EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004DC0694

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill - Tkomplija tal-white paper “entużjażmu ġdid għaż-żgħażagħ ewropej”: bilanċ ta’ l-azzjonijiet attwati fl-ambitu tal-kooperazzjoni ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

/* KUMM/2004/0694 finali */

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

52004DC0694

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill - Tkomplija tal-white paper “entużjażmu ġdid għaż-żgħażagħ ewropej”: bilanċ ta’ l-azzjonijiet attwati fl-ambitu tal-kooperazzjoni ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ /* KUMM/2004/0694 finali */


Brussel 22.10.2004

KUMM(2004) 694 finali

.

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Tkomplija tal-White Paper “Entużjażmu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej”: bilanċ ta’ l-azzjonijiet attwati fl-ambitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

.

WERREJ TAL-KONTENUT

1. Introduzzjoni 3

2. Il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ 3

2.1. Il-proċess 3

2.2. L-ambitu ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ 4

3. Il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni żgħażagħ 5

3.1. It-tħaddim tal-MOC 5

3.2. Erbatax-il objettiv komuni tal-MOC 6

3.3. Bilanċ tat-tħaddim tal-MOC 6

4. It-tisħiħ tad-dimenzjoni żghażagh f’politiki oħra 7

4.1. Edukazzjoni u formazzjoni matul il-ħajja 7

4.2. Impjieg u integrazzjoni soċjali 8

4.3. Ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija 8

4.4. L-awtonomija taż-żgħażagħ 8

4.5. Bilanċ tal-konsiderazzjoni tad-dimenzjoni żgħażagħ f’politiki oħra 9

5. Inizjattivi oħra u azzjonijiet attwati fl-ambitu tat-tħaddim tal-prijoritajiettal-White Paper 9

5.1. Parteċipazzjoni 9

5.2. Informazzjoni 10

5.3. Attivitajiet tal-volontarjat 10

5.4. Fehma aħjar u għarfien taż-żgħażagħ 10

5.5. Programm ġdid Ewropew favur iż-żgħażagħ 10

6. Konklużjonijiet 11

1. INTRODUZZJONI

L-Unjoni Ewropea żviluppat mill-aħħar tat-tmeninijiet programmi ddedikati għaż-żgħażagħ, iżda kien biss bil-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni f'Novembru 2001 tal- White Paper "Entużjażmu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej"[1], li beda l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni politika fil-qasam taż-żgħażagħ. Il-proċess ta’ kooperazzjoni mibdi mill- White Paper u notevolment it-tħaddim ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni f’dan il-qasam ippermetta li jitkabbar u japprofondixxi d-dibattitu marbut mal-kwistjonijiet marbuta maż-żgħażagħ, mhux biss fil-livell Ewropew, nazzjonali, iżda wkoll fil-livell ta’ dawk li huma prinċipalment interessati fih, iż-żgħażagħ.

Id-dinamiżmu mibdi mill-proċess tal- White Paper isib twettiq ġdid bl-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2004 tat-Trattat kostituzzjonali għall-Unjoni Ewropea li jaħseb minn qabel għall-iżvilupp tal-bażi ġuridika li għandha x’taqsam maż-żgħażagħ.

Il-perspettiva tat-tisħiħ tal-politiki u ta’ l-azzjonijiet favur iċ-ċittadinanza attiva, notevolment taż-żgħażagħ Ewropej, timmanifesta wkoll lilha nfisha fil-proposti tal-Kummissjoni għal ambitu ġdid finanżjarju lilhinn mill-2006.[2] Hu mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropej li għadu kemm ġie elett li se jiddependi li jkunu konsolidati u żviluppati dawn l-orjentazzjonijiet, u mill-Kummissjoni l-ġdida li tħaddimhom, notevolment fl-ambitu tal-programm futur "ŻGĦAŻAGĦ FL-AZZJONI"[3].

F’dan il-kuntest ta’ bidu ta’ ċiklu ġdid għall-politiki taż-żgħażagħ, il-Kummissjoni tikkunsidra opportun u utli li tistabbilixxi l-bilanċ ta’ l-azzjoni attwata minn mindu ġiet ippubblikata l- White Paper , kemm billi tħares lejn il-mandat li lilha kien għal ta’ l-apposta mogħti mill-Kunsill, kif ukoll lejn l-impennji meħuda permezz ta’ l-parteċipanti kollha ta’ dan il-proċess, fl-ewwel ringiela tagħhom iż-żgħażagħ.

Dan id-dokument jirrispondi għalhekk għat-talba tal-Kunsill inkluża fir-Riżoluzzjoni ta' Ġunju 2002 li għandha x'taqsam ma' l-ambitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ[4]. Il-Kunsill stieden għalhekk lill-Kummissjoni biex telabora rapport ta’ evalwazzjoni fl-ambitu ta’ kooperazzjoni li jippermetti l-evalwazzjoni tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, suġġerimenti ta’ emendi li jistgħu jsiru f'dan il-metodu. Il-kalendarju indikattiv ħaseb għal eżami ta' dan ir-rapport mill-Kunsill fis-sena 2004.

2. IL-KOOPERAZZJONI EWROPEA FIL-QASAM TAż-żGħAżAGħ

2.1. Il-proċess

Il- White Paper identifikat l-isfidi prinċipali li jridu jiġu ffaċċjati mill-politiki taż- żgħażagħ f’kuntest soċjo-demografiku Ewropew karetterizzat minn żbilanċ dejjem jikber bejn iż-żgħażagħ u dawk inqas żgħażagħ minnhom, minn bidla tal-kondizzjonijiet li fihom qed jgħixu ż-żgħażagħ, fil-mument ta' l-aktar tkabbir importanti Ewropew, u minn ambjent li qed jinternazzjonalizza lilhu nnifsu.

Il-fatt li din kienet elaborata billi pproċediet permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa ħafna fost iż-żgħażagħ kien relatat mal-volontà li jkunu assoċjati ċ-ċittadini fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawhom u li jikkontribwixxu biex b'hekk javviċinawhom lejn istituzzjonijiet politiċi.

Il- White Paper esponiet ambizzjoni ġdida għaż-żgħażagħ u pproponiet li jingħata lill-Unjoni Ewropea ambitu ġdid ta’ kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, fl-istess waqt ambizzjuż, fil-livell ta’ l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ, u realistiku, li jistabbilixxi prijoritajiet u li jirrispetta l-livelli differenti ta' kompetenza.

Il-Parlament Ewropew[5] appoġġa l-proposti tal- White Paper kif ukoll it-tħaddim tagħha. L-istess għamlu l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6] u l-Kumitat tar-Reġjuni[7].

Il- White Paper kienet mument deċiżiv fil-mod li jkunu avviċinati l-politiki taż-żgħażagħ. Il-qofol tad-djanjosi magħmula mill-Kummissjoni dwar iż-żgħażagħ ipprovat li kienet ġġustifikata u l-prijoritajiet kienu kkonfermati mir-riċerkaturi, l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Hi għadha sallum il-ġurnata mhux biss ta’ riferenza fi ħdan l-Unjoni iżda wkoll f’pajjiżi oħra ta’ l-Ewropa u fil-bqija tad-dinja. Għaldaqstant iż-żgħożija tkompli tevolvi u se jkun meħtieġ li wieħed jistaqsi lilu nnifsu minn żmien għal żmien dwar il-prijoritajiet li jridu jiġu trattati matul is-snin li ġejjin.

2.2. L-ambitu ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

L-ambitu ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, stabbilit, mill- White Paper tal-Kummissjoni, mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju 2002, hu magħmul minn żewġ sezzjonijiet komplementari:

a) applikazzjoni tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (MOC) għall-prijoritajiet tematiċi li huma speċifiċi għall-qasam taż-żgħażagħ.

b) kunsiderazzjoni aħjar tad-dimensjoni żgħażagħ fil-politiki l-oħra.

Ir-Riżoluzzjoni tistabbilixxi l-prinċipji ta’ flessibbiltà tal-metodu, tan-non-diskriminazzjoni u ta’ l-ugwaljanza għall-opportunitajiet, ta’ l-involviment taż-żgħażagħ, kif ukoll dak ta’ l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi kandidati fl-ambitu ta’ kooperazzjoni.

L-erba’ prijoritajiet tematiċi proposti fil- White Paper , jiġifieri (i) il-parteċipazzjoni, (ii) l-informazzjoni, (iii) l-attivitajiet ta’ volontarjat taż-żgħażagħ, (iv) il-fehma u l-għarfien mkabbra fil-qasam taż-żgħażagħ, kienu konfermati fiha bħala prijoritajiet tal-MOC u l-proċeduri li jridu jkunu segwiti li jridu jwasslu għall-adozzjoni ta’ objettivi komuni mill-Kunsill u l-Istati Membri huma preċiżati fiha. Ir-Riżoluzzjoni taħseb ukoll f’mekkaniżmi għall-kontroll tat-tħaddim ta’ l-objettivi.

Ir-Riżoluzzjoni tippreċiża barra minn hekk il-politiki u l-programmi li għandhom jinkludu aktar id-dimenzjoni żgħażagħ: l-edukazzjoni u l-formazzjoni matul il-ħajja kollha, il-mobbiltà, l-impjieg u l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija. Ġiet innotata l-intenzjoni tal-Kummissjoni li jitlaqqa’ grupp ta’ xogħol biex jirrifletti dwar l-awtonomija taż-żgħażagħ fis-soċjetà.

3. IL-METODU MIFTUħ TA’ KOORDINAZZJONI żGħAżAGħ

3.1. It-tħaddim tal-MOC

B’konformità mar-Riżoluzzjoni, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet kwestjonarji lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati, f’Lulju 2002, li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni u l-informazzjoni, u sena wara, dwar attivitajiet volontarji, fehma aħjar u għarfien taż-żgħażagħ.

Il-Kummissjoni analizzat ir-rapporti kollha, kitbet rapporti ta’ sintesi u elaborat proġetti ta’ objettivi komuni akkumpanjati b’linji ta’ azzjoni.

Il-Kummissjoni organizzat fil-livell Ewropew, konsultazzjonijiet dwar il-kwestjonarji, ir-rapporti ta’ sintesi u l-proġetti ta’ objettivi komuni li jinvolvu l-parteċipanti ewlenin konċernati. Il-Forum Ewropew taż-żgħażagħ[8] kien sistematikament konsultat, mingħajr ma kienu esklużi modi oħra ta’ konsultazzjoni, kif kien il-każ waqt il-konferenzi maż-żgħażagħ (ara punt 5.1). Skond il-funzjoni tat-temi u ta’ l-opportunitajiet, in- network tar-riċerkaturi speċjalizzati fil-kwistjonijiet marbuta maż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ miġbura waqt konferenzi organizzati mill-Presidenzi tal-Kunsill kienu wkoll konsultati.

L-objettivi komuni għall-parteċipazzjoni u għall-informazzjoni taż-żgħażagħ kienu proposti mill-Kummissjoni f’April 2003[9], u l-Kunsill adottahom fir-Riżoluzzjoni ta’ Novembru 2003[10].

«Il-proposti ta’ objettivi komuni għall-volontarjat[11] u għall-fehma aħjar u għarfien taż-żgħażagħ[12] kienu adottati mill-Kummissjoni f'April 2004 u għandhom ikunu s-suġġett ta' riżoluzzjonijiet waqt il-Kunsill ta' Novembru 2004.Sabiex ikun akkumpanjat u appoġġat it-tħaddim ta’ l-objettivi komuni adottati mill-Kunsill, rwol partikulari kien attribwit lil-laqgħa tad-Diretturi Ġenerali taż-żgħażagħ, proċedura ta’ djalogu u ta' konsultazzjoni politika informali.

Tliet gruppi ta’ xogħol bdew ix-xogħlijiet tagħhom dwar it-temi tal-parteċipazzjoni fil-livell lokali, ta’ l-informazzjoni, kif ukoll ta’ l-involviment taż-żgħażagħ u l-għarfien tiegħu. L-objettiv ta’ dawn il-gruppi hu li jkunu favoriti l-iskambji ta’ prattiki tajba biex ikun appoġġjat u aċċelerat it-tħaddim ta’ l-objettivi ffissati. Ir-riżultati se jservu għat-tħaddim ta’ l-objettivi fil-livell nazzjonali u għall-elaborazzjoni tar-rapporti li l-Istati Membri kienu impennjaw ruħhom li jipproduċu fl-aħħar ta’ l-2005. Huma se jkunu jistgħu jservu wkoll ta’ bażi għal trattament ta' dawn it-temi mill-grupp Żgħażagħ tal-Kunsill u mill-Ministri nfushom.

3.2. Erbatax-il objettiv komuni tal-MOC

Erbatax-il objettiv kienu proposti mill-Kummissjoni li minnhom erbgħa jiddependu minn għarfien aħjar fil-qasam taż-żgħażagħ u għaxra jimmiraw direttament liż-żgħażagħ.

- Biex ikunu maħluqa l-kundizzjonijiet propizji għat-tħaddim ta’ ċittadinanza attiva miż-żgħażagħ, tliet objettivi ta’ parteċipazzjoni kienu adottati mill-Kunsill li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tal-komunità lokali tagħhom, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-mekkaniżmi tad-demokrazija rappreżentattiva, u t-tagħlim għall-parteċipazzjoni.

- Għall-informazzjoni taż-żgħażagħ, li hi kondizzjoni tal-parteċipazzjoni, it-tliet objettivi adottati mill-Kunsill jistrieħu fuq l-aċċess għall-informazzjoni, il-kwalità tas-sistemi, u l-bidu ta' involviment aktar wiesa' miż-żgħażagħ fl-elaborazzjoni u fit-tixrid ta' l-informazzjoni.

- L- attivitajiet volontarji jeżistu fl-Istati Membri kollha taħt forom diversi, u s-Servizz Volontarju Ewropew akkwista suċċess li kull ma jmur jiżdied fl-ambitu tal-programm ŻGĦAŻAGĦ. L-objettivi proposti mill-Kummissjoni jimmiraw biex jiżviluppaw dawn l-attivitajiet fid-diverisità tagħhom, biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom lil numru aktar wiesa’ u biex jippromwovu u jirrikonoxxu aħjar il-benefiċċju, individwali u kollettiv ta’ dawn l-attivitajient.

- Ir-riflessjoni u l-azzjoni politiċi għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq fehma aħjar u għarfien taż-żgħażagħ . L-ewwel żewġ objettivi proposti mill-Kummissjoni huma ċċentrati fuq l-identifikazzjoni u l-attwazzjoni ta' l-għarfien eżistenti l-ewwelnett dwar it-temi prijoritarji taż-żgħażagħ, imbagħad dwar temi oħra li jippreżentaw interess għaż-żgħażagħ, filwaqt li t-tnejn li jiġu wara jimmiraw minn naħa l-kwalità tal-metodi u ta’ l-għodda, u minn naħa l-oħra l-promozzjoni ta’ l-iskambji, tad-djalogu u tal-ħolqien ta' networks .

3.3. Bilanċ tat-tħaddim tal-MOC

L-ambitu l-ġdid ta’ kooperazzjoni Ewropea sar realtà u l-impennji meħuda mill-Kummissjoni kienu kollha miżmuma. Il-qasam żgħażagħ hu bħalissa fformat bħala qasam politiku li fih il-parteċipanti kollha huma mobbilizzati, jiddjalogaw u jikkooperaw.

L-għażla ta’ metodu miftuħ ta' koordinazzjoni flessibbli u adatta għaż-żgħażagħ, ippermettiet li jkun mibni pjan ta’ xogħol koerenti u li jkunu ffissati prijoritajiet politiċi għall-azzjoni. Dawn il-prijoritajiet Ewropej jikkostitwixxu wkoll riferenza waqt l-iffissar tal-prijoritajiet nazzjonali.

Dan il-metodu ta’ xogħol ippermetta li jkunu mobbilizzati l-amministrazzjonijiet nazzjonali u li jingħataw viżibbiltà politika lill-azzjonijiet żviluppati favur iż-żgħażagħ. Ir-ritmu ta' progress tal-pjan ta' xogħol kif inhu mwaqqaf ippermetta lil kull presidenza suċċessiva biex tikkontribwixxi biex ikun dinamizzat il-proċess tat-tħaddim ta’ l-objettivi li r-responsabbiltà tagħhom taqa' fuq l-Istati Membri.

Il-MOC żgħażagħ hi differenti għaldaqstant mill-metodi miftuħa ta’ koordinazzjoni f’oqsma oħra kif ukoll:

- l-objettivi ffissati baqgħu kwalitattivi u mhumiex l-għan f’dan l-istadju ta’ ambizzjonijiet numerati (" benchmarks ");

- It-tħaddim ta’ l-objettivi, mħollija għall-evalwazzjoni ta’ l-Istati Membri, mhumiex l-għan ta’ pjanijiet koordonati ta’ azzjoni nazzjonali fil-livell Ewropew.

Mingħajr ma jkunu dubitati l-għażliet li pprovaw lilhom infushom indispensabbli għal avviċinament kunsenswali fit-tħaddim ta' l-ambitu ġdid ta’ kooperazzjoni, se jkun meħtieġ li wieħed jistaqsi lilu nnifsu dwar il-bilanċ neċessarju bejn il-flessibbiltà u l-effikaċja tal-metodu.

It-tħaddim ta’ objettivi komuni mill-Istati Membri hu fażi kruċjali għas-suċċess ta' l-MOC. Kull Stat Membru, skond is-sitwazzjoni ta’ pajjiżu, se jkollu jiddefinixxi pjan ta' azzjoni bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi stipulati.

Fl-aħħar, il-konsultazzjoni taż-żgħażagħ hija essenzjali fil-livelli kollha, Ewropew iżda wkoll nazzjonali, u fl-istadji differenti tal-proċedura (tweġibiet għall-kwestjonarji, elaborazzjoni u kontroll ta’ l-azzjonijiet nazzjonali, rapporti lill-Kummissjoni, ...).

4. IT-TISħIħ TAD-DIMENZJONI żGHAżAGH F’POLITIKI OħRA

Ċertu numru ta’ politiki għandhom impatt importanti fuq il-ħajja taż-żgħażagħ, notevolment dawk li kienu msemmija bħala prijoritajiet fil- White Paper u trattati mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju 2002, jiġifieri: l-edukazzjoni u l-formazzjoni matul il-ħajja, il-mobbiltà, l-impjieg u l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, l-awtonomija tagħhom biex jeżerċitaw iċ-ċittadinanza tagħhom. L-azzjonijiet li ġejjin kienu żviluppati fil-livell Ewropew:

4.1. Edukazzjoni u formazzjoni matul il-ħajja

Il-Grupp Żgħażagħ tal-Kunsill ikkontribwixxa għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju 2002[13] dwar it-tagħlim matul il-ħajja, li jagħraf il-valur ta’ l-edukazzjoni mhux formali u informali mogħtija mill-attivitajiet għaż-żgħażagħ barra l-ambitu formali ta’ l-edukazzjoni.

Kontroll kien assigurat fl-ambitu tat-tħaddim tal-programm ta' xogħol dwar l-objettivi tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ formazzjoni[14] u tad-Dikjarazzjoni ta’ Kopenħagen dwar il-kooperazzjoni Ewropea rinforzata fil-qasam tat-tagħlim u tal-formazzjoni professjonali[15].

Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea elaboraw ukoll dokument ta’ xogħol konġunt ma’ dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa[16], u organizzaw seminar ta’ riċerka dwar il-kwestjoni ta’ l-għarfien u tal-validità ta’ l-edukazzjoni u tal-formazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ[17].

4.2. Impjieg u integrazzjoni soċjali

Il-Grupp Żgħażagħ tal-Kunsill ikkontribwixxa fi ħdan il-Kumitat ta’ l-impieg sabiex tiġi kunsidrata s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fir-revizjoni ta’ l-istrateġija Ewropea ta’ l-impieg u tal-linji ta’ direzzjoni tagħha fis-sena 2003.

F’Mejju 2004, il-Kunsill Żgħażagħ adotta Riżoluzzjoni dwar iż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali li jirrakkomanda notevolment li ż-żgħażagħ li għandhom inqas opportunitajiet ikunu prijorità fl-ambitu tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni li għandha x’taqsam mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

4.3. Ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija

Il-Kunsill adotta, f’Mejju 2004, dikjarazzjoni dwar iż-żgħażagħ vis-à-vis ir-razziżmu u l-intolleranza[18] li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni minn issa sa l-aħħar ta’ l-2005.

Il-Kummissjoni żviluppat il-kooperazzjoni tagħha ma’ l-Osservatorju Ewropew tal-Fenomeni tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija[19] u appoġġat numru kbir ta’ proġetti għall-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija permezz tal-programm ŻĠĦAŻAGĦ, u notevolment Internet site Ewropew kontra r-razziżmu u l-ksenofobija għaż-żgħażagħ[20].

4.4. L-awtonomija taż-żgħażagħ

Il-Kummissjoni organizzat f’Ottubru 2003 seminar li ġabar esperti minn bosta multidixxiplinari dwar il-kwestjoni ta’ l-awtonomija taż-żgħażagħ. Hu tratta s-suġġett kompless li jirriferi għall-indipendenza ekonomika taż-żgħażagħ, għall-għażla libera tal-vjaġġ tagħhom fil-ħajja kif ukoll għall-iżvilupp personali tagħhom. L-awtonomija taż-żgħażagħ hi marbuta ma’ politiki oħra: l-edukazzjoni, l-impjieg, il-protezzjoni soċjali u s-sigurtà finanzjarja. Proposti ta’ azzjoni kienu proposti f’Mejju 2004 lid-Diretturi Ġenerali taż-żgħażagħ li approvawhom.

4.5. Bilanċ tal-konsiderazzjoni tad-dimenzjoni żgħażagħ f’politiki oħra

Il-politiki differenti magħrufa bħala prijoritajiet fil- White Paper kienu l-mira ta’ attenzjoni partikulari sabiex ikunu kkunsidrati l-kwestjonijiet taż-żgħażagħ fi ħdan dawn il-politiki.

L-inizjattivi meħuda jippermettu li jitwaqqfu fil-present immedjat konnessjonijiet li jiffaċilitaw l-interazzjonijiet neċessarji li jridu jkunu żviluppati bejn il-metodi diversi, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-programmi.

Ir-riżultati huma ta’ inkoraġġiment iżda l-ewwel lezzjonijiet li wieħed jista’ jieħu huma:

- li hu neċessarju li tkun magħrufa aħjar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ vis-à-vis dawn il-politiki biex ikunu jistgħu jinfluwenzawhom, minn dan toħroġ l-importanza ta’ għarfien aħjar fil-qasam taż-żgħażagħ;

- li hu neċessarju li jkunu mobbilizzati r-responsabbilitajiet (politiki, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ), fil-livelli kollha (lokali, reġjonali, nazzjonali, u Ewropej) sabiex ikun hemm effikaċja vera.

5. INIZJATTIVI OħRA U AZZJONIJIET ATTWATI FL-AMBITU TAT-TħADDIM TAL-PRIJORITAJIET TAL- WHITE PAPER

LILHINN MILL-AZZJONIJIET PREVISTI FL-AMBITU TAR-RIżOLUZZJONI TAL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI ASSUMIET L-IMPENNJI BIEX ISSAħħAħ L-AZZJONI POLITIKA TA’ L-UNJONI FL-OQSMA PRIJORITARJI DDENTIFIKATI FIL- White Paper .

5.1. Parteċipazzjoni

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ hija objettiv politiku, u hu trattat bis-saħħa t’hekk fl-MOC, iżda hu wkoll wieħed mill-prinċipji ta’ treġija tajba fil-livell Ewropew. Minn dan il-lat:

- Il-Kummissjoni organizzat djalogu dirett maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom, u dan, waqt kull fażi tal-proċeduri tal-MOC.

- Il-konferenzi organizzati flimkien mal-Presidenzi tal-Kunsill dwar is-suġġetti marbuta mal-parteċipazzjoni u mal-volotarjat taż-żgħażagħ ippermettew l-iżvilupp ta’ djalogu regolari u strutturat bejn iż-żgħażagħ, l-amministrazzjonijiet u l-politikanti konċernati.

- Il-Kummissjoni appoġġat l-inizjattivi li jimmiraw biex jinvolvu b’mod attiv liż-żgħażagħ fid-dibattiti u l-elaborazzjoni tal-Kostituzzjoni Ewropea (YOUTH 2002, Konvenzjoni taż-żgħażagħ f’Ġunju 2002).

Fil-perspettiva ta’ azzjonijiet ġodda favur iż-żgħażagħ, il-Kummissjoni għamlet żewġ talbiet biex isiru proposti għall-proġetti piloti ta' parteċipazzjoni[21] u t-tpoġġija tagħhom fin- network .

5.2. Informazzjoni

Il-ġimgħa Ewropej taż-żgħażagħ li kienet bejn id-29 ta’ Settembru u l-5 ta’ Ottubru 2003[22] ippermettiet biex tkun mogħtija importanza lill-azzjoni politika meħuda favur iż-żgħażagħ fil-livell Ewropew u fl-Istati Membri, kif ukoll lir-riżultati tal-programm ŻGĦAŻAGĦ permezz ta’ sensiela ta’ avvenimenti fil-Parlament Ewropew, fil-Kummissjoni, u fit-territorju kollu Ewropew.

Il-ftuħ tal- website Ewropea għaż-żgħażagħ[23], f'Mejju 2004, kien ir-riżultat ta’ xogħol fit-tul u esiġenti li ppermetta t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni aċċessibbli, utli u ta’ kwalità għaż-żgħażagħ Ewropej, kif imħabbra fil- White Paper .

5.3. Attivitajiet tal-volontarjat

Il-Kummissjoni organizzat mal-Presidenza Taljana tal-Kunsill, f’Novembru 2003, konferenza dwar is-servizzi ċiviċi fl-Ewropa, li ħasbet biex tirrinforza l-kooperazzjoni bejn is-servizzi fil-livell Ewropew[24].

5.4. Fehma aħjar u għarfien taż-żgħażagħ

Il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati taż-żewġ Ewrobarometri, wieħed fl-2001 għall-pajjiżi ta’ l-Unjoni[25], l-ieħor fl-2003 għall-pajjiżi li kienu kandidati[26], li jikkonfermaw li l-interess taż-żgħażagħ fl-Ewropa jmur id f’id ma’ ċertu sfiduċja rigward l-istituzzjonijiet politiċi tradizzjonali.

Il-komunità tar-riċerkaturi li qed jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ kienet involuta fl-elaborazzjoni tal- White Paper , il-proposti ta' objettivi komuni, il-konferenzi tal-Presidenzi u x-xogħlijiet tal-grupp dwar l-awtonomija.

Akkordju bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill ta’ l-Ewropa ppermetta li jsir progress fil-bini ta' bażi ta’ data fil-politiki taż-żgħażagħ, u fl-iżvilupp u fl-arrikkiment ta’ l-analiżijiet u tad- data li għandhom x'jaqsmu mal-prijoritajiet tal-MOC.

5.5. Programm ġdid Ewropew favur iż-żgħażagħ

L-14 ta’ Lulju 2004, il-Kummissjoni pproponiet programm ġdid għaż-żgħażagħ, msejjaħ "ŻGĦAŻAGĦ FL-AZZJONI", għall-perijodu 2007-2013. Dan il-programm il-ġdid se jassigura l-kontinwità mal-programm attwali u se jippermetti l-iżvilupp ta’ azzjonijiet ġodda bħala appoġġ għall-prijoritajiet iffissati mill-ambitu tal-kooperazzjoni politika, notevolment il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ li tikkontribwixxi għaċ-ċittadinanza attiva tagħhom, l-estenzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ volontarjat, u l-appoġġ għall-istudji u r-riċerki neċessarji ta’ għarfien aħjar fil-qasam taż-żgħażagħ.

6. KONKLUżJONIJIET

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex jinnota r-riżultati milħuqa fit-tħaddim ta’ l-ambitu ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ.

L-impennji kollha meħuda bħala konsegwenza tal- White Paper tal-Kummissjoni kienu miżmuma. Ambitu koerenti ta’ kooperazzjoni kien stabbilit. Mobilizzazzjoni wiesgħa ta’ żgħażagħ, ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, ta’ awtoritajiet pubbliċi, ta’ Ministri u ta’ Istituzzjonijiet Ewropej kienet mwettqa.

Iżda l-Unjoni qed issib diġà lilha nfisha konfrontata minn sfidi ġodda vis-à-vis iż-żgħażagħ tagħha. Hu meħtieġ li tkun evitata demobilizzazzjoni wara l-entużjażmu ġdid tal- White Paper . It-Trattat ġdid kostituzzjonali meta jkun ratifikat se jkollu bżonn azzjonijiet ġodda, is-soċjetà b’mod ġenerali u ż-żgħażagħ b’mod partikulari jevolvu b’mod rapidu.

Hu għalhekk li, il-Kummissjoni tikkunsidra utli li tkun miġbuda l-attenzjoni tal-Kunsill dwar l-aspetti li ġejjin:

- Riflessjoni hija neċessarja dwar il-prijoritajiet fl-ambitu ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, li għandhom jigwidaw l-azzjoni politika fil-qasam taż-żgħażagħ fis-snin li ġejjin (analiżi tal-prijoritajiet attwali, prijoritajiet ġodda,...)

- Il-bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-effikaċja tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ għandu jkun ivvalutat mill-ġdid.

- Il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għandu jwassal lejn azzjoni effikaċi fil-livell ta’ l-Istati Membri, sabiex notevolment ikompli jkun garantit l-appoġġ u l-impenn taż-żgħażagħ f’dan il-proċess.

- Il-konsultazzjoni taż-żgħażagħ għandha tkun permanenti, strutturata u effettiva fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew.

Il-Kummissjoni se tikkomunika dawn il-konklużjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

[1] COM(2001) 681 finali ta’ l-21.11.2001.

[2] COM(2004) 101 finali ta’ l-10.2.2004.

[3] COM(2004) 471 ta’ l-14.7.2004 .

[4] ĠU C 168 tat-13.7.2002.

[5] Rapport nru A5-0126/2002 tad-19.4.2002.

[6] ĠU C/149 ta’l-21.6.2002.

[7] Avviż nru 389 tas-17.7.2002.

[8] http://www.forumjeunesse.org/fr/ - Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ hu organizzazzjoni internazzjonali ta’ kunsilli nazzjonali ta’ żgħażagħ u NGOs internazzjonali taż-żgħażagħ li jirrappreżentaw l-interessi taż-żgħażagħ ta’ l-Ewropa kollha. Hu l-uniku pjattaforma fl-Ewropa li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-istituzzjonijiet internazzjonali, notevolment l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ta’ l-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti.

[9] COM(2003) 184 finali tal-11.42003.

[10] ĠU C 295 tal-5.12.2003.

[11] KOM(2004) 336 finali tat-30.4.2004.

[12] KOM(2004) 337 finali tat-30.4.2004.

[13] ĠU C 163 tad-9.7.2002.

[14] http://europa.eu.int/comm/education/policies/2010/u_2010_fr.html

[15] http://europa.eu.int/comm/education/copenhagen/index_fr.html

[16] http://www.coe.int/T/E/Cultural_Co-operation/Youth/2._Priorities/research_partnership.asp#TopOfPage

[17] http://www.training-youth.net/

[18] Dikjarazzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill dwar ir-razziżmu u l-intolleranza li tikkonċerna ż-żgħażagħ (9405/04 tat-28.5.2004).

[19] http://www.eumc.eu.int/eumc/index.php

[20] http://www.d-a-s-h.org

[21] ĠU C/140 ta’ l-14.6.2003 u ĠU C/113 tat-30.4.2004

[22] http:/europa.eu.int/comm/youth/youthweek/index_en.html

[23] http:/europa.eu.int/youth/

[24] ht tp://europa.eu.int/comm/youth/whitepaper/post-launch/post_en_3.html#voluntary

[25] EB 55.1 « Iż-żgħażagħ Ewropej fis-sena 2001 ».

[26] CCEB 2003.1 « Iż-żgħażagħ fil-pajjiżi kandidati ».

Top