IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.5.2020
COM(2020) 441 final
2020/0111(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020PC0441R(01)
Proposal for a COUNCIL REGULATION establishing a European Union Recovery Instrument to support the recovery in the aftermath of the COVID-19 pandemic
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19
COM/2020/441 final/2
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.5.2020
COM(2020) 441 final
2020/0111(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-pandemija tal-COVID-19 tikkostitwixxi fi kriżi mifruxa u serja tas-saħħa pubblika. Hija taffettwa b’mod gravi liċ-ċittadini, lis-soċjetajiet u lill-ekonomiji madwar id-dinja. Il-firxa tal-kriżi tas-saħħa u r-reazzjonijiet ta’ politika biex tiġi kkontrollata huma bla preċedent. B’hekk teżisti inċertezza kbira dwar ir-riperkussjonijiet soċjoekonomiċi tagħha. F’dan l-istadju diġà huwa ċert li tippreżenta sfidi kbar u mingħajr preċedent għas-sistemi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri. Skont it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni 1 , il-PDG tal-UE huwa mbassar li jonqos b’madwar 7,5 % din is-sena - ferm aktar milli matul il-kriżi finanzjarja globali fl-2009 - u li jirkupra b’ 6 % biss fl-2021, filwaqt li r-rata tal-qgħad tal-UE mistennija tiżdied għal 9 % fl-2020, bir-riskju li jiżdiedu l-faqar u l-inugwaljanza.
B’rispons, l-Istati Membri adottaw miżuri eċċezzjonali ta’ natura ekonomika u finanzjarja. Flimkien mal-effett tal-hekk imsejħa “stabbilizzaturi awtomatiċi”, jiġifieri pagamenti previsti fil-qafas tal-assigurazzjoni kontra l-qgħad u tas-sistemi tas-sigurtà soċjali flimkien mat-telf ta’ dħul mit-taxxa, dawn il-miżuri għandhom impatt konsiderevoli fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom bid-defiċit aggregat tal-amministrazzjoni pubblika jiżdied minn 0,6 % tal-PDG fl-2019 għal 8,5 % tal-PDG kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll fl-UE din is-sena.
Ix-xokk għall-ekonomija tal-UE huwa simetriku, fis-sens li l-pandemija laqtet lill-Istati Membri kollha, madankollu l-impatt tal-pandemija jvarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri, l-istess bħall-kapaċità tagħhom li jassorbu x-xokk ekonomiku u fiskali u jirreaġixxu għalih, skont l-istrutturi ekonomiċi speċifiċi u l-kundizzjonijiet inizjali tal-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan hemm ir-riskju li l-kriżi tkabbar id-disparitajiet fl-Unjoni, u b’hekk thedded ir-reżiljenza ekonomika u soċjali kollettiva.
L-Unjoni aġixxiet b’mod rapidu biex tipprovdi rispons kollettiv koordinat u b’saħħtu għall-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-kriżi, fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali li jiskadi fl-2020. Dak ir-rispons jikkomplementa l-miżuri ekonomiċi u finanzjarji diskrezzjonali meħuda mill-Istati Membri.
Il-kriżi tista’ toħloq dannu fit-tul għat-tessut ekonomiku tal-Unjoni sakemm ma tiġix miġġielda b’rispons politiku proporzjonat, ta’ żmien qasir u medju, adottat fil-livell tal-Unjoni.
Pjan komprensiv għall-irkupru Ewropew se jkun jeħtieġ investiment pubbliku u privat massiv fil-livell Ewropew, biex l-Unjoni ssegwi b’mod sod il-perkors lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti, bil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u bit-tiswija tal-ħsara immedjata kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li jiġu appoġġati l-prijoritajiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni. Sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament għall-att propost, il-Kummissjoni tipproponi emenda tal-[ORD] li tkun tawtorizza lill-Unjoni biex tissellef b’mod temporanju u eċċezzjonali l-ammont ta’ EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018, biex iżżid il-limitu massimu tar-riżorsi proprji biex takkomoda l-obbligazzjonijiet u l-obbligazzjonijiet kontinġenti għas-self lill-Istati Membri. L-att propost jiddetermina l-allokazzjoni tal-fondi għall-programmi differenti tal-Unjoni skont l-istrateġija stabbilita fil-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea.
EUR 500 biljun fi prezzijiet tal-2018 se jintefqu għal appoġġ li ma jitħallasx lura, appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji jew għal proviżjonament għall-garanziji baġitarji u nefqa relatata.
EUR 250 biljun fi prezzijiet tal-2018 se jintużaw biex jiġi pprovdut self lill-Istati Membri. L-Unjoni se ġġorr l-obbligazzjoni kontinġenti fil-forma ta’ garanzija għal dak is-self sakemm jitħallas lura.
L-Artikolu 3 jiffissa l-ammont massimu li jista’ jiffinanzja l-Istrument. L-Artikolu 3 jistipula wkoll b’mod ċar kif jistgħu jintużaw il-fondi, u jiddeskrivi l-programmi riċevituri, kif ukoll in-natura tal-appoġġ (għotjiet, self u garanziji). Fl-Artikoli 2 u 4 dan ir-Regolament jillimita wkoll b’mod strett l-ambitu u l-perjodu li fih jistgħu jintużaw il-fondi. Dan jeskludi li l-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża għal kwalunkwe skop għajr l-indirizzar tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali diretti tal-kriżi.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea jipprovdi finanzjament għall-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu kif deskritt fil-Pjan tal-Irkupru tal-Unjoni Ewropea. Ir-riżorsi miġbura permezz tal-ħruġ se jintużaw għall-programmi tal-Unjoni li jaqgħu fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss fl-oqsma li ġejjin:
·L-għoti ta’ appoġġ fil-forma ta’ għotjiet u self biex jiġu implimentati pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tal-Istati Membri skont il-Faċilità ta’ Rkupru u ta’ Reżiljenza;
·L-għoti ta’ appoġġ ġdid ta’ investiment fil-qafas tal-garanziji baġitarji eżistenti u proposti (FEIS/InvestEU), fost l-oħrajn għal (1) kumpaniji milquta mill-kriżi iżda vijabbli biex joħorġu mill-kriżi, b’mod partikolari biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; (2) appoġġ immirat għal proġetti ta’ interess strateġiku Ewropew għal ktajjen ta’ provvista tas-suq intern biex tiġi żviluppata l-awtonomija strateġika tal-UE f’setturi u kapaċitajiet ewlenin;
·Appoġġ imsaħħaħ għar-reġjuni u s-setturi milquta mill-kriżi permezz ta’ miżuri tal-politika ta’ koeżjoni msaħħa;
·L-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19;
·It-tisħiħ tal-livell ta’ tħejjija għall-kriżijiet u t-titjib tar-reżiljenza strateġika tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni;
·Il-mitigazzjoni tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq it-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija ekoloġika fit-territorji;
·L-appoġġ għall-miżuri li jindirizzaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-iżvilupp rurali;
·L-appoġġ għall-pajjiżi sħab, b’mod partikolari fil-Balkani tal-Punent, fil-Viċinat u fl-Afrika, fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu u jirkupraw mill-impatt tal-pandemija u biex isaħħu r-reżiljenza tagħhom.
L-azzjonijiet u l-miżuri se jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-atti bażiċi li jistabbilixxu l-istrumenti ta’ politika. Minħabba f’hekk il-Kummissjoni qed tippreżenta b’mod parallel il-proposti leġiżlattivi neċessarji li jiżguraw li dawk l-istrumenti ta’ politika jistgħu jirċievu d-dħul assenjat estern li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-possibbiltà ta’ miżuri, deċiżi fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, li jkunu xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika. Is-sitwazzjoni attwali hija bla preċedent. Hija kkaratterizzata minn diffikultajiet serji li huma kkawżati minn ċirkostanzi eċċezzjonali li mhumiex fil-kontroll tal-Istati Membri. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri temporanji eċċezzjonali skont l-Artikolu 122 TFUE insostenn tal-irkupru u tar-reżiljenza fl-Unjoni.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-objettiv segwit b’dan l-istrument ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment minħabba l-iskala tal-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu. L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Unjoni tikkomplementa l-miżuri ekonomiċi u finanzjarji tal-Istati Membri, b’mod partikolari fil-forma ta’ “stabbilizzaturi awtomatiċi” u miżuri ekonomiċi u finanzjarji diskrezzjonarji, b’żieda rapida, immirata u sinifikanti fin-nefqa diskrezzjonarja.
Tali mobilizzazzjoni komplementari tal-fondi tiżgura li s-suq intern ma jiġix imminat mid-differenzi fl-abbiltà tal-Istati Membri li jimmobilizzaw il-fondi, u fi spirtu ta’ solidarjetà tipprovdi finanzjament anki lill-Istati Membri li għandhom spazju fiskali limitat għan-nefqa diskrezzjonarja. Barra minn hekk tiżgura li n-nefqa ssir fuq il-bażi ta’ strateġija ekonomika koerenti kkoordinata bejn l-Istati Membri.
Hija biss tali azzjoni konġunta motivata minn spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri fi żmien ta’ kriżi li tista’ tiżgura li jiġu mobilizzati riżorsi suffiċjenti għall-ġenerazzjoni ta’ interventi effettivi mill-Unjoni fl-oqsma jew is-setturi l-iktar milquta.
•Proporzjonalità
Il-finanzjament mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea fil-volumi meħtieġa huwa dovut għaċ-ċirkostanzi bla preċedent li tinsab fihom l-Unjoni. L-Istrument ta’ Rkupru huwa ċirkoskritt b’mod ċar f’termini ta’ tul u użu. Dan jiżgura li l-użu tiegħu jkun strettament limitat biex ikun indirizzat l-impatt ta’ din il-kriżi fuq skala proporzjonata għall-impatt ta’ din il-kriżi. Il-finanzjament se jkun immirat lejn il-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ immedjat u b’saħħtu għall-irkupru ekonomiku.
•Għażla tal-istrument
Il-Kummissjoni tqis li jkun opportun li taġixxi permezz ta’ regolament minħabba l-applikabbiltà diretta u immedjata tiegħu u l-ambitu ġenerali tiegħu.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta biex tkun tista’ tiġi adottata malajr mill-Kunsill, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Mhux rilevanti
•Valutazzjoni tal-impatt
Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux rilevanti
•Drittijiet fundamentali
Mhux rilevanti
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Ir-Regolament propost se jipprovdi appoġġ finanzjarju mid-dħul assenjat estern mis-self tal-Unjoni awtorizzat skont l-Artikolu 3b tad-[DRP] għal appoġġ li ma jitħallasx lura, appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji u għal proviżjonament għall-garanziji baġitarji u n-nefqa relatata. Għal din il-fini huwa meħtieġ li jkunu previsti l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament biex ikunu koperti l-ammonti dovuti għas-self (pagamenti ta’ ċedoli u tifdijiet mal-maturità). L-ebda ripagamenti mill-baġit tal-UE ma huma previsti qabel l-2028. L-approprjazzjoni meħtieġa biex tkopri pagamenti ta’ kupuni potenzjali għall-perjodu 2021-2027 hija kompatibbli mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, u partikolarment mal-Intestatura 2 Koeżjoni u Valuri (eskluż “Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali”). L-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali futuri se jkollhom jipprovdu l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-pagamenti ta’ kupuni u t-tifdijiet mal-maturità.
Is-self se jitħallas lura mill-Istati Membri benefiċjarji u l-Unjoni se jkollha biss obbligazzjoni kontinġenti kompatibbli mal-limitu massimu speċifiku tar-riżorsi proprji.
Fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva huwa pprovdut ippjanar indikattiv tad-dħul mistenni kif ukoll tan-nefqa relatata.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Huwa meħtieġ li jkun hemm trasparenza massima u monitoraġġ kif suppost tal-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-UE. Se japplikaw obbligi ta’ rapportar għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.
2020/0111 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Sabiex irażżnu t-tixrid tal-marda tal-coronavirus (“COVID-19”), li fil-11 ta’ Marzu 2020 kienet iddikjarata pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Istati Membri adottaw sett ta’ miżuri mingħajr preċedent.
(2)Dawn il-miżuri, meħuda b’rispons għas-sitwazzjoni eċċezzjonali, li mhijiex fil-kontroll tal-Istati Membri, ikkawżaw disturbi sinifikanti tal-attivitajiet ekonomiċi li kienu riflessi fi tnaqqis qawwi fil-prodott domestiku gross u impatt sinifikanti fuq l-impjiegi, il-kundizzjonijiet soċjali, il-faqar u l-inugwaljanzi. B’mod partikolari, dawk il-miżuri fixklu l-ktajjen ta’ provvista u l-produzzjoni u kkawżaw assenzi mix-xogħol. Barra minn hekk, il-provvista ta’ ħafna servizzi saret impossibbli jew diffiċli ħafna. Fl-istess ħin, id-domanda tal-konsumaturi naqset. Ħafna negozji qed jesperjenzaw nuqqas ta’ likwidità, u s-solvenza tagħhom hija f’riskju, filwaqt li s-swieq finanzjarji huma volatili ħafna. Setturi ewlenin bħall-ivvjaġġar u t-turiżmu huma partikolarment milquta b’mod qawwi. B’mod aktar ġenerali, dawk il-miżuri diġà wasslu jew se jwasslu għal deterjorament serju tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ħafna negozji fl-Unjoni.
(3)Il-kriżi nfirxet malajr fit-territorju tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi. Għall-2020 hija prevista kontrazzjoni qawwija tat-tkabbir fl-Unjoni. Hemm ir-riskju li l-irkupru jvarja ħafna fl-Istati Membri differenti, u b’hekk tiżdied id-diverġenza bejn l-ekonomiji nazzjonali. L-abbiltà fiskali differenti tal-Istati Membri li jipprovdu appoġġ finanzjarju fejn ikun meħtieġ l-iktar għall-irkupru u d-diverġenza tal-miżuri nazzjonali tipperikola s-suq uniku kif ukoll il-koeżjoni soċjali u territorjali.
(4)Hija meħtieġa ġabra komprensiva ta’ miżuri għall-irkupru ekonomiku, li tirrikjedi ammonti sostanzjali ta’ investiment pubbliku u privat biex l-Unjoni ssegwi b’mod sod il-perkors lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti, bil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja, bl-appoġġ għall-inklużjoni soċjali u bit-tiswija tal-ħsara immedjata kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li jiġu appoġġati l-prijoritajiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni.
(5)Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali, li mhijiex fil-kontroll tal-Istati Membri, titlob approċċ koerenti u unifikat fil-livell tal-Unjoni. Għall-prevenzjoni tad-deterjorament ulterjuri tal-ekonomija, tal-impjiegi u tal-koeżjoni soċjali u biex tingħata spinta għal irkupru sostenibbli u reżiljenti tal-attività ekonomika, jenħtieġ li jiġi stabbilit programm eċċezzjonali u kkoordinat ta’ appoġġ ekonomiku u soċjali, fl-ispirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, speċjalment għal dawk li ntlaqtu b’mod partikolarment qawwi.
(6)Billi l-Istrument huwa rispons eċċezzjonali għal dawn iċ-ċirkostanzi temporanji iżda estremi, jenħtieġ li l-appoġġ fil-qafas tal-Istrument ikun magħmul disponibbli biss biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 jew il-bżonnijiet ta’ finanzjament immedjat biex jiġi evitat li l-pandemija tal-COVID-19 tfeġġ mill-ġdid.
(7)Jenħtieġ li dan l-Istrument jiffoka partikolarment fuq il-miżuri biex jiġu restawrati s-swieq tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, miżuri li jagħtu spinta ġdida lit-tkabbir sostenibbli u lill-impjiegi biex tissaħħaħ il-koeżjoni fost l-Istati Membri u tkun appoġġata t-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija ekoloġika u diġitali, jingħata appoġġ lin-negozji affettwati mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 partikolarment l-intrapriżi żgħar u medji u negozji ekonomikament vijabbli li qed jiffaċċjaw problemi ta’ solvenza, miżuri biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fi ktajjen vitali tal-provvista, appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, bini tal-kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb it-tħejjija futura għall-kriżijiet, appoġġ għall-isforzi tat-territorji lejn tranżizzjoni ġusta, u appoġġ għaż-żoni rurali biex jindirizzaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-pajjiżi ġirien u dawk li qed jiżviluppaw, partikolari fil-Balkani tal-Punent, pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-pajjiżi fl-Afrika, huma importanti ħafna għall-ekonomija fl-Unjoni. Minħabba f’hekk, u f’konformità mar-rwol globali u mar-responsabbiltà tal-Unjoni, jenħtieġ li jintużaw riżorsi finanzjarji biex jingħataw appoġġ u għajnuna umanitarja għall-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi fil-ġlieda tagħhom kontra l-pandemija tal-COVID-19, biex jirkupraw minnha u jiġu rrestawrati u msaħħa r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejnhom u l-Unjoni.
(8)Sabiex ikun żgurat irkupru sostenibbli u reżiljenti fl-Unjoni kollha u biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-appoġġ ekonomiku, jenħtieġ li jintużaw il-mekkaniżmi stabbiliti tal-infiq permezz tal-programmi tal-Unjoni skont l-oqfsa finanzjarji pluriennali rilevanti. L-appoġġ fil-qafas ta’ dawn il-programmi huwa pprovdut fil-forma ta’ appoġġ li ma jitħallasx lura, self, u l-proviżjonament għall-garanziji baġitarji. Jenħtieġ li l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji tkun tirrifletti l-punt sa fejn dawk il-programmi huma kapaċi jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Istrument.
(9)Fid-dawl tan-natura tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, jenħtieġ li parti mill-ammonti disponibbli għal dan l-Istrument jintużaw biex jingħata self lill-Istati Membri, filwaqt li l-parti l-oħra tar-riżorsi jenħtieġ li tikkostitwixxi fi dħul assenjat estern fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 , u jenħtieġ li tintuża għal appoġġ li ma jitħallasx lura, strumenti finanzjarji jew il-proviżjonament għall-garanziji baġitarji u nefqa relatata mill-Unjoni. Filwaqt li l-Artikolu 12(4)(c) u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 japplikaw għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament magħmula disponibbli b’rabta mad-dħul assenjat estern skont dan ir-Regolament, fid-dawl tal-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tipi differenti ta’ appoġġ, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jirriżultaw minn tali dħul assenjat estern jenħtieġ li ma jiġux awtomatikament ittrasferiti lil hinn mid-dati finali rispettivi, ħlief għal approprjazzjonijiet ta’ impenn meħtieġa għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.
(10)Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-appoġġ li ma jitħallasx lura jkunu magħmula disponibbli awtomatikament sal-ammont awtorizzat. Jenħtieġ li l-likwidità tiġi ġestita b’mod effettiv, biex il-fondi jinġabru biss meta l-impenji legali jeħtieġ li jiġu onorati permezz ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti.
(11)Minħabba l-importanza li l-ammonti jintużaw fl-ewwel snin tal-Istrument, ikun xieraq li fl-implimentazzjoni jiġi rieżaminat il-progress. Jenħtieġ li sal-31 ta’ Marzu 2023 il-Kummissjoni tħejji rapport f’dan ir-rigward.
(12)L-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
3
jipprevedi li l-emendi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom
4
li jiġu adottati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew warajha ma għandhomx ikunu japplikaw għar-Renju Unit sa fejn dawk l-emendi jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit. L-appoġġ fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u ż-żieda korrispondenti tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni jkollu impatt fuq l-obbligu finanzjarju tar-Renju Unit. L-Artikolu 143(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jillimita r-responsabbiltà tar-Renju Unit rigward il-parti tiegħu ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti tal-Unjoni għal dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-operazzjonijiet finanzjarji deċiżi mill-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Kull obbligazzjoni kontinġenti tal-Unjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament hija sussegwenti għad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għar-Renju Unit.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (“l-Istrument”) huwa b’dan stabbilit insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19.
Artikolu 2
Ambitu tal-Istrument
(1)L-Istrument għandu jappoġġa l-irkupru fl-Unjoni wara l-pandemija tal-COVID-19 u għandu b’mod partikolari jiffinanzja l-miżuri li ġejjin biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi avversi tal-pandemija:
(a)miżuri għar-restawr tal-impjiegi, għall-ħolqien tal-impjiegi u għar-restawr tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
(b)riformi u investimenti li jagħtu spinta ġdida lill-potenzjal tat-tkabbir, isaħħu l-koeżjoni fost l-Istati Membri u jżidu r-reżiljenza tagħhom;
(c)miżuri ta’ sostenn għan-negozji milquta mill-impatt ekonomiku tal-pandemija, partikolarment miżuri li jibbenefikaw lill-intrapriżi żgħar u medji, inkluż investiment finanzjarju dirett f’dawk l-intrapriżi;
(d)miżuri ta’ sostenn għan-negozji ekonomikament vijabbli li raw is-solvenza tagħhom ristretta minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, inkluż investiment finanzjarju dirett f’dawk in-negozji;
(e)miżuri li jsaħħu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fi ktajjen vitali tal-provvista, inkluż investiment finanzjarju dirett fin-negozji;
(f)miżuri ta’ sostenn għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19;
(g)miżuri ta’ sostenn biex jiżdied il-livell ta’ tħejjija għall-kriżijiet tal-Unjoni u biex ikun possibbli rispons rapidu u effettiv tal-Unjoni f’każ ta’ emerġenzi kbar; dan jinkludi t-titjib tar-reżiljenza strateġika tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni biex ikun possibbli rispons rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni f’każ ta’ kriżi tas-saħħa transfruntiera ġdida; il-miżuri jinkludu l-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ provvisti essenzjali u ta’ tagħmir mediku u l-akkwist tal-infrastrutturi meħtieġa għaż-żamma ta’ livelli xierqa ta’ prodotti mediċi u mediċini rilevanti għall-kriżijiet;
(h)miżuri ta’ sostenn biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima ma tiġix imminata mill-pandemija tal-COVID-19;
(i)miżuri ta’ sostenn li jindirizzaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.
L-Istrument għandu jipprovdi wkoll appoġġ għall-kriżi lill-pajjiżi sħab biex jiġu restawrati u mtejba r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tagħhom mal-Unjoni u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom.
(2)Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu fil-qafas tal-programmi speċifiċi tal-Unjoni u f’konformità mal-atti rilevanti tal-Unjoni li jistabbilixxu r-regoli ta’ dawk il-programmi. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 3
Finanzjament tal-Istrument u allokazzjoni tal-fondi
(1)L-Istrument għandu jiġi ffinanzjat sa ammont ta’ EUR 750 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 fuq il-bażi tal-awtonomizzazzjoni fl-Artikolu 3b tal-[ORD].
(2)L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat kif ġej:
(a) appoġġ sa EUR 433 200 000 000 fi prezzijiet tal-2018 fil-forma ta’ appoġġ li ma jitħallasx lura u appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji, allokat kif ġej:
(i)sa EUR 50 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi strutturali u ta’ koeżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014–2020 kif imsaħħaħ sal-2022, inkluż appoġġ għall-istrumenti finanzjarji;
(ii)sa EUR 310 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programm li jiffinanzja l-irkupru u r-reżiljenza ekonomika u soċjali permezz tal-appoġġ għar-riformi u għall-investimenti;
(iii)sa EUR 7 700 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programm relatat mas-saħħa;
(iv)sa EUR 2 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi relatati mal-protezzjoni ċivili;
(v)sa EUR 13 500 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż appoġġ għal strumenti finanzjarji;
(vi)sa EUR 30 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi li jappoġġaw lit-territorji fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima;
(vii)sa EUR 15 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għall-iżvilupp f’żoni rurali;
(viii)sa EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għall-għoti ta’ għajnuna umanitarja barra l-Unjoni;
(b)self lill-Istati Membri sa EUR 250 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programm li jiffinanzja l-irkupru u r-reżiljenza ekonomika u soċjali permezz tal-appoġġ għar-riformi u għall-investimenti.
(c)sa EUR 66 800 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal proviżjonament għall-garanziji u għal nefqa relatata għall-programmi li ġejjin:
(i)sa EUR 30 300 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi li jimmiraw lejn operazzjonijiet [strateġiċi] li jsostnu l-investiment fil-qasam tal-politiki interni tal-Unjoni;
(ii)sa EUR 26 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi li għandhom l-għan li jsaħħu s-solvenza tan-negozji ekonomikament vijabbli fl-Unjoni;
(iii)sa EUR 10 500 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għal programmi li għandhom l-għan li jrawmu tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv barra mill-Unjoni.
Artikolu 4
Regoli għall-implimentazzjoni tal-baġit
(1)Għall-finijiet tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, EUR 433 200 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tal-fondi msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern għall-programmi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament u EUR 66 800 000 000fi prezzijiet tal-2018 ta’ dawn il-fondi għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern għall-programmi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(c) ta’ dan ir-Regolament.
(2)EUR 250 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tal-fondi msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jintużaw għal self lill-Istati Membri fil-qafas tal-programmi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-Regolament.
(3)L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jkopru l-appoġġ imsemmi fil-punt (a) u (c) tal-Artikolu 3(2) għandhom ikunu magħmula disponibbli awtomatikament sal-ammonti msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) u fl-Artikolu 3(2)(c) mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-[DRP] li tipprovdi l-awtonomizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1).
(4)L-impenji legali li jwasslu għan-nefqa għall-appoġġ skont l-Artikolu 3(2)(a), u fejn xieraq fil-punt (i) tal-Artikolu 3(2)(c), għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni jew mill-aġenziji eżekuttivi tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2024. L-impenji legali b’ammont ta’ mill-inqas 60 fil-mija tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) għandhom jittieħdu sal-31 ta’ Diċembru 2022.
(5)Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ self imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2024.
(6)Il-garanziji baġitarji tal-Unjoni sa ammont li, f’konformità mar-rata ta’ proviżjonament stabbilita fl-atti bażiċi rispettivi, jikkorrispondi mal-proviżjonament għall-garanziji baġitarji msemmija fl-Artikolu 3(2)(c), skont il-profili tar-riskju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati, għandhom jingħataw biss għall-appoġġ ta’ dawk l-operazzjonijiet approvati mill-kontropartijiet sal-31 ta’ Diċembru 2024. Il-ftehimiet ta’ garanzija rispettivi għandhom jipprevedu dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ finanzjament li jikkorrispondu għal mill-inqas 60 fil-mija tal-ammont ta’ dawk il-garanziji baġitarji jiġu approvati mill-kontropartijiet sal-31 ta’ Diċembru 2022. Fejn jintuża l-proviżjonament għal appoġġ li ma jitħallasx lura b’rabta mal-operazzjonijiet finanzjarji u tal-investiment skont l-Artikolu 3(2)(c)(i), l-impenji legali relatati għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.
(7)Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tas-self għal assistenza makrofinanzjarja msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(c) għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2024.
(8)Il-paragrafi minn 4 sa 7 ma għandhomx japplikaw għall-miżuri msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2).
(9)L-ispejjeż mill-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Istrument, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni, inklużi s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 5
Rappurtar
Sal-31 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Istrument u l-użu tal-fondi allokati skont l-Artikolu 3(2).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għar-Renju Unit u fih. Ir-referenzi għall-Istati Membri f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu li ma jinkludux lir-Renju Unit.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea li jappoġġa l-irkupru ekonomiku wara l-pandemija tal-COVID-19
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 5
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (Titolu 01 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Taqsima 3 il-Kummissjoni)
1.3. Natura tal-proposta / tal-inizjattiva
X Il-proposta / l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida
◻ Il-proposta / l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja 6
◻ Il-proposta / l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta / l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / tal-inizjattiva
Il-pandemija tal-COVID-19 tikkostitwixxi kriżi mifruxa u serja tas-saħħa pubblika. Hija taffettwa b’mod gravi liċ-ċittadini, lis-soċjetajiet u lill-ekonomiji madwar id-dinja. Il-firxa tal-kriżi tas-saħħa u r-risponsi ta’ politika li kien hemm għall-kontroll tagħha huma bla preċedent. Għaldaqstant, l-intensità tal-impatt soċjoekonomiku tagħha hija straordinarjament inċerta. Diġà f’dan l-istadju, huwa ċert li hija tippreżenta sfidi kbar u mingħajr preċedent għas-sistemi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri. Skont it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni 7 , il-PDG tal-UE huwa mbassar li jonqos b’madwar 7,5 % din is-sena - ferm aktar milli matul il-kriżi finanzjarja globali fl-2009 - u li jirkupra b’ 6 % biss fl-2021, filwaqt li r-rata tal-qgħad tal-UE mistennija tiżdied għal 9 % fl-2020, bir-riskju li jiżdiedu l-faqar u l-inugwaljanza.
B’reazzjoni, l-Istati Membri adottaw miżuri ekonomiċi u finanzjarji diskrezzjonali eċċezzjonali. Flimkien mal-effett tal-hekk imsejħa “stabbilizzaturi awtomatiċi”, jiġifieri pagamenti previsti taħt sistemi tal-assigurazzjoni tal-qgħad u tas-sigurtà soċjali flimkien ma’ telf fid-dħul mit-taxxa, dawn il-miżuri għandhom impatt konsiderevoli fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom bid-defiċit aggregat tal-amministrazzjoni pubblika jiżdied minn 0,6 % tal-PDG fl-2019 għal 8,5 % tal-PDG kemm fiż-Żona tal-Euro kif ukoll fl-UE din is-sena.
Il-kriżi tista’ tirriżulta fi ħsara dejjiema għat-tessut ekonomiku tal-Unjoni sakemm ma jkunx hemm reazzjoni ta’ politika proporzjonata għaliha fi żmien qasir u medju fil-livell tal-Unjoni.
Pjan komprensiv għall-irkupru Ewropew se jkun jeħtieġ investiment pubbliku u privat massiv fil-livell Ewropew li jistabbilixxi b’mod sod l-Unjoni fit-triq lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti, li joħloq impjiegi ta’ kwalità għolja u li jsewwi l-ħsara immedjata kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li jappoġġa l-prijoritajiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni. Il-baġit fit-tul tal-UE, kif irrinforzat, se jkun l-għodda ewlenija.
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernat(i)
L-att propost jiddetermina l-allokazzjoni tar-rikavat mis-self tal-Unjoni, kif awtorizzat skont id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, għall-programmi ta’ politika f’konformità mal-istrateġija stabbilita fil-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea.
EUR 500 biljun fi prezzijiet tal-2018 se jintefqu għal appoġġ li ma jitħallasx lura, appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji jew għal proviżjonament għall-garanziji baġitarji u nefqa relatata.
EUR 250 biljun fi prezzijiet tal-2018 se jintużaw biex jiġi pprovdut self lill-Istati Membri. L-Unjoni se jkollha responsabbiltà kontinġenti fil-forma ta’ garanzija għal dak is-self sakemm jitħallas lura.
Speċifika l-effetti li l-proposta / l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji / il-gruppi fil-mira.
L-att propost għandu jattribwixxi l-finanzjament għal miżuri u azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi negattivi tal-COVID-19 u jiġi appoġġat l-irkupru ekonomiku b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
·L-għoti ta’ appoġġ fil-forma ta’ għotjiet u self biex jiġu implimentati pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tal-Istati Membri skont il-Faċilità ta’ Rkupru u ta’ Reżiljenza;
·L-għoti ta’ appoġġ ġdid ta’ investiment fil-qafas tal-garanziji baġitarji eżistenti u proposti (FEIS/InvestEU), fost l-oħrajn għal (1) kumpaniji milquta mill-kriżi iżda vijabbli biex joħorġu mill-kriżi, b’mod partikolari biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; (2) appoġġ immirat għal proġetti ta’ interess strateġiku Ewropew għal ktajjen ta’ provvista tas-suq intern biex tiġi żviluppata l-awtonomija strateġika tal-UE f’setturi u kapaċitajiet ewlenin;
·Appoġġ imsaħħaħ għar-reġjuni u s-setturi milquta mill-kriżi permezz ta’ miżuri tal-politika ta’ koeżjoni msaħħa;
·L-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19;
·It-tisħiħ tal-livell ta’ tħejjija għall-kriżijiet u t-titjib tar-reżiljenza strateġika tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni;
·Il-mitigazzjoni tal-impatt tal-pandemija COVID-19 fuq it-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija ekoloġika fit-territorji;
·Appoġġ għal miżuri li jindirizzaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-iżvilupp rurali;
·Appoġġ lil pajjiżi sħab, b’mod partikolari fil-Balkani tal-Punent, fil-Viċinat u fl-Afrika, fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu u jirkupraw mill-impatt tal-pandemija u biex isaħħu r-reżiljenza tagħhom.
1.4.3.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
Il-veloċità li biha l-fondi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-istrumenti finanzjarji benefiċjarji. Ta’ min jinnota li l-Istrument ta’ Rkupru huwa inizjattiva temporanja u huma previsti limiti ta’ żmien għall-impenn tal-approprjazzjonijiet.
Iffrankar għal kull Stat Membru permezz ta’ rikors għal self back-to-back tal-UE meta mqabbel mal-awtofinanzjament fis-swieq internazzjonali.
1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil
Il-proposta attwali għal Regolament tal-Kunsill għandha l-għan li tikkumplimenta l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni u l-bażi legali, u tipprovdi mekkaniżmu biex jiġi attribwit appoġġ għall-oqsma ta’ politika differenti.
Id-dispożizzjonijiet operazzjonali li jirregolaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ jinsabu fl-atti leġiżlattivi li jiddefinixxu l-istrumenti ta’ politika tal-UE benefiċjarji, li għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ immedjat u b’saħħtu għall-irkupru ekonomiku u r-reżiljenza.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-Istrument ta’ Rkupru propost tal-UE huwa bbażat fuq l-Artikolu 122 TFUE. Dan l-artikolu jipprevedi l-possibbiltà ta’ miżuri, deċiżi fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika.
Bħalissa, l-Istati Membri qed jiffaċċaw tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-virus COVID-19 li għandha impatti soċjoekonomiċi negattivi qawwija fl-Istati Membri.
Il-proposta talloka l-appoġġ finanzjarju, magħmul possibbli permezz tal-għoti ta’ setgħa temporanju u eċċezzjonali li jinsab fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, għall-interventi ta’ politika relatati mal-kriżi fi spirtu ta’ solidarjetà Ewropea mal-Istati Membri affettwati. Meta wieħed iqis il-firxa tal-kriżi u tal-effetti finanzjarji u ekonomiċi tagħha, azzjoni miftiehma fil-livell tal-UE hija aktar xierqa biex tiżgura li jiġu mobilizzati riżorsi suffiċjenti biex jiġġeneraw interventi effettivi u jtaffu l-impatt soċjali u ekonomiku dirett ikkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.
L-implimentazzjoni tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Minħabba d-dimensjoni globali tal-pandemija tal-COVID-19 u l-ambitu tal-effetti ekonomiċi u finanzjarji tagħha, l-Unjoni hija f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri waħedhom biex tindirizza l-kriżi permezz ta’ politiki tal-UE mmirati, magħmula possibbli minn riżorsi fuq skala kbira li saru possibbli permezz tal-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali biex jiġu missellfa flus biex jissupplimentaw il-baġit tal-Unjoni, li jinsab fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
L-assenjazzjoni tad-dħul addizzjonali assenjat esternament permezz tal-att propost se tiżgura li l-implimentazzjoni tar-rispons previst mill-Unjoni ma tkunx imminata minn differenzi fil-kapaċità tal-Istati Membri sabiex jimmobilizzaw il-finanzjament individwalment.
Hija biss azzjoni miftiehma motivata minn spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri fi żmien ta’ kriżi li tista’ tiżgura li l-mezzi finanzjarji rilevanti jintużaw b’mod effettiv biex jiġġeneraw interventi effettivi mill-Unjoni fl-aktar oqsma jew setturi affettwati.
1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Meta l-Unjoni kienet iffaċċjata bi kriżi finanzjarja gravi 10 snin ilu, il-bażi legali tal-Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ippermettiet lill-Unjoni tipprovdi assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri ffaċċjati b’diffikultajiet ikkawżati minn avveniment eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom. L-Unjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 407/2010 tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (European Financial Stabilisation Mechanism, EFSM). Dan l-istrument ipprovda assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Portugall u lill-Irlanda u finanzjament tranżitorju lill-Greċja permezz ta’ self back-to-back.
Il-bażi legali tal-Artikolu 122 TFUE ntużat bħala l-bażi legali għall-proposta reċenti tal-Kummissjoni biex il-mekkaniżmu SURE jappoġġa skemi ta’ assigurazzjoni temporanja kontra l-qgħad fl-Istati Membri. Din il-bażi legali titqies xierqa għal okkorrenza eċċezzjonali li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri li titlob li jkun hemm rispons kollettiv tal-Unjoni fi spirtu ta’ solidarjetà, u għalhekk tista’ tintuża wkoll f’dan l-avveniment partikolari ta’ kriżi tat-tifqigħa tal-virus COVID-19.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea propost jassenja l-mezzi finanzjarji addizzjonali meħtieġa għall-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea għall-istrumenti ta’ politika li se jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi profondi tal-kriżi. Il-pjan ta’ Rkupru nnifsu jestendi u jsawwar b’mod profond ir-rispons tal-politika tal-Unjoni għall-kriżi. Inizjattivi preċedenti meħuda b’reazzjoni għall-kriżi jinkludu l-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-virus COVID-19 (strument SURE), l-“Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus”, il-proposta għat-tkabbir tal-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-attivazzjoni mill-ġdid tal-istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza u strumenti oħra b’appoġġ għall-impjiegi bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-InvestEU.
L-Istrument ta’ Rkupru huwa element essenzjali f’politika aktar b’saħħitha u b’firxa wiesgħa biex tiġi kkumpensata l-kriżi u jiġi appoġġat il-proċess ta’ rkupru u ta’ tiswija ekonomika. L-istrument ta’ Rkupru jidderieġi l-appoġġ lejn strumenti ta’ koeżjoni, il-Faċilità ta’ Riforma u ta’ Reżiljenza, u t-tkabbir ta’ garanziji baġitarji tal-UE biex jiġu appoġġati n-negozji u l-investiment.
L-istrument ta’ Rkupru se jkollu l-istess livell ta’ trasparenza, responsabbiltà u kontroll permezz tal-awditjar bħall-baġit tradizzjonali.
Il-mezzi finanzjarji sinifikanti ħafna li jitqassmu taħt l-Istrument ta’ Rkupru jirrikjedu tisħiħ qawwi tal-kapaċità interna tal-Kummissjoni sabiex tiġġestixxi u tamministra din ir-riżorsa. Se jkun meħtieġ li għadd ta’ proċessi kummerċjali kritiċi jittejbu b’mod sostanzjali b’mod partikolari: kontabbiltà u rappurtar dwar id-distribuzzjoni u l-użu tal-mezzi kollha allokati għall-politiki differenti; l-amministrazzjoni u r-rikonċiljazzjoni tal-pagamenti u t-trasferimenti kollha lejn / minn Stati Membri, u għall-politiki benefiċjarji; arranġament ta’ self u żgurar li l-mezzi kollha jkunu disponibbli meta jkun meħtieġ u fuq l-aktar termini vantaġġużi; l-appoġġ neċessarju tal-informatika. Il-bini ta’ din il-kapaċità fil-perjodi ta’ żmien meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru se jkun indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pjan ta’ Rkupru.
1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
X Proposta/ inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat
–X Impatt finanzjarju mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament għat-tlestija tal-maturità tas-self, li jikkoinċidi ma’ diversi Oqfsa Finanzjarji Pluriennali; l-ebda maturitajiet ma huma previsti qabel l-2028.
◻ Proposta / inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwit minn tħaddim fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 8
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu inkarigati lil:
–◻ pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–X il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018;
–◻ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima "Kummenti".
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja skont din il-proposta għandhom jirrapportaw regolarment.
Sal-31 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Istrument u l-użu tal-fondi allokati skont l-Artikolu 3(2).
2.1.1.Riskju/i identifikat(i)
Il-ġestjoni tar-riskji fl-amministrazzjoni tal-istrument teħtieġ investiment sinifikanti fl-iżvilupp tal-kapaċità amministrattiva finanzjarja tal-Kummissjoni. Dan l-investiment jispjega n-nefqa amministrattiva marbuta ma’ din il-politika, permezz tar-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat inkluż minn amministrazzjonijiet nazzjonali. Ir-riżorsi miżjuda tal-persunal huma meħtieġa wkoll għal servizzi ta’ appoġġ bħall-kontabilità, il-back-office u l-appoġġ tal-IT dedikat.
L-Istrument ta’ Rkupru jiddependi mill-ħruġ mill-Kummissjoni ta’ volumi kbar ta’ dejn fis-swieq kapitali internazzjonali skont l-għoti tas-setgħa mogħtija mid-DRP. Iż-żieda f’daqqa fil-ħruġ ta’ dejn f’perjodu meta x’aktarx ikun hemm rikors estensiv għas-swieq tal-kapital minn sovrani u istituzzjonijiet oħrajn tagħti lok għar-riskju ta’ deterjorament fit-termini u l-kundizzjonijiet disponibbli għall-Unjoni. Dan ir-riskju se jkun ġestit permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida għall-ġestjoni tad-dejn biex tgħin lill-Unjoni tikseb l-aħjar termini disponibbli, filwaqt li tissalvagwardja l-klassifikazzjoni tal-kreditu għolja ħafna tagħha.
2.1.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
Is-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea tapplika biex tiżgura li l-fondi disponibbli skont l-Istrument ta’ Rkupru tal-UE jintużaw b’mod xieraq u f’konformità ma’ leġiżlazzjoni xierqa.
Is-sistema attwali hija strutturata kif ġej:
1. It-timijiet tal-kontroll intern jiffukaw fuq il-konformità mal-proċeduri amministrattivi u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan il-għan.
2. L-awditjar regolari ta’ għotjiet u kuntratti li se jingħataw fil-qafas ta’ dan l-istrument, imwettaq minn awdituri esterni, se jkun totalment inkorporat fil-pjanijiet annwali tal-awditu.
3. Evalwazzjoni ta’ attivitajiet ġenerali minn evalwaturi esterni.
L-azzjonijiet imwettqa jistgħu jiġu awditjati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti tal-Awdituri.
2.1.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur
MHUX APPLIKABBLI
2.2.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Huwa meħtieġ li jkun hemm trasparenza massima u monitoraġġ kif suppost tal-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-UE. Se japplikaw obbligi ta’ rappurtar għall-Istati Membri, għal benefiċjarji oħra u għall-Kummissjoni.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·L-ebda linja baġitarja eżistenti
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja Baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
mill-pajjiżi kandidati |
mingħand pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1046/2018 |
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa. Linja p.m. se tinħoloq fil-proċedura baġitarja.
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR (aġġustati sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
|
DĠ: BUDG |
Sena
|
Sena 2021 |
Sena 2022 |
Sena 2023 |
Sena 2024 |
Sena 2025 |
Sena 2026 |
Sena 2027 |
TOTAL |
||
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||||
|
Impenji |
(1) |
||||||||||
|
Pagamenti |
(2) |
||||||||||
|
TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1+3 |
|||||||||
|
Pagamenti |
=2+3 |
||||||||||
|
|
Impenji |
(4) |
|||||||||
|
Pagamenti |
(5) |
||||||||||
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
||||||||||
|
Approprjazzjonijiet Totali
|
Impenji |
=4+ 6 |
|||||||||
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
||||||||||
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Miljuni ta’ EUR (aġġustati sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
||||
|
DĠ BUDG |
||||||||||||
|
• Riżorsi umani |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
|||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||||||
|
TOTAL għad-DĠ BUDG |
Approprjazzjonijiet |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
Miljuni ta’ EUR (aġġustati sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||
|
Total tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
|
|
Pagamenti |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
||
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻ Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali fis-snin baġitarji 2020-2027: ħlas ta’ interessi kif indikat fit-tabella ta’ hawn fuq
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻ Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (aġġustati sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena 2027 |
TOTAL |
|||
|
INTESTATURA 5 (7 mill-2021)
|
|||||||||||
|
Riżorsi umani |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
|||||||||||
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5 (7)
|
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
||
|
Barra mill-INTESTATURA 5
10
|
|||||||||||
|
Riżorsi umani |
|||||||||||
|
Nefqa oħra
|
|||||||||||
|
Subtotal
|
|||||||||||
|
TOTAL |
0,86 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
3,38 |
24,516 |
||
2020: 10 postijiet għal 6 xhur, 5 SNEs għal 3 xhur. Mill-2021: 18-il post u 8 SNEsL-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻ Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
|
Sena
|
Sena 2022 |
Sena 2023 |
Sena 2024 |
Sena 2025 |
Sena 2026 |
Sena 2027 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
|||
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |
|||||||||||
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
10 |
18 |
18 |
18 |
18 |
18 |
18 |
18 |
8 AD, 10 AST |
||
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||||
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||||
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta) |
|||||||||||
|
• Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 11 |
|||||||||||
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali") |
5 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 SNE |
||
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||||
|
XX 01 04 ss 12 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
|||||||||||
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) |
|||||||||||
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta) |
|||||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||||
|
TOTAL |
15 |
26 |
26 |
26 |
26 |
26 |
26 |
26 |
|||
DĠ BUDG huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Ħruġ ta’ dejn, amministrazzjoni ta’ self u kontabbiltà, saldu. |
|
Persunal estern |
Ħruġ ta’ dejn, amministrazzjoni ta’ self u kontabbiltà, saldu. |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–X Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u propost.
–◻ Il-proposta / l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
–◻ Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi
–Il-proposta / l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–X Il-proposta / inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
L-ebda kofinanzjament; madankollu, proviżjonament għal garanziji baġitarji jista’ jiġi pprovdut għal programm speċifiku tal-Unjoni sal-ammont ta’ impenji volontarji pprovduti mill-Istati Membri li jiżguraw il-ħlas lura tas-self mill-Unjoni.
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–◻ Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–X Il-proposta / l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–X fuq id-dħul assenjat (il-linja ta’ dħul tal-baġit għad trid tiġi ddeterminata)
Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, EUR 537,4 biljun (fi prezzijiet tal-2018) minn rikavati ta’ operazzjonijiet ta’ self se jikkostitwixxu dħul assenjat estern iddedikat għal għotjiet lill-Istati Membri u garanziji baġitarji.
EUR biljun (arrotondati)
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
totali |
Wara l-2027 13 |
|
|
prezzijiet kostanti 2018 |
35,0 |
84,5 |
111,8 |
122,5 |
74,5 |
34,4 |
17,9 |
480,7 |
19,3 |
|
prezzijiet kurrenti |
37,1 |
91,5 |
123,5 |
138,0 |
85,6 |
40,3 |
21,4 |
537,4 |
23,1 |