EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1017

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1017 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-limiti massimi tal-baġit għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2020/4601

OJ L 225, 14.7.2020, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/07/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1017/oj

14.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1017

tat-13 ta’ Lulju 2020

li jistabbilixxi l-limiti massimi tal-baġit għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-limiti massimi ffissati f’konformità mal-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament, mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, trid tiqies kwalunkwe żieda applikata mill-Istati Membri skont dik id-dispożizzjoni.

(2)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-limiti massimi ffissati f’konformità mal-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament, mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta l-Kummissjoni tiffissa l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, din trid tqis kwlunkwe żieda applikata mill-Istati Membri skont dik id-dispożizzjoni.

(3)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fir-rigward tal-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2020, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Fir-rigward tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament u ma jridux ikunu iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II.

(7)

Meta l-ammont total tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li saret applikazzjoni għalih fl-2020 fi Stat Membru jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza trid tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 51(2) ta’ dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru.

(8)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2020, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif applikabbli fis-sena 2020 ma japplikax fir-Renju Unit għas-sena tat-talba 2020. Għal dik ir-raġuni, ma hemmx bżonn li jiġu stabbiliti l-limiti massimi rilevanti għall-2020 għar-Renju Unit f’dan ir-Regolament.

(10)

Fir-rigward tas-sena 2020, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta’ Jannar 2020. Għal raġunijiet ta’ konsistenza bejn l-applikabbiltà ta’ dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2020 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għal erjas b’restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

6.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-ammonti massimi għall-2020 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

8.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VIII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

I.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Belġju

211 289

Id-Danimarka

530 782

Il-Ġermanja

2 941 232

L-Irlanda

825 611

Il-Greċja

1 091 170

Spanja

2 845 377

Franza

3 025 958

Il-Kroazja

149 768

L-Italja

2 118 140

Il-Lussemburgu

22 741

Malta

650

In-Netherlands

459 920

L-Awstrija

470 383

Il-Portugall

279 562

Is-Slovenja

75 223

Il-Finlandja

262 840

L-Iżvezja

399 568

II.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Bulgarija

379 289

Iċ-Ċekja

478 299

L-Estonja

110 920

Ċipru

29 643

Il-Latvja

160 460

Il-Litwanja

200 349

L-Ungerija

727 048

Il-Polonja

1 553 589

Ir-Rumanija

974 939

Is-Slovakkja

221 593

III.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament ridistributtiv imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Belġju

46 100

Il-Bulgarija

55 900

Il-Ġermanja

330 210

Franza

687 718

Il-Kroazja

33 208

Il-Litwanja

77 554

Il-Polonja

281 452

Il-Portugall

23 050

Ir-Rumanija

104 163

IV.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Belġju

144 557

Il-Bulgarija

238 888

Iċ-Ċekja

261 843

Id-Danimarka

245 627

Il-Ġermanja

1 415 187

L-Estonja

50 810

L-Irlanda

363 320

Il-Greċja

550 385

Spanja

1 468 030

Franza

2 063 154

Il-Kroazja

99 624

L-Italja

1 111 301

Ċipru

14 593

Il-Latvja

90 826

Il-Litwanja

155 108

Il-Lussemburgu

10 030

L-Ungerija

399 476

Malta

1 573

In-Netherlands

198 261

L-Awstrija

207 521

Il-Polonja

1 017 297

Il-Portugall

179 807

Ir-Rumanija

570 959

Is-Slovenja

40 283

Is-Slovakkja

118 316

Il-Finlandja

157 389

L-Iżvezja

209 930

V.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal erjas b’restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Id-Danimarka

2 657

Is-Slovenja

2 122

VI.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Belġju

9 095

Il-Bulgarija

2 771

Iċ-Ċekja

1 746

Id-Danimarka

15 556

Il-Ġermanja

47 173

L-Estonja

1 321

L-Irlanda

24 221

Il-Greċja

36 692

Spanja

97 869

Franza

68 772

Il-Kroazja

6 642

L-Italja

74 087

Ċipru

686

Il-Latvja

6 055

Il-Litwanja

6 463

Il-Lussemburgu

501

L-Ungerija

5 326

Malta

21

In-Netherlands

13 217

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

33 910

Il-Portugall

11 987

Ir-Rumanija

20 547

Is-Slovenja

2 014

Is-Slovakkja

1 706

Il-Finlandja

5 246

L-Iżvezja

13 995

VII.   L-ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Belġju

9 637

Il-Bulgarija

15 926

Iċ-Ċekja

17 456

Id-Danimarka

16 375

Il-Ġermanja

94 346

L-Estonja

3 387

L-Irlanda

24 221

Il-Greċja

36 692

Spanja

97 869

Franza

137 544

Il-Kroazja

6 642

L-Italja

74 087

Ċipru

973

Il-Latvja

6 055

Il-Litwanja

10 341

Il-Lussemburgu

669

L-Ungerija

26 632

Malta

105

In-Netherlands

13 217

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

67 820

Il-Portugall

11 987

Ir-Rumanija

38 064

Is-Slovenja

2 686

Is-Slovakkja

7 888

Il-Finlandja

10 493

L-Iżvezja

13 995

VIII.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmija fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f’eluf ta’ EUR)

Sena kalendarja

2020

Il-Belġju

80 935

Il-Bulgarija

119 444

Iċ-Ċekja

130 921

Id-Danimarka

24 135

L-Estonja

6 315

L-Irlanda

3 000

Il-Greċja

182 056

Spanja

584 919

Franza

1 031 577

Il-Kroazja

49 812

L-Italja

478 600

Ċipru

3 891

Il-Latvja

45 413

Il-Litwanja

77 554

Il-Lussemburgu

160

L-Ungerija

199 738

Malta

3 000

In-Netherlands

3 350

L-Awstrija

14 526

Il-Polonja

504 743

Il-Portugall

117 535

Ir-Rumanija

272 554

Is-Slovenja

17 456

Is-Slovakkja

59 120

Il-Finlandja

102 828

L-Iżvezja

90 970


Top