Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0851

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/851 tat-22 ta’ Marzu 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Portugiża tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi

C/2022/1608

ĠU L 150, 1.6.2022, pp. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/851/oj

1.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/21


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/851

tat-22 ta’ Marzu 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Portugiża tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58 u l-Artikolu 61 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Portugiża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (2) fiha żbalji fl-Artikolu 17(4), fl-Artikolu 40(1)(d), fl-Anness, il-Parti 8, il-Modulu B, il-punti 3(2) u (5) li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Portugiża tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jkun hemm l-istess kundizzjonijiet għall-operaturi kollha, l-interess prevalenti tal-integrità tas-suq intern kif ukoll il-ħtieġa għal ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-9 ta’ Awwissu 2020,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-9 ta’ Awwissu 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).


Top