This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2129
Council Decision (CFSP) 2023/2129 of 9 October 2023 amending Decision (CFSP) 2018/1544 concerning restrictive measures against the proliferation and use of chemical weapons
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2129 tad-9 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2129 tad-9 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
ST/13384/2023/INIT
ĠU L, 2023/2129, 10.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2129/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2129 |
10.10.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2129
tad-9 ta’ Ottubru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2023. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, il-validità ta’ dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi estiża sas-16 ta’ Ottubru 2026 u l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jenħtieġ li jiġu estiżi sas-16 ta’ Ottubru 2024. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2026. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness sas-16 ta’ Ottubru 2024.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. DÍAZ PÉREZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2129/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)