This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1379
Commission Regulation (EU) 2022/1379 of 5 July 2022 amending Regulation (EU) 2017/2400 as regards the determination of the CO2 emissions and fuel consumption of medium and heavy lorries and heavy buses and to introduce electric vehicles and other new technologies (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1379 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2400 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ trakkijiet medji u tqal u ta’ karozzi tal-linja tqal u sabiex jiġu introdotti vetturi elettriċi u teknoloġiji ġodda oħra (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1379 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2400 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ trakkijiet medji u tqal u ta’ karozzi tal-linja tqal u sabiex jiġu introdotti vetturi elettriċi u teknoloġiji ġodda oħra (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/4520
ĠU L 212, 12.8.2022, p. 1–290
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1379
tal-5 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2400 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ trakkijiet medji u tqal u ta’ karozzi tal-linja tqal u sabiex jiġu introdotti vetturi elettriċi u teknoloġiji ġodda oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u tal-magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-punt (e) tal-Artikolu 5(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (2) jintroduċi metodu komuni sabiex iqabbel oġġettivament il-prestazzjoni ta’ vetturi tqal imqegħdin fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tagħhom. Jistabbilixxi dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-komponenti b’impatt fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal, jintroduċi għodda ta’ simulazzjoni bil-għan li jiġu ddeterminati u ddikjarati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ dawk il-vetturi u jistipula, fost l-oħrajn, rekwiżiti għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-manifatturi sabiex jivverifikaw il-konformità taċ-ċertifikazzjoni tal-komponenti u l-konformità tal-operat tal-għodda ta’ simulazzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ittrasferixxa r-regoli dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar id-dijanjostika abbord il-vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi mir-Regolament (KE) Nru 595/2009. Sabiex il-kliem tar-Regolament (UE) 2017/2400 jiġi allinjat mal-kliem mibdul tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, ir-referenzi għal informazzjoni dwar id-dijanjostika abbord u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi jeħtieġ li jitneħħew mir-Regolament (UE) 2017/2400. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2400 jiddetermina l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ trakkijiet tqal. Madankollu, sabiex tingħata stampa aħjar tal-emissjonijiet tas-CO2, iridu jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ aktar vetturi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal oħra, jiġifieri trakkijiet medji u karozzi tal-linja tqal. |
(4) |
Sabiex jiġu koperti b’mod xieraq it-teknoloġiji futuri, huwa neċessarju li jiġu speċifikati rekwiżiti addizzjonali għal teknoloġiji ġodda bħal vetturi ibridi u dawk purament elettriċi, vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, sistemi ta’ rkupru tas-sħana mormija u sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa. |
(5) |
Peress li l-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika fit-triq uriet li hija għodda importanti għall-verifika tal-kalkoli tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil, huwa xieraq li din tapplika għal trakkijiet medji u għal teknoloġiji ġodda. Madankollu, minħabba l-kumplessitajiet tas-sistema ta’ produzzjoni u ta’ approvazzjoni f’diversi stadji li tapplika għal karozzi tal-linja tqal, f’dan il-mument ma huwiex possibbli li l-proċedura ta’ ttestjar tal-verifika fit-triq tiġi estiża għalihom. |
(6) |
Xi definizzjonijiet u rekwiżiti fir-Regolament (UE) 2017/2400 jeħtieġu aktar kjarifika u korrezzjonijiet, inkluż aktar allinjament mal-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi tqal ġodda stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(7) |
Sabiex l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien sabiex iħejju għall-applikazzjoni tar-regoli introdotti minn dan ir-Regolament, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita. |
(8) |
Peress li ċerti manifatturi jistgħu jippreferu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiksbu liċenzja sabiex joperaw l-għodda ta’ simulazzjoni u jirċievu ċertifikazzjoni għall-komponenti f’konformità mar-regoli introdotti minn dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu. |
(9) |
Għal ċerti gruppi ta’ vetturi u ċerti teknoloġiji, l-għodda ta’ simulazzjoni meħtieġa għall-obbligu li jiġu ddeterminati u ddikjarati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ġodda, se tkun disponibbli biss wara d-data tal-applikazzjoni ġenerali ta’ dan ir-Regolament. F’dawn il-każijiet, ir-rekwiżiti jistgħu jkunu meħtieġa biss mill-mument tad-disponibbiltà tal-għodda ta’ simulazzjoni. Din hija r-raġuni għalfejn xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss minn data aktar tard. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/2400 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jikkomplementa l-qafas legali għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u tal-magni fir-rigward tal-emissjonijiet stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 582/2011 billi jistabbilixxi r-regoli għall-ħruġ tal-liċenzji għall-operar ta’ għodda ta’ simulazzjoni bil-għan li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ġodda li se jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni u għall-operar ta’ għodda ta’ simulazzjoni u għad-dikjarar tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil determinati b’dan il-mod. Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni 1. Soġġett għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, dan ir-Regolament għandu japplika għal trakkijiet medji, għal trakkijiet tqal u għal karozzi tal-linja tqal. 2. Fil-każ ta’ approvazzjonijiet tat-tip f’diversi stadji jew ta’ approvazzjonijiet individwali ta’ trakkijiet tqal u medji, dan ir-Regolament għandu japplika għal trakkijiet bażi. Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi primarji, għal vetturi interim u għal vetturi kompluti jew għal vetturi kkompletati. 3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal vetturi off-road, għal vetturi bi skop speċjali u għal vetturi bi skop speċjali off-road kif definiti, rispettivament, fil-punti 2.1, 2.2. u 2.3. tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).”;" |
(2) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Gruppi ta' vetturi Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi bil-mutur għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi ta’ vetturi f’konformità mat-Tabelli 1 sa 6 tal-Anness I. L-Artikoli 5 sa 23 ma japplikawx għal trakkijiet tqal tal-gruppi ta’ vetturi 6, 7, 8, 13, 14, 15, 17, 18 u 19 kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I, u għal trakkijiet medji tal-gruppi ta’ vetturi 51, 52, 55 u 56, kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I u għal kwalunkwe vettura b’fus ta’ quddiem motorizzat fil-gruppi ta’ vetturi 11, 12 u 16 kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I.”; |
(4) |
fl-Artikolu 5(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja: “L-għodda ta’ simulazzjoni għandha tintuża għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi l-ġodda.”; |
(5) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. L-għodda tal-hashing għandha tintuża għall-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni mingħajr ekwivoki bejn il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil iċċertifikati ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema u d-dokument ta’ ċertifikazzjoni tagħha, kif ukoll għall-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni mingħajr ekwivoki bejn vettura u l-fajl tar-rekords tal-manifattur tagħha, il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u l-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent kif imsemmi fl-Anness IV.”; |
(6) |
fil-Kapitolu 2, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “LIĊENZJA GĦALL-OPERAR TAL-GĦODDA TA’ SIMULAZZJONI GĦALL-FINIJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP FIR-RIGWARD TAL-EMISSJONIJIET”; |
(7) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-liċenzja jekk il-manifattur tal-vettura jissottometti applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 u juri li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II huma ssodisfati fir-rigward tal-każ ta’ applikazzjoni kkonċernat.”; |
(9) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
fl-Artikolu 10(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Meta sseħħ ħsara fl-għodda ta’ simulazzjoni fi stadju fil-katina tal-manifattura ta’ karozzi tal-linja tqal qabel l-istadji tal-manifattura kompluti jew ikkompletati, l-obbligu skont l-Artikolu 9(1) li l-għodda ta’ simulazzjoni tiġi operata fl-istadji sussegwenti tal-manifattura għandu jiġi pospost għal massimu ta’ 14-il jum kalendarju wara d-data li fiha l-manifattur tal-istadju preċedenti jkun għamel il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura disponibbli għall-manifattur tal-istadju komplut jew ikkompletat.”; |
(12) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Il-fajl tar-rekords tal-manifattur, il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura u ċ-ċertifikati dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tas-sistemi u tal-unitajiet tekniċi separati għandhom jinħażnu mill-manifattur tal-vettura għal tal-anqas 20 sena wara l-produzzjoni tal-vettura u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, għall-awtorità tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni. 2. Fuq talba minn entità awtorizzata ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, fi żmien 15-il jum ta’ xogħol, il-fajl tar-rekords tal-manifattur jew il-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura.”; |
(13) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
fl-Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
(25) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(26) |
l-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(27) |
l-Anness III huwa sostitwit bit-test tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
(28) |
l-Anness IV huwa sostitwit bit-test tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
(29) |
l-Anness V huwa emendat kif stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
(30) |
l-Anness VI huwa emendat kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
(31) |
l-Anness VII huwa emendat kif stabbilit fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament; |
(32) |
l-Anness VIII huwa emendat kif stabbilit fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament; |
(33) |
l-Anness IX huwa sostitwit bit-test tal-Anness IX ta’ dan ir-Regolament; |
(34) |
l-Anness X huwa emendat kif stabbilit fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament; |
(35) |
l-Anness Xa huwa sostitwit bit-test fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament; |
(36) |
it-test fl-Anness XII ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Xb. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Minkejja l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi fil-gruppi 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 4v, 5v, 9v, 10v, 11, 12, u 16 definiti fit-Tabella 1 tal-Anness I, għajr ZE-HDVs, He-HDVs, vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, u vetturi li l-magna tagħhom tkun ġiet iċċertifikata b’sistema ta’ rkupru tas-sħana mitlufa, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Minkejja l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-punt (35) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
ANNESS
LISTA TAL-ANNESSI
ANNESS I |
Il-klassifikazzjoni tal-vetturi fi gruppi ta’ vetturi u l-metodu sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil għall-karozzi tal-linja tqal |
ANNESS II |
Rekwiżiti u proċeduri relatati mat-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ dokument ta’ informazzjoni għall-finijiet tat-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ġodda |
Appendiċi 2 |
Mudell ta’ liċenzja għat-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ġodda |
ANNESS III |
Informazzjoni tal-input relatata mal-karatteristika tal-vettura |
Appendiċi 1 |
It-teknoloġiji tal-vetturi li għalihom ma japplikawx l-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), kif previst f’dak is-subparagrafu |
ANNESS IV |
Mudell tal-fajls tal-output tal-għodda ta’ simulazzjoni |
ANNESS V |
Verifika tad-data tal-magna |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema |
Appendiċi 2 |
Dokument ta’ Informazzjoni dwar il-Magna |
Appendiċi 3 |
Familja ta’ CO2 tal-Magni |
Appendiċi 4 |
Konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil |
Appendiċi 5 |
Determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija tal-komponenti tal-magna |
Appendiċi 6 |
Markar |
Appendiċi 7 |
Parametri tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni |
Appendiċi 8 |
L-istadji ta’ evalwazzjoni u l-ekwazzjonijiet importanti tal-għodda ta’ preproċessar tal-magna |
ANNESS VI |
Verifika tad-data dwar it-trażmissjoni, il-konvertitur tat-torque, komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque u komponenti addizzjonali tad-driveline |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema |
Appendiċi 2 |
Dokument ta’ informazzjoni dwar it-trażmissjoni |
Appendiċi 3 |
Dokument ta’ informazzjoni tal-konvertitur tat-torque (TC) idrodinamiku |
Appendiċi 4 |
Dokument ta’ informazzjoni ta’ komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) |
Appendiċi 5 |
Dokument ta’ informazzjoni tal-komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) |
Appendiċi 6 |
Kunċett tal-Familja |
Appendiċi 7 |
Markar u enumerazzjoni |
Appendiċi 8 |
Valuri tat-telf standard tat-torque - Trażmissjoni |
Appendiċi 9 |
Mudell ġeneriku – konvertitur tat-torque |
Appendiċi 10 |
Valuri tat-telf standard tat-torque – komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque |
Appendiċi 11 |
Valuri tat-telf standard tat-torque – angle drive bil-ger jew komponent tas-sistema tal-mototrażmissjoni bi proporzjon tal-veloċità wieħed |
Appendiċi 12 |
Parametri tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni |
ANNESS VII |
Verifika tad-data dwar il-fusien |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema |
Appendiċi 2 |
Dokument ta’ informazzjoni dwar il-fus |
Appendiċi 3 |
Kalkolu tat-telf standard tat-torque |
Appendiċi 4 |
Kunċett tal-Familja |
Appendiċi 5 |
Markar u enumerazzjoni |
Appendiċi 6 |
Parametri tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni |
ANNESS VIII |
Verifika tad-data dwar ir-reżistenza tal-arja |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema |
Appendiċi 2 |
Dokument ta’ informazzjoni dwar ir-reżistenza tal-arja |
Appendiċi 3 |
Rekwiżiti dwar l-għoli tal-vettura għal trakkijiet u għal tratturi riġidi |
Appendiċi 4 |
Konfigurazzjonijiet standard tal-karozzerija u tas-semitrejlers għal trakkijiet u għal tratturi riġidi |
Appendiċi 5 |
Familja tar-reżistenza tal-arja |
Appendiċi 6 |
Konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil |
Appendiċi 7 |
Valuri standard |
Appendiċi 8 |
Markar |
Appendiċi 9 |
Parametri tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni |
ANNESS IX |
Verifika tad-data awżiljarja tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja |
ANNESS X |
Proċedura taċ-ċertifikazzjoni għal tajers pnewmatiċi |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema |
Appendiċi 2 |
Dokument ta’ informazzjoni dwar il-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer |
Appendiċi 3 |
Parametri tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni |
Appendiċi 4 |
Enumerazzjoni |
ANNESS Xa |
Konformità tat-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni u tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi: proċedura tal-ittestjar għall-verifika |
Appendiċi 1 |
Passi u ekwazzjonijiet ewlenin ta’ evalwazzjoni kif imwettqin mill-għodda ta’ simulazzjoni f’simulazzjoni ta’ proċedura tal-ittestjar għall-verifika |
ANNESS Xb |
Ċertifikazzjoni tal-komponenti tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika |
Appendiċi 1 |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema |
Appendiċi 2 |
Dokument ta’ Informazzjoni għal sistema ta’ magna elettrika |
Appendiċi 3 |
Dokument ta’ Informazzjoni għal IEPC |
Appendiċi 4 |
Dokument ta’ Informazzjoni għal IHPC tat-Tip 1 |
Appendiċi 5 |
Dokument ta’ Informazzjoni għal sistema ta’ batterija jew għal tip rappreżentattiv ta’ subsistema ta’ batterija |
Appendiċi 6 |
Dokument ta’ Informazzjoni għal sistema ta’ kapaċitatur jew għal tip rappreżentattiv ta’ subsistema ta’ kapaċitatur |
Appendiċi 7 |
- |
Appendiċi 8 |
Valuri standard għal sistema ta’ magna elettrika |
Appendiċi 9 |
Valuri standard għal IEPC |
Appendiċi 10 |
Valuri standard għal REESS |
Appendiċi 11 |
- |
Appendiċi 12 |
Konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mal-konsum tal-fjuwil |
Appendiċi 13 |
Kunċett tal-familja |
Appendiċi 14 |
Markar u enumerazzjoni |
Appendiċi 15 |
Parametri tal-input għall-għodda ta’ simulazzjoni |
ANNESS XI |
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE |
ANNESS I
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-VETTURI FI GRUPPI TA’ VETTURI U L-METODU SABIEX JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL GĦALL-KAROZZI TAL-LINJA TQAL
1. Klassifikazzjoni tal-vetturi għall-fini ta’ dan ir-Regolament
1.1 |
Klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija N
Tabella 1 Gruppi ta’ vetturi għal trakkijiet tqal
Tabella 2 Gruppi ta’ vetturi għal trakkijiet medji
|
1.2. |
Klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M |
1.2.1. |
Karozzi tal-linja tqal |
1.2.2. |
Klassifikazzjoni tal-vetturi primarji
Tabella 3 Gruppi ta’ vetturi għall-vetturi primarji
|
1.2.3. |
Il-klassifikazzjoni ta’ vetturi kompluti jew ta’ vetturi kkompletati
Il-klassifikazzjoni ta’ vetturi kompluti jew ikkompletati li huma karozzi tal-linja tqal hija bbażata fuq is-sitt kriterji li ġejjin:
Illustrazzjoni 1 Fluss tad-deċiżjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk vettura għandhiex “entrata baxxa” jew le: Il-klassifikazzjoni korrispondenti li għandha tintuża hija mogħtija fit-Tabelli 4, 5 u 6. Tabella 4 Gruppi ta’ vetturi għal vetturi kompluti u għal vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal b’2 fusien
|
Tabella 5
Gruppi ta’ vetturi għal vetturi kompluti u għal vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal b’3 fusien
Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi |
Grupp ta’ vetturi |
Allokazzjoni ta’ profil tal-missjoni |
||||||||||||||||
Numru ta’ Fusien |
Konfigurazzjoni tax-xażì (spjegazzjoni biss) |
Kodiċi tal-Vettura (*7) |
Klassi tal-vettura (*8) |
Entrata Baxxa (Kodiċi tal-Vettura CE jew CG biss) |
Is-sits tal-passiġġieri fis-sular ta’ isfel (Kodiċi tal-Vettura CB jew CD biss) |
Għoli tal-karozzerija integrata fi [mm] (Klassi tal-Vettura “II+III” biss) |
||||||||||||
I |
I +II jew A |
II |
II +III |
III jew B |
Urbani Tqal |
Urbani |
Suburbani |
Interurbani |
Kowċ |
|||||||||
3 |
riġidi |
LF |
SD |
CE |
x |
x |
x |
|
|
le |
— |
— |
33a |
x |
x |
x |
|
|
x |
x |
|
|
|
iva |
— |
— |
33b1 |
x |
x |
x |
|
|
|||||
|
|
x |
|
|
iva |
— |
— |
33b2 |
x |
x |
x |
x |
|
|||||
DD |
CF |
x |
x |
x |
|
|
— |
— |
— |
33c |
x |
x |
x |
|
|
|||
saqaf miftuħ |
SD |
CI |
x |
x |
x |
x |
x |
— |
— |
— |
33d |
x |
x |
x |
|
|
||
DD |
CJ |
x |
x |
x |
x |
x |
— |
— |
— |
33e |
x |
x |
x |
|
|
|||
HF |
SD |
CA |
|
|
x |
|
|
— |
— |
— |
34 a |
|
|
|
x |
x |
||
|
|
|
x |
|
— |
— |
≤ 3 100 |
34b |
|
|
|
x |
x |
|||||
|
|
|
x |
|
— |
— |
> 3 100 |
34c |
|
|
|
x |
x |
|||||
|
|
|
|
x |
— |
— |
— |
34d |
|
|
|
x |
x |
|||||
DD |
CB |
|
|
x |
x |
x |
— |
≤ 6 |
— |
34e |
|
|
|
x |
x |
|||
|
|
x |
x |
x |
— |
> 6 |
— |
34f |
|
|
|
x |
x |
|||||
artiko-lati |
LF |
SD |
CG |
x |
x |
x |
|
|
le |
— |
— |
35 a |
x |
x |
x |
|
|
|
x |
x |
|
|
|
iva |
— |
— |
35b1 |
x |
x |
x |
|
|
|||||
|
|
x |
|
|
iva |
— |
— |
35b2 |
x |
x |
x |
x |
|
|||||
DD |
CH |
x |
x |
x |
|
|
— |
— |
— |
35c |
x |
x |
x |
|
|
|||
HF |
SD |
CC |
|
|
x |
|
|
— |
— |
— |
36a |
|
|
|
x |
x |
||
|
|
|
x |
|
— |
— |
≤ 3 100 |
36b |
|
|
|
x |
x |
|||||
SD |
|
|
|
x |
|
— |
— |
> 3 100 |
36c |
|
|
|
x |
x |
||||
|
|
|
|
x |
— |
— |
— |
36d |
|
|
|
x |
x |
|||||
DD |
CD |
|
|
x |
x |
x |
— |
≤ 6 |
— |
36e |
|
|
|
x |
x |
|||
|
|
x |
x |
x |
— |
> 6 |
— |
36f |
|
|
|
x |
x |
Tabella 6
Gruppi ta’ vetturi għal vetturi kompluti u għal vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal b’4 fusien
Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta’ vetturi |
Grupp ta’ vetturi |
Allokazzjoni ta’ profil tal-missjoni |
||||||||||||||||
Numru ta’ Fusien |
Konfigurazzjoni tax-xażì (spjegazzjoni biss) |
Kodiċi tal-Vettura (*9) |
Klassi tal-vettura (*10) |
Entrata Baxxa (Kodiċi tal-Vettura CE jew CG biss) |
Is-sits tal-passiġġieri fis-sular ta’ isfel (Kodiċi tal-Vettura CB jew CD biss) |
Għoli tal-karozzerija integrata fi [mm] (Klassi tal-Vettura “II+III” biss) |
||||||||||||
I |
I +II jew A |
II |
II +III |
III jew B |
Urbani Tqal |
Urbani |
Suburbani |
Interurbani |
Kowċ |
|||||||||
4 |
riġidi |
LF |
SD |
CE |
x |
x |
x |
|
|
le |
— |
— |
37a |
x |
x |
x |
|
|
x |
x |
|
|
|
iva |
— |
— |
37b1 |
x |
x |
x |
|
|
|||||
|
|
x |
|
|
iva |
— |
— |
37b2 |
x |
x |
x |
x |
|
|||||
DD |
CF |
x |
x |
x |
|
|
— |
— |
— |
37c |
x |
x |
x |
|
|
|||
saqaf miftuħ |
SD |
CI |
x |
x |
x |
x |
x |
— |
— |
— |
37d |
x |
x |
x |
|
|
||
DD |
CJ |
x |
x |
x |
x |
x |
— |
— |
— |
37e |
x |
x |
x |
|
|
|||
HF |
SD |
CA |
|
|
x |
|
|
— |
— |
— |
38a |
|
|
|
x |
x |
||
|
|
|
x |
|
— |
— |
≤ 3 100 |
38b |
|
|
|
x |
x |
|||||
|
|
|
x |
|
— |
— |
> 3 100 |
38c |
|
|
|
x |
x |
|||||
|
|
|
|
x |
— |
— |
— |
38d |
|
|
|
x |
x |
|||||
DD |
CB |
|
|
x |
x |
x |
— |
≤ 6 |
— |
38e |
|
|
|
x |
x |
|||
|
|
x |
x |
x |
— |
> 6 |
— |
38f |
|
|
|
x |
x |
|||||
artiko-lati |
LF |
SD |
CG |
x |
x |
x |
|
|
le |
— |
— |
39 a |
x |
x |
x |
|
|
|
x |
x |
|
|
|
iva |
— |
— |
39b1 |
x |
x |
x |
|
|
|||||
|
|
x |
|
|
iva |
— |
— |
39b2 |
x |
x |
x |
x |
|
|||||
DD |
CH |
x |
x |
x |
|
|
— |
— |
— |
39c |
x |
x |
x |
|
|
|||
HF |
SD |
CC |
|
|
x |
|
|
— |
— |
— |
40a |
|
|
|
x |
x |
||
|
|
|
x |
|
— |
— |
≤ 3 100 |
40b |
|
|
|
x |
x |
|||||
SD |
|
|
|
x |
|
— |
— |
> 3 100 |
40c |
|
|
|
x |
x |
||||
|
|
|
|
x |
— |
— |
— |
40d |
|
|
|
x |
x |
|||||
DD |
CD |
|
|
x |
x |
x |
— |
≤ 6 |
— |
40e |
|
|
|
x |
x |
|||
|
|
x |
x |
x |
— |
> 6 |
— |
40f |
|
|
|
x |
x |
2. Metodu sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil għal karozzi tal-linja tqal
2.1. |
Għal karozzi tal-linja tqal, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura kompluta jew tal-vettura kkompletata, inklużi l-proprjetajiet tal-karozzerija finali u tal-unitajiet awżiljarji, għandhom jiġu riflessi fir-riżultati għall-emissjonijiet ta’ CO2 u għall-konsum tal-fjuwil. Fil-każ ta’ karozzi tal-linja tqal mibnijin fi stadji, aktar minn manifattur wieħed jista’ jkun involut fil-proċess tal-ġenerazzjoni ta’ data tal-input u ta’ informazzjoni dwar l-input u t-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni. Għall-karozzi tal-linja tqal, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu bbażati fuq iż-żewġ simulazzjonijiet differenti li ġejjin:
|
2.2. |
Jekk karozza tal-linja tqila tiġi approvata minn manifattur bħala vettura kompluta, is-simulazzjonijiet għandhom jitwettqu kemm għall-vettura primarja kif ukoll għall-vettura kompluta. |
2.3. |
Għall-vettura primarja, l-input għall-għodda ta’ simulazzjoni jkopri d-data tal-input dwar il-magna, it-trażmissjoni, it-tajers u l-informazzjoni dwar l-input għal subsett ta’ unitajiet awżiljarji (6). Il-klassifikazzjoni fi gruppi ta’ vetturi titwettaq f’konformità mat-Tabella 3 fuq il-bażi tan-numru ta’ fusien u tal-informazzjoni dwar jekk il-vettura hijiex karozza tal-linja artikolata jew le. Fis-simulazzjonijiet għall-vettura primarja, l-għodda ta’ simulazzjoni talloka sett ta’ erba’ karozzeriji ġeneriċi differenti (karozzerija b’art għolja u b’art baxxa, b’sular wieħed u b’żewġ sulari) u tissimula l-11-il profil tal-missjoni kif elenkati fit-Tabella 3 għal kull grupp ta’ vetturi għal żewġ kundizzjonijiet ta’ tagħbija differenti. Dan iwassal għal sett ta’ 22 riżultat għall-emissjonijiet ta’ CO2 u għall-konsum tal-fjuwil għal karozza tal-linja tqila primarja. L-għodda ta’ simulazzjoni tipproduċi l-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura għall-istadju inizjali (VIF1), li fih id-data neċessarja kollha li għandha tingħadda għall-istadju sussegwenti tal-manifattura. Il-VIF1 jinkludi d-data tal-input mhux kunfidenzjali kollha, ir-riżultati għall-konsum tal-enerġija (7) f’[MJ/km], l-informazzjoni dwar il-manifattur primarju u l-hashes rilevanti (8). |
2.4. |
Il-manifattur tal-vettura primarja għandu jagħmel il-VIF1 disponibbli għall-manifattur responsabbli għall-istadju tal-manifattura sussegwenti. Meta manifattur ta’ vettura primarja jipprovdi data li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-vettura primarja kif stabbiliti fl-Anness III, din id-data ma tinfluwenzax ir-riżultati tas-simulazzjoni għall-vettura primarja iżda tinkiteb fil-VIF1 sabiex titqies fi stadji aktar tard. Għal vettura primarja, l-għodda ta’ simulazzjoni tipproduċi wkoll fajl tar-rekords tal-manifattur. |
2.5. |
Fil-każ ta’ vettura interim, il-manifattur interim huwa responsabbli għal subsett ta’ data tal-input rilevanti u għall-informazzjoni tal-input għall-karozzerija finali (9). Manifattur interim ma japplikax għaċ-ċertifikazzjoni tal-vettura kkompletata. Manifattur interim għandu jżid jew jaġġorna l-informazzjoni rilevanti għall-vettura kkompletata u jopera l-għodda ta’ simulazzjoni sabiex jipproduċi verżjoni aġġornata u hashed tal-fajl ta’ informazzjoni dwar il-vettura (VIFi) (10). Il-VIFi għandu jkun disponibbli għall-manifattur responsabbli għall-istadju tal-manifattura sussegwenti. Għall-vetturi interim, il-VIFi ikopri wkoll il-kompitu ta’ dokumentazzjoni fir-rigward tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni. Ma ssir l-ebda simulazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 u/jew tal-konsum tal-fjuwil fuq vetturi interim. |
2.6. |
Jekk manifattur iwettaq modifiki fuq vettura interim, kompluta jew ikkompletata, li jkunu jeħtieġu aġġornamenti għad-data tal-input jew għall-informazzjoni tal-input allokata lill-vettura primarja (eż. bidla ta’ fus jew tat-tajers), il-manifattur li jwettaq il-modifika jaġixxi bħala manifattur tal-vettura primarja bir-responsabbiltajiet korrispondenti. |
2.7. |
Għal vettura kompluta jew ikkompletata, il-manifattur għandu jikkomplementa u, jekk ikun meħtieġ, jaġġorna d-data tal-input u l-informazzjoni tal-input għall-karozzerija finali kif trażmessi fil-VIFi mill-istadju tal-manifattura preċedenti u għandu jopera l-għodda ta’ simulazzjoni sabiex jikkalkola l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil. Għas-simulazzjonijiet f’dan l-istadju, il-karozzi tal-linja tqal huma kklassifikati fuq il-bażi tas-sitt kriterji stabbiliti fil-punt 1.2.3 fil-gruppi ta’ vetturi kif elenkati fit-Tabelli 4, 5 u 6. Sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi kompluti jew ta’ vetturi kkompletati li huma karozzi tal-linja tqal, l-għodda ta’ simulazzjoni twettaq l-istadji ta’ kalkolu li ġejjin:
|