EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XC1219(01)
Communication from the Commission amending the Annex to the Communication from the Commission to the Member States on the application of Article 107 and 108 of the Treaty on the Functioning of the European Union to short-term export-credit insurance
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta' żmien
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta' żmien
OJ C 372, 19.12.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/1 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta' żmien
(2013/C 372/01)
I. DAĦLA
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir (1) (il-Komunikazzjoni) tistipula fil-punt 13, li l-assigurati tal-Istat (2) ma jistgħux jipprovdu assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir għal riskji kummerċjabbli. Ir-riskji kummerċjabbli huma definiti fil-paragrafu 9 bħala riskji kummerċjali u politiċi b’perjodu massimu ta' riskju ta’ anqas minn sentejn, fuq xerrejja pubbliċi u mhux pubbliċi fil-pajjiżi elenkati fl-Anness ta’ dik il-Komunikazzjoni. |
(2) |
Bħala konsegwenza tal-qagħda diffiċli fil-Greċja, fl-2012 ġie osservat nuqqas ta’ kapaċità ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jkopru l-esportazzjonijiet lejn il-Greċja. Dan wassal lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir, billi temporanjament neħħiet lill-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskji kummerċjabbli (3). Din il-modifika tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. B’konsegwenza ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2014 ’il quddiem, il-Greċja tkun fil-prinċipju kkunsidrata għal darb'oħra bħala kummerċjabbli, peress li l-Istati Membri kollha tal-UE huma inklużi fil-lista ta’ pajjiżi kummerċjabbli elenkati fl-Anness tal-Komunikazzjoni. |
(3) |
Madankollu, skont il-paragrafu 36 tal-Komunikazzjoni, tliet xhur qabel tieqaf it-tneħħija temporanja, il-Kummissjoni bdiet tirrieżamina s-sitwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-qagħda attwali tas-suq tiġġustifikax l-iskadenza tat-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli fl-2014, jew jekk il-kapaċità tas-suq għadhiex insuffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli, b'tali mod li tenħtieġ estensjoni. |
II. VALUTAZZJONI
(4) |
Meta ġie determinat jekk in-nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli jkunx jiġġustifika l-estensjoni tat-tneħħija temporanja tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli, il-Kummissjoni kkonsultat mal-Istati Membri, mal-assiguraturi tal-kreditu privati u mal-partijiet oħra interessati, u talbet għal informazzjoni mingħandhom. Il-Kummissjoni ppubblikat talba għall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja fit-8 ta’ Ottubru 2013 (4). Id-data tal-iskadenza għat-tweġibiet kienet fis-6 ta’ Novembru 2013. Waslu 24 tweġiba mingħand l-Istati Membri, l-assiguraturi privati u l-esportaturi. |
(5) |
Informazzjoni preżentata lill-Kummissjoni jew disponibbli għaliha, turi biċ-ċar li għad m'hemmx biżżejjed kapaċità ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni privata għall-Greċja u li l-ebda kapaċità sinifikanti ma hija mbassra li tkun disponibbli fil-ġejjieni qarib. Il-fatturat totali assigurat għal riskji Griegi baqa' baxx b’mod kostanti fl-2012/2013. L-assiguranti privati ta’ kreditu għall-esportazzjoni qegħdin kawti meta jiġu biex jipprovdu kopertura tal-assigurazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja u ma joffrux biżżejjed kapaċità ta’ assigurazzjoni għal limiti ta' kreditu ġodda jew biex ikopru l-fatturati eżistenti. Fl-istess ħin, l-assiguraturi tal-Istat komplew jirreġistraw it-tkabbir fid-domanda għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja bħala riżultat tan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-assigurazzjoni privata. L-ebda sottomissjoni ma pprovdiet dejta li tindika li l-Greċja għandha tiddaħħal mill-ġdid fil-lista ta’ pajjiżi kummerċjabbli. |
(6) |
Mid-deċiżjoni li ttieħdet f'Diċembru 2012 li tneħħi b’mod temporanju lill-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi kummerċjabbli, il-kapaċità privata ma ġietx restawrata fl-2013. Dawk li wieġbu kkonfermaw li s-sitwazzjoni hija partikolarment diffiċli għal esportaturi żgħar u ta’ daqs medju u f’xi każijiet ġie irreġistrat waqfien għal kollox ta' sottoskrizzjonijiet. Il-maġġoranza tas-sottomissjonijiet ikkunsidraw li l-kapaċità privata għadha stretta wisq biex tassigura l-esportazzjoni lejn il-Greċja u hija mistennija li tespandi biss sa ċertu punt fl-2014. L-analiżi tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ kapaċità ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni privata għall-Greċja, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni, tibqa' valida. |
(7) |
Il-perspettiva ekonomika għall-Greċja ġiet riveduta ’l fuq minn Diċembru li għadda (5). Madankollu, skont it-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Ħarifa 2013, l-ekonomija Griega għadha f’riċessjoni, b'PDG reali b'pass imnaqqas matul l-2013. Il-PGD reali huwa mistenni li jespandi fl-2014, prinċipalment minħabba l-esportazzjonijiet u l-investiment. B’kuntrast, il-konsum privat huwa xorta mistenni li jonqos, skont l-introjtu disponibbli. Fl-istess ħin, skont l-informazzjoni mibgħuta matul il-konsultazzjoni pubblika, in-numru totali ta’ insolvenzi tan-negozji hu mistenni li jkompli jikber fl-2014. |
(8) |
Għal dawk ir-raġunijiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti sabiex tkopri r-riskji ekonomikament ġustifikabbli kollha u ddeċidiet li ttawwal it-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta' pajjiżi b’riskji kummerċjabbli. |
III. EMENDA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI
(9) |
L-emendi li ġejjin għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir se japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014:
|
(1) ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.
(2) Assigurat tal-Istat huwa definit bħala kumpanija jew organizzazzjoni oħra li tipprovdi assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni bl-appoġġ ta’ Stat Membru jew f'ismu, jew Stat Membru li jipprovdi assigurazzjoni ta’ esportazzjonijiet bi kreditu, ara l-punt 9.
(3) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 6.
(4) http://ec.europa.eu/competition/consultations/2013_export_greece/index_en.html
(5) Pereżempju: S&P and Fitch: B- minn CCC f'Lulju 2012, ir-rata ta' Moody baqgħet stabbli għal C.