This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1465
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/1465 of 6 July 2021 amending Regulation (EU) 2019/787 of the European Parliament and of the Council as regards the definition of allusions to legal names of spirit drinks or geographical indications for spirit drinks and their use in the description, presentation and labelling of spirit drinks other than the spirit drinks to which allusion is made
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1465 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u l-użu tagħhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż għajr ix-xorb spirituż li għalih issir l-allużjoni
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1465 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u l-użu tagħhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż għajr ix-xorb spirituż li għalih issir l-allużjoni
C/2021/4867
ĠU L 321, 13.9.2021, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/12 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1465
tas-6 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u l-użu tagħhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż għajr ix-xorb spirituż li għalih issir l-allużjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/787 ikkjarifika u rriformula sostanzjalment ċerti dispożizzjonijiet relattivi għall-produzzjoni u għat-tikkettar tax-xorb spirituż u tal-oġġetti tal-ikel prodotti minn xorb spirituż bħala ingredjenti. |
(2) |
B’mod partikolari, id-definizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ allużjonijiet għall-isem ġuridiku ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ xorb spirituż jew ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż kif stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008 (2) u l-Artikolu 2(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 (3), ġew riveduti fundamentalment bir-Regolament (UE) 2019/787, li jħassar u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 b’effett mill-25 ta’ Mejju 2021. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet korrispondenti l-ġodda fl-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/787 jippermettu l-użu ta’ allużjonijiet biss fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel għajr ix-xorb spirituż u l-likuri. Konsegwentement, kwalunkwe allużjoni fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż għajr likuri mhix koperta mid-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-allużjonijiet fir-Regolament (UE) 2019/787. Dik l-għażla leġiżlattiva saret biex tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn l-allużjonijiet, regolati mill-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/787, u t-taħlitiet, irregolati mill-Artikoli 13(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament. Tabilħaqq, il-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ xarba spirituża oħra tikkwalifika bħala taħlita u konsegwentement jenħtieġ li ma tiġix ittikkettata f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għall-allużjonijiet. Madankollu, iddaħħlet eċċezzjoni fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/787 biex tippermetti l-allużjonijiet għal xorb spirituż ieħor fuq likuri, bil-ħsieb li jiġi ppreservat it-tikkettar ta’ għadd konsiderevoli ta’ prodotti li huwa meqjus bħala tradizzjonali u ġeneralment rikonoxxut mill-konsumaturi. Madankollu, id-definizzjoni l-ġdida u r-rekwiżiti għall-allużjonijiet ma ħadux kont ta’ żewġ każijiet addizzjonali ta’ metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali fejn l-allużjoni ssir għal xorb spirituż li jkun l-uniku ingredjent alkoħoliku ta’ xorb spirituż ieħor jew għal xorb spirituż li fil-bettija tiegħu jkun ġie mmaturat xorb spirituż ieħor, li l-ebda wieħed minnhom ma jikkwalifika bħala taħlita. Għalhekk, jekk ma jiġux irregolati bħala allużjonijiet, dawk il-każijiet isiru illegali skont ir-Regolament (UE) 2019/787. |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-użu ta’ isem ġuridiku ta’ kategorija ta’ xorb spirituż jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti rispettivi huma pprojbiti ħlief fil-każ ta’ termini komposti, allużjonijiet u listi tal-ingredjenti. |
(4) |
B’konsegwenza ta’ dan u wara konsultazzjoni mal-industrija tax-xorb spirituż u l-Istati Membri, kien ċar li r-riformulazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-allużjonijiet tirriżulta fil-preklużjoni tal-possibbiltà li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali fl-użu għall-produzzjoni ta’ ċertu xorb spirituż, meta tali informazzjoni tkun relatata mal-isem ta’ xorb spirituż ieħor. Dawk il-metodi jikkonsistu fl-użu ta’ xarba spirituża bħala l-bażi alkoħolika unika, mingħajr iż-żieda ta’ oġġetti tal-ikel oħra jew id-dilwizzjoni bl-ilma taħt il-qawwa alkoħolika meħtieġa għall-ipproċessar ulterjuri biex issir xarba spirituża differenti, u l-ħżin ta’ ċertu xorb spirituż għall-perjodu sħiħ ta’ maturazzjoni jew parti minnu fi btieti tal-injam li preċedentement kien fihom xarba spirituża oħra. Fil-każ tal-aħħar, għal dawk il-kategoriji ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż li għalih iż-żieda ta’ alkoħol hija pprojbita, il-btieti jridu jitbattlu mill-kontenut preċedenti tagħhom qabel ma tiġi introdotta x-xarba spirituża li tkun trid tiġi sussegwentement immaturata ġo fihom. |
(5) |
Metodi bħal dawn kienu tradizzjonalment użati fis-settur tax-xorb spirituż għal żmien twil u jenħtieġ li jkunu koperti mir-Regolament (UE) 2019/787. Fil-fatt, meta jintużaw metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali bħal dawn, l-indikazzjoni tagħhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż korrispondenti tipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni importanti u utli dwar il-prodott li jagħżlu li jixtru u jikkunsmaw u sservi bħala differenzjatur bejn marki differenti fi ħdan il-kategoriji. B’mod partikolari, biex tiġi spjegata xi ftit mill-kumplessità f’dik ix-xarba spirituża huwa essenzjali li wieħed ikun jaf x’tip ta’ btieti mmaturat fihom ix-xarba spirituża. |
(6) |
Sabiex il-produtturi jibqa’ jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu informazzjoni dwar il-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali, huwa xieraq li l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/787 jiġu emendati biex jippermettu allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż ieħor prodott skont il-metodi tranżizzjonali li ġejjin. |
(7) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ allużjonijiet għal xorb spirituż li qabel kien jinsab fi btieti li sussegwentement intużaw biex jimmaturaw xorb spirituż ieħor, id-dispożizzjoni tat-tikkettar introdotta bl-Artikolu 12(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/787, li tirrikjedi li l-allużjoni tidher f’daqs ta’ tipa li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem tax-xorb alkoħoliku u kwalunkwe terminu kompost, timponi piż sproporzjonat fuq l-industrija tal-ispirti, għax din tirrikjedi li eluf ta’ tikketti u kaxxi tal-kartun jinbidlu u tirrikjedi tibdil inutli fid-disinn li l-konsumaturi ilhom li drawh is-snin. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet tali rekwiżit l-allużjoni jagħmilha bilkemm viżibbli għall-għajn sakemm id-daqs tat-tipa tal-isem ġuridiku ma jkunx tkabbar b’mod drammatiku, li m’għandux ikun meħtieġ meta l-isem ġuridiku jkun sempliċi u b’referenza ċara għal waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jew għall-isem ta’ Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż fejn ma tinħoloq l-ebda konfużjoni potenzjali. Għalhekk, huwa xieraq li ssir deroga minn dan ir-rekwiżit ta’ tikkettar u minflok ikun rikjest li l-allużjonijiet jidhru b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar u mhux aktar prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża u, fejn jintuża, ta’ kwalunkwe terminu kompost. |
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/787 jiġi emendat kif xieraq. |
(9) |
Jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti għall-allużjonijiet bir-Regolament (UE) 2019/787 għall-allużjonijiet fuq xorb spirituż għajr likuri. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2022 biex jippermettu li x-xorb spirituż ikkonċernat ittikkettat qabel dik id-data f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 ikompli jitqiegħed fis-suq mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi ttikkettat mill-ġdid. |
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ vojt regolatorju, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika retroattivament mill-25 ta’ Mejju 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/787 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3, il-punt 3 huwa sostitwit b’li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Ix-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 12(3a) tar-Regolament (UE) 2019/787 li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti f’dak l-Artikolu u fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2019/787 kif emendat b’dan ir-Regolament iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 u li jkun ġie ttikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).