzjoni fil-livell Ġermaniż. |
|
226 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li kienu jeżistu kuntatti bejn il-livell inferjuri tas-sede u l-livell Ġermaniż hija stabbilita suffiċjentement skont il-liġi. |
|
227 |
Fit-tielet lok, fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti kkontestaw ukoll l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 213 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-livelli ta’ kuntatti kollużivi kienu jagħmlu riferiment miftuħ għal xulxin u għall-affermazzjoni, fil-premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-partijiet fl-akkordju kienu jiddiskutu b’mod ripetut fil-livell inferjuri tas-sede x’informazzjoni kellha tiġi skambjata u f’liema livell. |
|
228 |
Dawn l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni huma stabbiliti suffiċjentement skont il-liġi. Fil-fatt, jirriżulta, b’mod partikolari, mill-provi ppreżentati fil-premessa 116 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar laqgħa bejn kompetituri fil-livell inferjuri tas-sede fit‑3 u fl‑4 ta’ Lulju 2001, li l-impjegati tas-sede kienu jafu bil-kontenut tal-iskambji fil-livell Ġermaniż, li huma qiesu li dawn l-iskambji kienu ser ikunu “tard wisq” u li kienu “potenzjalment perikolużi”. Mill-provi ppreżentati fil-premessa 117 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, matul il-laqgħa tat‑3 u tal‑4 ta’ Lulju 2001 imsemmija iktar ’il fuq, il-kompetituri qablu li jiskambjaw fil-futur, fil-livell inferjuri tas-sede, informazzjoni dwar il-prodotti u l-informazzjoni teknika, iżda mhux informazzjoni dwar il-prezzijiet jew l-informazzjoni komparattiva. Bl-istess mod, mill-provi ppreżentati fil-premessa 147 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punt 224 iktar ’il fuq) li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede kienu jiddiskutu fir-rigward tal-fatt dwar liema informazzjoni kellha tiġi skambjata f’liema livell u li, f’dan il-kuntest, uħud minn dawn l-impjegati esprimew ix-xewqa li jsiru skambji fuq il-prezzijiet fil-livell Ġermaniż biss. |
|
229 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ma rnexxielhomx jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, ippreżentati b’mod partikolari fil-premessi 213 u 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata, dwar ir-rabtiet eżistenti bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi. Kif diġà ġie nnotat, il-Kummissjoni invokat ċertu numru ta’ elementi li juru l-eżistenza ta’ rabtiet bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi (ara l-punt 218 iktar ’il fuq) li ma ġewx ikkontestati, jiġifieri l-fatt li l-parteċipanti kienu impjegati tal-istess impriżi, il-fatt li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis bejn il-laqgħat miżmuma fit-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi, jew li ġew ikkontestati mingħajr ma ġew ikkontestati fil-kuntest ta’ dan il-motiv, jiġifieri l-fatt li kienu jeżistu kuntatti bejn l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sedi rispettivi tal-partijiet fl-akkordju u l-impjegati fil-livell Ġermaniż. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali tqis li t-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi kienu marbuta ma’ xulxin u li ma kinux jaġixxu b’mod separat u awtonomu minn xulxin. |
3) Fuq it-tieni lment
|
230 |
F’dak li jirrigwarda t-tieni lment imressaq mir-rikorrenti (ara l-punt 212 iktar ’il fuq), għandu jitfakkar li l-Kummissjoni ma kklassifikatx, fid-deċiżjoni kkontestata, il-kuntatti kollużivi fil-livell inferjuri tas-sede (u lanqas, barra minn hekk, il-kuntatti kollużivi fiż-żewġ livelli l-oħra meħuda separatament) bħala ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE, iżda li hija kkunsidrat li l-kuntatti kollha fit-tliet livelli kienu jagħmlu parti minn ksur uniku u kontinwu sa fejn dawn kienu jsegwu pjan komuni li kellu l-għan antikompetittiv li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE permezz, b’mod partikolari, ta’ skambji li jnaqqsu l-inċertezza strateġika f’dak li kien jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross, kif ukoll f’dak li kien jirrigwarda l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal imposti mill-istandards Euro 3 sa Euro 6 (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
231 |
Għandu jitfakkar ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tikklassifika l-iskambji fil-livell inferjuri tas-sede, meħuda separatament, bħala ksur distint tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE sabiex tikkonkludi li kien hemm ksur uniku u kontinwu (ara l-punt 208 iktar ’il fuq). |
|
232 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li dan l-ilment tar-rikorrenti huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li l-Kummissjoni kklassifikat, fid-deċiżjoni kkontestata, l-iskambji fil-livell inferjuri tas-sede ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE. Madankollu, u minkejja din il-premessa żbaljata, għandu jiġi eżaminat, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 208 sa 211 iktar ’il fuq, u fid-dawl tal-argumenti tar-rikorrenti, sa fejn l-iskambji fil-livell inferjuri tas-sede jikkontribwixxu għat-twettiq tal-pjan komuni ppreżentat fil-punt 230 iktar ’il fuq. |
|
233 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, kif ġie konkluż fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel ilment, il-parteċipanti fil-livell inferjuri tas-sede kienu informati bil-kontenut tal-iskambji fil-livell Ġermaniż, li kienu jittrażmettu dan il-kontenut fi ħdan l-impriżi rispettivi tagħhom u li, b’mod iktar ġenerali, huma kienu f’kuntatt mal-parteċipanti fl-iskambji fil-livell Ġermaniż (ara l-punt 222 iktar ’il fuq). B’hekk jirriżulta li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede, billi huma assoċjati ma’ skambji li jnaqqsu l-inċertezza strateġika f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u d-dati tad-dħul fis-suq tal-mudelli tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali, jikkontribwixxu għat-twettiq tal-pjan komuni msemmi iktar ’il fuq. |
|
234 |
Fit-tieni lok, provi ppreżentati fil-premessa 144 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar laqgħa bejn kompetituri fil-livell inferjuri tas-sede, fit‑3 u fl‑4 ta’ Frar 2005 f’Lyon (Franza), juru li, matul din il-laqgħa, [kunfidenzjali] informa lill-kostrutturi l-oħra, fosthom Scania, biż-żieda futura ta’ 5 % fil-prezz ta’ wieħed mill-mudelli tat-trakkijiet li hija kienet tibni. Għandu jiġi nnotat li r-rikorrenti sostnew li din l-informazzjoni kienet fid-dominju pubbliku fid-data tal-laqgħa msemmija iktar ’il fuq u li, insostenn ta’ din l-allegazzjoni, huma pproduċew, fl-istadju tar-replika u xi jiem qabel is-seduta, artiklu ta’ rivista speċjalizzata li l-verżjoni elettronika tagħha kienet tal‑4 ta’ Frar 2005. Indipendentement mill-ammissibbiltà ta’ din il-prova, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-artikolu msemmi iktar ’il fuq ma jurix il-fondatezza tal-allegazzjoni tar-rikorrenti sa fejn il-portata tal-informazzjoni kkomunikata minn [kunfidenzjali] matul il-laqgħa tat‑3 u tal‑4 ta’ Frar 2005 kienet iktar wiesgħa mill-portata tal-informazzjoni li tinsab fl-artiklu msemmi iktar ’il fuq, li kienet issemmi ż-żieda fil-prezz tal-mudell ta’ trakk ta’ [kunfidenzjali] għas-suq tar-Renju Unit biss. |
|
235 |
L-informazzjoni tariffarja kkomunikata minn [kunfidenzjali] matul il-laqgħa tat‑3 u tal‑4 ta’ Frar 2005 fil-livell inferjuri tas-sede, turi li l-iskambji f’dan il-livell, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk jikkostitwixxux ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, jikkontribwixxu għat-twettiq tal-pjan komuni ppreżentat fil-punt 230 iktar ’il fuq, sa fejn hija turi li dawn l-iskambji kienu jirrigwardaw ukoll kwistjonijiet dwar it-tariffi tat-trakkijiet u mhux biss kwistjonijiet tekniċi. |
|
236 |
Fit-tielet lok, minn messaġġ elettroniku ta’ [kunfidenzjali] mibgħut minn F mil-livell inferjuri tas-sede ta’ din l-impriża, ippreżentat fil-premessa 146 tad-deċiżjoni kkontestata, u dwar il-laqgħa bejn il-kompetituri tal‑4 u tal‑5 ta’ Lulju 2005, jirriżulta li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede, fosthom impjegati tas-sede ta’ Scania, skambjaw informazzjoni dwar, b’mod partikolari, id-data tad-dħul fis-suq ta’ mudelli ta’ trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali Euro 4 u Euro 5. Bħala eżempju, fil-messaġġ elettroniku msemmi iktar ’il fuq, F informa lill-kollegi tiegħu dwar il-fatt, żvelat matul il-laqgħa tal‑4 u tal‑5 ta’ Lulju 2005, li Scania “uriet firxa sħiħa ta’ magni konformi mal-[istandard] Euro 4 (u xi magni konformi mal-[istandard] Euro 5) fl-avveniment ta’ [kunfidenzjali]” u dwar il-fatt li kienu diġà saru 2000 ordni ma’ Scania għal magni kompatibbli mal-istandard Euro 4. Bħala eżempju ieħor, F informa lill-kollegi tiegħu li, skont l-informazzjoni pprovduta minn [kunfidenzjali] waqt il-laqgħa msemmija iktar ’il fuq, iż-żieda fil-prezzijiet marbuta mal-introduzzjoni tal-istandard Euro 5 ma kinitx ikkontestata mill-klijenti tagħha u li 6000 trakk kompatibbli ma’ dan l-istandard kienu diġà nbiegħu. Il-kontenut tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell inferjuri tas-sede matul il-laqgħa tal‑4 u tal‑5 ta’ Lulju 2005 juri, huwa wkoll, li l-iskambji fil-livell inferjuri tas-sede kienu jikkontribwixxu għat-twettiq tal-pjan komuni ppreżentat fil-punt 230 iktar ’il fuq, sa fejn dan juri li l-iskambji msemmija kienu jirrigwardaw ukoll kwistjonijiet dwar id-data tad-dħul fis-suq tal-mudelli tat-trakkijiet konformi ma’ standards ambjentali speċifiċi. |
|
237 |
Fir-raba’ lok, għandu jitfakkar li l-parteċipanti fit-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi kienu impjegati tal-istess impriżi, li l-laqgħat fil-livell inferjuri tas-sede kienu jikkoinċidu, mill-perspettiva ratione temporis, mal-laqgħat fiż-żewġ livelli l-oħra u li kienu jeżistu kuntatti bejn l-impjegati tal-livell inferjuri tas-sede u l-impjegati fil-livell Ġermaniż (ara l-punti 218 u 229 iktar ’il fuq). |
|
238 |
Abbażi ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell inferjuri tas-sede kienu jikkontribwixxu għat-twettiq tal-pjan komuni ppreżentat fil-punt 230 iktar ’il fuq u, konsegwentement, li l-Kummissjoni kellha dritt teħodhom inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. |
|
239 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, dan il-motiv għandu jiġi miċħud. |
c) Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu kkonkludew ftehim jew wettqu prattika miftiehma dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet
|
240 |
L-argument tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv jista’ jinqasam fi tliet partijiet, eżaminati suċċessivament iktar ’il quddiem. |
1) Fuq l-ewwel parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
|
241 |
Ir-rikorrenti jsostnu li r-raġunament li jinsab fid-deċiżjoni kkontestata ma jippermettilhomx jifhmu n-natura u l-portata tal-ksur li ġie imputat lilhom. Fil-fatt, minn naħa, mill-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu wettqu ksur, b’mod partikolari, billi ftiehmu dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet imposti mill-istandards Euro 3 sa Euro 6 u li dan l-aġir kien jikkostitwixxi ksur ipso jure. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni kkontestata tidher ukoll li ssostni, fil-premessi 243 u 321, li l-fatti relatati mal-prattika miftiehma msemmija iktar ’il fuq huma “konnessi” u “kumplimentari” għall-allegat akkordju dwar it-tariffi u l-prezzijiet gross, u b’hekk tissuġġerixxi li s-sempliċi skambju ta’ informazzjoni dwar id-dati ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fih innifsu ma jikkostitwixxix ksur. |
|
242 |
Ir-rikorrenti jikkonkludu li din l-inkoerenza fir-raġunament tal-Kummissjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 296 TFUE u li, fuq din il-bażi, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata. |
|
243 |
Ir-rikorrenti jilmentaw ukoll li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet għaliex l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet kien jikkostitwixxi ksur minħabba l-għan. |
|
244 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
245 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE jikkostitwixxi formalità sostanzjali li għandha tiġi distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivi, li taqa’ taħt il-legalità fil-mertu tal-att kontenzjuż. F’dan il-kuntest, il-motivazzjoni meħtieġa għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, l-awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet individwali, l-obbligu li jiġu mmotivati tali deċiżjonijiet huwa għalhekk intiż, apparti li jippermetti stħarriġ ġudizzjarju, li jipprovdi lill-persuna kkonċernata b’indikazzjoni suffiċjenti sabiex tkun taf jekk id-deċiżjoni hijiex eventwalment ivvizzjata b’difett li minħabba fih tkun tista’ tikkontesta l-validità tagħha (ara s-sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2019, Campine u Campine Recycling vs Il‑Kummissjoni, T‑240/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:778, punt 321 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
246 |
Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari l-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra kkonċernati mill-att fis-sens tal-Artikolu 263(4) TFUE jista’ jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispjega l-elementi kollha ta’ fatt jew ta’ dritt rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-kliem tagħha, iżda wkoll tal-kontenut kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2019, Campine u Campine Recycling vs Il‑Kummissjoni, T‑240/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:778, punt 322 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
247 |
Barra minn hekk, l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE jeżiġi li r-raġunament li fuqu hija bbażata deċiżjoni għandu jkun ċar u inekwivoku. Għalhekk, il-motivazzjoni ta’ att għandha tkun loġika u ma tippreżenta ebda kontradizzjoni interna li tfixkel il-fehim tajjeb tar-raġunijiet sottostanti dan l-att (ara s-sentenza tad‑29 ta’ Settembru 2011, Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, C‑521/09 P, EU:C:2011:620, punt 151 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
248 |
F’dan il-każ, fil-premessa 236 tad-deċiżjoni kkontestata, taħt il-punt 7.2.3, intitolat “Restrizzjoni tal-kompetizzjoni”, il-Kummissjoni indikat li l-aġir antikompetittiv f’dan il-każ kellu bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fit-territorju taż-ŻEE. |
|
249 |
Fil-premessa 237 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ppreċiżat li l-element prinċipali tal-ftehim u tal-prattiki miftiehma kollha f’dan il-każ, li seta’ jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni, kien jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-prezzijiet u taż-żidiet fil-prezzijiet gross permezz ta’ kuntatti fuq il-prezzijiet, fuq id-data u l-ispejjeż addizzjonali relatati mad-dħul fis-suq ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet konformi mal-istandards ta’ emissjonijiet u fl-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva mill-perspettiva tal-kompetizzjoni. |
|
250 |
Fil-premessa 238(b) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni nnotat li Scania kienet ikkonkludiet ftehimiet u/jew ikkoordinat ma’ kompetituri dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, meħtieġa mill-istandards Euro 3 sa Euro 6. |
|
251 |
Fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma kollha li Scania kienet ipparteċipat fihom kellhom bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u ppermettew lill-impriżi jadattaw l-istrateġija tariffarja tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni rċevuta mill-kompetituri. |
|
252 |
Fil-premessa 243 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni spjegat li r-rikorrenti, billi ddiskutew dwar id-data tal-introduzzjoni tal-istandards ambjentali l-ġodda u l-ispejjeż addizzjonali kkawżati mit-teknoloġija l-ġdida, kienu kisbu informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-kompetituri tagħhom fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet gross. Skont l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni, ir-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni tat-teknoloġija ambjentali l-ġdida kienet twassal għal bidliet fil-prezz gross tal-mudelli ta’ trakkijiet ikkonċernati. Il-partijiet kienu jafu d-data li minnha l-mudelli l-ġodda (li fuqhom kienu ser jgħaddu l-ispejjeż addizzjonali) kienu ser jiġu inklużi fil-lista ta’ prezzijiet gross tal-kompetituri, sa fejn huma kienu jafu d-data tad-dħul fis-suq ta’ dawn il-mudelli l-ġodda. Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, in-natura tad-diskussjonijiet u tal-ftehim dwar id-data tad-dħul fis-suq ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet kompatibbli mar-regoli ambjentali kienet relatata u komplementari fir-rigward tal-kollużjoni tal-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross. |
|
253 |
Barra minn hekk, mill-premessi 315 sa 350 tad-deċiżjoni kkontestata, taħt il-punt 7.2.4, intitolat “Ksur uniku u kontinwu”, jirriżulta li l-Kummissjoni imputat lil Scania t-twettiq ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, li hija kklassifikat bħala ksur uniku u kontinwu, li jikkonsisti f’kuntatti kollużivi dwar it-tariffi u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet medji u tqal fi ħdan iż-ŻEE, kif ukoll fuq l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ standards Euro għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal imposti mill-istandards Euro 3 sa Euro 6. Skont il-Kummissjoni, dawn il-kuntatti kollużivi kellhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni billi jnaqqsu l-livell ta’ inċertezza strateġika bejn il-kompetituri dwar il-prezzijiet futuri, iż-żidiet fil-prezzijiet gross, l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni tal-mudelli tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
254 |
Fil-premessa 321 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tenniet l-analiżi tagħha ppreżentata fil-premessa 243 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li n-natura tad-diskussjonijiet u tal-ftehim dwar id-data tad-dħul fis-suq ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet kompatibbli mal-istandards ambjentali kienet relatata u komplementari għall-kollużjoni tal-partijiet fir-rigward tal-prezzijiet u taż-żidiet fil-prezzijiet gross. |
|
255 |
Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata: “L-entitajiet ġuridiċi segwenti ta’ Scania, billi ftiehmu fuq il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross fiż-ŻEE għat-trakkijiet medji u tqal u dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għat-trakkijiet medji u tqal, imposti mill-istandards Euro 3 sa 6, kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 [tal-Ftehim] ŻEE matul il-perijodi segwenti […]” |
|
256 |
Minn naħa, mill-preżentazzjoni msemmija iktar ’il fuq tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, kuntrarjament għall-allegazzjoni tar-rikorrenti, il-Kummissjoni, f’din tal-aħħar, ma kkwalifikatx separatament bħala ksur distint tal-Artikolu 101 TFUE l-konsultazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet. Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-ftehim imsemmi iktar ’il fuq kien jagħmel parti minn ksur uniku u kontinwu li kellu bħala għan antikompetittiv uniku r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fit-territorju taż-ŻEE. |
|
257 |
Min-naħa l-oħra, jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessi 236, 237, 239, 243 u 321 tad-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-iskambji ta’ informazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet kienu konnessi u komplementari għall-iskambji ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross u li, essenzjalment, dawn l-iskambji kollha kienu jippermettu lill-impriżi kkonċernati jadattaw l-istrateġiji tariffarji tagħhom skont l-informazzjoni rċevuta mill-kompetituri, u b’hekk jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan. |
|
258 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata tippreżenta b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Kummissjoni, u b’hekk tippermetti lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Barra minn hekk, il-kontenut u n-natura ddettaljata tal-argumenti tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali juru li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ppermettitilhom jikkontestawha b’mod effettiv quddiemha. |
|
259 |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda. |
2) Fuq it-tieni parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu kkonkludew ftehim jew wettqu prattika miftiehma dwar l-aġenda tad-dħul fis-suq tat-teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet
|
260 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li huma kkonkludew ftehim jew wettqu prattika miftiehma dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet. |
|
261 |
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti josservaw li l-obbligu ta’ konformità tal-muturi tat-trakkijiet mal-istandards Euro jirriżulta mil-leġiżlazzjoni Ewropea, magħrufa mill-kostrutturi tat-trakkijiet, u ma tirriżulta minn ebda kompetizzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni. |
|
262 |
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li Scania kienet dejjem osservat id-diversi standards ta’ emissjoni Euro saħansitra qabel l-applikazzjoni tat-termini preskritti mil-leġiżlazzjoni Ewropea u li l-produzzjoni tagħha kienet, ġeneralment, ippjanata madwar sitta jew seba’ snin qabel id-data finali prevista mill-imsemmija leġiżlazzjoni dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-imsemmija standards. Skont ir-rikorrenti, dan il-fatt ma huwiex konċiljabbli mal-argument tal-Kummissjoni li Scania kkonkludiet mal-kompetituri tagħha ftehim jew wettqet prattika miftiehma dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-istandards Euro. |
|
263 |
Ir-rikorrenti jinvokaw ukoll il-fatt li d-dati ta’ tnedija tat-teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet ivarjaw ħafna bejn il-kostrutturi tat-trakkijiet, li jikkontesta l-eżistenza ta’ koordinazzjoni bejniethom f’dak li jirrigwarda dawn id-dati. |
|
264 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw ukoll il-fatt li l-iskambji ta’ informazzjoni deskritti fid-deċiżjoni kkontestata juru li huma kkonkludew ftehim jew ipparteċipaw fi prattika miftiehma dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-emissjonijiet. |
|
265 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
266 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċetti ta’ “akkordji”, ta’ “deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi” u ta’ “prattiċi miftiehma” huma, mill-perspettiva suġġettiva, forom ta’ kollużjoni li jaqsmu l-istess karatteristiċi u li jistgħu jiġu distinti biss mill-intensità tagħhom u mill-forom li bihom huma jimmanifestaw ruħhom (ara s-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2009. T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
267 |
Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prattika miftiehma, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali prattika kienet tirrigwarda forma ta’ koordinazzjoni bejn impriżi li, mingħajr ma wasslet għall-konklużjoni ta’ ftehim fil-veru sens tal-kelma, kienet intenzjonalment tissostitwixxi kooperazzjoni prattika bejniethom għar-riskji tal-kompetizzjoni (ara s-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2009. T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
268 |
Il-kriterji ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li jikkostitwixxu prattika miftiehma, mhux biss talli ma jeħtiġux l-elaborazzjoni ta’ “pjan” veru u proprju, iżda talli għandhom jinftiehmu fid-dawl tal-kunċett inerenti fid-dispożizzjonijiet tat-trattat li jirrigwardaw il-kompetizzjoni, li jgħidu li kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li jixtieq isegwi fis-suq intern u l-kundizzjonijiet li għandu l-intenzjoni li jirriżerva lill-klijentela tiegħu (ara s-sentenzi tat‑28 ta’ Mejju 1998, Deere vs Il‑Kummissjoni, C‑7/95 P, EU:C:1998:256, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
269 |
Minkejja li dan ir-rekwiżit ta’ awtonomija ma jeskludix id-dritt tal-operaturi ekonomiċi milli jadattaw ruħhom b’mod intelliġenti għall-aġir ikkonstatat jew mistenni tal-kompetituri tagħhom, huwa madankollu jipprekludi b’mod rigoruż kull kuntatt dirett jew indirett bejn tali operaturi ta’ natura li jinfluwenza l-aġir fis-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali jew li jiżvela lil tali kompetitur l-aġir li ġie deċiż li għandu jsir f’dan is-suq jew li ġie maħsub li jiġi adottat fih, meta dawn il-kuntatti jkollhom l-għan jew l-effett li jwasslu għal kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali għas-suq inkwistjoni, fid-dawl tan-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, tal-kobor u tan-numru ta’ impriżi u tal-volum tal-imsemmi suq (ara s-sentenzi tat‑28 ta’ Mejju 1998, Deere vs Il‑Kummissjoni, C‑7/95 P, EU:C:1998:256, punt 87 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 120 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
270 |
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri jista’ jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni meta jnaqqas jew jelimina l-grad ta’ inċertezza fir-rigward tal-funzjonament tas-suq inkwistjoni, bil-konsegwenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi (ara s-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 121 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
271 |
F’dan il-każ, għandu jitfakkar li fil-premessa 238(b) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni nnotat li Scania kienet ikkonkludiet ftehimiet u/jew ikkoordinat mal-kompetituri tagħha dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, meħtieġa mill-istandards Euro 3 sa Euro 6. Din l-affermazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq diversi provi prodotti fid-deċiżjoni kkontestata li juru l-fondatezza tagħha. |
|
272 |
Fl-ewwel lok, għandu jsir riferiment għall-minuti ta’ laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, li nżammet fis‑6 ta’ April 1998 fi Brussell (il-Belġju), ippreżentati fil-premessa 103 tad-deċiżjoni kkontestata. Dawn il-minuti juru b’mod ċar li l-parteċipanti f’din il-laqgħa skambjaw informazzjoni fuq il-prezzijiet kif ukoll dwar l-aġenda għall-introduzzjoni tal-mudelli tat-trakkijiet konformi mal-istandard Euro 3 u li qablu li ma jintroduċux it-teknoloġija konformi ma’ dan l-istandard qabel ma din l-introduzzjoni ssir obbligatorja. Il-minuti msemmija iktar ’il fuq juru wkoll li l-parteċipanti fil-laqgħa skambjaw informazzjoni dwar ir-riperkussjoni fuq il-prezzijiet tal-introduzzjoni tat-teknoloġija l-ġdida. Sa fejn l-imsemmija minuti jagħmlu riferiment għall-“membri kollha ta’ [kunfidenzjali]”, jista’ jiġi dedott li Scania pparteċipat fil-laqgħa tas‑6 ta’ April 1998 imsemmija iktar ’il fuq. |
|
273 |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għal-laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija li nżammet fl‑10 u fil‑11 ta’ April 2003 f’Göteborg (l-Isvezja), li fiha pparteċipat Scania, ippreżentata fil-premessa 127 tad-deċiżjoni kkontestata. Noti bil-miktub meħuda minn rappreżentant ta’ [kunfidenzjali] parteċipant f’din il-laqgħa, u ppreżentati fl-imsemmija premessa, juru li l-parteċipanti skambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet u dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-istandard Euro 4. Skont dawn il-minuti: “Bejgħ ta’ [kunfidenzjali] Euro 4 ta’ Ottubru 2004. [kunfidenzjali]/Scania jista’ jintroduċih iktar kmieni iżda ma jixtieqx jagħmel dan. Kollha jaqblu li jdaħħlu għal [kunfidenzjali] ‘Introduzzjoni tal-bejgħ’. ” |
|
274 |
Il-kontenut tal-laqgħa tal‑10 u tal‑11 ta’ April 2003, imsemmija fil-punt 273 iktar ’il fuq, huwa spjegat fil-faks mibgħuta fit‑8 ta’ Mejju 2003 minn [kunfidenzjali] lill-kompetituri, fosthom Scania, ippreżentata fil-premessa 128 tad-deċiżjoni kkontestata, fejn huwa indikat: “Waqt il-laqgħa tagħna f’Göteborg, iddiskutejna d-dħul fis-suq tal-ispeċifikazzjoni Euro 4. Ħadt l-inizjattiva biex niddiskuti din il-kwistjoni mal-kollega tagħna, [G]. Minkejja li [kunfidenzjali] tiddubita li nżommu l-wegħdiet kollha tagħna, hija taċċetta d-dħul fis-suq f’Settembru 2004, [kunfidenzjali]. B’mod ċar ħafna, ma għandniex nipproponuha għall-bejgħ qabel din id-data. Nippreżumi li aħna dejjem qbilna u ser inżommu ma’ din id-data. Jekk għal xi raġuni ma tistgħux, jekk jogħġobkom informawni permezz ta’ faks lura.” |
|
275 |
Ir-rikorrenti invokaw l-ispjegazzjonijiet ta’ [kunfidenzjali] matul il-proċedura amministrattiva li n-noti ċċitati fil-punt 273 iktar ’il fuq ma kinux jagħmlu riferiment għall-eżistenza ta’ ftehim bejn il-kostrutturi tat-trakkijiet, iżda kienu jindikaw biss li kollha kienu aċċettaw bħala realtà li l-magni konformi mal-istandard Euro 4 probabbilment ma kinux ser jinħarġu qabel [kunfidenzjali] ta’ Settembru 2004. Madankollu, hemm lok li jiġi kkunsidrat li dawn l-ispjegazzjonijiet, ipprovduti a posteriori u li jikkontradixxu l-kliem ċar tan-noti tar-rappreżentant ta’ [kunfidenzjali] u tal-faks tat‑8 ta’ Mejju 2003 li juru li l-kompetituri kienu ftiehmu li jintroduċu l-magni konformi mal-istandard Euro 4 f’Settembru 2004, ma humiex konvinċenti. |
|
276 |
Fit-tielet lok, għandu jsir riferiment għall-messaġġ elettroniku mibgħut fis‑16 ta’ Settembru 2004 minn H, rappreżentant ta’ [kunfidenzjali], lill-kompetituri, fosthom Scania, li fih huwa indika d-deċiżjoni tiegħu li ma jipparteċipax fil-laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija prevista f’Hannover (il-Ġermanja). L-imsemmi messaġġ elettroniku, ippreżentat fil-premessa 138 tad-deċiżjoni kkontestata, kien jippreċiża dan li ġej: “Din id-deċiżjoni għandha tkun immotivata mid-diżappunt. Insib intollerabbli l-aġir ta’ xi wħud mill-kollegi tagħna (wieħed minnhom b’mod partikolari) fil-komunikazzjoni li tikkonċerna l-Euro 4 u l-Euro 5, kif ukoll il-mod li bih dawn il-kollegi pprovaw jippreġudikaw l-immaġni tal-industrija tat-trakkijiet, u ta’ wħud mill-kollegi tagħhom, b’mod partikolari […]” |
|
277 |
[kunfidenzjali] spjegat f’dikjarazzjoni orali, ippreżentata matul il-proċedura amministrattiva u ppreżentata fil-premessa 138 tad-deċiżjoni kkontestata, li hija kienet introduċiet it-teknoloġija konformi mal-Euro 4 qabel id-data miftiehma mal-kompetituri, jiġifieri f’Settembru 2004 (ara l-punti 273 u 274 iktar ’il fuq), u li dan il-fatt kien is-sors ta’ skuntentizza espress mir-rappreżentant ta’ [kunfidenzjali] f’dan il-messaġġ elettroniku. Mill-fajl jirriżulta li, wara dan l-inċident, l-iskambji fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija twaqqfu (premessa 138 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
278 |
Il-messaġġ elettroniku tar-rappreżentant ta’ [kunfidenzjali], ippreżentat fil-punt 276 iktar ’il fuq, moqri fid-dawl tal-provi prodotti fil-punti 273 u 274 iktar ’il fuq, juri l-eżistenza ta’ ftehim bejn kompetituri, fosthom Scania, dwar id-data tad-dħul fis-suq tat-teknoloġiji konformi mal-istandard Euro 4. |
|
279 |
Ir-rikorrenti bbażaw ruħhom fuq id-dikjarazzjoni ġuramentata tar-rappreżentant ta’ [kunfidenzjali] u awtur tal-messaġġ elettroniku ppreżentat fil-punt 276 iktar ’il fuq, fejn spjega li l-messaġġ elettroniku tiegħu kien intbagħat minħabba tensjonijiet bejn [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] u li ma kienx hemm qbil bejn il-manifatturi tat-trakkijiet dwar id-data tad-dħul fis-suq ta’ magni li jikkonformaw mal-istandard Euro 4. Skont ir-rikorrenti, id-dikjarazzjoni ġuramentata msemmija iktar ’il fuq hija kkorroborata mill-fatt li [kunfidenzjali] u r-rappreżentant tagħha ma rreaġixxewx għall-avviż ta’ Scania dwar it-tnedija tal-ewwel magna tagħha konformi mal-istandard Euro 4 waqt konferenza stampa tal‑31 ta’ Marzu 2004. Skont ir-rikorrenti, jista’ jiġi preżunt li, kieku l-kostrutturi kienu laħqu ftehim dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni tat-teknoloġija konformi mal-istandard Euro 4, ir-rappreżentant ta’ [kunfidenzjali] kien jirreaġixxi bl-istess mod f’dak li jirrigwarda l-avviż ta’ Scania. |
|
280 |
Dan l-argument tar-rikorrenti ma jidhirx konvinċenti. |
|
281 |
Minn naħa, fir-rigward tad-dikjarazzjoni ġuramentata msemmija iktar ’il fuq, din saret, mill-awtur tal-messaġġ elettroniku ppreżentat fil-punt 276 iktar ’il fuq, diversi snin wara l-avvenimenti rilevanti, fid-dawl tal-proċedura amministrattiva u, għaldaqstant, in tempore suspecto. Għalhekk, il-kontenut tiegħu ma jistax ipoġġi f’dubju l-valur probatorju tal-provi kontemporanji tal-avvenimenti u iktar oġġettivi, bħall-faks ippreżentata fil-punt 274 iktar ’il fuq, kif ukoll il-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ta’ [kunfidenzjali] imsemmija fil-punt 277 iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il‑Kummissjoni, T‑59/02, EU:T:2006:272, punt 277; tat‑8 ta’ Lulju 2008, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, T‑54/03, mhux ippubblikata, EU:T:2008:255, punt 379; u tad‑29 ta’ Ġunju 2012, E.ON Ruhrgas u E.ON vs Il‑Kummissjoni, T‑360/09, EU:T:2012:332, punt 201). Dawn il-provi kollha juru l-eżistenza ta’ ftehim bejn il-kostrutturi tat-trakkijiet f’dak li jirrigwarda d-data ta’ introduzzjoni tat-teknoloġija konformi mal-istandard Euro 4. |
|
282 |
Min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna l-argument ibbażat fuq il-konferenza stampa ta’ Scania tal‑31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi kkonstatat li l-istqarrija għall-istampa prodotta mir-rikorrenti, mhux talli ma tikkorroborax l-argument tagħhom, iżda ħabbret l-introduzzjoni tal-magni ta’ 420 horse power skont l-istandard Euro 4 f’Settembru 2004, data li taqbel mad-data miftiehma bejn il-kompetituri matul il-laqgħa tal‑10 u tal‑11 ta’ April 2003 f’Göteborg (ara l-punti 273 u 274 iktar ’il fuq). |
|
283 |
Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għall-iskambji ta’ informazzjoni bejn kompetituri, li fosthom kien hemm Scania DE, li seħħew bejn it‑2 u t‑8 ta’ Diċembru 2004, li għandhom bħala suġġett iż-żidiet fil-prezzijiet previsti għas-sena 2005 (premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dan il-kuntest, [kunfidenzjali] indikat li hija kienet ser titlob EUR 5410 għall-introduzzjoni ta’ “Euro 3 sa Euro 4”. |
|
284 |
Kif jirriżulta mill-premessa 141 tad-deċiżjoni kkontestata, fit‑2 ta’ Diċembru 2004, rappreżentant ta’ Scania DE, B, bagħat messaġġ elettroniku lill-impjegati ta’ impriżi kompetituri, fejn huwa staqsa f’liema data u b’liema prezz gross kienu ser jiġu kkunsinnati l-magni konformi mal-istandards 4 u 5. Ir-rappreżentant [kunfidenzjali] wieġeb billi kkomunika l-informazzjoni mitluba, fejn indika, b’mod partikolari, li l-prezzijiet addizzjonali għall-magni skont l-istandard Euro 4 u l-istandard Euro 5 kienu, rispettivament, ta’ EUR 11500 u ta’ EUR 14800. Fis‑17 ta’ Diċembru 2004, B bagħat l-informazzjoni miġbura lill-kompetituri (premessa 142 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
285 |
Fil-ħames lok, għandu jsir riferiment għal-laqgħa tat‑12 ta’ Settembru 2005, ippreżentata fil-premessa 149 tad-deċiżjoni kkontestata, li kellha, b’mod partikolari, bħala suġġetti “sitwazzjoni Euro 4/5” u “żidiet fil-prezzijiet previsti għall-2006”. Min-noti bil-miktub jirriżulta li, matul din il-laqgħa, il-kompetituri, li fosthom kien hemm rappreżentant ta’ Scania DE, I, skambjaw informazzjoni dwar id-data ta’ tnedija tal-mudelli ta’ trakkijiet konformi mal-istandards Euro 4 u Euro 5 u dwar it-tariffi tagħhom. |
|
286 |
Fis-sitt lok, għandu jsir riferiment għal messaġġ elettroniku datat il‑21 ta’ Lulju 2009, ippreżentat fil-premessa 180 tad-deċiżjoni kkontestata, li fih impjegat ta’ [kunfidenzjali] ippropona li jiġi inkluż il-punt segwenti fl-aġenda tal-laqgħa bejn il-kompetituri, organizzata minn Scania DE, li kellha ssir fis‑17 u fit‑18 ta’ Settembru 2009: “Euro VI – naf – aħna awtorizzati nitkellmu dwar dan, u dan aħna nixtiequh?” ” |
|
287 |
Il-premessa 181 tad-deċiżjoni kkontestata ssemmi l-laqgħa tas‑17 u tat‑18 ta’ Settembru 2009, imsemmija fil-punt 286 iktar ’il fuq. Mill-provi ppreżentati fil-premessa msemmija iktar ’il fuq, li ma humiex ikkontestati mir-rikorrenti, jirriżulta li l-kompetituri skambjaw informazzjoni dwar id-data ta’ introduzzjoni tat-teknoloġija konformi mal-istandard Euro 6 kif ukoll dwar iż-żidiet fil-prezzijiet previsti għas-sena 2010. |
|
288 |
Mill-provi u mill-fatti ppreżentati fil-punti 272 sa 287 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Kummissjoni stabbilixxiet, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li Scania kienet ikkonkludiet ftehimiet u/jew ikkoordinat mal-kompetituri tagħha f’dak li jirrigwarda l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal meħtieġa mir-regoli Euro 3 sa Euro 6. |
|
289 |
Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punti 261 sa 263 iktar ’il fuq. B’mod partikolari, għandu jiġi nnotat li l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar id-dati għall-introduzzjoni tal-istandards Euro tal-emissjonijiet kienu jagħmlu riferiment biss għall-iskadenzi tal-introduzzjoni ta’ dawn l-istandards (ara l-premessa 6 tad-deċiżjoni kkontestata) u ma obbligawx lill-manifatturi tat-trakkijiet jiskambjaw informazzjoni dwar l-aġenda tat-tnedija ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards. Barra minn hekk, il-fatt li Scania kienet qiegħda tippjana l-produzzjoni tagħha diversi snin qabel id-data ta’ skadenza prevista mil-leġiżlazzjoni Ewropea għall-introduzzjoni ta’ standard Euro speċifiku, ma jurix l-assenza ta’ parteċipazzjoni min-naħa tagħha fil-konsultazzjoni mal-kostrutturi l-oħra tat-trakkijiet. Bl-istess mod, il-fatt li d-dati ta’ tnedija ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet ivarjaw bejn il-kostrutturi tat-trakkijiet lanqas ma juri l-assenza ta’ skambji ta’ informazzjoni bejniethom, peress li dawn l-iskambji jippermettulhom ikunu jafu bil-pjanijiet tal-kompetituri tagħhom. |
|
290 |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda. |
3) Fuq it-tielet parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq il-fatt li l-iskambji ta’ informazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet ma jikkostitwixxux ksur minħabba l-għan
|
291 |
Ir-rikorrenti jsostnu li, l-iktar l-iktar, il-provi li jinsabu fil-fajl juru li, eċċezzjonalment, il-partijiet skambjaw informazzjoni dwar l-aġenda ta’ tnedija tat-teknoloġiji rispettivi tagħhom fil-qasam tal-emissjonijiet. Madankollu, dawn l-iskambji rari ma jikkostitwixxux ksur minħabba l-għan. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata ma tipproduċix il-prova li l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet jista’, min-natura tiegħu stess, jitqies li jagħmel ħsara għall-funzjonament normali tal-kompetizzjoni, mingħajr ma jkollu għalfejn jeżamina l-effetti tiegħu. |
|
292 |
Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, huwa diffiċli li wieħed jifhem b’liema mod l-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dati ta’ tnedija jista’ jwassal għall-iċken dewmien jew ifixkel il-kompetizzjoni fl-offerta tat-teknoloġija l-ġdida inkwistjoni, sa fejn, l-ewwel nett, l-iżvilupp tekniku ta’ teknoloġija ġdida għall-kontroll tal-emissjonijiet jieħu madwar sitta jew seba’ snin, it-tieni nett, il-kostrutturi kollha kienu obbligati jiżviluppaw magni ġodda konformi mal-istandards Euro u ħarġu t-teknoloġiji inkwistjoni qabel it-termini stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea u, it-tielet nett, ma kien hemm prattikament l-ebda domanda għal trakkijiet konformi mal-istandards Ewro qabel ma dawn l-istandards saru obbligatorji. Evidentement, skont ir-rikorrenti, l-għan tal-iskambju ta’ informazzjoni ma kienx li “jdewwem” l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet. |
|
293 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
294 |
Għandu jitfakkar li, fil-premessa 238(b) u fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma kollha li Scania kienet ipparteċipat fihom, fosthom il-ftehimiet jew il-prattiki miftiehma fuq l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet, kellhom bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u ppermettew lill-impriżi jadattaw l-istrateġija tariffarja tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni rċevuta mill-kompetituri. Barra minn hekk, fil-premessi 243 u 321 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni spjegat li n-natura tad-diskussjonijiet u tal-ftehim dwar id-data tad-dħul fis-suq ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet konformi mar-regoli ambjentali kienet relatata u komplementari għall-kollużjoni tal-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross. Għandu jitfakkar ukoll li l-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm ksur uniku u kontinwu li l-għan tiegħu kien ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ta’ trakkijiet medji u kbar fiż-ŻEE u li jikkonsisti fi prattiki li jnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza strateġika bejn il-partijiet f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
295 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punti 291 u 292 iktar ’il fuq huwa bbażat fuq serje ta’ premessi żbaljati. |
|
296 |
Fil-fatt, kif diġà ġie nnotat, l-iskambji ta’ informazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet ma ġewx ikklassifikati mill-Kummissjoni bħala ksur sħiħ. Bl-istess mod, dawn l-iskambji ma ġewx ikklassifikati separatament bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, iżda ttieħdu inkunsiderazzjoni flimkien ma’ prattiki kollużivi oħra. Huwa “dan il-grupp ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma” li ġie kklassifikat, fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, li jippermetti lill-parteċipanti jadattaw l-istrateġija tariffarja tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni rċevuta mill-kompetituri. |
|
297 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu ma hijiex ibbażata fuq il-konstatazzjoni li l-ftehimiet jew il-prattiki miftiehma fuq l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet ikkostitwixxew ostakolu fl-offerta ta’ teknoloġiji ġodda, kif jissuġġerixxi l-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 292 iktar ’il fuq. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-konstatazzjoni li dawn il-prattiki kollużivi kienu komplementari għall-prattiki kollużivi li jikkonċernaw il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross. Fil-fatt, mill-kontenut tal-iskambji bejn il-kompetituri ppreżentati fid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji li jiżguraw il-konformità tal-magni tat-trakkijiet mal-istandards Euro seta’ jkollha impatt fuq il-prezzijiet tal-mudelli tat-trakkijiet ikkonċernati u twassal għaż-żieda ta’ dawn il-prezzijiet. Il-kompetituri kienu jiddiskutu bejniethom mhux biss l-aġenda, iżda wkoll, ir-riperkussjoni tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni tat-teknoloġija l-ġdida. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha raġun tirrileva, fil-premessi 243 u 321 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kompetituri, billi ddiskutew dwar id-data tal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u dwar l-ispejjeż addizzjonali ġġenerati minnhom, kienu jafu l-livell tal-prezzijiet gross previsti u dwar l-aġenda ta’ żieda ta’ dawn il-prezzijiet gross. Minn dan isegwi li l-argument tar-rikorrenti, ippreżentat fil-punt 292 iktar ’il fuq, huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata u huwa ineffettiv. |
|
298 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-kostrutturi tat-trakkijiet, li tippermettilhom ikunu jafu l-livell previst tal-prezzijiet gross tal-kompetituri tagħhom u dwar l-aġenda ta’ żieda ta’ dawn il-prezzijiet gross, jikkostitwixxix restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, din ma hijiex indirizzata bl-argument tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv, li, kif diġà ġie nnotat, huwa bbażat fuq il-fehim żbaljat li l-Kummissjoni kkritikat lill-imsemmija kostrutturi li jostakolaw l-offerta ta’ teknoloġiji ġodda (ara l-punt 297 iktar ’il fuq). Għal kull fini utli, għandu jitfakkar li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri jista’ jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni meta jġib fis-seħħ jew ineħħi l-livell ta’ inċertezza fuq il-funzjonament tas-suq inkwistjoni bil-konsegwenza li jkun hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn impriżi (ara l-punt 270 iktar ’il fuq). B’mod partikolari, skambju ta’ informazzjoni li jista’ jelimina inċertezzi f’moħħ il-persuni kkonċernati fir-rigward tad-data, tal-kobor u tal-modalitajiet tal-adattament tal-aġir fis-suq li l-impriżi kkonċernati jkunu ser jimplimentaw, għandu jitqies li għandu għan antikompetittiv (ara s-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 122 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
299 |
F’dan il-każ, fid-dawl tal-ġurisprudenza ppreżentata fil-punt 298 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn kompetituri li jippermettulhom jiksbu informazzjoni dwar il-livell tal-prezzijiet gross previsti u dwar l-aġenda ta’ żieda ta’ dawn il-prezzijiet gross, u b’hekk jeliminaw l-inċertezza dwar l-aġir futur li ser jadottaw, jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan (ara, f’dan is-sens, sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2013, Mamoli Robinetteria vs Il‑Kummissjoni, T‑376/10, EU:T:2013:442, punt 72). |
|
300 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda. Konsegwentement, dan l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu. |
d) Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż bħala ksur “minħabba l-għan”
1) Osservazzjonijiet preliminari
|
301 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma pproduċietx provi preċiżi u konkordanti li jikkorroboraw l-argument li l-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż kien jikkostitwixxi xkiel suffiċjenti għall-kompetizzjoni sabiex jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni “minħabba l-għan”, fis-sens tas-sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni (C‑67/13 P, EU:C:2014:2204). |
|
302 |
Ir-rikorrenti jsostnu li analiżi tal-kontenut, tal-għanijiet u tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż turi li l-evalwazzjoni “minħabba l-għan” imwettqa mill-Kummissjoni hija vvizzjata bi żball ta’ liġi jew bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
|
303 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
304 |
Hemm lok li jitfakkar li, fil-premessa 238 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat, l-ewwel nett, li Scania kienet ikkonkludiet ftehimiet u/jew ikkoordinat mal-partijiet għar-riżolviment fuq il-bidliet previsti tal-prezzijiet gross u fil-listi ta’ prezzijiet gross u fuq l-aġenda ta’ dawn il-bidliet u, okkażjonalment, fuq modifiki previsti tal-prezzijiet netti jew tal-iskontijiet offruti lill-klijenti, it-tieni nett, li Scania kienet ikkonkludiet ftehimiet u/jew kienet ikkoordinat mal-partijiet għar-riżolviment dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, meħtieġa minn Euro 3 sa Euro 6 u, it-tielet nett, li Scania u l-partijiet għar-riżolviment kienu skambjaw informazzjoni oħra sensittiva fuq il-livell kummerċjali, jiġifieri informazzjoni dwar it-termini ta’ kunsinna, l-ordnijiet magħmula u l-livell tal-istokkijiet, ishma tas-suq fil-mira, il-prezzijiet netti attwali u t-tnaqqis, il-listi ta’ prezzijiet gross (anki qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom) u dwar il-konfiguraturi tat-trakkijiet. |
|
305 |
Skont il-premessa 212 tad-deċiżjoni kkontestata, il-prattiki kollużivi ppreżentati mill-Kummissjoni fil-premessa 238 tal-imsemmija deċiżjoni seħħew fit-tliet livelli identifikati fil-punti 35 sa 38 iktar ’il fuq u, b’mod partikolari, fil-livell Ġermaniż. |
|
306 |
Il-Kummissjoni qieset, fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma kollha ppreżentati fil-premessa 238 kellhom bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u kienu ppermettew lill-impriżi jadattaw l-istrateġija tariffarja tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni rċevuta mill-kompetituri. |
|
307 |
Għandu jitfakkar ukoll li l-Kummissjoni kklassifikat dan l-aġir kollużiv kollu bħala ksur uniku u kontinwu, li dam mill‑1997 sal‑2011. Skont il-Kummissjoni, Scania u l-partijiet għar-riżolviment segwew pjan ġenerali li kellu bħala għan antikompetittiv uniku r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE. Dan l-għan intlaħaq permezz ta’ prattiki li jnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza strateġika bejn il-kompetituri f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross, l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni tat-trakkijiet konformi mar-regoli ambjentali (premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
308 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, anki jekk il-Kummissjoni ma kklassifikatx f’dan il-każ il-kuntatti kollużivi fil-livell Ġermaniż bħala ksur fih innifsu tal-Artikolu 101 TFUE, hija qieset li dawn il-kuntatti kienu jikkostitwixxu restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-għan u kienu jagħmlu parti mill-ksur uniku u kontinwu imputat lil Scania, li jikkontribwixxi għat-twettiq tiegħu. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, għandha tiġi eżaminata l-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-kuntatti kollużivi fil-livell Ġermaniż kienu jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan. |
|
309 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ċerti tipi ta’ koordinazzjoni bejn impriżi juru grad suffiċjenti ta’ dannu fir-rigward tal-kompetizzjoni b’mod li jkun jista’ jitqies li l-eżami tal-effetti tagħhom ma huwiex neċessarju (sentenzi tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 49, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 113; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Allianz Hungária Biztosító et, C‑32/11, EU:C:2013:160, punt 34). |
|
310 |
Id-distinzjoni bejn “ksur minħabba l-għan” u “ksur minħabba l-effett” tikkonċerna l-fatt li ċerti forom ta’ kollużjoni bejn impriżi jistgħu jitqiesu, min-natura tagħhom stess, li huma ta’ ħsara għall-funzjonament normali tal-kompetizzjoni (sentenzi tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 50, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 114; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Allianz Hungária Biztosító et, C‑32/11, EU:C:2013:160, punt 35). |
|
311 |
Konsegwentement, huwa paċifiku li ċertu aġir kollużiv, bħal dak li jwassal għall-iffissar orizzontali tal-prezzijiet permezz ta’ kartelli, jista’ jitqies li tant joħloq effetti negattivi, partikolarment, fuq il-prezz, fuq il-kwantità jew fuq il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, jitqies li huwa ineffettiv sabiex jintwera li dan għandu effetti konkreti fuq is-suq. Fil-fatt, l-esperjenza turi li tali aġir jinvolvi tnaqqis fil-produzzjoni u fiż-żidiet fil-prezzijiet, li jwassal għal allokazzjoni ħażina tar-riżorsi b’detriment, b’mod partikolari, għall-konsumaturi (sentenzi tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 51, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il-Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 115). |
|
312 |
F’każ li l-analiżi ta’ tip ta’ koordinazzjoni bejn impriżi ma turix grad suffiċjenti ta’ ħsara għall-kompetizzjoni, ikun meħtieġ, mill-banda l-oħra, li jiġu eżaminati l-effetti tagħha u, sabiex din tiġi pprojbita, li jiġu ssodisfatti l-elementi li jistabbilixxu li kien hemm, fil-fatt, prevenzjoni jew restrizzjoni jew distorsjoni tal-proċess tal-kompetizzjoni b’mod sostanzjali (sentenzi tal‑14 ta’ Marzu 2013, Allianz Hungária Biztosító et, C‑32/11, EU:C:2013:160, punt 34; tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 52, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 116). |
|
313 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi evalwat jekk ftehim bejn impriżi jew deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi għandux grad suffiċjenti ta’ ħsara sabiex jitqies li huwa restrizzjoni tal-kompetizzjoni “bħala għan” fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, wieħed għandu jiffoka fuq il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tiegħu, fuq l-għanijiet li huwa intiż li jilħaq kif ukoll fuq il-kuntest ekonomiku u ġuridiku li jidħol fih. Fl-ambitu tal-evalwazzjoni tal-imsemmi kuntest, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll in-natura tal-beni jew tas-servizzi affettwati kif ukoll il-kundizzjonijiet reali għall-funzjonament u għall-istruttura tas-suq jew swieq inkwistjoni (sentenzi tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P,EU:C:2014:2204, punt 53, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 117; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Allianz Hungária Biztosító et, C‑32/11, EU:C:2013:160, punt 36). |
|
314 |
Barra minn hekk, minkejja li l-intenzjoni tal-partijiet ma tikkostitwixxix element neċessarju għad-determinazzjoni tan-natura restrittiva ta’ ftehim bejn impriżi, xejn ma jżomm lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew lill-qrati nazzjonali u tal-Unjoni milli jiħduha inkunsiderazzjoni (sentenzi tal‑14 ta’ Marzu 2013, Allianz Hungária Biztosító et, C‑32/11, EU:C:2013:160, punt 37; tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 54, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 118). |
|
315 |
F’dak li jirrigwarda b’mod iktar partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri, għandu jitfakkar li l-kriterji ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li jikkostitwixxu prattika miftiehma għandhom jinftiehmu fid-dawl tal-kunċett inerenti għad-dispożizzjonijiet tat-trattat dwar il-kompetizzjoni, li jgħid li kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li huwa għandu l-intenzjoni jsegwi fis-suq intern (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 32, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 119). |
|
316 |
Minkejja li dan ir-rekwiżit ta’ awtonomija ma jeskludix id-dritt tal-operaturi ekonomiċi milli jadattaw ruħhom b’mod intelliġenti għall-aġir ikkonstatat jew mistenni tal-kompetituri tagħhom, huwa madankollu jipprekludi b’mod rigoruż kull kuntatt dirett jew indirett bejn tali operaturi ta’ natura li jinfluwenza l-aġir fis-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali jew li jiżvela lil tali kompetitur l-aġir li ġie deċiż li għandu jsir f’dan is-suq jew li ġie maħsub li jiġi adottat fih, meta dawn il-kuntatti jkollhom l-għan jew l-effett li jwasslu għal kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali għas-suq inkwistjoni, fid-dawl tan-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, tal-kobor u tan-numru ta’ impriżi u tal-volum tal-imsemmi suq (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 33, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 120). |
|
317 |
Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri seta’ jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni meta jkun naqqas jew jelimina l-inċertezza dwar il-funzjonament tas-suq inkwistjoni bil-konsegwenza li jkun hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi (sentenzi tat‑2 ta’ Ottubru 2003, Thyssen Stahl vs Il‑Kummissjoni, C‑194/99 P, EU:C:2003:527, punt 81; tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 35, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 121). |
|
318 |
B’mod partikolari, skambju ta’ informazzjoni li jista’ jelimina inċertezzi f’moħħ il-persuni kkonċernati fir-rigward tad-data, tal-kobor u tal-modalitajiet tal-adattament tal-aġir fis-suq li l-impriżi kkonċernati jkunu ser jimplimentaw għandu jitqies li għandu għan antikompetittiv (sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 122; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 41). |
|
319 |
Barra minn hekk, prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv anki jekk ma jkollhiex rabta diretta mal-prezzijiet għall-konsumaturi. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE ma tippermettix li jitqies li huma pprojbiti biss il-prattiki miftiehma li għandhom effett dirett fuq il-prezz imħallas mill-konsumaturi finali (sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 123; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 36). |
|
320 |
Għall-kuntrarju, mill-imsemmi Artikolu 101(1)(a) TFUE jirriżulta li prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv jekk din tkun tikkonsisti fl-“iffissar dirett jew indirett ta’ prezzijiet ta’ l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kondizzjonijiet oħra tan-negozju” (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 37, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 124). |
|
321 |
Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 101 TFUE jfittex, bi qbil mar-regoli l-oħra tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-trattat, li jipproteġi mhux biss l-interessi diretti tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda wkoll l-istruttura tas-suq u, b’hekk, il-kompetizzjoni bħala tali. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ għan antikompetittiv ta’ prattika miftiehma ma tistax tkun suġġetta għal dik ta’ rabta diretta tagħha mal-prezzijiet għall-konsumaturi (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T‑Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punti 38 u 39, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 125). |
|
322 |
Finalment, għandu jitfakkar li mill-kliem stess tal-Artikolu 101(1) TFUE jirriżulta li l-kunċett ta’ prattika miftiehma jinvolvi, minbarra l-ftehim bejn l-impriżi kkonċernati, aġir fis-suq li jsegwi dan il-ftehim u rabta ta’ kawża u effett bejn dawn iż-żewġ elementi (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 51, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 126). |
|
323 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kien hemm lok li jiġi preżunt, bla ħsara għal prova kuntrarja li għandha titressaq mill-operaturi kkonċernati, li l-impriżi li jipparteċipaw fil-ftehim u li jibqgħu attivi fis-suq jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni skambjata mal-kompetituri tagħhom sabiex jiddeterminaw l-aġir tagħhom f’dan is-suq. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li tali prattika miftiehma kienet taqa’ taħt l-Artikolu 101(1) TFUE anki fl-assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq l-imsemmi suq (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 51, u tad‑19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 127). |
2) Fuq il-kontenut tal-informazzjoni skambjata
i) Fuq il-bidliet previsti fil-prezzijiet gross u fil-listi ta’ prezzijiet gross u fuq l-aġenda ta’ dawn il-bidliet, imsemmija fil-premessa 238(a) tad-deċiżjoni kkontestata
|
324 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż dwar il-prezzijiet gross ma kinitx ta’ natura li tnaqqas l-inċertezza “strateġika” bejn il-kompetituri. |
|
325 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-informazzjoni tariffarja skambjata fil-livell Ġermaniż kienet tikkonċerna l-prezzijiet fis-seħħ applikati mid-distributuri lill-konċessjonarji fil-Ġermanja u ma kinitx tikkonċerna prezzijiet futuri jew intenzjonijiet tariffarji. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-iskambji fil-livell Ġermaniż kienu jikkonċernaw prezzijiet li kienu diġà pubbliċi u, fit-tielet lok, huma jsostnu li l-prezzijiet gross skambjati ma kellhom ebda valur informattiv fuq il-prezzijiet effettivament applikati għall-konsumatur finali. |
– Fuq l-argument tar-rikorrenti dwar in-natura attwali jew futura tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż
|
326 |
Fil-premessa 240 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rrilevat li l-kompetituri kienu jiddiskutu bejniethom diversi fatturi li jikkonċernaw it-tariffi futuri u l-iżvilupp futur tal-prezzijiet gross. |
|
327 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata li tgħid li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż dwar il-prezzijiet gross kienet tikkonċerna prezzijiet gross futuri u intenzjonijiet tariffarji. Huma essenzjalment isostnu li l-iskambju ta’ din l-informazzjoni kien jikkonċerna prezzijiet gross fis-seħħ u, għaldaqstant, ma kellux tali importanza strateġika li jista’ jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan”. Il-prezzijiet gross skambjati huma prezzijiet fis-seħħ (attwali) sa fejn, qabel l-iskambju, huma kienu diġà ġew ikkomunikati lin-networks tal-konċessjonarji jew kienu japplikaw għal kunsinni jew għal ordnijiet li diġà saru minn klijenti. |
|
328 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-fajl fih diversi provi li juru li d-diskussjonijiet, fil-livell Ġermaniż, dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross kienu ċarament ta’ natura prospettiva u intiżi sabiex jeliminaw l-inċertezzi fir-rigward tal-politika tariffarja futura tal-kompetituri. B’hekk, l-iskambji bejn it‑2 u t‑8 ta’ Diċembru 2004, deskritti fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata, kellhom bħala suġġett iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2005, l-iskambji ta’ informazzjoni li seħħew fit‑12 ta’ Settembru 2005, deskritti fil-premessa 149 tad-deċiżjoni kkontestata, kellhom bħala suġġett iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2006, l-iskambji ta’ informazzjoni li kienu seħħew f’Ġunju u f’Lulju 2007, deskritti fil-premessa 158 tad-deċiżjoni kkontestata, kellhom bħala suġġett iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2008, l-iskambji ta’ informazzjoni li kienu seħħew fit‑12 u fit‑13 ta’ Marzu 2008, deskritti fil-premessa 166 tad-deċiżjoni kkontestata, kellhom bħala suġġett iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-snin 2008 u 2009, l-iskambji ta’ informazzjoni li kienu seħħew f’Lulju 2009, deskritti fil-premessa 179 tad-deċiżjoni kkontestata, kellhom bħala suġġett iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2010, u l-messaġġ elettroniku tal‑14 ta’ Ottubru 2010, deskritt fil-premessa 190 tad-deċiżjoni kkontestata, juri skambju ta’ informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet għas-sena 2011. Impjegati ta’ Scania DE kienu jipparteċipaw f’dawn l-iskambji kollha. |
|
329 |
Barra minn hekk, mill-fajl jirriżulta li, kemm Scania kif ukoll il-kompetituri l-oħra, ikkomunikaw bejniethom iż-żidiet fil-prezzijiet li huma kellhom l-intenzjoni japplikaw, b’risposta għal talbiet, għal dan il-għan, li ġejjin minn wieħed mill-kompetituri. B’hekk, f’ittra elettronika tat‑2 ta’ Diċembru 2004, deskritta fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata, impjegat ta’ [kunfidenzjali] fil-livell Ġermaniż talab lill-kompetituri informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2005 billi indika: “Żieda fil-prezzijiet 2005: bħal kull sena, il-kap jixtieq ikun jaf jekk u meta ser tgħollu l-prezzijiet tagħkom fis-sena li jmiss”. Barra minn hekk, huwa ppreċiża: “Għal din ir-raġuni, jekk jogħġobkom aqsmu din l-informazzjoni ma’ kulħadd sabiex ma jinħeliex ħin fuq talbiet individwali”. Bl-istess mod, fl-email tal‑20 ta’ Lulju 2009, ippreżentata fil-premessa 179 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar talba għal informazzjoni relatata, b’mod partikolari, maż-żidiet fil-prezzijiet għas-sena 2010, huwa ddikjarat: “[B]ħal kull sena, l-ippjanar bil-quddiem irid isir internament filwaqt li [jiġu indirizzati] kwistjonijiet relatati.” |
|
330 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw in-natura prospettiva tal-prezzijiet gross skambjati billi jsostnu li l-informazzjoni tariffarja skambjata fil-livell Ġermaniż kienet tikkonċerna l-listi ta’ prezzijiet gross distributuri-konċessjonarji li kienu diġà ġew ikkomunikati lill-konċessjonarji u li kienu diġà jservu ta’ bażi għal ordnijiet magħmula minn klijenti finali. Insostenn ta’ dan l-argument, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ rapporti ppreparati minn kumpannija ta’ konsulenza dwar l-ekonomija, l-ewwel wieħed, tal‑20 ta’ Settembru 2016, ippreżentat lill-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva (iktar ’il quddiem ir-“rapport ekonomiku tal‑20 ta’ Settembru 2016”) u, it-tieni wieħed, tad‑9 ta’ Diċembru 2017, ippreżentat għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali (iktar ’il quddiem ir-“rapport ekonomiku tad‑9 ta’ Diċembru 2017”). Dawn ir-rapporti janalizzaw l-iskambji ta’ informazzjoni bejn kompetituri li fihom Scania DE kienet involuta (u msemmija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u fid-deċiżjoni kkontestata) u, billi jibbażaw ruħhom fuq informazzjoni pprovduta minn Scania, juru, allegatament, li kull wieħed minn dawn l-iskambji kien jikkonċerna listi ta’ prezzijiet gross, li, qabel il-komunikazzjoni tagħhom lill-kompetituri ta’ Scania DE, kienu diġà ġew ikkomunikati lill-konċessjonarji ta’ Scania fil-Ġermanja jew kienu servew bħala riferiment għat-tqegħid tal-ordnijiet minn klijenti finali. |
|
331 |
Dan l-argument tar-rikorrenti ma jikkonvinċix lill-Qorti Ġenerali. |
|
332 |
Fil-fatt, indipendentement min-natura affidabbli u preċiża tal-informazzjoni użata fiż-żewġ rapporti msemmija fil-punt 330 iktar ’il fuq, li kienet ġiet ordnata mir-rikorrenti għad-difiża tagħhom fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva u quddiem il-Qorti Ġenerali, għandu jiġi nnotat li diversi skambji ta’ informazzjoni ppreżentati fid-deċiżjoni kkontestata juru li ż-żidiet fil-prezzijiet diskussi matul dawn l-iskambji kienu japplikaw għall-ordnijiet li saru wara l-imsemmija skambji. Konsegwentement, in-natura prospettiva tal-informazzjoni skambjata hija stabbilita anki skont l-analiżi użata mir-rikorrenti. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment, bħala eżempju, għall-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż, ippreżentati fil-premessi 140, 149, 166, 171 u 190 tad-deċiżjoni kkontestata. B’hekk, matul l-iskambji ta’ Diċembru 2004, ippreżentati fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata, [kunfidenzjali] informat lill-kompetituri tagħha li l-listi ta’ prezzijiet li jikkonċernaw il-vetturi u l-opzjonijiet jiżdiedu bi 3 % għal ordnijiet magħmula wara l‑1 ta’ April 2005; fil-kuntest ta’ preżentazzjoni magħmula minn [kunfidenzjali] waqt laqgħa bejn kompetituri fil-livell Ġermaniż, fit‑12 u fit‑13 ta’ Marzu 2008, ippreżentata fil-premessa 166 tad-deċiżjoni kkontestata, [kunfidenzjali] informat lill-kompetituri tagħha dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta’ ċerti mudelli ta’ trakkijiet applikata għal ordnijiet magħmula fix-xahar ta’ April 2008, fix-xahar ta’ Ottubru 2008 u fix-xahar ta’ April 2009; l-ittra elettronika tas‑7 ta’ Novembru 2008, ippreżentata fil-premessa 171 tad-deċiżjoni kkontestata, tinforma lill-kompetituri biż-żidiet fil-prezzijiet applikati minn [kunfidenzjali] għal ordnijiet li saru minn April 2009 u żidiet fil-prezzijiet applikati minn [kunfidenzjali] għal ordnijiet li saru minn Frar 2009. |
|
333 |
Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li, anki jekk il-kostrutturi tat-trakkijiet, qabel ma skambjaw informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross fil-livell Ġermaniż, kienu kkomunikaw “internament”, jiġifieri lill-konċessjonarji tagħhom, l-intenzjoni tagħhom li jżidu l-prezzijiet gross u anki jekk kienu diġà ħadu ordnijiet abbażi ta’ dawn il-prezzijiet gross, dan ma jfissirx li l-informazzjoni skambjata ma kinitx utli għall-kompetituri tagħhom, sa fejn din l-informazzjoni ma kinitx ippubblikata u kienet tiżvela l-istrateġija tariffarja futura tal-kostrutturi tat-trakkijiet li fornewhom. |
|
334 |
Ir-rikorrenti, sabiex jikkorroboraw l-argument tagħhom li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn kostrutturi fil-livell Ġermaniż kienu jikkonċernaw il-prezzijiet gross fis-seħħ u mhux il-prezzijiet futuri, isostnu wkoll li Scania DE ma biddlitx il-prezzijiet tagħha wara informazzjoni (dwar il-prezzijiet) li hija setgħet tirċievi mill-kompetituri tagħha. Insostenn ta’ din l-allegazzjoni, ir-rikorrenti invokaw ir-rapport ekonomiku tad‑9 ta’ Diċembru 2017 li, allegatament, juri li volum kbir ta’ bejgħ kien twettaq abbażi ta’ listi ta’ prezzijiet, wara li Scania DE kienet ikkomunikathom lill-parteċipanti l-oħra fil-livell Ġermaniż. |
|
335 |
Dan l-argument, li għandu jiġi indirizzat fid-dawl tal-prinċipji ppreżentati fil-punti 322 u 323 iktar ’il fuq, lanqas ma jista’ jintlaqa’ sa fejn dan bl-ebda mod ma juri li Scania ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rċevuta fil-kuntest tal-iskambji fil-livell Ġermaniż sabiex tiddetermina l-istrateġija tariffarja tagħha. Il-fatt li Scania pparteċipat fi skambji mal-kompetituri tagħha għal erbatax-il sena u fuq bażi regolari turi l-valur strateġiku li din l-informazzjoni kellha għal Scania (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2009, T-Mobile Netherlands et, C‑8/08, EU:C:2009:343, punt 51). |
|
336 |
Sabiex jikkontestaw in-natura prospettiva tal-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ argumenti oħra. Minn naħa, huma jagħmlu riferiment għad-dikjarazzjonijiet ta’ kostrutturi oħra tat-trakkijiet li jinsabu fil-fajl, li jikkonfermaw li l-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż ma kienx jirrigwarda intenzjonijiet tariffarji futuri. Min-naħa l-oħra, huma jsostnu li l-impjegati ta’ Scania DE li jipparteċipaw fl-iskambji fil-livell Ġermaniż ma kellhomx bħala missjoni li jistabbilixxu l-prezzijiet u li huma kienu konvinti li l-informazzjoni “prospettiva” fuq il-prezzijiet ma kinitx taqa’ taħt in-network ta’ kuntatti tagħhom. L-impjegati ta’ Scania DE kkonfermaw li l-informazzjoni kkomunikata lill-impjegati tal-kostrutturi l-oħra kienet diġà dejjem tiġi mxandra b’mod wiesa’ fin-networks tal-konċessjonarji ta’ Scania u ppreżumew li l-informazzjoni tariffarja pprovduta mill-kostrutturi l-oħra kienet tikkonċerna prezzijiet “attwali” u mhux futuri. |
|
337 |
L-argumenti tar-rikorrenti ppreżentati fil-punt 336 iktar ’il fuq lanqas ma jistgħu jintlaqgħu. |
|
338 |
Qabelxejn, fid-dikjarazzjonijiet invokati mir-rikorrenti, il-kostrutturi tat-trakkijiet indikaw, essenzjalment, li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż kienet diġà (jiġifieri qabel l-iskambji) ikkomunikata lill-konċessjonarji u kellha, għalhekk, skont l-imsemmija kostrutturi, natura pubblika. In-natura “pubblika” tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż ser tiġi eżaminata fil-punti 342 sa 350 iktar ’il quddiem. F’dan l-istadju tal-analiżi, għandu jiġi nnutat li l-fajl fih provi li juru li l-iskambji fil-livell Ġermaniż kellhom bħala għan, b’mod partikolari, żidiet futuri fil-prezzijiet gross, u dan huwa muri wkoll mid-dikjarazzjonijiet tal-kostrutturi stess. Fil-fatt, kif il-Kummissjoni rrilevat fil-premessi 89 u 91 tad-deċiżjoni kkontestata, il-maġġoranza tal-kostrutturi kkonfermaw li, fost is-suġġetti ta’ diskussjonijiet fil-livell Ġermaniż, kien hemm iż-żidiet futuri fil-prezzijiet gross u li dawn l-iskambji kienu ta’ natura sistematika u regolari. |
|
339 |
Sussegwentement, id-dikjarazzjonijiet tal-impjegati ta’ Scania DE huma bbażati fuq il-premessa żbaljata li l-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż kienu jikkostitwixxu prezzijiet “attwali”, peress li dawn kienu diġà ġew ikkomunikati lin-networks tal-konċessjonarji. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-perċezzjoni li għandhom l-impjegati ta’ Scania DE tal-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-imputazzjoni lil impriża ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE ma tippreżupponix għarfien tal-impjegati tal-impriża kkonċernata minn dan il-ksur, iżda l-azzjoni ta’ persuna li hija awtorizzata taġixxi f’isem l-impriża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Dole Food u Dole Germany vs Il‑Kummissjoni, T‑588/08, EU:T:2013:130, punt 581 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, kif tirrileva l-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma jikkontestawx il-fatt li l-impjegati ta’ Scania DE li pparteċipaw fl-iskambju ta’ informazzjoni kienu awtorizzati jagħmlu dan. Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-perċezzjoni msemmija iktar ’il fuq tal-impjegati ta’ Scania DE u fuq ir-responsabbiltà tagħhom tal-iffissar tal-prezzijiet ma huwiex effettiv u għandu jiġi miċħud. |
|
340 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi miċħud l-ilment tar-rikorrenti li jgħid li l-Kummissjoni injorat ir-rapport ekonomiku tal‑20 ta’ Settembru 2016 imsemmi fil-punt 330 iktar ’il fuq. Il-fajl ma jurix il-fondatezza ta’ tali lment u mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-imsemmi rapport kellu utilità limitata sa fejn kien intiż sabiex jikkorrobora argument żbaljat, jiġifieri dak li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż kienet “attwali” sa fejn din kienet diġà ġiet ikkomunikata lin-networks tal-konċessjonarji. |
|
341 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argumenti kollha tar-rikorrenti dwar in-natura “attwali” tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż għandhom jiġu miċħuda. |
– Fuq l-argument tar-rikorrenti dwar in-natura pubblika tal-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż
|
342 |
Ir-rikorrenti jsostnu li, fid-dawl tat-terminu pjuttost twil li jgħaddi bejn l-ordni ta’ trakk u l-kunsinna tiegħu, l-informazzjoni skambjata, fil-livell Ġermaniż, fuq il-prezzijiet gross kienet diġà ġiet ikkomunikata mill-kostrutturi tat-trakkijiet lin-networks ta’ konċessjonarji tagħhom u kienet diġà msemmija fin-negozjati bejn il-konċessjonarji u l-klijenti, li għalhekk jaqgħu taħt il-qasam pubbliku. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma għandha l-ebda valur strateġiku għall-kompetituri. Ir-rikorrenti jsostnu li l-analiżi tagħhom hija kkorroborata, sa ċertu punt, min-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 4, taħt il-punt 74 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE għall-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali (ĠU 2011, C 11, p. 1). |
|
343 |
Dan l-argument tar-rikorrenti ma jikkonvinċix lill-Qorti Ġenerali. |
|
344 |
Fl-ewwel lok, fuq livell ġenerali, huwa rrilevat li l-iskambji ta’ informazzjoni tariffarja fil-livell Ġermaniż kienu jseħħu ta’ spiss u għal diversi snin. Mill-fajl jirriżulta wkoll li dawn l-iskambji kellhom natura strutturata u organizzata tajjeb, peress li l-parteċipanti kienu, ta’ spiss, mistiedna jimlew tabella Excel b’informazzjoni li tirrigwarda, b’mod partikolari, iż-żidiet ippjanati tal-prezzijiet gross, u l-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment, f’dan ir-rigward, bħala eżempju, għall-premessi 150, 166, 171, 172, 175, 179 u 188 tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll għad-dikjarazzjonijiet ta’ ċerti kostrutturi matul il-proċedura amministrattiva, ippreżentati fil-premessa 91 tad-deċiżjoni kkontestata. Fid-dawl ta’ dan il-fatt, l-argument li l-iskambji fil-livell Ġermaniż ma kinux jippreżentaw valur għall-kompetituri għall-finijiet tal-ippjanar tal-istrateġiji tariffarji tagħhom ma hijiex plawżibbli. |
|
345 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi nnutat li r-rikorrenti ma jurux li l-kostrutturi tat-trakkijiet setgħu jiksbu l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż permezz ta’ mezz differenti minn dak tal-kuntatti diretti bejn kompetituri u jikkonċedu li huma ma humiex kapaċi jipprovdu eżempji ta’ avviżi dwar iż-żidiet fil-prezzijiet magħmula minn sors aċċessibbli għal kulħadd. Ir-rikorrenti lanqas ma jikkontestaw id-dikjarazzjonijiet ta’ ċerti kompetituri matul il-proċedura amministrattiva, ippreżentati fil-premessi 269 u 270 tad-deċiżjoni kkontestata, li jgħidu li l-prezzijiet gross u l-intenzjonijiet li jiżdiedu l-prezzijiet gross, li kienu s-suġġett ta’ skambji fil-livell Ġermaniż, ġeneralment ma kinux pubbliċi u setgħu biss ikunu parzjalment estratti minn sorsi aċċessibbli għall-pubbliku u li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet gross li kienet fil-qasam pubbliku ma kinitx daqstant iddettaljata u preċiża daqs dik irċevuta direttament mill-kompetituri. |
|
346 |
F’dan l-istess kuntest, għandu jiġi ppreċiżat ukoll li r-rikorrenti ma jurux li l-informazzjoni miksuba mill-konċessjonarji u mill-klijenti finali ta’ kostruttur tat-trakkijiet dwar żidiet futuri fil-prezzijiet gross tasal b’mod sempliċi, dirett u sistematiku għand kostrutturi oħra tat-trakkijiet. F’dan ir-rigward, manifattur tat-trakkijiet ippreċiża, matul il-proċedura amministrattiva, li, ġeneralment, il-klijenti ma kinux jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar żidiet ippjanati tal-prezzijiet gross tal-kompetituri fil-kuntest tan-negozjati tagħhom mal-konċessjonarji, sa fejn din l-informazzjoni ma kinitx issaħħaħ is-setgħa tagħhom li jinnegozjaw fir-rigward ta’ dawn il-konċessjonarji (ara l-premessa 279 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
347 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-komunikazzjoni lin-networks tal-konċessjonarji tal-informazzjoni dwar iż-żidiet applikati għal-listi ta’ prezzijiet gross ma kinitx tirrendi din l-informazzjoni “pubblika”, peress li informazzjoni pubblika hija informazzjoni oġġettiva tas-suq, identifikabbli b’mod immedjat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2008, BPB vs Il‑Kummissjoni, T‑53/03, EU:T:2008:254, punt 236). |
|
348 |
Minn dan jirriżulta wkoll li l-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż dwar iż-żieda applikabbli għal-listi ta’ prezzijiet gross kien l-uniku mezz li jippermetti lill-kompetituri jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni b’mod sempliċi, rapidu u ddettaljat u li tinħoloq klima ta’ ċertezza reċiproka f’dak li jirrigwarda l-politika futura tal-prezzijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2008, BPB vs Il‑Kummissjoni, T‑53/03, EU:T:2008:254, punt 236). |
|
349 |
Għaldaqstant, għandha tiġi vvalidata l-konklużjoni tal-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż ma kinitx pubblika (ara, b’mod partikolari, il-premessa 242 tad-deċiżjoni kkontestata). Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, kuntrarjament għall-argument tar-rikorrenti (ara l-punt 342 iktar ’il fuq), din il-konklużjoni tal-Kummissjoni hija konformi mal-linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE għall-ftehim ta’ kooperazzjoni orizzontali. Fil-fatt, fil-punt 74 tal-imsemmija linji gwida, il-Kummissjoni spjegat li kellu jitqies li l-iskambji, bejn kompetituri, ta’ informazzjoni individwalizzata dwar il-prezzijiet jew il-kwantitajiet futuri previsti bħala li jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan. Ċertament, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 4, taħt il-punt 74, il-Kummissjoni ppreċiżat li, fil-każijiet speċifiċi fejn l-impriżi impenjaw ruħhom kompletament biex fil-futur jimplimentaw il-prezzijiet imħabbra preċedentement lill-pubbliku ġenerali (prezzijiet li huma ma setgħux għalhekk jirrevedu), tali avviżi pubbliċi ta’ prezzijiet jew kwantitajiet individwali futuri ma jitqisux li huma intenzjonijiet u għalhekk normalment ma jitqisux li jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan. Madankollu, il-kontenut ta’ din in-nota ta’ qiegħ il-paġna ma huwiex rilevanti f’dan il-każ, sa fejn il-kostrutturi tat-trakkijiet, inkluża Scania, ma kinux iħabbru lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni fuq il-prezzijiet skambjati fil-livell Ġermaniż, iżda biss lin-networks ta’ konċessjonarji tagħhom. |
|
350 |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argument tar-rikorrenti dwar in-natura pubblika tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż għandu jiġi miċħud. |
– Fuq l-argument tar-rikorrenti dwar l-assenza ta’ valur informattiv tal-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż fuq il-prezzijiet effettivament applikati fit-tranżazzjonijiet tas-suq
|
351 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż dwar il-prezzijiet gross ma tipprovdi ebda indikazzjoni dwar l-aġir tariffarju futur tal-kompetituri. Huma jispjegaw li, minħabba l-kumplessità u n-numru ta’ fatturi tariffarji tat-trakkijiet, il-prezzijiet gross u l-listi ta’ prezzijiet gross ma għandhom l-ebda valur informattiv fuq il-prezzijiet effettivament applikati fit-tranżazzjonijiet tas-suq, kuntrarjament għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. |
|
352 |
Dan l-argument tar-rikorrenti huwa sostnut u żviluppat iktar fil-kuntest tal-argument tagħhom dwar il-kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż. Għaldaqstant, ser jiġi diskuss fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ dan l-argument. |
ii) Fuq il-bidliet maħsuba tal-prezzijiet netti u tal-iskontijiet offruti lill-klijenti, imsemmija fil-premessa 238(a) tad-deċiżjoni kkontestata
|
353 |
Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni, fil-premessa 238(a) tad-deċiżjoni kkontestata, irrilevat li Scania u l-partijiet għar-riżolviment, okkażjonalment, skambjaw informazzjoni dwar modifiki maħsuba tal-prezzijiet netti jew dwar modifiki tal-iskontijiet offruti lill-klijenti. Mill-premessa 212(a) tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, skont il-Kummissjoni, diversi minn dawn l-iskambji seħħew fil-livell Ġermaniż. |
|
354 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw li tali skambji seħħew u jsostnu li l-provi dokumentali invokati mill-Kummissjoni ma jistabbilixxux l-eżistenza tagħhom. |
|
355 |
Mill-fajl jirriżulta li l-Kummissjoni stabbilixxiet, b’mod suffiċjenti fid-dritt, l-eżistenza tal-prattiki ppreżentati fil-punt 354 iktar ’il fuq. |
|
356 |
F’dak li jirrigwarda l-iskambji ta’ informazzjoni dwar l-iskontijiet, l-eżistenza tagħhom hija kkonfermata fin-noti bil-miktub ta’ impjegat ta’ [kunfidenzjali], dwar laqgħa bejn kompetituri, fit‑3 u fl‑4 ta’ Mejju 2004, fil-bini ta’ Scania DE, ippreżentati fil-premessa 134 tad-deċiżjoni kkontestata. Dawn in-noti jindikaw: “medja tal-prezzijiet + 5, 6, 7.5 %! ebda bidla fil-prezzijiet gross, anki livell tal-iskontijiet”. Barra minn hekk, mill-provi dokumentali prodotti fil-premessa 156 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fis‑7 ta’ Settembru 2006, impjegat ta’ [kunfidenzjali] informa lill-impjegati tal-kostrutturi l-oħra fil-livell Ġermaniż, fosthom impjegat ta’ Scania DE, fir-rigward ta’ żieda fil-prezzijiet ipprattikata minn [kunfidenzjali], billi indika li “[kien] hemm żieda fil-prezzijiet ([kunfidenzjali] biss) b’effett mill‑1 ta’ Ottubru: 2 % għall-mudelli [kunfidenzjali] kollha” u li “[l]-listi ta’ prezzijiet ma [kinux] inbidlu, ħlief it-tnaqqis tal-bejjiegħ”. Bl-istess mod, mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 158 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fl‑10 ta’ Lulju 2007, impjegat ta’ [kunfidenzjali], bi tweġiba għal talba għal informazzjoni mressqa minn impjegat ta’ [kunfidenzjali] u indirizzata lil impjegati ta’ kompetituri li jaqgħu taħt il-livell Ġermaniż, ikkomunika bidla fl-iskontijiet applikati minn [kunfidenzjali]. L-impjegati ta’ Scania DE kienu jipparteċipaw fl-iskambji msemmija iktar ’il fuq. |
|
357 |
Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet netti, mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, b’risposta għal talba għal informazzjoni, fit‑2 ta’ Diċembru 2004 mressqa minn impjegat ta’ [kunfidenzjali] dwar iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għall-2005, [kunfidenzjali] informa lill-kompetituri tiegħu, b’mod partikolari, li l-prezzijiet netti kellhom jiżdiedu b’1 % mill‑1 ta’ Jannar 2005 għall-għażliet u mill‑1 ta’ Frar 2005 għall-kollezzjonijiet kollha. [kunfidenzjali] ippreċiżat li ż-żieda fil-prezzijiet kellha ssir permezz tat-tnaqqis tal-iskontijiet. Bl-istess mod, mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 149 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fil-kuntest ta’ laqgħa bejn il-kompetituri fit‑12 ta’ Settembru 2005 fil-livell Ġermaniż, li fiha Scania kienet ipparteċipat, [kunfidenzjali] informat lill-kompetituri tagħha dwar żieda fil-prezz ta’ bejn 8 u 10 % nett għall-mudell ta’ trakk [kunfidenzjali]. Barra minn hekk, mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 179 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, b’risposta għal talba għal informazzjoni tal‑20 ta’ Lulju 2009 mressqa minn impjegat ta’ [kunfidenzjali] dwar, b’mod partikolari, żidiet fil-prezzijiet għas-sena 2010, [kunfidenzjali] informa lill-kompetituri tiegħu b’żieda ta’ 1.5 % tal-prezzijiet netti, applikata fuq l-ordnijiet li saru minn Ottubru 2009. Skambji ta’ informazzjoni dwar prezzijiet netti jirriżultaw ukoll mill-provi dokumentali prodotti fil-premessi 184 u 188 tad-deċiżjoni kkontestata. L-impjegati ta’ Scania DE kienu jipparteċipaw fl-iskambji msemmija iktar ’il fuq. |
|
358 |
Fir-rigward ta’ diversi skambji ppreżentati fil-punti 356 u 357 iktar ’il fuq (pereżempju, l-iskambji ppreżentati fil-premessi 140, 149, 156 u 158 tad-deċiżjoni kkontestata), ir-rikorrenti, billi jirrikorru għar-raġunament ippreżentat fil-punti 327 u 342 iktar ’il fuq, jinvokaw il-fatt li l-informazzjoni skambjata kienet informazzjoni “attwali” (u mhux futura) li taqa’ taħt id-dominju pubbliku. Sa fejn dan ir-raġunament diġà ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali, l-argument tar-rikorrenti ma jikkonfutax il-konklużjoni fformulata fil-punt 355 iktar ’il fuq. |
iii) Fuq ir-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, meħtieġa mir-regoli Euro 3 sa Euro 6, imsemmija fil-premessa 238(b) tad-deċiżjoni kkontestata
|
359 |
Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni, fil-premessa 238(b) tad-deċiżjoni kkontestata, irrilevat li Scania u l-partijiet għar-riżolviment kienu kkonkludew ftehimiet u/jew kienu kkoordinaw ruħhom dwar ir-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, meħtieġa mill-istandards Euro 3 sa Euro 6. Mill-premessa 212(b) tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, skont il-Kummissjoni, diversi minn dawn il-prattiki kollużivi seħħew fil-livell Ġermaniż. |
|
360 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw li kienu ftiehmu fil-livell Ġermaniż f’dak li jirrigwarda r-riperkussjoni tal-ispejjeż (żieda fil-prezzijiet gross) marbuta mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji f’materji ta’ emissjonijiet. Barra minn hekk, filwaqt li ma jiċħdux li ġiet skambjata informazzjoni fuq il-prezzijiet fil-livell Ġermaniż, huma jikkontestaw li l-prezzijiet marbuta mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji li huma s-suġġett tal-iskambju kienu prezzijiet futuri jew prezzijiet previsti. |
|
361 |
Mill-fajl jirriżulta li l-Kummissjoni stabbilixxiet, b’mod suffiċjenti fid-dritt, l-eżistenza tal-prattiki kollużivi ppreżentati fil-punt 359 iktar ’il fuq u l-parteċipazzjoni ta’ Scania f’dawn il-prattiki. |
|
362 |
Bħala eżempju, mill-provi ppreżentati fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fil-kuntest ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż, li seħħ bejn it‑2 u t‑8 ta’ Diċembru 2004, li fih ipparteċipa impjegat ta’ Scania DE, [kunfidenzjali] informa lill-kompetituri tiegħu bl-intenzjoni tiegħu li jżid il-prezz għall-mudelli l-ġodda konformi mal-istandard Euro 4 b’EUR 5410. Bl-istess mod, mill-provi ppreżentati fil-premessa 141 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, b’risposta għal messaġġ elettroniku ta’ B, impjegat ta’ Scania DE, indirizzat lill-kompetituri u li jitlob informazzjoni dwar il-prezzijiet u d-dati ta’ kunsinna ta’ magni konformi mal-istandards Euro 4 u Euro 5, J tas-sussidjarja Ġermaniża [kunfidenzjali], wieġeb li dan il-manifattur kien ser jikkunsinna trakkijiet konformi ma’ dawn l-istandards mix-xahar ta’ April jew mix-xahar ta’ Mejju 2005 u li l-prezzijiet addizzjonali għall-magni konformi mal-istandards Euro 4 u Euro 5, huma ta’ EUR 11500 u EUR 14800 rispettivament. Barra minn hekk, mill-provi ppreżentati fil-premessa 149 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li matul il-laqgħa bejn il-kompetituri saru skambji fuq il-prezzijiet fil-livell Ġermaniż, fit‑12 ta’ Settembru 2005. Fost is-suġġetti ta’ diskussjoni kien hemm iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2006. I ta’ Scania DE kien preżenti għal-laqgħa. Min-noti bil-miktub ta’ wieħed mill-parteċipanti fil-laqgħa jirriżulta li [kunfidenzjali] informa lill-kompetituri tiegħu dwar is-soprataxxa li dan il-manifattur kien ser japplika minħabba l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-istandards Euro 4 u Euro 5. Mill-provi li jinsabu fil-fajl jirriżulta wkoll li, fil-laqgħa tat‑12 ta’ Settembru 2005 imsemmija iktar ’il fuq, I ta’ Scania DE ta preżentazzjoni ddettaljata dwar iż-żidiet fil-prezzijiet li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-istandards Euro 3 u Euro 4 applikati minn Scania. Mill-provi ppreżentati fil-premessa 166 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar laqgħa bejn kompetituri fil-livell Ġermaniż fit‑12 u fit‑13 ta’ Marzu 2008, jirriżulta wkoll li saru skambji ta’ informazzjoni dwar iż-żidiet ippjanati tal-prezzijiet. Preżentazzjoni magħmula minn [kunfidenzjali] indikat żieda ta’ EUR 2350 għall-magni konformi mal-istandard Euro 5 mix-xahar ta’ Mejju 2008. |
|
363 |
Fir-rigward ta’ diversi skambji ppreżentati fil-punt 362 iktar ’il fuq (l-iskambji ppreżentati fil-premessi 141, 149 u 166 tad-deċiżjoni kkontestata), ir-rikorrenti, billi użaw ir-raġunament ippreżentat fil-punti 327 u 342 iktar ’il fuq, isostnu li l-informazzjoni skambjata kienet attwali u mhux futura u li din kienet taqa’ taħt il-qasam pubbliku. Sa fejn dan ir-raġunament diġà ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali, l-argument tar-rikorrenti ma jikkonfutax il-konklużjoni magħmula fil-punt 361 iktar ’il fuq. |
iv) Fuq l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva oħra fuq il-livell kummerċjali, imsemmi fil-premessa 238(c) tad-deċiżjoni kkontestata
|
364 |
Għandu jitfakkar li, fil-premessa 238(c) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rrilevat li Scania u l-partijiet għar-riżolviment kienu skambjaw informazzjoni sensittiva oħra fuq il-livell kummerċjali, bħal informazzjoni dwar it-termini ta’ kunsinna, l-ordnijiet magħmula u l-livell tal-istokkijiet, ishma tas-suq fil-mira, il-prezzijiet netti attwali u t-tnaqqis, il-listi ta’ prezzijiet gross (anki qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom) u l-konfiguraturi tat-trakkijiet. |
|
365 |
Ir-rikorrenti jsostnu, b’mod partikolari, li l-“informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva” li xi drabi ġiet skambjata fil-livell Ġermaniż kienet ta’ natura teknika u li ma kinitx kapaċi telimina l-inċertezza strateġika bejn il-parteċipanti fir-rigward tal-aġir tagħhom fis-suq. Skont ir-rikorrenti, din l-informazzjoni ma setgħetx titqies, waħedha jew flimkien mal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-premessa 238 tad-deċiżjoni kkontestata, li tifforma parti minn ksur “minħabba l-għan”. |
|
366 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li mill-premessa 237 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, skont il-Kummissjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva, ippreżentata fil-punt 364 iktar ’il fuq, kien jikkostitwixxi wieħed mill-mezzi użati mill-kompetituri li kien jippermettilhom jikkoordinaw il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross, peress li l-mezzi l-oħra kienu l-kuntatti kollużivi dwar it-tariffi, l-aġenda u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-dħul fis-suq ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet konformi mal-istandards ta’ emissjonijiet (imsemmija fil-premessa 238(a) u (b) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
367 |
Mill-premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta wkoll li, skont il-Kummissjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva fuq il-livell kummerċjali, ippreżentata fil-punt 364 iktar ’il fuq, kien jikkostitwixxi wieħed mill-mezzi użati mill-kompetituri sabiex titnaqqas l-inċertezza strateġika bejniethom f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri, iż-żidiet fil-prezzijiet gross, l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni tal-mudelli tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali. |
|
368 |
Għandu jiġi nnotat ukoll li l-Artikolu 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata ma jagħmilx riferiment għall-iskambji ta’ “informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva”, identifikati fil-premessa 238(c) tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
369 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni spjegat, fir-risposta tagħha, li r-riferiment għal “informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva” kien jikkostitwixxi wieħed mill-eżempji tal-mod li bih il-membri tal-akkordju implimentaw il-ftehim tagħhom fuq il-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross kif ukoll dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati magħhom, u li dan ir-riferiment ma kienx iwessa’ l-portata tal-ksur. |
|
370 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-eżami tal-fondatezza tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskambji ta’ “informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva” isir superfluwu jekk jirriżulta li l-Kummissjoni tasal sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ prattiki kollużivi oħra identifikati fil-premessa 238(a) u (b) u fil-premessa 317(a) u (b) tad-deċiżjoni kkontestata u r-restrizzjoni “minħabba l-għan” tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn dawn il-prattiki. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet fuq din il-kwistjoni fil-punt 394 iktar ’il quddiem. |
|
371 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskambji ta’ “informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva” ma għandhomx impatt fuq it-tul u l-gravità tal-ksur u, konsegwentement, fuq l-ammont tal-multa, sa fejn dawn huma ddeterminati mill-prattiki kollużivi identifikati fil-premessa 238(a) u (b) u fil-premessa 317(a) u (b) tad-deċiżjoni kkontestata. |
3) Fuq l-għan tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż
|
372 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż kienu jirrigwardaw, fuq kollox, informazzjoni teknika dwar il-prodotti. Il-parteċipanti kellhom l-għan li jibqgħu informati bl-iżvilupp tekniku tat-trakkijiet sabiex iservu aħjar lill-klijenti. Skont ir-rikorrenti, il-parteċipanti fl-iskambji fil-livell Ġermaniż f’isem Scania DE kienu ħarrieġa fil-bejgħ u ma pparteċipawx fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ Scania DE fuq il-prezzijiet. Insostenn tal-allegazzjonijiet tagħhom, ir-rikorrenti ssottomettew dikjarazzjonijiet ġuramentati tal-impjegati ta’ Scania DE li kienu jipparteċipaw fl-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż. Huma invokaw ukoll risposta [kunfidenzjali] għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
|
373 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-argumenti tar-rikorrenti huma infondati. |
|
374 |
Għandu jiġi nnotat li l-kontenut tal-fajl ma jikkorroborax l-allegazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-iskambji fil-livell Ġermaniż kienu jikkonċernaw prinċipalment kwistjonijiet tekniċi. Min-naħa l-oħra, il-provi li jinsabu fil-fajl juru li parti importanti ta’ dawn l-iskambji kienu jirrigwardaw informazzjoni tariffarja, li, kuntrarjament għall-analiżi tar-rikorrenti, kellhom natura prospettiva u ma kinux jaqgħu taħt id-dominju pubbliku. L-għan antikompetittiv tal-iskambji fil-livell Ġermaniż huwa wkoll muri mill-fatt li diversi minn dawn l-iskambji kellhom bħala oriġini talbiet għal informazzjoni magħmula minn impjegati tad-diversi kostrutturi dwar iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati mill-kompetituri għall-futur. B’hekk, fil-messaġġ elettroniku tat‑2 ta’ Diċembru 2004 ippreżentat fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata, K ta’ [kunfidenzjali] kiteb, fir-rigward ta’ “[ż]ieda fil-prezzijiet fl-2005”, “l-istess bħal kull sena, il-kap irid ikun jaf jekk u meta ser iżżidu l-prezzijiet is-sena d-dieħla” u jispeċifika: “Għal din ir-raġuni, jekk jogħġobkom aqsmu din l-informazzjoni ma’ kulħadd sabiex ma jinħeliex ħin fuq talbiet individwali”. Fl-ittra elettronika tal‑21 ta’ Lulju 2009, ippreżentata fil-premessa 180 tad-deċiżjoni kkontestata, L, impjegat ta’ [kunfidenzjali], b’risposta għal messaġġ elettroniku ta’ I ta’ Scania DE, li talab suġġetti ta’ diskussjoni għal-laqgħa tal-kompetituri fil-livell Ġermaniż tas‑17 u tat‑18 ta’ Settembru 2009, kien ifformula “suġġerimenti spontanji tas-suġġetti” billi ppreċiża: “Euro VI? Naf – wieħed jista’ jitkellem u wieħed jixtieq jitkellem dwar dan is-suġġett? – Kif nistgħu nerġgħu ngħollu lkoll il-livell tal-prezzijiet ta’ din is-sena?” ” |
|
375 |
Fid-dikjarazzjonijiet ġuramentati tagħhom, l-impjegati ta’ Scania DE affermaw li huma ma kinux jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tariffarji fi ħdan din il-kumpannija, iżda dawn l-affermazzjonijiet ma jikkorroborawx l-allegazzjoni li l-iskambji fil-livell Ġermaniż kienu jirrigwardaw b’mod partikolari informazzjoni teknika, u lanqas l-allegazzjoni li tgħid li l-impjegati msemmija iktar ’il fuq, bil-parteċipazzjoni tagħhom fl-imsemmija skambji, kellhom l-għan li jżommu ruħhom informati dwar l-iżviluppi tekniċi. |
|
376 |
Bl-istess mod, l-affermazzjoni [kunfidenzjali], invokata mir-rikorrenti, li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet ma kinitx tikkostitwixxi r-raġuni prinċipali tal-parteċipazzjoni tal-impjegati tagħha fl-iskambji fil-livell Ġermaniż u d-dikjarazzjoni tagħha li din il-kumpannija kienet tinteressa ruħha fil-listi ta’ prezzijiet ta’ kostrutturi oħra għar-raġuni prinċipali li kienu l-uniċi dokumenti li jinkludu stampa sħiħa tad-diversi mudelli u varjazzjonijiet ta’ trakkijiet ma tikkonvinċix lill-Qorti Ġenerali. Kif tinnota ġustament il-Kummissjoni, l-affermazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq [kunfidenzjali] ma jispjegawx ir-raġuni għala kien neċessarju, għall-finijiet tal-ksib tal-lista tad-diversi mudelli u varjazzjonijiet ta’ trakkijiet, li tiġi skambjata wkoll informazzjoni dwar iż-żidiet futuri tal-prezzijiet. Barra minn hekk, mill-fajl jirriżulta li dan il-manifattur indika b’mod ċar matul il-proċedura amministrattiva (fir-risposti tiegħu għal talba għal informazzjoni mressqa mill-Kummissjoni) li l-iskambji fil-livell Ġermaniż kienu jikkonċernaw ukoll informazzjoni dwar iż-żidiet previsti fl-iskali tal-prezzijiet u li dawn l-iskambji kienu ta’ natura sistematika u regolari. |
|
377 |
Mill-kunsiderazzjonijiet, preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma hijiex konvinta mill-allegazzjonijiet tar-rikorrenti ppreżentati fil-punt 372 iktar ’il fuq. Min-naħa l-oħra, il-fajl juri l-fondatezza tal-konklużjoni tal-Kummissjoni, fil-premessa 307 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-iskambji dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet kienu jmorru lil hinn minn skambju ta’ informazzjoni li kienet tinsab fid-dominju pubbliku u kellhom l-għan li jżidu t-trasparenza bejn il-partijiet u, konsegwentement, li jnaqqsu l-inċertezzi marbuta mal-funzjonament normali tas-suq. |
|
378 |
Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż segwew għanijiet leġittimi, bħal dawk invokati mir-rikorrenti, li kienu jeżistu flimkien mal-għan antikompetittiv stabbilit, dan il-fatt ma jikkonfutax il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan”. Fil-fatt, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita sew li mġiba kollużiva tista’ titqies li għandha għan restrittiv anki jekk l-uniku għan tagħha ma jkunx li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, iżda ssegwi wkoll għanijiet leġittimi oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Novembru 2008, Competition Authority vs Beef Industry Development Society Ltd u Barry Brothers (Carrigmore) Meats Ltd, C‑209/07, EU:C:2008:643, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
379 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argument tar-rikorrenti dwar l-għan tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż għandu jiġi miċħud. |
4) Fuq il-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż
|
380 |
Ir-rikorrenti jsostnu li analiżi tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku, b’mod partikolari tan-natura u tal-istruttura tas-suq tat-trakkijiet kif ukoll tal-kundizzjonijiet għall-funzjonament tiegħu, tqiegħed f’dubju n-natura “minħabba l-għan” tal-ksur ikkunsidrat mill-Kummissjoni. |
|
381 |
Ir-rikorrenti jispjegaw li t-trakkijiet huma prodotti u kkummerċjalizzati taħt numru kbir ta’ forom u varjazzjonijiet skont il-bżonnijiet tal-klijenti u li l-prezz finali tagħhom jiddependi mill-karatteristiċi tagħhom u mill-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali li fih huma jinbiegħu. Ir-rikorrenti jinnotaw ukoll li x-xerrejja tat-trakkijiet huma professjonisti li għandhom setgħa ta’ nnegozjar importanti. |
|
382 |
Ir-rikorrenti jikkonkludu għalhekk li, minħabba l-kumplessità tat-trakkijiet u tan-numru kbir ta’ fatturi li jinfluwenzaw il-prezz finali ffatturat lill-klijent, li jsir prezz individwalizzat, il-prezzijiet gross u l-listi ta’ prezzijiet gross skambjati bejn il-kompetituri ma għandhomx valur informattiv fuq il-parametri tal-kompetizzjoni (jiġifieri fuq il-prezzijiet li għandhom jiġu ffatturati jew effettivament applikati fit-tranżazzjonijiet tas-suq) u li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti dan il-kuntest fil-mument tad-determinazzjoni tan-natura tal-iskambji ta’ informazzjoni. |
|
383 |
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li Scania tuża mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet li huwa kumpless u li fih id-deċiżjonijiet dwar it-tariffi jittieħdu f’diversi skali kummerċjali indipendenti minn xulxin u abbażi ta’ negozjati liberi bejn is-sede ta’ Scania, id-distributuri nazzjonali, il-konċessjonarji lokali u l-klijenti finali. Il-varjazzjoni tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista, li tirriżulta min-natura indipendenti tan-negozjati fil-livelli kollha, toħloq, għaldaqstant, nuqqas ta’ konnessjoni bejn il-prezzijiet fabbrika-distributuri u l-iskali ta’ prezzijiet gross distributuri-konċessjonarji u l-prezz reali tat-tranżazzjoni applikata mill-konċessjonarji indipendenti lill-klijenti finali. Insostenn tal-argument tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ir-rapport ekonomiku tad‑9 ta’ Diċembru 2017, li juri, fir-rigward ta’ Scania, id-differenza kbira bejn il-prezzijiet gross distributuri-konċessjonarji u l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet korrispondenti kif ukoll l-assenza ta’ tendenza komuni fil-listi ta’ prezzijiet gross u fil-prezzijiet reali tat-tranżazzjonijiet. Minn dan isegwi li kompetitur ma setax jiddeduċi x’kienet tkun il-varjazzjoni approssimattiva fil-prezz reali tat-tranżazzjoni abbażi ta’ bidla fil-lista ta’ prezzijiet gross. |
|
384 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni, fil-premessi 22 sa 40 tad-deċiżjoni kkontestata ppreżentat l-istruttura tas-suq tat-trakkijiet u l-mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fl-industrija tat-trakkijiet (ara l-punti 19 sa 22 iktar ’il fuq). |
|
385 |
Għandu jitfakkar ukoll li, fil-premessi 51 u 52 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni teżamina l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet fil-livell Ewropew fuq il-livell nazzjonali (ara l-punti 32 u 33 iktar ’il fuq). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-distributuri nazzjonali tal-kostrutturi, bħal Scania DE, ma humiex indipendenti fl-iffissar tal-prezzijiet gross u fil-listi ta’ prezzijiet gross, u li l-prezzijiet kollha applikati f’kull stadju tal-katina ta’ distribuzzjoni sal-konsumatur finali jirriżultaw mil-listi ta’ prezzijiet gross pan-Ewropej stabbiliti fil-livell tas-sede (premessa 51 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
386 |
Minn dan isegwi, skont il-Kummissjoni, li żieda fil-prezzijiet fl-iskala pan-Ewropea tal-prezzijiet gross, deċiża fil-livell tas-sede, tiddetermina l-moviment tal-prezz nett tad-distributur, jiġifieri tal-prezz li d-distributur iħallas fis-sede għax-xiri tat-trakk. Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, iż-żieda mis-sede tal-prezzijiet gross imsemmija iktar ’il fuq tinfluwenza wkoll il-livell tal-prezz gross tad-distributur, jiġifieri l-prezz li l-konċessjonarju jħallas lid-distributur, anki jekk il-prezz għall-konsumatur finali ma jkunx neċessarjament mibdul bl-istess proporzjon jew ma jinbidel bl-ebda mod (premessa 52 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
387 |
Għaldaqstant, billi ħadet inkunsiderazzjoni dan il-kuntest fattwali, il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura antikompetittiva tal-iskambji ta’ informazzjoni dwar iż-żidiet futuri fil-prezzijiet gross, tippreċiża, fil-premessa 284 tad-deċiżjoni kkontestata, li, minħabba t-trasparenza ikbar tas-suq tat-trakkijiet u l-konċentrazzjoni kbira tagħha, l-unika inċertezza li l-partijiet kienu jaffaċċjaw kienet dik dwar jekk il-politika tariffarja uffiċjali tal-kompetituri tagħhom kinitx ser tiġi emendata, u jekk dan kien il-każ, għal liema raġuni u f’liema data. Il-Kummissjoni tikkonstata li, sabiex tiġi eliminata din l-inċertezza, Scania u l-partijiet għar-riżolviment stabbilixxew skambju strutturat u sistematiku ta’ informazzjoni strateġika dwar l-iżviluppi tariffarji futuri. Skont il-Kummissjoni, iż-żidiet futuri fil-prezzijiet gross kienu jikkostitwixxu fattur ta’ ffissar tal-prezzijiet applikat għal-listi pan-Ewropej tal-prezzijiet gross (li l-partijiet kollha kellhom ħlief [kunfidenzjali]), peress li dawn il-listi kienu l-oriġini tal-prezzijiet kollha applikati fuq livell nazzjonali, inklużi l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet finali (premessa 284 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
388 |
Il-Kummissjoni tippreċiża wkoll li l-fatt li ma kienx possibbli li jiġu kkalkolati eżattament il-prezzijiet finali tat-trakkijiet mibjugħa lill-konsumaturi abbażi tal-iskambju ta’ informazzjoni, ma huwiex rilevanti. Skont il-Kummissjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni li juri t-tendenza tal-moviment futur tal-prezzijiet gross kien jippermetti lill-kompetituri jifhmu d-data u l-mod ta’ kif il-prezzijiet ser jevolvu fl-Ewropa. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, l-iskambju tal-listi ta’ prezzijiet gross dettaljati kien jippermetti lill-kostrutturi japprossimaw il-prezzijiet netti attwali u/jew futuri permezz tal-kombinazzjoni tat-tipi differenti ta’ informazzjoni li kienu kisbu (premessa 285 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
389 |
Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni, fil-premessi 41 sa 50 tad-deċiżjoni kkontestata, tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ ffissar tal-prezzijiet fi ħdan Scania u l-atturi involuti f’dan l-iffissar (ara l-punti 23 sa 31 iktar ’il fuq). |
|
390 |
Mill-punti 384 sa 389 iktar ’il fuq jirriżulta li, kuntrarjament għall-allegazzjoni tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-kuntest tal-iskambji ta’ informazzjoni li Scania pparteċipat fihom, sabiex tikkonkludi li dawn kienu ta’ natura antikompetittiva “minħabba l-għan” tagħhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi tas-suq tat-trakkijiet u tal-mekkaniżmu tariffarju tagħhom sabiex tikkonkludi li l-iskambji ta’ informazzjoni prospettiva mwettqa, b’mod partikolari, fil-livell Ġermaniż, huma ta’ natura antikompetittiva “minħabba l-għan”. |
|
391 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 383 iktar ’il fuq, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv anki jekk din ma jkollhiex rabta diretta mal-prezz tal-konsum (ara l-punti 319 sa 321 iktar ’il fuq). Konsegwentement, l-assenza ta’ impatt li jista’ jkollha żieda fil-prezzijiet gross, deċiża fi kwalunkwe stadju fil-katina ta’ distribuzzjoni ta’ Scania, fuq il-prezz imħallas mill-konsumatur finali ma hijiex biżżejjed sabiex tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-modifiki futuri tal-prezzijiet gross, imwettaq b’mod partikolari fil-livell Ġermaniż, kien jikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” minħabba l-utilità tal-informazzjoni skambjata għad-definizzjoni tal-istrateġija tariffarja tal-kompetituri. |
|
392 |
It-tieni nett, l-argument tar-rikorrenti, ippreżentat fil-punt 383 iktar ’il fuq, ma jurix l-assenza ta’ natura strateġika tal-informazzjoni dwar il-bidliet futuri fil-prezzijiet gross ipprovduti mill-impjegati ta’ Scania DE matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-preżentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ pprezzar fi ħdan Scania (ara, b’mod partikolari, il-punti 26, 27 u 31 iktar ’il fuq), il-prezzijiet gross applikati minn Scania DE, li fuqhom jiġu applikati skontijiet, jiffurmaw il-bażi tal-prezz għall-bejgħ ta’ trakkijiet lil konċessjonarji fis-suq Ġermaniż. Minn dan isegwi li l-bidliet futuri fil-prezzijiet gross imsemmija iktar ’il fuq jikkostitwixxu element li jinfluwenza l-prezz tat-trasferiment tat-trakk minn Scania DE lejn il-konċessjonarji Ġermaniżi u li l-iskambji ta’ informazzjoni dwar dawn l-emendi huma ta’ natura strateġika. |
|
393 |
Fir-raba’ lok, u b’mod iktar ġenerali, in-natura strateġika tal-informazzjoni dwar il-bidla futura fil-prezzijiet gross, skambjata fil-livell Ġermaniż, hija pprovata wkoll mill-frekwenza, min-natura regolari u sistematika tal-iskambji kif ukoll mill-fatt, mhux ikkontestat, irrilevat fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kkontestata, li, fil-każ tal-maġġoranza tal-kostrutturi, din l-informazzjoni kienet ta’ spiss ittrasferita lis-sedi rispettivi tagħhom u kienet meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-istrateġiji tariffarji tagħhom. |
|
394 |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argument tar-rikorrenti dwar il-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż għandu jiġi miċħud. Għandu jiġi konkluż ukoll li l-klassifikazzjoni mill-Kummissjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” ma hijiex ivvizzjata bi żball. Għaldaqstant, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud. |
e) Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-portata ġeografika tal-ksur relatat mal-livell Ġermaniż kienet testendi għat-territorju kollu taż-ŻEE
|
395 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, fil-premessa 386 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-portata ġeografika tal-ksur kienet testendi għat-territorju kollu taż-ŻEE għat-tul kollu tiegħu, u b’hekk tkopri l-aġir tal-kompetituri fil-livell Ġermaniż. |
|
396 |
Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni kkonkludiet f’dan il-każ li kien hemm ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, mis‑17 ta’ Jannar 1997 sat‑18 ta’ Jannar 2011. |
|
397 |
F’dak li jirrigwarda l-portata ġeografika tal-ksur, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan kien jestendi għat-territorju kollu taż-ŻEE għall-perijodu kollu bejn is‑17 ta’ Jannar 1997 u t‑18 ta’ Jannar 2011 (premessa 386 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
398 |
Ir-raġunament tal-Kummissjoni li bbażat il-konklużjoni fil-premessa 386 tad-deċiżjoni kkontestata huwa ppreżentat, kif ġej, fil-premessi 388 u 389 tad-deċiżjoni kkontestata:
|
|
399 |
Għandu jitfakkar ukoll li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li l-iskambji bejn il-kompetituri fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, kienu ntgħażlu f’Settembru 2004 u li, wara din id-data, l-iskambji bejn il-kompetituri tkomplew fil-livell Ġermaniż (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
400 |
Fost id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata kien hemm Scania DE. Il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-entità kienet direttament responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni antikompetittiva għall-perijodu bejn l‑20 ta’ Jannar 2004 u t‑18 ta’ Jannar 2011 (premessa 410(b) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
401 |
Ir-rikorrenti, sabiex isostnu t-teżi tagħhom li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn kompetituri fil-livell Ġermaniż ma kellhomx portata li marret lil hinn mit-territorju Ġermaniż, iressqu, essenzjalment, żewġ gruppi ta’ argumenti. |
|
402 |
Minn naħa, ir-rikorrenti jsostnu li l-informazzjoni miksuba minn Scania DE mill-kompetituri tagħha ma kinitx ta’ interess lil hinn mis-suq Ġermaniż. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, Scania DE qatt ma assumiet li din l-informazzjoni kellha tali interess u li setgħet tnaqqas l-inċertezza fir-rigward tal-istrateġija tariffarja Ewropea tal-kompetituri tagħha. |
|
403 |
Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti jsostnu li Scania DE ma pprovdietx informazzjoni lill-kompetituri tagħha li kellhom interess lil hinn mis-suq Ġermaniż, u b’hekk tnaqqas l-inċertezza tagħhom fir-rigward tal-istrateġija tariffarja ta’ Scania barra mill-Ġermanja. Barra minn hekk, Scania DE ma tatx lill-kompetituri tagħha l-“impressjoni” li jipprovdu informazzjoni li tikkonċerna ż-ŻEE kollha. |
|
404 |
Dawn iż-żewġ gruppi ta’ argumenti huma eżaminati iktar’ il quddiem. |
1) Fuq il-portata ġeografika ta’ l-informazzjoni miksuba minn Scania DE
|
405 |
Fl-ewwel lok, mill-fajl jirriżulta li l-kostrutturi tat-trakkijiet bdew japplikaw b’mod progressiv listi Ewropej tal-prezzijiet gross mis-sena 2000 u li, fl‑2006, il-maġġoranza tal-kostrutturi kellhom tali listi, jiġifieri [kunfidenzjali], [kunfidenzjali], [kunfidenzjali], [kunfidenzjali], [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali]. Il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li dan kien ukoll il-każ ta’ Scania, kif ser jiġi spjegat fil-punti 426 sa 428 iktar ’il quddiem. Kienet biss [kunfidenzjali] li ma kellhiex lista Ewropea ta’ prezzijiet gross. |
|
406 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li r-rikorrenti ma jikkontestawx, fir-rigward tal-partijiet l-oħra, il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, fil-premessi 51 u 52 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-listi Ewropej tal-prezzijiet gross huma stabbiliti fis-sede tal-kostrutturi u li ż-żidiet fil-prezzijiet indikati f’dawn il-listi jinfluwenzaw il-livell tal-prezzijiet fil-livell tad-distributuri u tal-konċessjonarji. |
|
407 |
Fit-tieni lok, il-fajl ta’ din il-kawża jinkludi elementi li jissuġġerixxu li l-kompetituri kellhom għarfien, ftit jew wisq preċiż, tal-eżistenza ta’ tali listi. B’hekk, minn preżentazzjoni interna tal-[kunfidenzjali] tat‑30 ta’ Marzu 2006, ippreżentata fil-premessa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, jirriżulta li dan il-manifattur kellu informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet tal-kompetituri, ibbażati fuq il-listi Ewropej tal-prezzijiet gross ta’ [kunfidenzjali], ta’ [kunfidenzjali], ta’ Scania u ta’ [kunfidenzjali], mil-lista Taljana tal-prezzijiet [kunfidenzjali] u mil-lista Ġermaniża tal-prezzijiet ta’ [kunfidenzjali]. Bl-istess mod, kif jirriżulta mill-premessa 160 tad-deċiżjoni kkontestata, skont investigazzjoni mwettqa minn impjegati ta’ kompetituri stabbiliti fi Spanja dwar l-“istruttura tal-prezzijiet”, li r-riżultati tagħha kienu indikati f’tabella, [kunfidenzjali], [kunfidenzjali], [kunfidenzjali], [kunfidenzjali] u [kunfidenzjali] kellhom “prezzijiet komuni” fl-Unjoni, filwaqt li [kunfidenzjali] u Scania ma kellhomx. It-tabella bir-riżultati tal-investigazzjoni kienet ikkomunikata lill-impjegati tal-kompetituri stabbiliti fi Spanja, fosthom l-impjegati ta’ Scania Spanja. |
|
408 |
Fir-rigward tal-invokazzjoni mir-rikorrenti ta’ preżentazzjoni interna ta’ [kunfidenzjali] ta’ April 2008, li setgħet tissuġġerixxi li din l-impriża ma kinitx taħseb, fl-2008, li l-kompetituri tagħha kienu jużaw listi Ewropej tal-prezzijiet gross, il-Qorti Ġenerali ma tikkunsidrahiex bħala determinanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-provi li hija wettqet. Barra minn hekk, din l-impriża affermat, fl‑2010, fil-kuntest tat-talba tagħha għal immunità, li hija kellha lista Ewropea ta’ prezzijiet gross u li “dan seta’ jkun ukoll il-każ tal-kompetituri”, u b’hekk tissuġġerixxi lill-Kummissjoni li l-portata ġeografika tal-iskambji setgħet tkun Ewropea. |
|
409 |
Fit-tielet lok, ċerti manifatturi li għandhom listi Ewropej tal-prezzijiet gross ([kunfidenzjali]) speċifikaw, matul il-proċedura amministrattiva, li ż-żidiet fil-prezzijiet li huma kienu jikkomunikaw fil-livell Ġermaniż kienu, essenzjalment, iż-żidiet applikati għall-imsemmija listi Ewropej, sa fejn dawn il-listi kienu ssostitwixxew il-listi nazzjonali. Il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment, f’dan ir-rigward, għat-tweġibiet ta’ [kunfidenzjali], ta’ [kunfidenzjali] u ta’ [kunfidenzjali] għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tas‑27 ta’ Novembru 2012, annessi mar-risposta, u għat-tweġiba ta’ [kunfidenzjali] għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tad‑19 ta’ Settembru 2013, prodotta minnha wara l-miżura istruttorja adottata mill-Qorti Ġenerali (ara l-punt 75 iktar ’il fuq). Minn dawn il-provi jirriżulta li l-portata tal-informazzjoni antikompetittiva pprovduta minn tal-inqas xi kompetituri ta’ Scania matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż, li fihom huwa paċifiku li impjegati ta’ Scania DE kienu jipparteċipaw, kienet teċċedi s-suq Ġermaniż. |
|
410 |
Fir-raba’ lok, kif huwa indikat fil-premessa 327(c) tad-deċiżjoni kkontestata, mill-fajl jirriżulta li, f’diversi okkażjonijiet, l-impjegati tal-kostrutturi li jipparteċipaw fl-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż kienu jikkomunikaw din l-informazzjoni fis-sede, li jikkostitwixxi element addizzjonali li juri li l-portata ta’ dawn l-iskambji kienet tmur lil hinn mis-suq Ġermaniż (ara l-premessa 213 tad-deċiżjoni kkontestata b’referenza għal eżempji ta’ komunikazzjoni lis-sedi ta’ informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż). F’dan ir-rigward, għandu jsir riferiment, b’mod partikolari, għall-kontenut tal-premessa 175 tad-deċiżjoni kkontestata, li mhux biss turi l-komunikazzjoni fis-sede ta’ [kunfidenzjali] tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż, iżda tikkorrobora wkoll l-argument tal-Kummissjoni, espost fil-premessa 388 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż, dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross, kienet tgħin lill-manifatturi jifhmu l-istrateġija tariffarja tal-kompetituri tagħhom fuq livell Ewropew. B’hekk, skont il-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 175 tad-deċiżjoni kkontestata, il-maniġer ta’ [kunfidenzjali] fis-sede tal-kumpannija, jikteb lill-kollegi tiegħu dwar l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż: “Hawnhekk, nixtieq naqsam magħkom ħarsa ġenerali lejn is-suq Ġermaniż fir-rigward tal-ħinijiet tal-produzzjoni u ż-żidiet fil-prezzijiet tal-kompetituri tagħna […] Tal-inqas l-istrateġija tal-prezzijiet tallinja sew mal-approċċ globali Ewropew tal-kompetituri.” |
|
411 |
Bl-istess mod, il-fatt, stabbilit fil-kuntest tal-eżami tat-tielet motiv, li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede kienu jafu bl-iskambji ta’ informazzjoni tariffarja fil-livell Ġermaniż (ara l-punti 221 sa 229 iktar ’il fuq), jikkorrobora l-argument tal-Kummissjoni dwar il-portata ġeografika tal-iskambji fil-livell Ġermaniż. |
|
412 |
Fil-ħames lok, mill-fajl jirriżulta li, kif il-Kummissjoni tinnota fil-premessa 327(b) tad-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-fatt li s-sussidjarji Ġermaniżi tal-partijiet ma kinux jipproduċu trakkijiet u ma kinux inkarigati li jiżviluppaw teknoloġiji, peress li dawn ir-responsabbiltajiet kienu fil-kompetenza esklużiva tas-sede, seta’ jitqies li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż dwar l-aġenda u dwar l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-konformità mal-istandards Euro 5 u Euro 6 kienet toriġina mis-sede u kienet tikkonċerna ż-ŻEE kollha. |
|
413 |
Il-konstatazzjoni fil-punt 412 iktar ’il fuq tintwera permezz tal-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 148 tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna lil Scania. F’messaġġ elettroniku tas‑26 ta’ Lulju 2005, I, impjegat ta’ Scania DE li pparteċipa fl-iskambji fil-livell Ġermaniż, ipprovda lil E, tas-sede ta’ [kunfidenzjali], b’informazzjoni dwar id-data tal-preżentazzjoni minn Scania tal-firxa kollha tagħha ta’ magni konformi mal-istandard Euro 4 u dwar l-introduzzjoni ta’ mudelli ta’ trakkijiet konformi mal-istandard Euro 5 filwaqt li ppreċiżat li ser ikollha l-għarfien tad-dati eżatti u tal-prezzijiet “wara l-vaganzi [tal-persunal] fil-fabbrika ta’ Södertälje [l-Isvezja]”. Sa fejn Södertälje hija l-belt fejn Scania għandha s-sede tagħha, din il-preċiżazzjoni, ipprovduta mill-impjegat ta’ Scania DE lill-impjegat ta’ [kunfidenzjali], tippermetti li jiġi dedott li l-informazzjoni li jagħmel riferiment għaliha l-impjegat ta’ Scania DE kienet toriġina mis-sede u kellha, għalhekk, portata li tmur lil hinn mis-suq Ġermaniż. Il-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 148 tad-deċiżjoni kkontestata turi wkoll l-influwenza tas-sede ta’ Scania fid-determinazzjoni tal-prezzijiet applikati għas-suq Ġermaniż, problema li hija indirizzata fil-punti 422 sa 438 iktar ’il quddiem. |
|
414 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 405 sa 413 iktar ’il fuq, meħuda flimkien, għandu jiġi kkonstatat li l-portata tal-informazzjoni miksuba minn Scania DE matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż kienet teċċedi s-suq Ġermaniż. |
|
415 |
F’dan ir-rigward, l-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-impjegati ta’ Scania DE li jipparteċipaw fl-iskambji fil-livell Ġermaniż qatt ma ppreżumew li l-informazzjoni rċevuta mir-rappreżentanti tas-sussidjarji tal-kostrutturi l-oħra tat-trakkijiet kienet relatata ma’ prezzijiet Ewropej jew setgħet tnaqqas l-inċertezza fir-rigward tal-istrateġija tariffarja Ewropea tal-kostrutturi l-oħra, ma tikkonvinċix lill-Qorti Ġenerali. |
|
416 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-fajl ta’ din il-kawża jinkludi elementi li jissuġġerixxu li l-użu tal-listi Ewropej tal-prezzijiet gross mill-maġġoranza tal-kostrutturi ma kinux jikkostitwixxu sigriet (ara l-punt 407 iktar ’il fuq). Konsegwentement, huwa kompletament possibbli li jiġi preżunt li l-impjegati ta’ Scania DE u s-sede fl-Isvezja kienu jafu bl-eżistenza ta’ dawn il-listi u setgħu, għaldaqstant, jiddeduċu l-istrateġija tariffarja tal-kompetituri tagħhom abbażi tal-informazzjoni miksuba fil-livell Ġermaniż, pereżempju, abbażi tal-informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross, li kienu applikati fil-listi Ewropej tal-prezzijiet tal-kompetituri (ara l-punt 409 iktar ’il fuq). |
|
417 |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma hijiex konvinta mill-allegazzjoni tar-rikorrenti li Scania DE, kuntrarjament għall-parteċipanti l-oħra fl-iskambji fil-livell Ġermaniż, qatt ma bagħtet lill-uffiċċju tagħha l-informazzjoni rċevuta fil-livell Ġermaniż. Ċertament, il-fajl ma jinkludix prova li tali trażmissjoni effettivament seħħet. Madankollu, jirriżulta mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 166 tad-deċiżjoni kkontestata, li I ta’ Scania DE, organizzatriċi u parteċipanta f’laqgħa fil-livell Ġermaniż li nżammet f’Koblenz (il-Ġermanja) fit‑12 u fit‑13 ta’ Mejju 2008, bagħtet lill-kollegi tagħha ta’ Scania DE informazzjoni dwar żidiet fil-prezzijiet, skambjati matul din il-laqgħa, filwaqt li ppreċiżat li din l-informazzjoni kienet “għadha” ma ntbagħtitx lis-sede fl-Isvezja. L-użu tal-kelma “għadha” tissuġġerixxi li l-intenzjoni tal-impjegat imsemmi iktar ’il fuq ta’ Scania DE kienet li jikkomunika l-informazzjoni lis-sede u li din il-komunikazzjoni lis-sede ma kinitx ta’ natura eċċezzjonali. |
|
418 |
Fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-fajl fih elementi li juru li l-impjegati fil-livell inferjuri tal-kwartieri ġenerali ta’ Scania kienu konxji dwar l-iskambju ta’ informazzjoni tariffarja antikompetittiva fil-livell Ġermaniż (ara l-punt 228 iktar ’il fuq) u li l-laqgħat fiż-żewġ livelli kienu ta’ spiss isiru fl-istess data u fl-istess post, jirrendi irrilevanti l-assenza ta’ prova diretta tat-trażmissjoni mill-impjegati ta’ Scania DE lis-sede ta’ Scania tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż. Fil-fatt, fid-dawl taż-żewġ elementi msemmija iktar ’il fuq, jista’ jiġi dedott li s-sede ta’ Scania kienet taf il-kontenut ta’ din l-informazzjoni. |
|
419 |
It-tielet nett, għandu jiġi nnotat li impjegati tas-sede ta’ ċerti kostrutturi kienu jipparteċipaw ukoll fl-iskambji fil-livell Ġermaniż. Dan kien, b’mod frekwenti, il-każ għal [kunfidenzjali]. Barra minn hekk, f’messaġġ elettroniku tal‑11 ta’ Novembru 2004, ippreżentat fil-premessa 139 tad-deċiżjoni kkontestata, mibgħut minn C tas-sede ta’ [kunfidenzjali] u indirizzat lil impjegati ta’ kompetituri li jaqgħu kemm taħt is-sede kif ukoll taħt il-livell Ġermaniż, fosthom A tas-sede ta’ Scania u B ta’ Scania DE, C ippreżenta żewġ impjegati ġodda tas-sede ta’ [kunfidenzjali] li huma responsabbli għat-tariffi ċentrali fi ħdan dan il-kostruttur. Dawn l-elementi relatati mal-parteċipazzjoni tal-impjegati tas-sede fl-iskambji li seħħew fil-livell Ġermaniż, jikkostitwixxu indizju tal-fatt li l-impjegati ta’ Scania DE ma setgħux ma jissupponux li l-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż kienet ta’ interess għall-istrateġija tariffarja tal-kompetituri fuq livell Ewropew. |
|
420 |
Ir-raba’ nett, fid-dawl tal-provi esposti iktar ’il fuq, id-dikjarazzjonijiet ġuramentati tal-impjegati ta’ Scania DE li jipparteċipaw fl-iskambji fil-livell Ġermaniż u li jsostnu l-allegazzjoni ppreżentata fil-punt 415 iktar ’il fuq, ma jikkonvinċunix lill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, għar-raġunijiet esposti fil-punt 281 iktar ’il fuq, dawn id-dikjarazzjonijiet, prodotti wara t-tmiem tal-ksur u għall-finijiet speċifiċi insostenn tal-pożizzjoni ta’ Scania, għandhom valur probatorju limitat. |
|
421 |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, evalwat globalment (ara l-punt 198 iktar ’il fuq), għandu jiġi konkluż li Scania DE, permezz tal-parteċipazzjoni tal-impjegati tagħha fl-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż, kisbet informazzjoni li għandha portata li tmur lil hinn mis-suq Ġermaniż. Abbażi ta’ din il-konstatazzjoni, dan il-motiv għandu jiġi miċħud, irrispettivament minn jekk Scania DE pprovdietx ukoll informazzjoni li l-portata tagħha tmur lil hinn mis-suq Ġermaniż (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2001, Tate & Lyle et vs Il‑Kummissjoni, T‑202/98, T‑204/98 u T‑207/98, EU:T:2001:185, punt 58). Madankollu, il-Qorti Ġenerali tqis opportun li teżamina din l-aħħar kwistjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, imwettaq minn Scania u, jekk ikun il-każ, għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
2) Fuq il-portata ġeografika tal-informazzjoni pprovduta minn Scania DE
|
422 |
Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni, fil-premessa 388 tad-deċiżjoni kkontestata, ikkunsidrat li, wara l-introduzzjoni tal-listi Ewropej tal-prezzijiet gross, il-kostrutturi tat-trakkijiet setgħu jifhmu l-istrateġija tariffarja Ewropea tal-kompetituri tagħhom billi jiskambjaw informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross applikati fis-suq Ġermaniż, sa fejn dawn iż-żidiet jirriflettu żidiet applikati mis-sedi tal-kostrutturi fil-parametri Ewropej tagħhom tal-prezzijiet gross. |
|
423 |
Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-informazzjoni dwar il-listi ta’ prezzijiet gross ipprovduti matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż ma kinitx tirrifletti l-prezzijiet ta’ Scania fuq livell Ewropew u, għaldaqstant, ma kinitx tikkontribwixxi sabiex titnaqqas l-inċertezza tal-kompetituri ta’ Scania dwar l-istrateġija tariffarja tagħha barra mill-Ġermanja. |
|
424 |
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jippreċiżaw li ma huwiex eżatt li jiġi kkunsidrat li l-FGPL tikkostitwixxi lista ta’ prezzijiet gross fil-livell taż-ŻEE u li hija sservi bħala bażi għan-negozjati li seħħew fil-kuntest tal-proċess ta’ tarifikazzjoni. Insostenn tal-allegazzjoni tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ir-rapport ekonomiku tad‑9 ta’ Diċembru 2017 li juri li ma teżisti l-ebda korrelazzjoni bejn il-FGPL u l-prezz gross distributuri-konċessjonarji fil-Ġermanja. Ir-rikorrenti jispjegaw li l-FGPL tikkostitwixxi għodda ta’ referenza interna li s-sede ta’ Scania tuża sabiex issegwi l-livell ġenerali tal-prezzijiet tal-partijiet differenti ta’ trakk fil-proċess ta’ manifattura ta’ Scania. Minkejja isimha, il-FGPL ma tikkostitwixxix “lista ta’ prezzijiet”, peress li hija ma tiffissax il-prezz ta’ trasferiment tal-partijiet fi kwalunkwe livell li jkun tan-network ta’ distribuzzjoni. Ir-rikorrenti jippreċiżaw li n-negozjati, imwettqa bl-istess mod, bejn id-distributuri u s-sede jsiru abbażi tal-listi ta’ prezzijiet netti fabbrika-distributuri speċifiċi għal kull pajjiż u li huma dawn il-listi li jiġu nnegozjati kull darba li l-kundizzjonijiet għas-suq jiġġustifikaw żieda jew tnaqqis fil-prezzijiet. Insostenn tal-argument tagħhom dwar in-natura tal-FGPL, ir-rikorrenti ssottomettew dikjarazzjonijet ġuramentati mill-impjegati tas-sede ta’ Scania u ta’ Scania DE. Insostenn tal-allegazzjoni tagħhom dwar il-fatt li n-negozjati bejn id-distributuri Scania u s-sede jitmexxew fuq livell ugwali u li huma ekwivalenti għal negozjati bejn partijiet li jaġixxu bħala sieħba kummerċjali indipendenti u bħala ċentri kompetituri ta’ profitt, ir-rikorrenti jinvokaw rapport intern ta’ Scania, redatt fl-2010, il-“Masterfile ta’ Scania fuq il-prezzijiet ta’ trasferiment”. |
|
425 |
L-argument tar-rikorrenti, ippreżentat fil-punt 424 iktar ’il fuq, juri diverġenza bejn id-deskrizzjoni tas-sistema tariffarja ta’ Scania li ġiet ipprovduta fil-kuntest tat-tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva u d-deskrizzjoni ta’ din is-sistema li ngħatat fir-risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
426 |
Id-deskrizzjoni tas-sistema tariffarja ta’ Scania fid-deċiżjoni kkontestata (ara l-punti 23 sa 31 iktar ’il fuq) kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta minn Scania fil-kuntest tar-risposti, b’mod partikolari tas‑16 ta’ April u tal‑5 ta’ Lulju 2012, għal talbiet għal informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni. Il-grafika li tinsab fil-premessa 50 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punt 31 iktar ’il fuq) li tiżvela l-influwenza tal-FGPL fuq il-prezzijiet applikati fid-diversi stadji tal-katina ta’ distribuzzjoni, kienet prodotta wkoll minn Scania fil-kuntest tar-risposti msemmija iktar ’il fuq. Bl-istess mod, fil-kuntest tar-risposta tal‑5 ta’ Lulju 2012, Scania kienet iddeskriviet b’mod partikolari r-rwol tal-Kumitat tal-prezzijiet u tal-Viċi President Eżekuttiv tal-bejgħ [kunfidenzjali]. |
|
427 |
Min-naħa l-oħra, l-argument ippreżentat fil-punt 424 iktar ’il fuq jirrifletti l-pożizzjoni ta’ Scania esposta in tempore suspecto, jiġifieri fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
428 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali, bi qbil mal-Kummissjoni, tqis li saħħa probatorja ogħla għandha tingħata lir-risposti tar-rikorrenti għat-talbiet għal informazzjoni, indirizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 1/2003, milli għall-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-rikorrenti wara, b’risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003, l-impriżi li jipprovdu informazzjoni mhux eżatta jew qarrieqa b’risposta għal talba għal informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-regolament, jistgħu jiġu imposti fuqhom multi li ma jeċċedux iktar mill-1 % tad-valur totali tal-bejgħ fis-sena tagħhom. |
|
429 |
Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li r-rikorrenti ma ppreżentaw ebda dokument li jikkorrobora l-argumenti tagħhom dwar in-natura tal-FGPL. Kif il-Kummissjoni tirrileva fil-premessa 299(a) tad-deċiżjoni kkontestata, jagħmel sens li wieħed jistenna li Scania tkun tista’ tipprovdi d-dokumentazzjoni li tikkorrobora l-analiżi tagħha tal-FGPL. Scania ma għamlitx dan u sempliċement ipproduċiet dikjarazzjonijiet ġuramentati ta’ wħud mill-impjegati tagħha, li għandhom saħħa probatorja limitata u ma jikkonvinċux lill-Qorti Ġenerali (ara l-punt 420 iktar ’il fuq). |
|
430 |
Fir-rigward tal-invokazzjoni tar-rikorrenti tar-rapport ekonomiku tad‑9 ta’ Diċembru 2017 li juri assenza ta’ korrelazzjoni bejn l-FGPL u l-prezzijiet gross distributuri-konċessjonarji fil-Ġermanja (ara l-punt 424 iktar ’il fuq), dan ir-rapport jikkonstata li l-bidliet speċifiċi fl-FGPL ma humiex akkumpanjati minn bidliet identiċi fil-prezz gross distributuri-konċessjonarji applikat fil-Ġermanja. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-analiżi tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq tali korrelazzjoni, peress li din bl-ebda mod ma sostniet li żieda fil-prezzijiet fil-FGPL kienet twassal għal żieda identika fil-prezz gross distributur-konċessjonarju fil-Ġermanja. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li żieda fil-prezzijiet li tidher fil-FGPL tinfluwenza l-prezz nett għad-distributur (jiġifieri l-prezz li d-distributur iħallas fis-sede) u l-prezz gross tad-distributur (jiġifieri l-prezz li l-konċessjonarju jħallas lid-distributur), anki jekk il-prezz għall-konsumatur finali ma kienx neċessarjament mibdul bl-istess proporzjon jew ma kien emendat bl-ebda mod (premessa 52 tad-deċiżjoni kkontestata). B’hekk jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq il-korrelazzjoni msemmija fir-rapport ekonomiku tad‑9 ta’ Diċembru 2017. |
|
431 |
Mill-punti 423 sa 430 iktar ’il fuq jirriżulta li l-argument tal-Kummissjoni li l-FGPL tikkostitwixxi lista Ewropea ta’ prezzijiet gross li tinfluwenza t-tariffi tat-trakkijiet fil-livell tad-distributuri nazzjonali (u, għaldaqstant, fil-livell ta’ Scania DE) hija stabbilita b’mod suffiċjenti fid-dritt. |
|
432 |
B’mod iktar ġenerali, il-provi li jinsabu fil-fajl juru li d-distributuri nazzjonali ta’ Scania (u għalhekk Scania DE) ma humiex indipendenti mis-sede fid-determinazzjoni tal-politika tariffarja tagħhom lejn il-konċessjonarji. |
|
433 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-FGPL hija stabbilita fil-livell tas-sede. Mill-grafika ppreżentata fil-punt 31 iktar ’il fuq jirriżulta li l-FGPL tikkostitwixxi komponent tariffarju importanti sa fejn il-prezzijiet kollha applikati fl-istadji downstream tal-katina ta’ distribuzzjoni ta’ Scania jirriżultaw minn din il-FGPL, u mit-tnaqqis u mill-marġni ta’ profitt li minnhom jibbenefikaw l-operaturi differenti. |
|
434 |
It-tieni nett, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-distributuri ta’ Scania kienu jikkostitwixxu, fil-parti l-kbira tagħhom, sussidjarji kkontrollati mis-sede 100 % (ara l-punt 20 iktar ’il fuq), li kien, barra minn hekk, il-każ ta’ Scania DE. Fid-dawl ta’ dan il-fatt, il-Qorti Ġenerali ma hijiex konvinta bl-allegazzjoni tar-rikorrenti li n-negozjati tariffarji bejn l-imsemmija distributuri u s-sede kienu jikkostitwixxu negozjati bejn partijiet li jaġixxu bħala sieħba kummerċjali indipendenti u bħala ċentri kompetituri ta’ profitt. |
|
435 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-provi ppreżentati fil-premessi 249 u 250 tad-deċiżjoni kkontestata, li jikkonsistu f’dokumenti interni tal-Kumitat tal-Prezzijiet (ara l-punt 24 iktar ’il fuq), juru li dan il-korp (li jaqa’ taħt is-sede ta’ Scania) kellu rwol b’saħħtu fid-determinazzjoni tal-livell ta’ tnaqqis applikat għad-distributuri nazzjonali. Ir-rikorrenti, billi jibbażaw ruħhom fuq dikjarazzjoni ġuramentata ta’ membru tal-kumitat dwar il-prezzijiet, sempliċiment isostnu li d-dokumenti interni msemmija iktar ’il fuq kienu jagħmlu riferiment għal avveniment eċċezzjonali, jiġifieri t-tnedija ta’ mutur ġdid, strateġiku ħafna għal Scania, u ma jirriflettux sitwazzjoni abitwali. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ġuramentata ma għandhiex valur probatorju suffiċjenti sabiex tikkontesta l-valur probatorju u l-kontenut ċar tal-provi prodotti fil-premessi 249 u 250 tad-deċiżjoni kkontestata u ma tikkonvinċix lill-Qorti Ġenerali. |
|
436 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-invokazzjoni minn Scania tal-“Masterfile tagħha fuq il-prezzijiet ta’ trasferiment” tal-2010 (ara l-punt 424 iktar ’il fuq), għandu jiġi nnotat li dan id-dokument għandu l-għan li juri l-osservanza minn Scania tal-prinċipju ta’ distakkament (arm’s length principle) fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ trasferiment fi ħdan il-grupp (pereżempju, fl-iffissar tal-prezzijiet netti għad-distributuri), f’każ ta’ kontroll fiskali. Madankollu, bi qbil mal-Kummissjoni (ara l-premessa 296 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Qorti Ġenerali tqis li l-fatt li s-sede ta’ Scania tapplika prezzijiet ta’ trasferiment li josservaw il-prinċipju ta’ distakkament ma jurix l-indipendenza tad-distributuri ta’ Scania fin-negozjati tariffarji, iżda pjuttost juri li dawn il-prezzijiet ta’ trasferiment huma ffissati f’livelli li jippermettu li dawn il-prezzijiet ma jiġux ikkontestati mill-awtoritajiet fiskali kompetenti. |
|
437 |
Fit-tielet lok, il-fatt li Scania DE ma hijiex indipendenti fid-determinazzjoni tal-politika tariffarja tagħha jidher mill-provi dokumentali prodotti fil-premessa 148 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punt 413 iktar ’il fuq). Hija tidher ukoll mill-provi dokumentali ppreżentati fil-premessi 134 u 135 tad-deċiżjoni kkontestata, li juru l-koerenza tal-informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet gross ipprovduti lill-kompetituri mill-impjegati ta’ Scania DE u mill-impjegati ta’ Scania, rispettivament, fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. B’hekk, jirriżulta mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 134 tad-deċiżjoni kkontestata li, matul il-laqgħa tat‑3 u tal‑4 ta’ Mejju 2004, fil-livell Ġermaniż, l-impjegat ta’ Scania DE informa lill-kompetituri bil-fatt li l-prezzijiet tal-kollezzjoni l-ġdida [kunfidenzjali] ta’ trakkijiet kienu ser ikunu ogħla b’6 % bħala medja minn dawk tal-kollezzjoni attwali [kunfidenzjali]. Madankollu, mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 135 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li r-rappreżentant ta’ Scania li pparteċipa fil-laqgħa tas‑27 u tat‑28 ta’ Mejju 2004, fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, informa lill-kompetituri li l-prezzijiet tal-kollezzjoni [kunfidenzjali] tat-trakkijiet kienu ser ikunu bejn 5 u 6 % ogħla mill-prezzijiet tal-kollezzjoni [kunfidenzjali]. Din il-koerenza tal-informazzjoni pprovduta waqt l-iskambji fiż-żewġ livelli ta’ kuntatti kollużivi msemmija iktar ’il fuq hija tali li turi, hija wkoll, il-fatt li l-informazzjoni pprovduta mill-impjegati ta’ Scania DE matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż kellha portata li tmur lil hinn mis-suq Ġermaniż. |
|
438 |
Fid-dawl tar-rwol li kellha s-sede ta’ Scania fid-determinazzjoni tal-politika tariffarja ta’ Scania DE, kif muri fil-punti 433 sa 437 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni kellha raġun tikkunsidra li l-informazzjoni tariffarja antikompetittiva pprovduta mill-impjegati ta’ Scania DE lill-kompetituri matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż kienet tirrifletti strateġija tariffarja stabbilita fil-livell tas-sede ta’ Scania u kellha, għalhekk, portata li tmur lil hinn mis-suq Ġermaniż. |
|
439 |
Din il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex ikkontestata mill-kontenut tar-rapporti ekonomiċi tal‑20 ta’ Settembru 2016 u tad‑9 ta’ Diċembru 2017, invokati mir-rikorrenti. |
|
440 |
Skont ir-rikorrenti, iż-żewġ rapporti ekonomiċi msemmija iktar’il fuq juru li l-prezzijiet gross distributuri-konċessjonarji ta’ Scania DE ma humiex rappreżentattivi tal-prezzijiet implimentati f’pajjiżi oħra Ewropej u, għal din ir-raġuni, ma jistgħux inaqqsu l-inċertezza fir-rigward tal-l-istrateġija tariffarja ta’ Scania fiż-ŻEE. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward ta’ Scania, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq l-argument li jeżisti paralleliżmu kwalunkwe bejn il-prezzijiet gross distributuri-konċessjonarji applikati għall-pajjiżi differenti Ewropej, sa fejn, kif jirriżulta mill-grafika ppreżentata fil-punt 31 iktar ’il fuq, il-prezz gross tad-distributur nazzjonali huwa ddeterminat skont it-tnaqqis applikat għall-FGPL u l-marġni benefiċjarju tiegħu. Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li kull żieda applikata għall-FGPL, u deċiża għalhekk mis-sede, tinfluwenza, fi gradi differenti (skont it-tnaqqis applikat), il-prezz gross tad-distributur nazzjonali (ara l-premessi 51 u 52 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
441 |
Fi kwalunkwe każ, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-fajl juri b’mod suffiċjenti fid-dritt il-fatt li, indipendentement mill-portata ġeografika reali tal-informazzjoni pprovduta minn Scania DE, din kienet tagħti l-impressjoni lill-kompetituri tagħha li l-informazzjoni li hija kienet tipprovdilhom kellha portata u interess li jmur lil hinn mis-suq Ġermaniż, u b’hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni mfittxija permezz ta’ skambju, fil-livell Ġermaniż, ta’ informazzjoni antikompetittiva. |
|
442 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għall-iskambju ppreżentat fil-premessa 148 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punt 413 iktar ’il fuq). Fil-fatt, fid-dawl tal-insinwazzjoni tal-impjegat ta’ Scania DE li l-informazzjoni dwar id-dati ta’ introduzzjoni tal-mudelli tat-trakkijiet u dwar il-prezzijiet, li huwa kien ser jikkomunika lill-impjegat ta’ [kunfidenzjali], kienet toriġina mis-sede ta’ Scania, huwa raġonevoli li jiġi dedott li l-imsemmi impjegat ta’ [kunfidenzjali] kien ipperċepixxa din l-informazzjoni bħala li għandha interess li jmur lil hinn mis-suq Ġermaniż. Għandu jsir riferiment ukoll għall-messaġġ elettroniku tat‑28 ta’ Ottubru 2009, ippreżentat fil-premessa 185 tad-deċiżjoni kkontestata, li juri li s-sede ta’ [kunfidenzjali] kienet irċeviet informazzjoni min-naħa ta’ Scania, matul l-iskambji fil-livell Ġermaniż, li tgħid li żieda fil-prezzijiet ta’ 3 % kienet ippjanata li tidħol fis-seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2010 u li din iż-żieda kienet marbuta ma’ “facelift” tat-trakkijiet. Għalhekk, sa fejn iż-żieda fil-prezzijiet żvelata minn Scania lill-kompetitur tagħha kienet marbuta ma’ spiża tal-produzzjoni tat-trakkijiet u sa fejn Scania DE ma bnietx trakkijiet, jista’ jiġi dedott li [kunfidenzjali] kienet irċeviet l-informazzjoni msemmija iktar ’il fuq dwar iż-żieda fil-prezzijiet bħala li għandha portata li teċċedi s-suq Ġermaniż. |
|
443 |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, is-sitt motiv għandu jiġi miċħud. |
f) Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-aġir identifikat kien jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu u li r-rikorrenti kienu responsabbli f’dan ir-rigward
|
444 |
Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni qieset li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma bejn Scania u l-partijiet għar-riżolviment kienu jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu bejn is‑17 ta’ Jannar 1997 u t‑18 ta’ Jannar 2011. Il-ksur kien jikkonsisti f’kollużjoni dwar il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross fiż-ŻEE għat-trakkijiet medji u tqal, kif ukoll l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal meħtieġa mill-istandards Euro 3 sa Euro 6 (premessa 315 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
445 |
B’mod iktar speċifiku, il-Kummissjoni kkunsidrat li, permezz ta’ kuntatti antikompetittivi, il-partijiet segwew pjan komuni li għandu għan antikompetittiv uniku u li Scania kienet taf jew kellha tkun taf bil-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u bil-karatteristiċi essenzjali tan-network ta’ kuntatti kollużivi, u kellha l-intenzjoni li tikkontribwixxi għall-akkordju permezz tal-azzjonijiet tagħha, b’tali mod li hija setgħet tinżamm responsabbli għall-ksur kollu kemm hu (premessi 316 u 350 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
446 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw, essenzjalment, l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu f’dan il-każ u l-imputazzjoni ta’ dan il-ksur kollu kemm hu fir-rigward tagħhom. |
1) Fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ ksur uniku u kontinwu
i) Osservazzjonijiet preliminari
|
447 |
Għandu jitfakkar li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, il-Kummissjoni għandha turi li l-aġir differenti inkwistjoni jaqa’ taħt “pjan ġenerali” li għandu għan uniku (ara l-punt 196 iktar ’il fuq). |
|
448 |
Diversi kriterji ġew identifikati mill-ġurisprudenza bħala rilevanti għall-evalwazzjoni tan-natura unika ta’ ksur, jiġifieri l-identità tal-għanijiet tal-prattiki inkwistjoni, l-identità tal-prodotti u s-servizzi kkonċernati, l-identità tal-impriżi li ħadu sehem u l-identità tal-metodi tal-implimentazzjoni tagħha (ara s-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2013, Trelleborg Industrie u Trelleborg vs Il‑Kummissjoni, T‑147/09 u T‑148/09, EU:T:2013:259, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata, ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Siemens et vs Il‑Kummissjoni, C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:866, punt 243). Barra minn hekk, l-identità tal-persuni fiżiċi involuti f’isem impriżi u l-identità tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika tal-prattiki inkwistjoni huma elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-eżami (sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2013, Trelleborg Industrie u Trelleborg vs Il‑Kummissjoni, T‑147/09 u T‑148/09, EU:T:2013:259, punt 60). |
|
449 |
Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li l-kunċett ta’ għan uniku ma jistax jiġi ddeterminat b’riferiment ġenerali għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat mill-ksur, peress li l-effett fuq il-kompetizzjoni jikkostitwixxi, bħala oġġett jew effett, element konsostanzjali ta’ kull aġir li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE. Tali definizzjoni tal-kunċett ta’ għan uniku toħloq ir-riskju li l-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu jiġi mċaħħad minn parti mis-sens tiegħu, sa fejn dan ikollu bħala konsegwenza li aġir differenti li jikkonċerna settur ekonomiku pprojbit mid-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq ikollhom, b’mod sistematiku, jiġu kklassifikati bħala elementi li jikkostitwixxu ksur uniku (sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2007, BASF u UCB vs Il‑Kummissjoni, T‑101/05 u T‑111/05, EU:T:2007:380, punt 180). |
|
450 |
Barra minn hekk, kif diġà ġie nnutat (ara l-punt 195 iktar ’il fuq), il-kundizzjoni dwar il-kunċett ta’ għan uniku timplika li għandu jiġi vverifikat li ma jeżistux elementi li jikkaratterizzaw l-aġir differenti li jagħmel parti mill-ksur li jista’ jindika li l-aġir materjalment implimentat minn impriżi parteċipanti oħra ma għandux l-istess għan jew l-istess effett antikompetittiv u konsegwentement ma jaqax taħt “pjan ġenerali” minħabba l-għan identiku tiegħu ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern. |
ii) Id-deċiżjoni kkontestata
|
451 |
Għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-kuntatti kollużivi fi ħdan tliet livelli, deskritti fil-premessa 317 tagħha, kienu jagħmlu parti minn pjan ġenerali li kellu għan antikompetittiv uniku għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
452 |
Fl-ewwel lok, il-kuntatti kollha kienu jikkonċernaw l-istess prodotti, jiġifieri trakkijiet medji u tqal (premessa 319 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
453 |
Fit-tieni lok, in-natura tal-informazzjoni maqsuma – informazzjoni dwar il-prezzijiet, iż-żidiet fil-prezzijiet gross, id-dati ta’ tnedija previsti tat-trakkijiet li josservaw l-istandards ambjentali l-ġodda u l-intenzjoni tal-kompetituri li jgħaddu l-ispejjeż assoċjati lill-klijenti – baqgħet l-istess matul il-perijodu kollu tal-ksur (premessa 320 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni ppreċiżat li n-natura tad-diskussjonijiet u tal-ftehim dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet li kienu konformi ma’ ċerti standards ambjentali kienet marbuta u komplementari mal-kollużjoni dwar il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross (premessa 321 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
454 |
F’dan l-istess kuntest, il-Kummissjoni ppreċiżat li, anki jekk, minn Settembru 2004, il-partijiet ma baqgħux jipprovaw, bħal qabel, jikkonkludu ftehim speċifiku dwar żidiet futuri komuni fil-prezzijiet gross jew fuq dati speċifiċi ta’ tnedija tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali l-ġodda jew l-ammont tal-ispejjeż li l-partijiet kellhom jgħaddu fuq il-konsumaturi għal dawn it-trakkijiet, huma komplew jiftiehmu billi jiskambjaw l-istess tip ta’ informazzjoni u billi kellhom l-istess għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni permezz tat-tnaqqis tal-grad ta’ inċertezza strateġika bejniethom (premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
455 |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni rrilevat li l-kuntatti antikompetittivi seħħew ta’ spiss u kienu jikkonċernaw l-istess grupp ta’ kostrutturi tat-trakkijiet, jiġifieri Scania u l-partijiet għar-riżolviment. L-individwi involuti fil-kuntatti kienu jappartjenu lill-istess kostrutturi u jorganizzaw l-iskambji fi gruppi żgħar ta’ impjegati fi ħdan il-kostrutturi (premessa 323 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
456 |
Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni qieset li, għalkemm il-livell u r-responsabbiltajiet interni tal-impjegati involuti fl-aġir kienu evolvew matul l-akkordju, in-natura, l-għan u l-portata tal-kuntatti u tal-laqgħat baqgħu identiċi matul it-tul kollu tal-akkordju (premessa 325 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni spjegat li l-kuntatti kollużivi li seħħew fit-tliet livelli kollha kellhom l-għan antikompetittiv li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-suq tat-trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross u l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż fir-rigward tal-introduzzjoni tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali (premessa 326 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
457 |
Fil-premessa 327 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat tliet elementi li jikkorroboraw il-konklużjoni tagħha li ċ-ċaqliq tal-iskambji (the shift in the exchanges) fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fil-livell Ġermaniż ma kienx affettwa n-natura kontinwa tal-ksur. |
|
458 |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis kunsiderevoli bejn il-laqgħat miżmuma fi ħdan id-diversi livelli, peress li l-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija seħħew bejn l‑1997 u l‑2004; il-laqgħat fil-livell inferjuri tas-sede li seħħew bejn l‑2000 u l‑2008 u d-diskussjonijiet fil-livell Ġermaniż seħħew mill‑2004. Ir-riżultat kien, skont il-Kummissjoni, li, minkejja l-fatt li l-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija ma kinux komplew wara s‑16 ta’ Settembru 2004, il-kuntatti fiż-żewġ livelli l-oħra komplew mingħajr interruzzjoni (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni sostniet ukoll li, minn naħa, matul il-perijodu ta’ bejn l‑2003 u l‑2007, kienu jeżistu kuntatti bejn l-impjegati tal-livell inferjuri tas-sede u l-impjegati tal-livell Ġermaniż u li ġew organizzati laqgħat konġunti u li, min-naħa l-oħra, il-partijiet kienu jiddiskutu ripetutament fil-livell inferjuri tas-sede dwar informazzjoni li kellha tiġi skambjata u f’liema livell (premessa 327(a) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
459 |
It-tieni nett, il-Kummissjoni qieset li s-sussidjarji Ġermaniżi tal-partijiet ma kinux jipproduċu trakkijiet u ma kinux responsabbli għall-iżvilupp tat-teknoloġiji, peress li dawn ir-responsabbiltajiet jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tas-sede. Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, meta l-impjegati fil-livell Ġermaniż kienu jiskambjaw informazzjoni dwar l-aġenda u l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-istandards Euro 5 u Euro 6, huma kienu jiskambjaw informazzjoni li toriġina mis-sede u li tikkonċerna ż-ŻEE kollha (premessa 327(b) tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
460 |
It-tielet nett, il-Kummissjoni qieset li, fir-rigward ta’ diversi partijiet fl-akkordju, kienu jeżistu provi li s-sussidjarji Ġermaniżi kienu jipproduċu sistematikament l-intenzjonijiet tagħhom tal-prezz fis-sede u, iktar u iktar importanti, lill-persuni fil-livell tal-amministrazzjoni ċentrali involuta fil-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni rrilevat ukoll li s-sede ta’ Scania kellha s-setgħa li tiddetermina l-prezzijiet gross tal-fabbrika u l-iskontijiet applikati għad-distributuri (li kienu sussidjarji miżmuma 100 % mill-kumpannija omm) u li Scania kellha skema strutturata ta’ laqgħat sabiex tiżgura implimentazzjoni rapida tad-deċiżjonijiet strateġiċi tas-sede, li kienet tindika li s-sede ta’ Scania ma setgħetx raġonevolment ma tkunx taf b’din l-informazzjoni. |
|
461 |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 328 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-bidla fl-akkordju (the change in the cartel) kienet ġiet amministrata b’mod kollettiv u kkoordinat bejn il-partijiet differenti, bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwità fl-iskambji. |
|
462 |
Fil-ħames lok, skont il-Kummissjoni, jekk il-mod li bih ġiet skambjata l-informazzjoni evolva b’mod naturali matul l-erbatax-il sena, li matulhom dam il-ksur, dan seħħ gradwalment u n-natura fundamentali tal-iskambji baqgħet l-istess: il-kuntatti evolvew minn skambji multilaterali, laqgħat jew preżentazzjonijiet wiċċ imb wiċċ għal skambji multilaterali permezz ta’ posta elettronika permezz tal-kumpilazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet futuri organizzati permezz ta’ messaġġi elettroniċi u ppreżentati fi spreadsheet (premessa 329 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
463 |
Abbażi ta’ dawn il-ħames elementi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kuntatti kollużivi kienu marbuta flimkien u komplementari fin-natura tagħhom (premessa 330 tad-deċiżjoni kkontestata). |
iii) Evalwazzjoni
|
464 |
Fl-ewwel lok, huwa paċifiku li l-kuntatti kollużivi inkwistjoni kienu jikkonċernaw, matul it-tul kollu tagħhom, l-istess prodotti, jiġifieri t-trakkijiet medji u tqal, u li dawn kienu mwettqa mill-istess grupp ta’ kostrutturi tat-trakkijiet, jiġifieri Scania u l-partijiet għar-riżolviment. Barra minn hekk, il-fajl juri li l-kuntatti kienu jinvolvu grupp żgħir ta’ impjegati fi ħdan kull livell, b’kompożizzjoni relattivament stabbli u li tali kuntatti seħħew b’mod regolari u frekwenti. |
|
465 |
Fit-tieni lok, għandha titfakkar l-eżistenza ta’ rabtiet bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi, jiġifieri li l-parteċipanti fi ħdan dawn il-livelli kienu impjegati tal-istess impriżi, jiġifieri ta’ Scania u tal-partijiet għar-riżolviment, li l-iskambji fi ħdan kull wieħed mil-livelli kellhom l-istess kontenut, li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis bejn il-laqgħat miżmuma fid-diversi livelli, li l-livelli kienu jagħmlu riferiment għal xulxin u kienu jiskambjaw informazzjoni miġbura u li kien hemm kuntatti komuni bejn il-livelli (ara l-punt 218 iktar ’il fuq). Għandu jitfakkar ukoll li r-rikorrenti ma rnexxielhomx, fil-kuntest tat-tielet motiv, jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ rabtiet bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi (ara l-punt 229 iktar ’il fuq). |
|
466 |
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali tikkonstata, bi qbil mal-Kummissjoni (ara l-punti 453 u 454 iktar ’il fuq), li l-kontenut tal-iskambji bejn il-partijiet kif ukoll l-għan tal-imsemmija skambji, li kien li titnaqqas l-inċertezza bejn il-partijiet dwar, essenzjalment, l-istrateġiji tariffarji futuri tagħhom, baqgħu l-istess. F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet fondata meta rrilevat, fil-premessi 243 u 321 tad-deċiżjoni kkontestata, li n-natura tad-diskussjonijiet u tal-ftehim dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ trakkijiet konformi ma’ ċerti standards ambjentali kienet marbuta u komplementari mal-prattiki kollużivi relatati mal-prezzijiet u maż-żidiet fil-prezzijiet gross (ara l-punt 297 iktar ’il fuq). |
|
467 |
Fir-raba’ lok, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni kellha raġun tikkunsidra li l-portata ġeografika tal-iskambji antikompetittivi fil-livell Ġermaniż kienet testendi għaż-ŻEE kollha, bi qbil mal-iskambji antikompetittivi fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. |
|
468 |
Abbażi tal-elementi msemmija iktar ’il fuq, għandha tiġi approvata l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li l-iskambji bejn il-partijiet, deskritti fil-premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata, kienu jagħmlu parti minn pjan ġenerali li kellu għan antikompetittiv uniku. |
|
469 |
L-argument tar-rikorrenti ma jikkonfutax il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali. Dan l-argument jista’ jinqasam fi tliet gruppi. L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball meta evalwat flimkien it-tliet livelli ta’ kuntatti bejn il-partijiet. It-tieni nett, huma jikkontestaw il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-informazzjoni skambjata fi ħdan it-tliet livelli ta’ kuntatti kienet tal-istess natura, kif jirriżulta mill-premessa 320 tad-deċiżjoni kkontestata. It-tielet nett, ir-rikorrenti jikkontestaw il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni, fil-premessa 327 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-“moviment” tal-iskambji fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fil-livell Ġermaniż ma affettwax in-natura kontinwa tal-ksur. |
– Fuq l-evalwazzjoni globali tat-tliet livelli ta’ kuntatti
|
470 |
Sabiex jikkontestaw l-eżistenza ta’ pjan ġenerali f’dan il-każ, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li, kuntrarjament għall-approċċ segwit mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, it-tliet livelli ta’ kuntatti kellhom jiġu evalwati separatament u mhux flimkien. |
|
471 |
Sabiex jiġġustifikaw din it-teżi, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma stabbilixxiet ebda rabta fattwali rilevanti bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi. Għar-raġunijiet imsemmija fil-punt 465 iktar ’il fuq, dan l-ilment għandu jiġi miċħud. |
|
472 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-portata tal-ksur għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ elementi fattwali marbuta direttament mal-impjegati li pparteċipaw fl-aġir kollużiv allegat. Madankollu, il-Kummissjoni ma wrietx li l-impjegati tal-impriżi li pparteċipaw fil-kuntatti kollużivi f’livelli differenti kellhom għarfien u fehim komuni tal-portata tal-aġir kollużiv. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jirrilevaw li impjegati differenti kienu jirrappreżentaw l-impriżi fid-diversi livelli ta’ kuntatti. |
|
473 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kuntatti kollużivi inkwistjoni twettqu, matul it-tul kollu tagħhom, mill-istess grupp ta’ kostrutturi tat-trakkijiet, jiġifieri Scania u l-partijiet għar-riżolviment. Barra minn hekk, dawn il-kuntatti kienu jinvolvu grupp żgħir ta’ impjegati fi ħdan kull livell, li l-kompożizzjoni tiegħu baqgħet relattivament stabbli, u seħħew b’mod regolari u frekwenti. Għandhom jitfakkru wkoll ir-rabtiet bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-fatt li ma kinux l-istess impjegati li pparteċipaw fil-kuntatti kollużivi ma jikkonfutax il-konklużjoni dwar l-eżistenza, f’dan il-każ, ta’ pjan komuni. |
|
474 |
Fir-rigward tal-allegazzjoni tar-rikorrenti, ippreżentata fil-punt 472 iktar ’il fuq, li l-Kummissjoni ma wrietx li l-impjegati tal-impriżi li jipparteċipaw fil-kuntatti kollużivi fil-livelli differenti kellhom għarfien u fehim komuni tal-portata tal-aġir kollużiv, din l-allegazzjoni tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-għarfien tal-pjan ġenerali għandux jiġi evalwat fil-livell tal-impriża jew fil-livell tal-impjegati tal-impriża. Ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni evalwat dan l-għarfien fil-livell tal-impriża u li naqset milli teżamina l-għarfien min-naħa tal-impjegati. |
|
475 |
Dan l-ilment tar-rikorrenti huwa infondat. |
|
476 |
Fil-fatt, għandu jiġi nnutat li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jirrigwarda l-attivitajiet tal-“impriżi” u li dan il-kunċett għandu jinftiehem bħala li jkopri unità ekonomika anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika hija magħmula minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi (ara s-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2009, Akzo Nobel et vs Il‑Kummissjoni, C‑97/08 P, EU:C:2009:536, punti 54 u 55 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
477 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li, fir-rigward tal-kwistjoni tal-imputabbiltà lill-impriżi tal-atti li jikkostitwixxu ksur imwettaq mill-impjegati tagħhom, mill-ġurisprudenza jirriżulta li s-setgħa tal-Kummissjoni li tissanzjona impriża tippreżumi biss l-azzjoni li tikkostitwixxi ksur ta’ persuna li hija ġeneralment awtorizzata taġixxi f’isem l-impriża (ara s-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2014, H & R ChemPharm vs Il‑Kummissjoni, T‑551/08, EU:T:2014:1081, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
478 |
Mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 476 u 477 iktar ’il fuq jirriżulta li l-kwistjoni tal-għarfien tal-eżistenza ta’ pjan ġenerali għandha neċessarjament tiġi evalwata fil-livell tal-impriżi involuti u mhux fil-livell tal-impjegati tagħhom. Kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, jekk hija kienet obbligata tipprova li kull wieħed mill-impjegati tal-istess impriża li pparteċipa fl-akkordju kellu għarfien preċiż tal-aġir tal-impjegati l-oħra fi ħdan l-akkordju, ikun impossibbli għaliha li turi l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, iktar u iktar peress li l-akkordji huma ġeneralment klandestini min-natura tagħhom u li l-provi huma ta’ spiss frammentarji u mxerrda fil-kawżi tal-akkordju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2011, Trade-Stomil vs Il‑Kummissjoni, T‑53/07, EU:T:2011:360, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, minħabba l-eżistenza ta’ rabtiet bejn it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi u, b’mod partikolari, tal-fatt li l-persuni fiżiċi li pparteċipaw fit-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi kienu impjegati tal-istess impriżi, jista’ jiġi dedott li dawn l-impriżi kellhom għarfien u fehim komuni tal-pjan ġenerali u, għaldaqstant, tal-aġir li jikkostitwixxi ksur. |
|
479 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-Kummissjoni kellha tevalwa separatament it-tliet livelli ta’ kuntatti kollużivi għandha tiġi miċħuda. |
– Fuq in-natura tal-informazzjoni skambjata fi ħdan it-tliet livelli ta’ kuntatti
|
480 |
Ir-rikorrenti jikkontestaw il-kunsiderazzjoni, espressa b’mod partikolari fil-premessi 320 u 322 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-informazzjoni skambjata fil-livelli differenti ta’ kuntatti kienet tal-istess natura u kienet issegwi l-istess għan antikompetittiv. |
|
481 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jinvokaw il-premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata, li tiżvela bidla fundamentali fin-natura tal-kuntatti, sa fejn din tiddikjara li, minn Settembru 2004, il-partijiet ma ppruvawx iktar, kif għamlu qabel din id-data, jilħqu ftehim preċiż fuq żidiet futuri fil-prezzijiet gross. |
|
482 |
Dan l-argument tar-rikorrenti ma jistax jintlaqa’. Ċertament, il-premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata tindika li, wara Settembru 2004, il-partijiet ma ppruvawx iktar jikkonkludu ftehimiet espliċiti, iżda kienu jillimitaw ruħhom, essenzjalment, li jiskambjaw informazzjoni li kellha l-għan li tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Madankollu, kif tinnota ġustament il-Kummissjoni, minkejja li dan it-tibdil jista’ jinfluwenza l-klassifikazzjoni tal-aġir inkwistjoni bħala ftehim jew prattika miftiehma, dan ma jikkonċernax in-“natura” tal-informazzjoni skambjata, li, skont il-premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata, baqgħet l-istess u kienet intiża sabiex tnaqqas il-grad ta’ inċertezza strateġika tal-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri u ż-żidiet fil-prezzijiet gross, kif ukoll l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ trakkijiet li josservaw l-istandards ambjentali l-ġodda. |
|
483 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jinvokaw il-premessi 116 u 117 tad-deċiżjoni kkontestata, li jippreżentaw laqgħa fil-livell inferjuri tas-sede, fit‑3 u fl‑4 ta’ Lulju 2001, li fil-kuntest tagħha l-impjegati tas-sede tal-partijiet esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-iskambji li seħħew fil-livell Ġermaniż, li, fil-fehma tagħhom, kienu jmorru ferm lil hinn, u ftiehmu sabiex fil-futur jiskambjaw biss informazzjoni teknika u mhux informazzjoni dwar il-prezzijiet. Skont ir-rikorrenti, dawn il-premessi juru li l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell inferjuri tas-sede u fil-livell Ġermaniż ma kinux tal-istess natura u ma kellhomx l-istess għan. |
|
484 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti Ġenerali diġà kkonstatat, fil-kuntest tal-eżami tat-tielet u tal-ħames motiv, li l-iskambji fil-livell inferjuri tas-sede u fil-livell Ġermaniż kienu jikkontribwixxu għat-twettiq tal-pjan komuni u li dawn iż-żewġ livelli ta’ kuntatti kollużivi kienu jippreżentaw rabtiet fattwali bejniethom, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-parteċipanti f’dawn il-livelli kienu impjegati tal-istess impriżi, għall-fatt li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis bejn il-laqgħat miżmuma fuq iż-żewġ livelli, minħabba l-fatt li kienu jeżistu kuntatti bejn l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede u l-impjegati fil-livell Ġermaniż, u minħabba l-fatt li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede kienu informati dwar il-kontenut tal-iskambji fil-livell Ġermaniż (ara l-punti 224 u 228 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-fajl juri li, minkejja l-ftehim bejn il-parteċipanti fil-livell inferjuri tas-sede fl-2001, li fil-futur ma jiskambjawx iktar informazzjoni tariffarja (ara l-punt 478 iktar ’il fuq), tali skambji saru xorta (ara l-punt 229 iktar ’il fuq). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 483 iktar ’il fuq għandu jiġi miċħud. Fi kwalunkwe każ, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, skont il-provi prodotti fid-deċiżjoni kkontestata u li ma ġewx ikkontestati mir-rikorrenti, laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija tal-partijiet li seħħew sax-xahar ta’ Settembru 2004, jiġifieri parallelament mal-laqgħat fil-livell inferjuri tas-sede, kellhom b’mod ċar għan antikompetittiv identiku għal dak tal-iskambji fil-livell Ġermaniż li saru wara l‑2004 u sat-tmiem tal-ksur fl‑2011. |
|
485 |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kkonstatat f’dan il-każ l-eżistenza ta’ pjan ġenerali. |
– Fuq in-natura kontinwa tal-ksur
|
486 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-interruzzjoni, f’Settembru 2004, tal-kuntatti kollużivi fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija tal-partijiet ma kkawżatx interruzzjoni tal-kuntatti kollużivi fiż-żewġ livelli l-oħra. |
|
487 |
B’hekk, skont il-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 139 tad-deċiżjoni kkontestata, fil‑11 ta’ Novembru 2004, C, tas-sede ta’ [kunfidenzjali], kiteb lill-impjegati ta’ kostrutturi oħra, li jaqgħu taħt il-livell inferjuri tas-sede u tal-livell Ġermaniż, sabiex jippreżentalhom żewġ persuni ġodda ta’ kuntatt fis-sede ta’ [kunfidenzjali], responsabbli għat-tarifikazzjoni ċentrali tal-prodotti fis-sede ta’ [kunfidenzjali] fi [kunfidenzjali]. C talab lill-kompetituri jindikawlu l-persuni ta’ kuntatt fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom. Il-messaġġ elettroniku ta’ C intbagħat lil A u lil B, li jaqgħu, rispettivament, taħt il-livell inferjuri tas-sede u tal-livell Ġermaniż fi ħdan Scania. Bl-istess mod, kif issemma fil-premessa 140 tad-deċiżjoni kkontestata, il-kompetituri skambjaw, sa mit‑2 ta’ Diċembru 2004, fil-livell Ġermaniż, informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet ippjanati għas-sena 2005. Fil-kuntest ta’ dan l-iskambju, I, impjegat ta’ Scania DE, ipprovda l-informazzjoni li ġejja lil K, organizzatur ta’ dan l-iskambju ta’ informazzjoni u impjegat tas-sussidjarja Ġermaniża [kunfidenzjali]: “[M]ix-xahar ta’ Marzu 2005, ser ngħollu l-prezzijiet tal-kollezzjonijiet [kunfidenzjali] kollha tagħna b’ 1.5 %”. B’hekk jirriżulta li l-iskambji tal-partijiet fl-akkordju fil-livell Ġermaniż kellhom l-istess kontenut bħall-iskambji tagħhom fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija b’mod konformi. |
|
488 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni, fil-premessa 327 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punti 457 sa 461 iktar ’il fuq), ma humiex ivvizzjati bi żball. B’hekk, huwa paċifiku li kien hemm sovrappożizzjoni ratione temporis bejn il-laqgħat miżmuma fi ħdan id-diversi livelli. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-tielet motiv, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet l-eżistenza ta’ kuntatti bejn l-impjegati tal-livell inferjuri tas-sede u tal-livell Ġermaniż u l-fatt li l-impjegati fil-livell inferjuri tas-sede kienu jafu bil-kontenut tal-iskambji fil-livell Ġermaniż. Barra minn hekk, fil-kuntest tas-sitt motiv, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet il-fatt li l-informazzjoni tariffarja skambjata fil-livell Ġermaniż kienet toriġina mis-sede tal-partijiet u li l-impjegati fil-livell Ġermaniż kienu jikkomunikaw fis-sede tal-informazzjoni tariffarja miksuba fil-kuntest tal-iskambji tagħhom. |
|
489 |
Abbażi ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-Kummissjoni kellha raġun tikkunsidra li, minkejja ċ-ċirkustanza li l-kuntatti kollużivi fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija kienu ġew interrotti f’Settembru 2004, l-istess akkordju (li kellu l-istess kontenut u l-istess portata) ġie segwit wara din id-data, bl-unika differenza li l-impjegati involuti kienu jaqgħu taħt livelli organizzattivi differenti fi ħdan l-impriżi involuti, u mhux fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. |
|
490 |
L-argumenti tar-rikorrenti ma jikkontestawx din il-konklużjoni. |
|
491 |
Minn naħa, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni ma spjegatx il-mod li bih “iċ-ċaqliq” tal-kuntatti kollużivi tal-livell ta’ korpi ta’ tmexxija lejn il-livell Ġermaniż kien seħħ. Huma jsostnu li, sabiex “ċaqliq” ikun jista’ jitqies li jikkostitwixxi t-tkomplija tal-prattiki preċedenti, kellu jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-kontinwità. Huma jinvokaw ukoll is-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2017, Icap et vs Il‑Kummissjoni (T‑180/15, EU:T:2017:795, punt 223), li fiha l-Qorti Ġenerali fakkret li, fil-każ fejn it-tkomplija ta’ ftehim jew ta’ prattiki miftiehma teżiġi miżuri pożittivi partikolari, il-Kummissjoni ma tistax tippreżumi t-tkomplija tal-akkordju fl-assenza ta’ prova tal-adozzjoni tal-imsemmija miżuri. |
|
492 |
Dan l-argument tar-rikorrenti ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni użat il-kliem “ċaqliq” jew “migrazzjoni” mill-iskambji fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fil-livell Ġermaniż sabiex tindika li kien seħħ bdil fil-livell tal-impjegati li pparteċipaw fil-kuntatti kollużivi, u mhux sabiex tindika li kienet seħħet xi interruzzjoni tal-akkordju. Barra minn hekk, fil-premessa 327 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ppreżentat iċ-ċirkustanzi fattwali li juru l-kontinwazzjoni tal-akkordju wara Settembru 2004 (ara l-punti 458 sa 460 iktar ’il fuq) u, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, hija tipprova li l-ebda “miżura pożittiva partikolari”, fis-sens tas-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2017, Icap et vs Il‑Kummissjoni (T‑180/15, EU:T:2017:795, punt 223), ma kienet meħtieġa. |
|
493 |
Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni ma wrietx fid-deċiżjoni kkontestata li l-impjegati ta’ Scania DE li pparteċipaw fil-laqgħat fil-livell Ġermaniż kienu jafu li kienu involuti fl-estensjoni tal-prattiki li kienu seħħew fiż-żewġ livelli l-oħra jew li l-impjegati ta’ Scania li pparteċipaw fil-laqgħat fil-livell inferjuri tas-sede kienu jafu bil-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. |
|
494 |
Dan l-argument tar-rikorrenti huwa bbażat fuq l-argument li l-għarfien tal-pjan ġenerali għandu jiġi evalwat fil-livell tal-impjegati tal-impriża u mhux fil-livell tal-impriża nnifisha. Madankollu, kif diġà ġie kkonstatat, dan l-argument huwa żbaljat (ara l-punti 474sa 478 iktar ’il fuq). |
|
495 |
Fir-rigward tal-kwistjoni tal-għarfien, fil-livell tal-impriża Scania, tan-natura kontinwa tal-ksur minkejja l-“moviment” tal-iskambji fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija lejn il-livell Ġermaniż, għandhom jitfakkru l-elementi li ġejjin. |
|
496 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar ir-rwol importanti li għandha s-sede ta’ Scania fl-iffissar tal-prezzijiet fil-livell tad-distributuri nazzjonali tal-impriża u, għaldaqstant, fil-livell ta’ Scania DE li hija 100 % sussidjarja. Il-mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fi ħdan Scania ġie eżaminat fil-kuntest tas-sitt motiv. |
|
497 |
Fitt-tieni lok, għandu jitfakkar li l-provi li jinsabu fil-fajl juru li l-impjegati fis-sede ta’ Scania (livell inferjuri tas-sede) kienu jafu l-kontenut tal-iskambji fil-livell Ġermaniż (ara l-punt 418 iktar ’il fuq). Ma huwiex plawżibbli li l-livell ta’ korpi ta’ tmexxija ta’ din l-impriża ma jkunux jafu bihom. |
|
498 |
Fitt-tielet lok, għandu jitfakkar li l-provi li jinsabu fil-fajl jissuġġerixxu li l-impjegati ta’ Scania DE kienu jiskambjaw, fil-livell Ġermaniż, informazzjoni li ġejja mis-sede ta’ Scania (ara l-punti 413, 437, 438 u 442 iktar ’il fuq). |
|
499 |
Dawn it-tliet elementi juru li, minkejja l-fatt li l-iskambji fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija ntemmu f’Settembru 2004, l-impriża Scania u s-sede tagħha kienu jafu bil-fatt li l-istess ksur seħħ wara x-xahar ta’ Settembru 2004, bl-unika differenza li l-impjegati fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija ma kinux għadhom jipparteċipaw fil-kuntatti kollużivi. F’dan ir-rigward, il-fatt, allegat mir-rikorrenti, li l-impjegati ta’ Scania DE ma kinux jafu bl-eżistenza ta’ kuntatti kollużivi fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, ma huwiex rilevanti. |
|
500 |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza f’dan il-każ ta’ ksur uniku u kontinwu ma hijiex ivvizzjata bi żball. |
2) Fuq l-imputabbiltà tal-ksur uniku u kontinwu lil Scania
|
501 |
Il-Kummissjoni rrilevat, fil-premessa 332 tad-deċiżjoni kkontestata, li Scania kienet ipparteċipat direttament fl-aspetti rilevanti kollha tal-akkordju. |
|
502 |
Barra minn hekk, fil-premessa 333 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni nnutat li, anki jekk Scania kienet tipproduċi u tbigħ biss trakkijiet tqal, hija kienet taf jew kellha tkun taf li l-partijiet l-oħra fl-akkordju kienu jipproduċu wkoll trakkijiet medji u li l-kuntatti kollużivi kienu jikkonċernaw dawn iż-żewġ tipi ta’ trakkijiet (medji u tqal). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonstatat li Scania kienet taf jew kellha tkun taf li l-prattiki antikompetittivi kienu jikkonċernaw it-trakkijiet medji u tqal. |
|
503 |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 334 tad-deċiżjoni kkontestata, li Scania kellha l-intenzjoni li tikkontribwixxi għall-ksur u li hija kienet taf jew kellha tkun taf bl-eżistenza tiegħu. |
|
504 |
Ir-rikorrenti, sabiex jikkontestaw l-imputabbiltà tal-ksur uniku u kontinwu lil Scania, jilmentaw li l-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza tal-“element mentali” neċessarju. Fi kliem ieħor, huma jikkritikawha li ma wrietx, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterji kumulattivi tal-interess, tal-għarfien u tal-aċċettazzjoni tar-riskju – kriterji stabbiliti fis-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 1999, Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (C‑49/92 P, EU:C:1999:356, punt 87) – kienu ssodisfatti f’dan il-każ fir-rigward tar-rappreżentanti ta’ Scania li jipparteċipaw fit-tliet livelli ta’ kuntatti. |
|
505 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li sa fejn l-għarfien tal-eżistenza ta’ pjan ġenerali għandu jiġi evalwat fil-livell tal-impriżi involuti u mhux fil-livell tal-impjegati tagħhom (ara l-punt 478 iktar ’il fuq), b’mod analogu, il-fatturi li jiddeterminaw l-imputabbiltà tal-ksur uniku u kontinwu għandhom neċessarjament jiġu evalwati wkoll fil-livell tal-impriża. |
|
506 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-fatturi li jiddeterminaw l-imputabbiltà lil impriża tal-ksur uniku u kontinwu, mis-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens (C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punti 43 sa 45) jirriżulta li, jekk l-impriża inkwistjoni tkun ipparteċipat direttament fl-aġir antikompetittiv kollu li jikkostitwixxi l-ksur uniku u kontinwu, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tatribwixxilha l-ksur kollu kemm hu, mingħajr ma tkun obbligata turi li l-kriterji tal-interess, l-għarfien u l-aċċettazzjoni tar-riskju ġew issodisfatti. |
|
507 |
F’dan il-każ, jista’ jiġi kkonstatat li, konformement ma’ dak li ġie rrilevat fil-premessa 332 tad-deċiżjoni kkontestata, l-impriża Scania pparteċipat direttament fl-aspetti rilevanti kollha tal-akkordju. Fil-fatt, l-impjegati tagħha pparteċipaw fil-kuntatti kollużivi li seħħew fit-tliet livelli. L-impriża Scania skambjat mal-kompetituri tagħha fuq il-prezzijiet u fuq iż-żidiet fil-prezzijiet gross kif ukoll fuq l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji konformi mal-istandards Euro 3 sa Euro 6. Scania pparteċipat b’mod attiv fl-akkordju, organizzat laqgħat u pparteċipat fi skambji ta’ messaġġi elettroniċi (ara l-premessa 332 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
508 |
Huwa minnu li Scania ma tipproduċix trakkijiet medji. Madankollu, mill-fajl jirriżulta li l-kuntatti kollużivi li għalihom kienu pparteċipaw l-impjegati ta’ Scania kienu jikkonċernaw mingħajr distinzjoni t-trakkijiet medji u t-trakkijiet tqal (ara l-premessa 333 tad-deċiżjoni kkontestata). Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha raġun timputa lill-impriża Scania l-ksur uniku u kontinwu li kien jirrigwarda wkoll it-trakkijiet medji sa fejn din l-impriża kellha neċessarjament għarfien ta’ dan l-aspett tal-akkordju. |
|
509 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-imputabbiltà tal-ksur uniku u kontinwu kollu lil Scania ma hijiex ivvizzjata bi żball. Minn dan isegwi li s-seba’ motiv għandu jiġi miċħud. |
4. Fuq it-tmien motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kif ukoll tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn il-Kummissjoni imponiet multa li tirrigwarda aġir suġġett għal preskrizzjoni u, fi kwalunkwe każ, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-imsemmi aġir ma kienx kontinwu
|
510 |
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-fatti li jikkonċernaw il-livell ta’ korpi ta’ tmexxija li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ multa huma preskritti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-laqgħat fl-imsemmi livell intemmu f’Settembru 2004, jiġifieri iktar minn ħames snin qabel ma bdiet l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti jżidu li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni lanqas ma għandha interess leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003, li tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur marbut ma’ aġir fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. |
|
511 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li, anki jekk il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-fatti inkwistjoni kienu jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu (quod non), id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi mibdula sa fejn hija ma tiħux inkunsiderazzjoni l-interruzzjonijiet tal-ksur allegat fir-rigward tal-livell ta’ korpi ta’ tmexxija. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jallegaw li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix biżżejjed provi tal-eżistenza ta’ laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fl-1999. |
|
512 |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jallegaw li, fid-dawl tal-assenza ta’ provi dwar il-parteċipazzjoni ta’ Scania għal-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fl‑1999 u fl‑2002, id-deċiżjoni kkontestata żbaljat meta kkonkludiet li Scania kienet ipparteċipat b’mod kontinwu fil-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija bejn is‑17 ta’ Jannar 1997 u l‑24 ta’ Settembru 2004. Hija kellha pjuttost tikkonkludi li dawn il-laqgħat kienu ġew interrotti, tal-inqas fir-rigward ta’ Scania, bejn it‑3 ta’ Settembru 1998 u t‑3 ta’ Frar 2000 (17‑il xahar ta’ interruzzjoni) u bejn l‑20 ta’ Novembru 2001 u l‑10 ta’ April 2003 (17‑il xahar ieħor ta’ interruzzjoni). |
|
513 |
Ir-rikorrenti jikkonkludu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata u li, fi kwalunkwe każ, l-impożizzjoni ta’ multa għandha tkun preskritta għal kull ksur li seħħ qabel l‑10 ta’ April 2003. Sussidjarjament, ir-rikorrenti jsostnu li l-impożizzjoni ta’ multa għandha tiġi preskritta għal kull ksur li seħħ qabel it‑3 ta’ Frar 2000. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li, fi kwalunkwe każ, il-kalkolu ta’ multa marbuta mal-livell ta’ korpi ta’ tmexxija għandu jagħti rendikont tal-perijodi twal inqas intensivi tal-ksur. |
|
514 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
515 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti dwar il-preskrizzjoni fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ multa mill-Kummissjoni, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 23(2)(a) tal-istess regolament, is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni li timponi multi fuq l-impriżi għal ksur imwettaq, b’mod partikolari, fl-Artikolu 101 TFUE hija suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin. L-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprevedi li, għall-ksur kontinwu jew ripetut, il-preskrizzjoni tiddekorri biss mill-ġurnata li fiha l-ksur intemm. L-Artikolu 25(3) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprevedi, b’mod partikolari, li l-preskrizzjoni fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multi hija interrotta minn kull azzjoni tal-Kummissjoni intiża għall-investigazzjoni jew għall-proċeduri fir-rigward tal-ksur. |
|
516 |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni kkonstatat, mingħajr ma wettqet żball, li l-aġir fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija kien jagħmel parti minn ksur uniku u kontinwu li ntemm fit‑18 ta’ Jannar 2011. Konsegwentement, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin jibda jiddekorri biss minn din l-aħħar data, li jfisser li, f’dan il-każ, is-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multa ma hija suġġetta għal ebda preskrizzjoni. |
|
517 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-allegazzjoni tar-rikorrenti dwar l-allegata assenza ta’ provi tal-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fis-sena 1999, għandu jiġi osservat dan li ġej. |
|
518 |
L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni kkontestata fiha biżżejjed provi dwar l-eżistenza tal-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija għas-snin 1998 u 2000. B’mod iktar preċiż, il-premessa 105 tad-deċiżjoni kkontestata tippreżenta prova dokumentali dwar laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, li seħħet fit‑3 ta’ Settembru 1998, li matulha r-rappreżentanti tal-partijiet skambjaw previżjonijiet tas-suq għas-sena 1999. Skont din il-prova dokumentali, rappreżentant tas-sede ta’ Scania, N, ipparteċipa f’din il-laqgħa. Laqgħat simili seħħew matul is-sena 2000, kif jirriżulta mill-premessi 109 sa 112 tad-deċiżjoni kkontestata, li fihom N, tas-sede ta’ Scania, kien ipparteċipa wkoll. |
|
519 |
It-tieni, mill-prova dokumentali ppreżentata fil-premessa 106 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-laqgħa li jmiss fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija wara dik li seħħet fit‑3 ta’ Settembru 1998 (ara l-punt 518 iktar ’il fuq) kienet prevista għal Jannar 1999. |
|
520 |
It-tielet, fil-premessa 106 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tagħmel riferiment għal dikjarazzjoni ta’ klemenza minn [kunfidenzjali] li skontha laqgħat bejn il-kompetituri matul il-perijodu bejn l‑1998 u l‑2001 saru mill-inqas darba fis-sena. Skont din id-dikjarazzjoni, il-parteċipanti f’dawn il-laqgħat, li ma kinux fil-livell tal-korpi ta’ tmexxija, skambjaw informazzjoni relatata, b’mod partikolari, maż-żidiet futuri fil-prezzijiet. Fost il-parteċipanti f’dawn il-laqgħat kien identifikat O, direttur ġenerali ta’ Scania DE. |
|
521 |
Ir-raba’, għandu jitfakkar, bi qbil mal-Kummissjoni, li l-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija kienu jagħmlu parti minn ksur uniku u kontinwat u li, għaldaqstant, il-laqgħat kollha bejn il-kompetituri, fi kwalunkwe livell organizzattiv, kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk il-ksur kienx kompla fl‑1999. |
|
522 |
Il-ħames, għandu jitfakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward, b’mod partikolari, ta’ ksur li jestendi fuq diversi snin, il-fatt li ma ġietx prodotta l-prova diretta tal-parteċipazzjoni ta’ kumpannija f’dan il-ksur matul perijodu speċifiku ma jipprekludix li din il-parteċipazzjoni, anki matul dan il-perijodu, tiġi kkonstatata, sakemm din il-konstatazzjoni tkun ibbażata fuq indizji oġġettivi u konkordanti, peress li l-assenza ta’ tbegħid pubbliku ta’ din il-kumpannija tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward (ara s-sentenza tas‑26 ta’ Jannar 2017, Villeroy & Boch vs Il‑Kummissjoni, C‑625/13 P, EU:C:2017:52, punt 111 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
523 |
Fid-dawl tal-elementi ppreżentati fil-punti 518 sa 521 iktar ’il fuq u tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 522 iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kkonstatat li l-ksur uniku f’dan il-każ ma ġiex interrott fl‑1999 u li Scania pparteċipat fl-imsemmi ksur ukoll matul dik is-sena. |
|
524 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-parteċipazzjoni ta’ Scania fil-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fis-sena 2002 ma ġietx ipprovata, għandu jiġi kkonstatat dan li ġej. |
|
525 |
L-ewwel nett, mill-premessa 119 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fir-rigward ta’ laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija li nżammet fis‑7 ta’ Frar 2002, intbagħtet ittra ta’ stedina lil M tas-sede ta’ Scania. |
|
526 |
It-tieni, min-noti bil-miktub dwar laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija tas‑27 u tat‑28 ta’ Ġunju 2002, meħuda minn rappreżentant ta’ [kunfidenzjali], ippreżentati fil-premessa 123 tad-deċiżjoni kkontestata, jirriżulta li Scania kkomunikat ċifri relatati ma’ bejgħ fis-sena 2002 lil diversi pajjiżi. |
|
527 |
It-tielet, rapport intern ta’ [kunfidenzjali] li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni skambjata waqt laqgħa fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fit‑18 ta’ Settembru 2002, imsemmi fil-premessa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, juri li Scania pprovdiet informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet tagħha fis-sena 2002 u dwar azzjoni ġudizzjarja li hija kienet qiegħda taffaċċja fir-Renju Unit. |
|
528 |
Fid-dawl tal-elementi ppreżentati fil-punti 525 sa 527 iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni wriet suffiċjentement skont il-liġi l-parteċipazzjoni ta’ Scania fil-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija fis-sena 2002. |
|
529 |
Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mid-dikjarazzjoni ġuramentata ta’ M, rappreżentant ta’ Scania fil-laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, li tgħid li “skont id-dikjarazzjonijiet tiegħu” huwa ma pparteċipa f’ebda laqgħa ta’ dan it-tip fis-sena 2002. Din id-dikjarazzjoni tibqa’ pjuttost vaga u ma tikkonvinċix lill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, diġà ġie nnutat li d-dokumenti mfassla in tempore non suspecto, bħan-noti bil-miktub meħuda waqt laqgħa, għandhom forza probatorja ikbar mid-dokumenti li ma għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom fiż-żmien tal-fatti, bħad-dikjarazzjonijiet ġuramentati. |
|
530 |
Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali tinnota li r-rikorrenti, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 554 tar-rikors, isostnu li l-parteċipazzjoni ta’ Scania f’ċerti laqgħat fil-livell ta’ korpi ta’ tmexxija, ippreżentati fid-deċiżjoni kkontestata, ma ġietx stabbilita. Dawn kienu laqgħat fi Brussell fis‑17 ta’ Jannar 1997 (premessa 98 tad-deċiżjoni kkontestata) u fis‑6 ta’ April 1998 (premessa 103), f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit‑3 ta’ Frar 2000 (premessi 108 sa 110) u f’Eindhoven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis‑6 ta’ Settembru 2000 (premessa 111). Insostenn ta’ din l-allegazzjoni, huma jinvokaw id-dikjarazzjoni ġuramentata ta’ N li jafferma li ma jiftakarx li pparteċipa fiha. |
|
531 |
Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-premessi tad-deċiżjoni kkontestata msemmija fil-punt 530 iktar ’il fuq, jippreżentaw provi dokumentali li jistabbilixxu l-parteċipazzjoni ta’ Scania għal-laqgħat inkwistjoni. Fir-rigward tal-kontenut tad-dikjarazzjoni ġuramentata ta’ N u tas-saħħa probatorja tagħha, il-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 529 iktar ’il fuq. Il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-allegazzjoni tar-rikorrenti ppreżentata fil-punt 530 iktar ’il fuq hija infondata. |
|
532 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li dan il-motiv għandu jiġi miċħud, filwaqt li tispeċifika li r-raġunijiet invokati mir-rikorrenti insostenn tal-bidla tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punti 511 u 513 iktar ’il fuq) huma infondati, il-fajl quddiem il-Qorti Ġenerali ma jiżvela ebda interruzzjoni tal-ksur uniku kkonstatat u lanqas l-eżistenza ta’ perijodi inqas intensivi ta’ dan il-ksur. |
5. Fuq id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-ammont tal-multa, u, fi kwalunkwe każ, fuq in-neċessità ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Artikolu 261 TFUE u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003
|
533 |
Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi mibdula sa fejn il-multa imposta ma hijiex konformi mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, huma jistiednu lill-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni assoluta tagħha, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u tnaqqas l-ammont tal-multa. |
|
534 |
Skont l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali bbażata fuq l-użu tal-verb “tibdel”, ir-rikorrenti jistiednu lil din tal-aħħar teżerċita l-ġurisdizzjoni assoluta tagħha rrikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, konformement mal-Artikolu 261 TFUE. |
|
535 |
Għandu jitfakkar ukoll li s-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE tikkonsisti fi stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 263 TFUE, li jista’ jitwettaq, skont l-Artikolu 261 TFUE u fuq talba tal-partijiet rikorrenti, mill-eżerċizzju mill-Qorti Ġenerali ta’ ġurisdizzjoni assoluta fir-rigward tas-sanzjonijiet imposti f’dan il-qasam mill-Kummissjoni (ara s-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2016, Galp Energía España et vs Il‑Kummissjoni, C‑603/13 P, EU:C:2016:38, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
536 |
Għaldaqstant, meta teżerċita l-ġurisdizzjoni assoluta tagħha prevista fl-Artikolu 261 TFUE u fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, il-qorti tal-Unjoni għandha s-setgħa, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ din is-sanzjoni ma’ dik tal-Kummissjoni, awtur tal-att li fih kien iffissat inizjalment dan l-ammont (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2016, Galp Energía España et vs Il‑Kummissjoni, C‑603/13 P, EU:C:2016:38, punt 75 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
537 |
Min-naħa l-oħra, il-portata ta’ din il-ġurisdizzjoni assoluta hija strettament limitata, b’differenza tal-isħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE, għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa (ara s-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2016, Galp Energía España et vs Il‑Kummissjoni, C‑603/13 P, EU:C:2016:38, punt 76 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
538 |
Minn dan jirriżulta li l-ġurisdizzjoni assoluta li għandha l-Qorti Ġenerali abbażi tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 tikkonċerna biss l-evalwazzjoni minnha tal-multa imposta mill-Kummissjoni, bl-esklużjoni ta’ kull bidla tal-elementi li jikkostitwixxu l-ksur legalment ikkonstatat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni li biha hija adita l-Qorti Ġenerali (sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2016, Galp Energía España et vs Il‑Kummissjoni, C-603/13 P, EU:C:2016:38, punt 77). |
|
539 |
Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa imposta, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa hija stess iċ-ċirkustanzi tal-każ u t-tip ta’ ksur inkwistjoni. Dan l-eżerċizzju jippreżupponi, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, li tittieħed inkunsiderazzjoni, għal kull impriża ssanzjonata, il-gravità tal-ksur inkwistjoni kif ukoll it-tul tiegħu, fl-osservanza tal-prinċipji, b’mod partikolari, ta’ motivazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet u ta’ ugwaljanza fit-trattament, mingħajr ma l-Qorti Ġenerali tkun marbuta bir-regoli indikattivi ddefiniti mill-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2016, Galp Energía España et vs Il‑Kummissjoni, C‑603/13 P, EU:C:2016:38, punti 89 u 90). |
a) Fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|
540 |
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx il-gravità tal-ksur b’mod proporzjonat, sa fejn hija ma kkunsidratx li l-impjegati ta’ Scania DE ma setgħux ikunu jafu li l-informazzjoni rċevuta mill-kompetituri seta’ jkollha portata Ewropea. Konsegwentement, anki jekk l-impjegati ta’ Scania DE riedu jippreġudikaw il-kompetizzjoni fis-suq ġeografiku (il-Ġermanja) li għalih kienu responsabbli (quod non), il-multa imposta mid-deċiżjoni kkontestata ma tkunx proporzjonata mal-gravità tal-ksur previst, sa fejn hija tieħu inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ fil-livell taż-ŻEE. |
|
541 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn, fir-rigward tal-iffissar tal-ammont tal-multa, hija ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kuntatti bejn il-kostrutturi tat-trakkijiet inbidlu fin-natura u fl-intensità tagħhom matul il-perijodu meħud inkunsiderazzjoni, kif ġie kkonstatat fil-premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
542 |
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jirrilevaw li l-ksur deskritt fil-premessi tad-deċiżjoni kkontestata huwa usa’ minn dak li jagħti lok għal multa fid-dispożittiv tagħha. F’dan ir-rigward, huma jipparagunaw il-premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata, li tagħmel riferiment għal skambji ta’ informazzjoni sensittiva fuq il-livell tal-kompetizzjoni, mal-Artikolu 1 tad-dispożittiv tagħha, li ma jagħmilx riferiment għal tali skambji. Ir-rikorrenti jqisu li din il-preżentazzjoni għandha effett fuq il-kalkolu tal-ammont tal-multa u li, konsegwentement, il-multa ffissata fid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex proporzjonata mal-ksur kif allegat mill-Kummissjoni. |
|
543 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
544 |
Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 540 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-eżami tas-sitt motiv, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-allegazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-impjegati ta’ Scania DE li jipparteċipaw fl-iskambji fil-livell Ġermaniż qatt ma kienu ppreżupponu li l-informazzjoni rċevuta matul dawn l-iskambji kienet relatata ma’ prezzijiet Ewropej jew setgħet tnaqqas l-inċertezza fir-rigward tal-istrateġija tariffarja Ewropea tal-kostrutturi l-oħra (ara l-punt 415 iktar ’il fuq). Minn dan isegwi li l-argument ippreżentat fil-punt 540 iktar ’il fuq ma jurix in-natura sproporzjonata tal-multa. |
|
545 |
Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 541 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li, fil-premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ppreċiżat li, anki jekk, minn Settembru 2004, il-partijiet ma kinux fittxew iktar attivament, kif kienu għamlu qabel, li jikkonkludu ftehim speċifiku dwar iż-żidiet komuni futuri fil-prezzijiet gross jew dwar dati speċifiċi ta’ tnedija tat-trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali l-ġodda jew l-ammont tal-ispejjeż li l-partijiet kellhom jgħaddu fuq il-konsumaturi għal dawn it-trakkijiet, il-partijiet komplew jiftiehmu billi jiskambjaw l-istess tip ta’ informazzjoni u billi kellhom l-istess għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni permezz tat-tnaqqis tal-grad ta’ inċertezza strateġika bejniethom. |
|
546 |
Għandha titfakkar ukoll il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-bidla li saret minn Settembru 2004, minkejja li tista’ tinfluwenza l-klassifikazzjoni tal-aġir inkwistjoni bħala ftehim jew prattika miftiehma, ma tikkonċernax in-“natura” tal-informazzjoni skambjata, li, skont il-premessa 322 tad-deċiżjoni kkontestata, baqgħet l-istess (ara l-punt 482 iktar ’il fuq). |
|
547 |
B’hekk jirriżulta li l-unika differenza li tikkonċerna l-aġir tal-partijiet qabel Settembru 2004 u wara Settembru 2004 hija t-tentattivi li huma kienu għamlu qabel Settembru 2004 sabiex jikkonkludu ftehim speċifiku fuq il-prezzijiet, tentattivi li waqfu wara din id-data. Madankollu, kif tinnota ġustament il-Kummissjoni, fid-dawl, minn naħa, tal-prinċipju li l-prattiki miftiehma jistgħu jippreġudikaw kemm il-kompetizzjoni kif ukoll il-ftehim u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Kummissjoni ma żiditx il-fattur ta’ gravità rilevanti minħabba t-tentattivi tal-partijiet li jikkonkludu ftehim dwar il-prezzijiet, l-argument tar-rikorrenti, ippreżentat fil-punt 541 iktar ’il fuq, ma jurix in-natura sproporzjonata tal-multa. |
|
548 |
Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 542 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li, fil-premessa 317 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni semmiet l-eżistenza tal-prattiki li jnaqqsu l-livell tal-inċertezza strateġika bejn il-partijiet f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet futuri, iż-żidiet fil-prezzijiet gross kif ukoll l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni tal-mudelli ta’ trakkijiet konformi mal-istandards ambjentali. Fil-premessa 317(a) sa (c), u kif jirriżulta mill-użu tal-kliem “[f]’dan ir-rigward”, il-Kummissjoni spjegat fiex kienu jikkonsistu l-prattiki msemmija iktar ’il fuq. Fil-premessa 317(c), il-Kummissjoni semmiet it-tqassim ta’ “informazzjoni sensittiva oħra fuq il-livell tal-kompetizzjoni”. |
|
549 |
Fl-Artikolu 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ssemmi l-kollużjoni dwar il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross kif ukoll dwar l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet. |
|
550 |
Mill-paragun tal-premessa 317 u tal-Artikolu 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li ma hemmx diverġenza bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet fid-deskrizzjoni tal-ksur, peress li r-riferiment mill-Kummissjoni għat-tqassim ta’ “informazzjoni sensittiva oħra fuq il-livell tal-kompetizzjoni” jikkostitwixxi biss eżempju tal-kollużjoni dwar il-prezzijiet u ż-żidiet fil-prezzijiet gross, kif ukoll fuq l-aġenda u r-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet. |
|
551 |
Mill-iżviluppi preċedenti jirriżulta li ebda wieħed mill-argumenti tar-rikorrenti ma juri n-natura sproporzjonata tal-multa. |
b) Fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
|
552 |
Ir-rikorrenti jinvokaw tliet argumenti insostenn tal-allegazzjoni tagħhom li l-livell ta’ multa imposta jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
553 |
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-formulazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tenfasizza b’mod eżaġerat ir-rwol tagħhom fil-ksur u tinjora, essenzjalment, ir-rwol tal-kostrutturi l-oħra tat-trakkijiet, u b’hekk twassal għal distorsjoni tar-realtà. Skont ir-rikorrenti, minħabba din il-formulazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, huwa impossibbli li jsir paragun bejn ir-rwol tagħhom u dak tal-kostrutturi l-oħra tat-trakkijiet fil-ksur, u, minħabba din l-impossibbiltà ta’ paragun, diversi evalwazzjonijiet dwar il-livell tal-multa, magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrenti jagħmlu riferiment għall-premessa 444 tad-deċiżjoni kkontestata, li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li f’dan il-każ ma kienx hemm ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti. Ir-rikorrenti jagħmlu riferiment ukoll għall-premessa 432 tad-deċiżjoni kkontestata, li fiha l-Kummissjoni ppreċiżat li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Scania, hija kkunsidrat l-istess proporzjon tal-valur tal-bejgħ tagħha bħall-proporzjon tal-valur tal-bejgħ tal-partijiet għar-riżolviment ikkunsidrat fid-deċiżjoni ta’ riżolviment. |
|
554 |
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tiddeskrivi b’mod iktar preċiż u mmirat ir-rwol tagħhom fl-aġir inkwistjoni meta mqabbel mad-deskrizzjoni magħmula tar-rwol tal-kompetituri l-oħra fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, jiżvantaġġahom fil-kuntest ta’ kawżi għad-danni li huma esposti għalihom. |
|
555 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn hija tapplika għall-kostrutturi kollha l-istess metodu ta’ kalkolu tal-multa mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-sehem tas-suq tagħhom fuq livell Ewropew kien iktar baxx minn dak tal-kostrutturi l-oħra u tal-fatt li d-differenza mal-leaders tas-suq kienet kbira ħafna, b’mod partikolari fil-Ġermanja. |
|
556 |
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-impjegati ta’ Scania DE kellhom rwol passiv, jew tal-inqas li ma kellhomx rwol ewlieni fl-aġir inkwistjoni, meta mqabbla maż-żewġ kostrutturi l-kbar fis-suq. |
|
557 |
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-metodu segwit mill-Kummissjoni sabiex tiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti huwa l-istess bħal dak applikat għall-kostrutturi l-oħra tat-trakkijiet, minkejja l-fatt li r-rikorrenti, b’differenza minn dawn tal-aħħar, ma jipproduċux trakkijiet medji. |
|
558 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
559 |
Qabel ma nindirizza kull wieħed mill-argumenti msemmija iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-imsemmi prinċipju jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2013, Ziegler vs Il‑Kummissjoni, C‑439/11 P, EU:C:2013:513, punt 132, u tas‑26 ta’ Jannar 2017, Zucchetti Rubinetteria vs Il‑Kummissjoni, C‑618/13 P, EU:C:2017:48, punt 38). Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, ma tistax issir, permezz tal-applikazzjoni ta’ metodi ta’ kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE (sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2013, Ziegler vs Il‑Kummissjoni, C‑439/11 P, EU:C:2013:513, punt 133; tat‑12 ta’ Novembru 2014, Guardian Industries u Guardian Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑580/12 P, EU:C:2014:2363, punt 62, u tas‑26 ta’ Jannar 2017, Zucchetti Rubinetteria vs Il‑Kummissjoni, C‑618/13 P, EU:C:2017:48, punt 38). |
|
560 |
Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 553 iktar ’il fuq, l-ewwel nett, għandu jitfakkar, bi qbil mal-Kummissjoni, li din l-istituzzjoni kienet obbligata, skont l-Artikolu 296 TFUE, timmotiva suffiċjentement skont il-liġi d-deċiżjoni kkontestata, bħalma għamlet. Peress li Scania kienet l-unika destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, kien normali li l-evalwazzjoni tkun iffokata fuq ir-rwol tagħha fl-akkordju. Il-partijiet l-oħra fl-akkordju kienu diġà s-suġġett tad-deċiżjoni ta’ riżolviment, li kienet stabbilixxiet ir-responsabbiltà tagħhom fir-rwol li huma kellhom fl-akkordju. |
|
561 |
It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għall-allegazzjoni tar-rikorrenti, it-tfassil tad-deċiżjoni kkontestata ma “jinjorax” ir-rwol tal-kostrutturi l-oħra ta’ trakkijiet fl-akkordju. L-aġir tagħhom jirriżulta b’mod ċar mill-kronoloġija tal-avvenimenti, deskritta fil-punt 6.2 tad-deċiżjoni kkontestata, li tispjega fid-dettall in-natura u l-kontenut tal-iskambji kif ukoll il-parteċipanti f’dawn tal-aħħar. Minn dan isegwi li l-allegazzjoni tar-rikorrenti, li huwa impossibbli li r-rwol tagħhom fl-akkordju jkun ipparagunat ma’ dak tal-partijiet l-oħra, hija infondata. |
|
562 |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali tikkonstata, abbażi tad-deċiżjoni kkontestata u tal-fajl ippreżentat quddiemha, li r-rwol ta’ Scania fl-akkordju ma kienx differenti minn dak tal-partijiet l-oħra u li r-rikorrenti ma qajmu ebda argument u ma pproduċew ebda prova li turi l-kuntrarju. Barra minn hekk, kif tinnota ġustament il-Kummissjoni, kull wieħed mill-fatturi meħuda inkunsiderazzjoni sabiex jiġu ddeterminati, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa, il-gravità tal-ksur u d-“dritt ta’ dħul”, jiġifieri n-natura tal-ksur, is-sehem tas-suq akkumulat tal-impriżi implikati, il-portata ġeografika tal-ksur u l-implimentazzjoni tiegħu, kien japplika bl-istess mod għal Scania u għall-partijiet l-oħra. |
|
563 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-Kummissjoni ma wettqitx żball fid-deċiżjoni tagħha li tadotta l-istess proporzjon tal-valur tal-bejgħ ta’ Scania bħal dak użat fir-rigward tal-kostrutturi l-oħra u li tapplika l-istess koeffiċjent ta’ gravità (17 %) u bl-istess “kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoni” (17 %) bħal dawk applikati għall-kostrutturi l-oħra fid-deċiżjoni ta’ riżolviment. |
|
564 |
Għaldaqstant, l-argument ippreżentat fil-punt 553 iktar ’il fuq għandu jiġi miċħud. |
|
565 |
F’dak li jirrigwarda l-argument ippreżentat fil-punt 554 iktar ’il fuq, għandu jiġi rrilevat li ċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni kkontestata tippreżenta b’mod iddettaljat, konformement mar-rekwiżiti tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, l-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ Scania jirriżulta mill-fatt li din id-deċiżjoni għandha bħala destinatarju uniku lil Scania, peress li din l-impriża ma rrikonoxxietx ir-responsabbiltà tagħha fl-akkordju, kuntrarjament għall-partijiet l-oħra li ressqu talba formali għal riżolviment. Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni bħall-partijiet għar-riżolviment u, konsegwentement, l-argument tagħhom, ippreżentat fil-punt 554 iktar ’il fuq, ma jurix il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
566 |
Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 555 iktar ’il fuq, għandu jiġi nnotat li l-Kummissjoni, kemm fid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, għamlet riferiment b’mod partikolari, għad-determinazzjoni tal-multi, għall-valur tal-bejgħ tal-oġġetti fir-rigward tal-ksur tal-impriżi involuti fiż-ŻEE, skont il-Linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi. Fil-fatt, fil-punt 6 ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni spjegat li l-għaqda tal-valur tal-bejgħ fir-rigward tal-ksur mat-tul, kienet ikkunsidrata bħala valur ta’ sostituzzjoni adegwat sabiex tiġi riflessa l-importanza ekonomika tal-ksur kif ukoll sabiex jiġi rifless il-piż relattiv ta’ kull impriża li tipparteċipa fil-ksur. |
|
567 |
F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ma għandhiex raġun tikkontesta l-għażla tal-Kummissjoni li tagħmel riferiment, f’dak li jirrigwarda l-impriżi kollha involuti, għall-valur tal-bejgħ tagħhom tal-beni fir-rigward tal-ksur fiż-ŻEE. Din hija għażla raġonevoli sabiex jiġi rifless il-piż relattiv ta’ kull impriża li tipparteċipa fil-ksur u li kkonċernat l-impriżi kollha li pparteċipaw fl-akkordju u mhux biss Scania. |
|
568 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li d-dritt tal-Unjoni ma jinkludix prinċipju ta’ applikazzjoni ġenerali li s-sanzjoni għandha tkun proporzjonata mad-daqs tal-impriża fis-suq tal-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur (sentenza tat‑18 ta’ Mejju 2006, Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il‑Kummissjoni, C‑397/03 P, EU:C:2006:328, punt 101). |
|
569 |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li l-argument tar-rikorrenti, ippreżentat fil-punt 555 iktar ’il fuq, ma jurix il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u li dan għandu jiġi miċħud. |
|
570 |
Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 556 iktar ’il fuq, dan għandu jiġi miċħud sa fejn mill-fajl ma jirriżultax li l-impjegati ta’ Scania DE kellhom rwol passiv jew rwol sekondarju fl-aġir li jikkostitwixxi ksur, stabbilit f’dan il-każ. Għaldaqstant, ma hemmx lok li l-ammont tal-multa jitnaqqas fuq din il-bażi. |
|
571 |
F’dak li jirrigwarda l-argument tar-rikorrenti ppreżentat fil-punt 557 iktar ’il fuq, għandu jiġi nnutat li, kif jirriżulta mill-premessa 429 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, sabiex tikkalkola l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ tagħhom ta’ trakkijiet fiż-ŻEE, kuntrarjament għal dak li għamlet għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multi imposti fuq il-partijiet għar-riżolviment fid-deċiżjoni ta’ riżolviment, fejn hija ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ ta’ trakkijiet medji u tqal fiż-ŻEE (premessa 109 tad-deċiżjoni ta’ riżolviment). Minn dan isegwi li l-ilment tar-rikorrenti li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li Scania ma kinitx tibni trakkijiet medji huwa infondat. |
|
572 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li ebda wieħed mill-argumenti tar-rikorrenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma juri li l-multa għandha titnaqqas. |
c) Fuq l-ammont tal-multa
|
573 |
Għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-ġurisdizzjoni assoluta li għandha l-Qorti Ġenerali fil-qasam tal-multi għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, xejn fl-ilmenti, l-argumenti u l-punti ta’ liġi u ta’ fatt imressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-motivi kollha eżaminati iktar ’il fuq ma jippermetti li jiġi konkluż li l-ammont tal-multa imposta mid-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi emendat. |
IV. Fuq l-ispejjeż
|
574 |
Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. |
|
575 |
Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar. |
|
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża), taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Papasavvas Kornezov Buttiġieg Kowalik-Bańczyk Hesse Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-2 ta’ Frar 2022. Firem |
Werrej
|
I. Il-fatti li wasslu għall-kawża |
|
|
A. Il-proċedura amministrattiva li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
B. Id-deċiżjoni kkontestata |
|
|
1. L-istruttura tas-suq tat-trakkijiet u mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fl-industrija tat-trakkijiet |
|
|
a) L-istruttura tas-suq tat-trakkijiet |
|
|
b) Mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fl-industrija tat-trakkijiet |
|
|
c) Mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet fi ħdan Scania |
|
|
d) Fuq l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet fuq livell Ewropew fuq il-prezzijiet fuq livell nazzjonali |
|
|
2. Kuntatti kollużivi bejn Scania u l-partijiet għar-riżolviment |
|
|
3. Applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE |
|
|
a) Ftehimiet u prattiki miftiehma |
|
|
b) Restrizzjoni tal-kompetizzjoni |
|
|
c) Ksur uniku u kontinwu |
|
|
d) Portata ġeografika tal-ksur |
|
|
4. Destinatarji |
|
|
5. Kalkolu tal-ammont tal-multa |
|
|
a) Ammont bażiku tal-multa |
|
|
b) Ammont finali tal-multa |
|
|
6. Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
II. Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet |
|
|
III. Id-dritt |
|
|
A. Fuq l-ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku |
|
|
B. Fuq il-mertu |
|
|
1. Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-preżunzjoni tal-innoċenza |
|
|
2. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 48(2) tal-Karta u tal-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003 |
|
|
3. Fuq it-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motiv, sa fejn jirrigwardaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu u l-imputazzjoni tiegħu lil Scania |
|
|
a) Osservazzjonijiet preliminari |
|
|
1) Fuq il-kunċett tal-ksur uniku u kontinwu |
|
|
2) Fuq l-oneru tal-prova u l-livell ta’ prova |
|
|
3) Id-deċiżjoni kkontestata |
|
|
4) Fuq l-argument tar-rikorrenti li l-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu jippreżumi li l-Kummissjoni tidentifika diversi każijiet ta’ ksur manifestament marbuta bejniethom |
|
|
b) Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell inferjuri tas-sede tqiesu li jikkostitwixxu ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet |
|
|
1) Id-deċiżjoni kkontestata |
|
|
2) Fuq l-ewwel ilment |
|
|
3) Fuq it-tieni lment |
|
|
c) Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu kkonkludew ftehim jew wettqu prattika miftiehma dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet |
|
|
1) Fuq l-ewwel parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni |
|
|
2) Fuq it-tieni parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu kkonkludew ftehim jew wettqu prattika miftiehma dwar l-aġenda tad-dħul fis-suq tat-teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet |
|
|
3) Fuq it-tielet parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq il-fatt li l-iskambji ta’ informazzjoni dwar l-aġenda ta’ introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet ma jikkostitwixxux ksur minħabba l-għan |
|
|
d) Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat l-iskambji ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż bħala ksur “minħabba l-għan” |
|
|
1) Osservazzjonijiet preliminari |
|
|
2) Fuq il-kontenut tal-informazzjoni skambjata |
|
|
i) Fuq il-bidliet previsti fil-prezzijiet gross u fil-listi ta’ prezzijiet gross u fuq l-aġenda ta’ dawn il-bidliet, imsemmija fil-premessa 238(a) tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
– Fuq l-argument tar-rikorrenti dwar in-natura attwali jew futura tal-informazzjoni skambjata fil-livell Ġermaniż |
|
|
– Fuq l-argument tar-rikorrenti dwar in-natura pubblika tal-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż |
|
|
– Fuq l-argument tar-rikorrenti dwar l-assenza ta’ valur informattiv tal-prezzijiet gross skambjati fil-livell Ġermaniż fuq il-prezzijiet effettivament applikati fit-tranżazzjonijiet tas-suq |
|
|
ii) Fuq il-bidliet maħsuba tal-prezzijiet netti u tal-iskontijiet offruti lill-klijenti, imsemmija fil-premessa 238(a) tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
iii) Fuq ir-riperkussjoni tal-ispejjeż relatati mal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal, meħtieġa mir-regoli Euro 3 sa Euro 6, imsemmija fil-premessa 238(b) tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
iv) Fuq l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva oħra fuq il-livell kummerċjali, imsemmi fil-premessa 238(c) tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
3) Fuq l-għan tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż |
|
|
4) Fuq il-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell Ġermaniż |
|
|
e) Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-portata ġeografika tal-ksur relatat mal-livell Ġermaniż kienet testendi għat-territorju kollu taż-ŻEE |
|
|
1) Fuq il-portata ġeografika ta’ l-informazzjoni miksuba minn Scania DE |
|
|
2) Fuq il-portata ġeografika tal-informazzjoni pprovduta minn Scania DE |
|
|
f) Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-aġir identifikat kien jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu u li r-rikorrenti kienu responsabbli f’dan ir-rigward |
|
|
1) Fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ ksur uniku u kontinwu |
|
|
i) Osservazzjonijiet preliminari |
|
|
ii) Id-deċiżjoni kkontestata |
|
|
iii) Evalwazzjoni |
|
|
– Fuq l-evalwazzjoni globali tat-tliet livelli ta’ kuntatti |
|
|
– Fuq in-natura tal-informazzjoni skambjata fi ħdan it-tliet livelli ta’ kuntatti |
|
|
– Fuq in-natura kontinwa tal-ksur |
|
|
2) Fuq l-imputabbiltà tal-ksur uniku u kontinwu lil Scania |
|
|
4. Fuq it-tmien motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kif ukoll tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn il-Kummissjoni imponiet multa li tirrigwarda aġir suġġett għal preskrizzjoni u, fi kalunkwe każ, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-imsemmi aġir ma kienx kontinwu |
|
|
5. Fuq id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-ammont tal-multa, u, fi kwalunkwe każ, fuq in-neċessità ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Artikolu 261 TFUE u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 |
|
|
a) Fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità |
|
|
b) Fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament |
|
|
c) Fuq l-ammont tal-multa |
|
|
IV. Fuq l-ispejjeż |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.
( 1 ) Informazzjoni kunfidenzjali redatta.