This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0813
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/813 of 8 February 2023 amending Regulation (EU) 2021/2115 of the European Parliament and of the Council as regards Member States’ allocations for direct payments and the annual breakdown by Member State of the Union support for rural development
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/813 tat-8 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u t-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/813 tat-8 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u t-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali
C/2023/859
ĠU L 102, 17.4.2023, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/813
tat-8 ta’ Frar 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u t-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 89(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (a), u l-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Belġju (il-Fjandri), iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Latvja, in-Netherlands u r-Rumanija ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li għas-snin kalendarji 2023 sa 2026 jittrasferixxu ċertu perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom għal pagamenti diretti għall-allokazzjonijiet tagħhom għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 17(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha s-Slovakkja ddeċidiet li tnaqqas l-ammont tal-pagamenti diretti li jridu jingħataw lil bidwi għas-snin kalendarji 2023 sa 2026 u li tittrasferixxi l-prodott stmat tat-tnaqqis li jirriżulta lill-FAEŻR. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (b), u l-Artikolu 103(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Ungerija, Malta, il-Polonja u l-Portugall iddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li jittrasferixxu għall-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti ċertu perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-FAEŻR għall-2024-2027. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 88(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Italja, il-Latvja u s-Slovakkja ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li jużaw sa 5 % tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti għat-tipi ta’ interventi f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 7, tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena/snin kalendarja 2023 sa 2027. L-ammonti korrispondenti jenħtieġ għalhekk li jitnaqqsu mill-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti. |
(5) |
Sabiex jiġu riflessi dawk id-deċiżjonijiet, jeħtieġ li jiġu adattati l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali stabbilit fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi V, IX u XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġu emendati kif xieraq. |
(7) |
Peress li l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 mis-sena 2023, b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ intervent fl-għamla ta’ pagamenti diretti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V, IX u XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-Annessi V, IX u XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness V, il-kolonni għas-snin kalendarji 2023 sa 2027 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Anness IX, il-kolonni għas-snin kalendarji 2023 sa 2027 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
fl-Anness XI, il-kolonni għas-snin 2024 sa 2027 u għat-total 2023–2027 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|