This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0720
Council Regulation (EU) 2023/720 of 31 March 2023 amending certain Council Regulations concerning restrictive measures in order to insert provisions on a humanitarian exemption
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/720 tal-31 ta’ Marzu 2023 li jemenda ċerti Regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/720 tal-31 ta’ Marzu 2023 li jemenda ċerti Regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja
ST/6835/2023/INIT
ĠU L 94, 3.4.2023, p. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/720
tal-31 ta’ Marzu 2023
li jemenda ċerti Regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea tista’ timponi miżuri restrittivi, inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi deżinjati. Ir-Regolamenti tal-Kunsill jagħtu effett lil dawk il-miżuri. |
(2) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2664 (2022). Il-paragrafu 1 ta’ dik ir-Riżoluzzjoni jintroduċi eżenzjoni mis-sanzjonijiet fil-forma ta’ ffriżar tal-assi imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu għal assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, applikabbli għal ċerti atturi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 tal-UNSCR 2664 (2022) qed jissejjaħ l-“eżenzjoni umanitarja”. |
(3) |
Fil-31 ta’ Marzu 2023, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/726 (1) ġiet adottata biex tagħti effett lill-UNSCR 2664 (2022) fil-liġi tal-Unjoni. |
(4) |
L-UNSCR 2664 (2022) tenfasizza li meta l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi tmur kontra riżoluzzjonijiet preċedenti, hija għandha tisboq lit-tali riżoluzzjonijiet preċedenti sal-limitu ta’ tali kunflitt. Madankollu, l-UNSCR 2664 (2022) tiċċara li l-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2615 (2021) tal-KSNU jibqa’ fis-seħħ. |
(5) |
L-UNSCR 2664 (2022) titlob li l-fornituri li jiddependu fuq l-eżenzjoni umanitarja jagħmlu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kull benefiċċju pprojbit minn sanzjonijiet, kemm jekk minħabba dispożizzjoni diretta jew indiretta kif ukoll jekk minħabba devjazzjoni, lil individwi jew entitajiet elenkati taħt ir-Regolament rilevanti, inkluż billi jissaħħu l-ġestjoni tar-riskju tal-fornituri u l-istrateġiji u l-proċessi tad-diliġenza dovuta. |
(6) |
L-UNSCR 2664 (2022) teħtieġ li l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi tapplika għar-reġim ta’ sanzjonijiet 1267/1989/2253 ISIL (Da’esh) u Al-Qaida għal perjodu ta’ sentejn mid-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 2664 (2022), u tiddikjara li l-KSNU beħsiebu jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-UNSCR 2664 (2022) qabel id-data li fiha l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni b’mod ieħor tiskadi. |
(7) |
Il-Kunsill iqis li l-eżenzjoni umanitarja għall-miżuri tal-iffriżar tal-assi skont l-UNSCR 2664 (2022) jenħtieġ li tapplika wkoll f’każijiet meta l-Unjoni tiddeċiedi li tadotta miżuri komplementari li jikkonċernaw l-iffriżar ta’ fondi u r-riżorsi ekonomiċi flimkien ma’ dawk deċiżi mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu. |
(8) |
Dawn l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(9) |
Għalhekk ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2), (KE) Nru 1183/2005 (3), (UE) Nru 267/2012 (4), (UE) Nru 747/2014 (5), (UE) 2015/735 (6), (UE) 2016/1686 (7), (UE) 2016/44 (8), (UE) 2017/1509 (9) u (UE) 2017/1770 (10) jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 34, jinżdied il-paragrafu li ġej: “10. Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
fl-Artikolu 45, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(10), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kull attività li b’mod ieħor tkun ipprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017) jew 2397 (2017) jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tali attività tkun neċessarja biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta’ assistenza u ta’ sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili fir-RDPK jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta’ dawk l-UNSCRs.” |
(3) |
l-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 37 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(10), il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 34(1) u (3) ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi li jappartjenu jew li jkunu disponibbli lill-Foreign Trade Bank jew lill-Korean National Insurance Company (KNIC) sa fejn tali fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu maħsuba esklużivament għall-finijiet uffiċjali ta’ missjoni diplomatika jew konsulari fir-RDPK, jew għal attivitajiet ta’ assistenza umanitarja li jitwettqu min-Nazzjonijiet Uniti, jew f'koordinazzjoni magħha.”. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, jinżdied il-paragrafu li ġej: “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
L-Artikolu 4b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4b “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3), b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi iffriżati li jappartjenu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia, jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun neċessarju għal finijiet umanitarji, bħall-forniment jew il-faċilitazzjoni tal-forniment ta’ għajnuna, inklużi provvisti mediċi u ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew assistenza għal evakwazzjonijiet mir-RDK. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.” |
(3) |
L-Artikolu 7b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7b Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 1a, 2(1) u 2(2).”. |
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 23, jinżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
fl-Artikolu 23a, jinżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(3) |
L-Artikolu 41 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 41 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 2a, 2b, 2c, 2d, 3a, 3b, 3c, 3d, 4a, 4b, 5, 10d, 15a, 23(1), 23(2), 23(3), 23(4), 23a(1), 23a(2), 23a(3) u 23a(4).”. |
Artikolu 4
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1686, jinżdied il-paragrafu li ġej:
“3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); |
(e) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn, |
(f) |
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness I.”. |
Artikolu 5
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jinżdied il-paragrafu li ġej:
“5. L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); |
(e) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn, |
(f) |
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Annessi I u Ia.”. |
Artikolu 6
Ir-Regolament (UE) Nru 2016/44 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej: “5. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), b’deroga mill-Artikolu 5(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ fondi ffriżati jew ta’ riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, jew li jsiru disponibbi ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, meta jqisu li jkunu neċessarji għal finijiet umanitarji, bħall-forniment u l-iffaċilitar tal-forniment ta’ għajnuna umanitarja, il-forniment ta’ materjali u provvisti neċessarji għal ħtiġijiet ċivili essenzjali, inkluż ikel u materjali agrikoli għall-produzzjoni tiegħu, prodotti mediċi u l-forniment tal-elettriku, jew għall-evakwazzjonijiet mil-Libja. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.” |
(3) |
L-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li:
|
Artikolu 7
Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1770 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, jinżdied il-paragrafu li ġej: “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
L-Artikolu 3a, il-paragrafu 1, huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-paragrafu 3, b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2) u fir-rigward ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvista ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi tkun neċessarja għal skopijiet umanitarji, bħall-għoti jew il-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, ikel jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għall-evakwazzjonijiet mill-Mali.” |
(3) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2).”. |
Artikolu 8
Ir-Regolament (UE) Nru 2015/735 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(1), (2), u (3).”. |
Artikolu 9
Ir-Regolament (UE) Nru 747/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(1), (2), u (3).”. |
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Ara l-paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida (ĠU L139, 29.5.2002, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u (KE) 1184/2005 (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1).