This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0428
Council Implementing Regulation (EU) 2023/428 of 25 February 2023 implementing Article 12(2) of Regulation (EU) 2017/1770 concerning restrictive measures in view of the situation in Mali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/428 tal-25 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/428 tal-25 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
ST/6241/2023/REV/1
ĠU L 59I, 25.2.2023, p. 275–277
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 59/275 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/428
tal-25 ta’ Frar 2023
li jimplimenta l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1770. |
(2) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2021/2201 (2) biex jagħti effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208 (3), li stabbiliet qafas ġdid, li jippermetti miżuri restrittivi kontra individwi u entitajiet responsabbli għal theddid għall-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali, jew għat-tfixkil jew id-dgħajfien tat-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tiegħu. |
(3) |
Fl-24 ta’ Jannar u fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill innota li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni ddeċidew li jikkooperaw mal-forzi merċenarji affiljati mar-Russja tal-Wagner Group, li huma magħrufa għal atroċitajiet, b’mod partikolari abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), is-Sudan, il-Mali u l-Mozambique, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji. Il-Kunsill ikkundanna l-preżenza tal-Wagner Group fuq il-post. |
(4) |
Fid-dawl tal-persistenza tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Mali, jenħtieġ li persuna waħda tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness Ia għar-Regolament (UE) 2017/1770. |
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness Ia għar-Regolament (UE) 2017/1770 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia għar-Regolament (UE) 2017/1770 hu emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-25 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2201 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 44).
ANNESS
Fl-Anness Ia għar-Regolament (UE) 2017/1770, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2b”:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar+ |
“6. |
Ivan Aleksandrovitch MASLOV Иван Александрович МАСЛОВ |
Data tat-twelid: 11.7.1982 jew 3.1.1980 Post tat-twelid: Arkhangelsk / Chuguevka village, Chuguev district, Primorsky territory Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Funzjoni: Kap tal-Wagner Group fil-Mali Indirizz: Mhux magħruf, irreġistrat fil-belt ta’ Shatki, fir-reġjun ta’ Nizhni Novgorod skont “All eyes on Wagner” |
Ivan Aleksandrovitch Maslov huwa l-kap tal-Wagner Group fil-Mali, li l-preżenza tiegħu fil-pajjiż kibret mill-aħħar tal-2021. Il-preżenza ta’ Wagner fil-Mali hija ta’ theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. B’mod partikolari, il-merċenarji ta’ Wagner kienu involuti f’atti ta’ vjolenza u abbużi multipli tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali , inkluż qtil extraġudizzjarju, bħall-“massakru ta’ Moura” fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Bħala l-kap lokali tal-Wagner Group, Ivan Maslov huwa għalhekk responsabbli għall-azzjonijiet tal-Wagner Group li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, b’mod partikolari l-involviment f’atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. |
25.2.2023”. |