Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0435

Deċiżjoni (UE) 2022/435 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/275/UE dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2022/9)

ECB/2022/9

ĠU L 88, 16.3.2022, p. 196–197 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/435/oj

16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/196


DEĊIŻJONI (UE) 2022/435 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/275/UE dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2022/9)

Il-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 132 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-remunerazzjoni tad-depożiti miżmuma mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kif previst fid-Deċiżjoni 2010/275/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/4) (1) għandha tiġi allinjata mar-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern skont il-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (2), sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-remunerazzjoni ta’ depożiti komparabbli madwar l-Eurosistema.

(2)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/275/UE (BĊE/2010/4) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 5 tad-Decizjoni 2010/275/UE (BCE/2010/4) huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Remunerazzjoni

Il-kont miżmum mal-BĊE f’isem is-Selliefa għandu jiġi remunerat kif ġej:

(a)

jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun żero jew ogħla (pożittiva), b’żero fil-mija jew ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(b)

jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun inqas minn żero (negattiva), bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-4 ta’ April 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Marzu 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni 2010/275/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (BĊE/2010/4), (ĠU L 119, 13.5.2010, p. 24.)

(2)  Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).


Top