EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2014
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2014 of 11 March 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/1369 of the European Parliament and of the Council with regard to energy labelling of household washing machines and household washer-dryers and repealing Commission Delegated Regulation (EU) No 1061/2010 and Commission Directive 96/60/EC (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/1804
OJ L 315, 5.12.2019, p. 29–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2021
5.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/29 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2014
tal-11 ta’ Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew tar-riklassifikazzjoni tat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi oħra. |
(2) |
Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (2). |
(3) |
Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija ghal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (3). |
(4) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2016)773 final (4) dwar il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn stabbilit mill-Kummissjoni bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma fil-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016–2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet biex isiru studji preparatorji dwar miżuri ta’ implimentazzjoni u biex eventwalment dawn jiġu adottati, kif ukoll biex isir ir-rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (6), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 u tad-Direttiva 96/60/KE. |
(5) |
Huwa stmat li miżuri mill-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal li jwasslu total li jaqbeż 260 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030, ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma fost il-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma, bi ffrankar annwali stmat ta’ enerġija elettrika ta’ 2,5 TWh, li jwassal għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ GHG ta’ 0,8 MtCO2 ek/sena, u iffrankar stmat tal-ilma ta’ 711 miljun m3 fl-2030. |
(6) |
Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma wieħed mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 11(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1369 li għalih il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jintroduċi tikketta b’riklassifikazzjoni minn A sa G. |
(7) |
Il-Kummissjoni wettqet rieżami tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 kif meħtieġ skont l-Artikolu 7 tiegħu, tad-Direttiva 96/60/KE u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi kif ukoll l-imġiba tal-utenti fil-ħajja reali. Ir-rieżami twettaq b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u ma’ partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(8) |
Ir-rieżami kkonkluda li kien jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti riveduti dwar it-tikkettar tal-enerġija għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, u li t-tnejn jistgħu jiġu stabbiliti mill-istess Regolament dwar it-tikkettar tal-enerġija. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li jinkludi l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. |
(9) |
Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ mhux domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux domestiċi karatteristiċi għandhom karatteristiċi u użi distinti. Dawn huma soġġetti għal regolamentazzjoni oħra, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u m’għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi jenħtieġ li japplika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bl-istess karatteristiċi tekniċi, irrispettivament minn fejn ikunu qed jintużaw. |
(10) |
L-aspetti ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u tal-ilma fil-fażi tal-użu, il-ġenerazzjoni tal-iskart fi tmiem il-ħajja, l-emissjonijiet fl-arja u l-ilma fil-fażi tal-produzzjoni (minħabba l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima) u fil-fażi tal-użu (minħabba l-konsum tal-enerġija elettrika u l-iskariku tal-ilma). |
(11) |
Mir-rieżami jirriżulta li l-konsum tal-elettriku u tal-ilma minn prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jkompli jitnaqqas bl-implimentazzjoni ta’ miżuri dwar it-tikketta tal-enerġija li jiffokaw fuq distinzjoni aħjar ta’ bejn il-prodotti biex jiżguraw inċentivi għall-fornituri li jkomplu jtejbu l-effiċjenza enerġetika u l-effiċjenza tar-riżorsi tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, u billi jingħata aktar widen għall-aspettattivi tal-konsumaturi rigward l-użu ta’ programmi tal-ħasil jew ta’ programmi tal-ħasil u tat-tnixxif flimkien, b’mod partikolari fir-rigward tad-durata tagħhom. |
(12) |
It-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati favur apparati b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla. Il-fehim u r-rilevanza tal-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta ġew ikkonfermati permezz ta’ stħarriġ speċifiku tal-konsumaturi f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(13) |
Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jiġu ppreżentati fil-fieri kummerċjali jenħtieġ li jkollhom it-tikketta tal-enerġija fuqhom jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew titqiegħed fis-suq fil-fiera kummerċjali. |
(14) |
Jenħtieġ li l-parametri rilevanti tal-prodotti jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Jenħtieġ li dawk il-metodi jikkunsidraw metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(15) |
Filwaqt li tiġi rikonoxxuta ż-żieda fil-bejgħ ta’ prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ web-stores u pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet, aktar milli direttament mingħand il-fornituri, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting tal-web-stores u tal-pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet għandhom ir-responsabbiltà li juru t-tikketta pprovduta mill-fornitur qrib il-prezz. Huma għandhom jinformaw lill-fornitur dwar dan l-obbligu, iżda ma għandhomx ikunu responsabbli mill-eżattezza jew mill-kontenut tat-tikketta u mill-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti. Madankollu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet għandhom jaġixxu mingħajr dewmien biex ineħħu jew iwaqqfu l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni jekk ikunu konxji tan-nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu nieqsa, mhux kompluti jew mhux korretti) pereżempju jekk ikunu ġew informati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Fornitur li jbigħ direttament lill-utenti finali permezz tas-sit web tiegħu stess huwa kopert mill-obbligi tal-bejgħ mill-bogħod tan-negozjanti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mal-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(17) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva 96/60/KE jenħtieġ li jitħassru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar ta’, u għall-forniment tal-informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bl-elettriku mill-mejns u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bl-elettriku mill-mejns, inklużi dawk li jistgħu jitħaddmu bil-batteriji wkoll, u inklużi l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi inkorporati u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi inkorporati.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal
(a) |
magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE; |
(b) |
magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bil-batteriji u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bil-batteriji u li jistgħu jiġu konnessi mal-mejns permezz ta’ konverter AC/DC li jinxtara separatament; |
(c) |
magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ inqas minn 2 kg u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità ta’ ħasil nominali ta’ 2 kg jew inqas. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volts ta’ kurrent alternat b’50 Hz; |
(2) |
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ fejn it-tagħbija tiġi trattata kompletament mill-magna tal-ħasil mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent matul il-programm; |
(3) |
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika li tnaddaf u tlaħlaħ ħwejjeġ domestiċi bl-użu ta’ ilma u mezzi kimiċi, mekkaniċi u termali, li jkollha wkoll funzjoni ta’ tagħsir bid-dawran u li tkun iddikjarata mill-manifattur fid-Dikjarazzjoni ta’ Konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
(4) |
“magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li, minbarra l-funzjonijiet ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika, fl-istess tanbur (drum) tinkludi mezz ta’ tnixxif tat-tessuti permezz tat-tisħin u t-tidwir, u li tkun iddikjarata mill-manifattur fid-Dikjarazzjoni ta’ Konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE jew mad-Direttiva 2014/53/UE; |
(5) |
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata esklussivament:
|
(6) |
“magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata esklussivament:
|
(7) |
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’unitajiet separati kif ukoll jekk fl-istess għeluq; |
(8) |
“magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar” tfisser magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’unitajiet separati kif ukoll jekk fl-istess għeluq; |
(9) |
“punt tal-bejgħ” tfisser post fejn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, jew it-tnejn, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs. |
Għall-finijiet tal-annessi, fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet.
Artikolu 3
Obbligi tal-fornituri
1. Il-fornituri għandhom jiżguraw li:
(a) |
kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u kull magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun fornuta b’tikketta stampata fil-format kif stabbilit fl-Anness III u, għal magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar jew għal magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar, skont l-Anness X; |
(b) |
il-parametri tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti; |
(c) |
jekk rikjest b’mod speċifiku min-negozjant ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tkun disponibbli fil-forma stampata; |
(d) |
il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott; |
(e) |
kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII; |
(f) |
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tiketta, f’konformità mal-Anness VII; |
(g) |
tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika; |
(h) |
skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika. |
2. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja huma ddefiniti fl-Anness II u għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness IV.
Artikolu 4
Obbligi tan-negozjanti
Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:
(a) |
kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u kull magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri f’konformità mal-punt 1(a) tal-Artikolu 3, fejn it-tikketta għall-apparat inkorporat tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar u t-tikketta għall-apparat l-ieħor kollu b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra, fuq il-faċċata jew in-naħa ta’ fuq, tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika; |
(b) |
fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod u ta’ bejgħ bl-Internet, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII; |
(c) |
kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII; |
(d) |
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tiketta, f’konformità mal-Anness VII. |
Artikolu 5
Obbligi tal-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet
Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ dirett ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi fuq is-sit web tiegħu tal-Internet, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu ta’ displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjatur bl-obbligu li jurihom.
Artikolu 6
Metodi tal-kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 7
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2025.
B’mod partikolari, dan ir-rieżami għandu jivvaluta dan li ġej:
(a) |
il-potenzjal għal titjib fir-rigward tal-konsum tal-enerġija u tal-prestazzjoni funzjonali u ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi; |
(b) |
l-adegwatezza li jinżammu żewġ skali għall-prestazzjoni enerġetika tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi; |
(c) |
l-effikaċja tal-miżuri eżistenti biex jiksbu bidliet fl-imġiba tal-utent aħħari fix-xiri ta’ apparati b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla u ta’ programmi b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla; |
(d) |
il-possibbiltà li jiġu indirizzati l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari. |
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1061/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.
Id-Direttiva 96/60/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 10
Miżuri tranżizzjonali
Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1061/2010 tista’ tiġi magħmula disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata.
Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda meħtieġa skont il-paragrafu (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/60/KE tista’ tiġi magħmula disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tkun disponibbli fil-forma stampata.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 10 għandu jibda japplika mill-25 ta' Diċembru 2019 u l-punti 1(a) u 1(b) tal-Artikolu 3 għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (ĠU L 266, 18.10.1996, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019” (COM (2016)773 final, 30.11.2016).
(5) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21).
(7) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(9) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(11) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija ponderat mal-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu; |
(2) |
“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma definiti minn qabel u li huma ddikjarati mill-fornitur bħala xierqa għall-ħasil, għat-tnixxif jew għall-ħasil u t-tnixxif kontinwu ta’ ċerti tipi ta’ tessuti; |
(3) |
“ċiklu tal-ħasil” tfisser proċess sħiħ tal-ħasil kif definit mill-programm magħżul, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu l-ħasil, it-tlaħliħ u t-tidwir; |
(4) |
“ċiklu tat-tnixxif” tfisser il-proċess sħiħ tat-tnixxif kif definit mill-programm meħtieġ, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu t-tisħin u t-tidwir; |
(5) |
“ċiklu sħiħ” tfisser proċess tal-ħasil u tat-tnixxif, li huwa magħmul minn ċiklu tal-ħasil u ċiklu tat-tnixxif; |
(6) |
“ċiklu kontinwu” tfisser ċiklu sħiħ mingħajr interruzzjoni tal-proċess u mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent fi kwalunkwe waqt matul il-programm; |
(7) |
“kodiċi ta’ rispons rapidu” (Kodiċi QR — Quick Response) tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti; |
(8) |
“kapaċità nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, jew f’ċiklu sħiħ wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, rispettivament, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; |
(9) |
“kapaċità tal-ħasil nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, jew f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, rispettivament, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; |
(10) |
“kapaċità tat-tnixxif nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tat-tnixxif wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-programm magħżul, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; |
(11) |
“eco 40-60” tfisser l-isem tal-programm iddikjarat mill-fornitur bħala li kapaċi jnaddaf ħwejjeġ tal-qoton b’ammont normali ta’ ħmieġ li jkunu ddikjarati li jistgħu jinħaslu f’temperatura ta’ 40 °C jew 60 °C, flimkien u fl-istess ċiklu, u li għalih tirrelata l-informazzjoni fuq it-tikketta tal-enerġija u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott; |
(12) |
“effikaċja tat-tlaħliħ” tfisser il-konċentrazzjoni tal-kontenut residwu ta’ sulfonat tal-alkilbenżin lineari (LAS) fit-tessuti ttrattati wara ċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika (IR) jew iċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika (JR), espressa fi grammi/kilogramm ta’ tessuti niexfa; |
(13) |
“konsum tal-enerġija ponderat (EW)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, u b’nofs u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu; |
(14) |
“konsum tal-enerġija ponderat (EWD)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu; |
(15) |
“konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu standard” (SCE) tfisser il-konsum tal-enerġija meħud bħala referenza, bħala funzjoni tal-kapaċità nominali ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu; |
(16) |
“konsum tal-ilma ponderat (WW)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-ilma ta’ ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, u b’nofs u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, espress f’litri/ċiklu; |
(17) |
“konsum tal-ilma ponderat (WWD)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-ilma ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, espress f’litri/ċiklu; |
(18) |
“kontenut ta’ ndewwa residwali” tfisser, għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħasil; |
(19) |
“kontenut ta’ ndewwa finali” tfisser, għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fi tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif; |
(20) |
“niexef għall-armarju” tfisser l-istatus ta’ tessuti ttrattati mnixxfa f’ċiklu tat-tnixxif sakemm il-kontenut ta’ ndewwa finali jkun 0 %; |
(21) |
“durata tal-programm” (tW) tfisser it-tul ta’ żmien minn xħin jibda l-programm magħżul, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent, sa xħin jiġi indikat tmiem il-programm u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija. |
(22) |
“durata taċ-ċiklu” (tWD) tfisser, għaċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, it-tul ta’ żmien minn xħin jibda l-programm magħżul għaċ-ċiklu tal-ħasil, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent, sa xħin jiġi indikat tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija; |
(23) |
“modalità mitfi” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-mejns u ma tkun qed tipprovdi l-ebda funzjoni; il-kundizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet ta’ modalità Mitfi:
|
(24) |
“modalità Standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-mejns tal-elettriku, u tkun tipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:
|
(25) |
“netwerk” tfisser infrastruttura ta’ komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjoni (protokolli); |
(26) |
“funzjoni ta’ prevenzjoni ta’ tikmix” tfisser operazzjoni tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika wara t-tlestija ta’ programm li tipprevjeni l-ħwejjeġ milli jitkemmxu ħafna; |
(27) |
“bidu differit” tfisser kundizzjoni fejn l-utent ikun għażel dewmien speċifikat għall-bidu jew għat-tmiem taċ-ċiklu tal-programm magħżul; |
(28) |
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur lill-konsumatur biex:
|
(29) |
“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti; |
(30) |
“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili; |
(31) |
“skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones; |
(32) |
“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi. |
(1) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
ANNESS II
A. Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) tagħha kif stabbilit fit-Tabella 1.
L-EEIW ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.
Tabella 1
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika |
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) |
A |
EEIW ≤ 52 |
B |
52 < EEIW ≤ 60 |
C |
60 < EEIW ≤ 69 |
D |
69 < EEIW ≤ 80 |
E |
80 < EEIW ≤ 91 |
F |
91 < EEIW ≤ 102 |
G |
EEIW > 102 |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) tagħha kif stabbilit fit-Tabella 2.
Il-valur ta’ EEIWD taċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.
Tabella 2
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika |
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) |
A |
EEIWD ≤ 37 |
B |
37 < EEIWD ≤ 45 |
C |
45 < EEIWD ≤ 55 |
D |
55 < EEIWD ≤ 67 |
E |
67 < EEIWD ≤ 82 |
F |
82 < EEIWD ≤ 100 |
G |
EEIWD > 100 |
B. Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir
Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kontenut ta’ ndewwa residwali (D) kif stabbilit fit-Tabella 3.
Il-valur ta’ D ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.
Tabella 3
Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir
Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir |
Kontenut ta’ ndewwa residwali (D) (%) |
A |
D < 45 |
B |
45 ≤ D < 54 |
C |
54 ≤ D < 63 |
D |
63 ≤ D < 72 |
E |
72 ≤ D < 81 |
F |
81 ≤ D < 90 |
G |
D ≥ 90 |
C. Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja
Il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja kif stabbilit fit-Tabella 4.
Tabella 4
Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja
Fażi |
Klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja |
Storbju (dB) |
Tidwir |
A |
n < 73 |
B |
73 ≤ n < 77 |
|
C |
77 ≤ n < 81 |
|
D |
n ≥ 81 |
ANNESS III
A. Tikketta għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
1. TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
1.1. Tikketta
1.2. It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
I. |
il-kodiċi QR; |
II. |
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu; |
III. |
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur; |
IV. |
l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G; |
V. |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II; |
VI. |
il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV; |
VII. |
il-kapaċità nominali, f’kg, għall-programm “eco 40-60”; |
VIII. |
il-konsum tal-ilma ponderat għal kull ċiklu f’litri, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV: |
IX. |
id-durata tal-programm “eco 40-60” b’tagħbija nominali f’s:min, imqarrba sal-eqreb minuta; |
X. |
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, determinata skont il-punt B tal-Anness II; |
XI. |
l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir, espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, u l-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja, iddeterminata skont il-punt C tal-Anness II; |
XII. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2014”. |
2. DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif indikat fid-disinn hawn taħt.
Fejn:
(a) |
It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq. |
(b) |
L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad. |
(c) |
It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri. |
(d) |
Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi. |
(e) |
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed. |
(f) |
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figura ta’ hawn fuq):
|
B. Tikketta għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
1. TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
1.1. Tikketta:
1.2. It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
I. |
il-kodiċi QR; |
II. |
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu; |
III. |
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur; |
IV. |
l-iskali tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin); |
V. |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug), determinata skont l-Anness II; u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin), determinata skont l-Anness II; |
VI. |
il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug); |
VII. |
il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kW-siegħa, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin); |
VIII. |
il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin); |
IX. |
il-konsum tal-ilma ponderat għal kull ċiklu f’litri, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin); |
X. |
id-durata taċ-ċiklu bil-kapaċità nominali għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin); |
XI. |
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, determinata skont il-punt B tal-Anness II; |
XII. |
il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” u l-valur f’dB(A) re 1 pW u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ; |
XIII. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2014”. |
2. DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
Fejn:
(a) |
It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq. |
(b) |
L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad. |
(c) |
It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri. |
(d) |
Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. |
(e) |
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed. |
(f) |
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figura ta’ hawn fuq):
|
ANNESS IV
Metodi tal-kejl u kalkoli
Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.
Il-programm “eco 40-60” għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW), tat-temperatura massima, tal-konsum tal-ilma, tal-kontenut ta’ ndewwa residwali, tad-durata tal-programm, tal-effiċjenza tal-ħasil, tal-effikaċja tat-tlaħliħ, tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja fil-fażi tat-tidwir għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. Il-konsum tal-enerġija, it-temperatura massima, il-konsum tal-ilma, il-kontenut ta’ ndewwa residwali, id-durata tal-programm, l-effiċjenza tal-ħasil u l-effikaċja tat-tlaħliħ għandhom jitkejlu fl-istess ħin.
Iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (l-EEIWD), tat-temperatura massima fil-fażi tal-ħasil, tal-konsum tal-ilma, tal-kontenut ta’ ndewwa finali, tad-durata taċ-ċiklu, tal-effiċjenza tal-ħasil u tal-effikaċja tat-tlaħliħ għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. Il-konsum tal-enerġija, it-temperatura massima, il-konsum tal-ilma, il-kontenut ta’ ndewwa finali, id-durata taċ-ċiklu, l-effiċjenza tal-ħasil u l-effikaċja tat-tlaħliħ għandhom jitkejlu fl-istess ħin.
Meta jitkejlu l-parametri ta’ dan l-anness għall-programm “eco 40-60” u għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, għandha tintuża l-għażla tal-ogħla veloċità tat-tidwir għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali, b’nofs il-kapaċità nominali u, fejn rilevanti, bi kwart tal-kapaċità nominali.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-parametri għall-programm “eco 40-60” u għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandhom jitkejlu bil-kapaċità nominali biss.
Id-durata tal-programm “eco 40-60” (tW) bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, u d-durata taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (tWD) bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, huma espressi f’sigħat u minuti u mqarrba sal-eqreb minuta.
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
1. KAPAĊITÀ NOMINALI TAL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI
Il-kapaċità nominali tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha titkejjel, bl-użu taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.
Jekk il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tipprovdi ċiklu kontinwu, il-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandha tkun il-kapaċità nominali għal dan iċ-ċiklu.
Jekk il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ma tipprovdix ċiklu kontinwu, il-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandha tkun il-valur l-aktar baxx bejn dak tal-kapaċità tal-ħasil nominali tal-programm “eco 40-60” u dak tal-kapaċità tat-tnixxif nominali taċ-ċiklu tat-tnixxif li jikseb l-istatus ta’ “niexef għall-armarju”.
2. INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
2.1. L-indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Għall-kalkolu tal-EEIW, il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali jitqabbel mal-konsum tal-enerġija standard tiegħu.
(a) |
L-EEIW jiġi kkalkolat kif ġej, u jiġi mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali: EEIW = (EW/SCEW) × 100 fejn: EW huwa l-konsum tal-enerġija ponderat tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika; SCEW huwa l-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika. |
(b) |
L-SCEW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali kif ġej: SCEW = – 0,0025 × c2 + 0,0846 × c + 0,3920 fejn c hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-kapaċità tal-ħasil nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60”. |
(c) |
L-EW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu kif ġej u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali: ![]() fejn: EW,full huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali; EW,½ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali; EW,1/4 huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali; A huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għall-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali; B huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għal nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali; C huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għal kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali. Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-valur ta’ A għandu jkun 1; Il-valur ta’ B u C għandu jkun 0. Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, il-valuri tal-fatturi ta’ ponderazzjoni jiddependu mill-kapaċità nominali skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin: A = -0,0391 × c + 0,6918 B = -0,0109 × c + 0,3582 C = 1 - (A + B) fejn c hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-kapaċità tal-ħasil nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika. |
(d) |
Il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ: EW × 100 |
2.2. Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Għall-kalkolu tal-EEIWD ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, il-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali jitqabbel mal-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tiegħu.
(a) |
L-EEIWD jiġi kkalkolat kif ġej, u jiġi mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali: EEIWD = (EWD/SCEWD) × 100 fejn: EWD huwa l-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika; SCEWD huwa l-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu, taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika. |
(b) |
L-SCEWD jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali kif ġej: SCEWD = – 0,0502 × d2 + 1,1742 × d – 0,644 fejn d hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif. |
(c) |
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, l-EWD huwa l-konsum tal-enerġija bil-kapaċità nominali, imqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali. Għal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, l-EW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu kif ġej u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali: ![]() fejn: EWD,full huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali; EWD,½ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali. |
(d) |
Il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu, taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ: EWD × 100 |
3. INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAL-ĦASIL
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Iw) u l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Jw) għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sat-tieni pożizzjoni deċimali.
4. EFFIKAĊJA TAT-TLAĦLIĦ
L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (IR) u l-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (JR) għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jkunu bbażati fuq id-detezzjoni tal-markatur ta’ sulfonat tal-alkilbenżin lineari (LAS), u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali.
5. TEMPERATURA MASSIMA
It-temperatura massima milħuqa għal 5 minuti fil-ħwejjeġ li jkunu qed jiġu ttrattati fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u fiċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi ddeterminata bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
6. KONSUM TAL-ILMA PONDERAT
(1) |
Il-konsum tal-ilma ponderat (WW) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat f’litri u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:
WW = (A × WW,full + B × WW,1/2 + C × WW,1/4) fejn: WW,full huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali; WW,½ huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali; WW,1/4 huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali; A, B u C huma l-fatturi ta’ ponderazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1(c). |
(2) |
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-konsum tal-ilma ponderat huwa l-konsum tal-ilma bil-kapaċità nominali, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ.
Għal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, il-konsum tal-ilma ponderat (WWD) taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:
fejn: WWD,full huwa l-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-kapaċità nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali; WWD,½ huwa l-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’nofs il-kapaċità nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali. |
7. KONTENUT TA’ NDEWWA RESIDWALI
Il-kontenut ta’ ndewwa residwali ponderat (D) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat f’perċentwali kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru perċentwali sħiħ:
fejn:
Dfull huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
D1/2 huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
D1/4 huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
A, B u C huma l-fatturi ta’ ponderazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1(c).
8. KONTENUT TA’ NDEWWA FINALI
Għaċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, l-istatus ta’ “niexef għall-armarju” jikkorrispondi għal 0 % ta’ kontenut ta’ ndewwa finali, li huwa l-ekwilibriju termodinamiku tat-tagħbija b’kundizzjonijiet ta’ temperatura tal-arja ambjentali (ittestjati f’temperatura ta’ 20 ± 2 °C) u umdità relattiva (ittestjati f’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 %).
Il-kontenut ta’ ndewwa finali jiġi kkalkolat skont l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali.
9. MODALITAJIET B’KONSUM TAL-ENERĠIJA BAXX
Għandu jiġi mkejjel il-konsum tal-enerġija tal-modalità Mitfi (Po), tal-modalità Standby (Psm) u, fejn applikabbli, tal-modalità Bidu Differit (Pds). Il-valuri mkejla huma espressi f’W u mqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.
Waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, dawn li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati:
— |
id-displej ta’ informazzjoni, jew in-nuqqas tiegħu; |
— |
l-attivazzjoni ta’ konnessjoni man-netwerk, jew in-nuqqas tagħha. |
Jekk magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun tipprovdi funzjoni ta’ prevenzjoni ta’ tikmix, din l-operazzjoni għandha tiġi interrotta billi tinfetaħ il-bieba tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, jew permezz ta’ kwalunkwe intervent xieraq ieħor 15-il minuta qabel il-kejl tal-konsum tal-enerġija.
10. EMISSJONI TA’ STORBJU AKUSTIKU FL-ARJA
L-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi kkalkolata għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.
ANNESS V
L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
1. Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni kif stipulat fit-Tabella 5.
Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 5
Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu: |
|||||
Indirizz tal-fornitur (2) : |
|||||
Identifikatur tal-mudell: |
|||||
Parametri ġenerali tal-prodott: |
|||||
Parametru |
Valur |
Parametru |
Valur |
||
Il-kapaċità nominali (1) (kg) |
x,x |
Dimensjonijiet f’cm |
Għoli |
x |
|
Wisa’ |
x |
||||
Fond |
x |
||||
EEIW (1) |
x,x |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika (1) |
[A/B/C/D/E/F/G] (3) |
||
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil (1) |
x,xx |
L-effikaċja tat-tlaħliħ (g/kg) (1) |
x,x |
||
Il-konsum tal-enerġija f’kWh/ċiklu, ibbażat fuq il-programm “eco 40-60”. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat. |
x,xxx |
Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, ibbażat fuq il-programm “eco 40-60”. Il-konsum tal-ilma proprju jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma. |
x |
||
It-temperatura massima fit-tessuti ttrattati (1) (°C) |
Il-kapaċità nominali |
x |
Il-kontenut ta’ ndewwa residwali (1) (%) |
Il-kapaċità nominali |
x |
Nofs |
x |
Nofs |
x |
||
Kwart |
x |
Kwart |
x |
||
Il-veloċità tat-tidwir (1) (rpm) |
Il-kapaċità nominali |
x |
Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir (1) |
[A/B/C/D/E/F/G] (3) |
|
Nofs |
x |
||||
Kwart |
x |
||||
Id-durata tal-programm (1) (s:min) |
Il-kapaċità nominali |
x:xx |
Tip |
[inkorporata/indipendenti] |
|
Nofs |
x:xx |
||||
Kwart |
x:xx |
||||
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja fil-fażi tat-tidwir (1) (dB(A) re 1 pW) |
x |
Il-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja (1) (fil-fażi tat-tidwir) |
[A/B/C/D] (3) |
||
Modalità Mitfi (W) |
x,xx |
Modalità Standby (W) |
x,xx |
||
Bidu differit (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Standy man-Netwerk (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur (2): |
|||||
Dan il-prodott ġie ddisinjat biex jirrilaxxa l-joni tal-fidda waqt iċ-ċiklu tal-ħasil |
[IVA/LE] |
||||
|
|||||
Informazzjoni addizzjonali: |
|||||
Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (1) (2): |
2. Magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni kif stipulat fit-Tabella 6.
Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 6
Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu: |
|||||
Indirizz tal-fornitur (6) : |
|||||
Identifikatur tal-mudell: |
|||||
Parametri ġenerali tal-prodott: |
|||||
Parametru |
Valur |
Parametru |
Valur |
||
Il-kapaċità nominali (kg) |
Il-kapaċità nominali (5) |
x,x |
Dimensjonijiet f’cm |
Għoli |
x |
Il-kapaċità tal-ħasil nominali (4) |
x,x |
Wisa’ |
x |
||
Fond |
x |
||||
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika |
EEIW (4) |
x,x |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika |
EEIW (4) |
[A/B/C/D/E/F/G] (7) |
EEIWD (5) |
x,x |
EEIWD (5) |
[A/B/C/D/E/F/G] (7) |
||
L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil |
IW (4) |
x,xx |
L-effikaċja tat-tlaħliħ (g/kg ta’ tessuti niexfa) |
IR (4) |
x,x |
JW (5) |
x,xx |
JR (5) |
x,x |
||
Il-konsum tal-enerġija f’kWh/kg/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, bl-użu tal-programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat |
x,xxx |
Il-konsum tal-enerġija f’kWh/kg/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat |
x,xxx |
||
Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, għall-programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma |
x |
Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma |
x |
||
It-temperatura massima fit-tessuti ttrattati (°C) (4) |
Il-kapaċità tal-ħasil nominali |
x |
Il-kontenut ta’ ndewwa residwali (%) (4) |
Il-kapaċità tal-ħasil nominali |
x |
Nofs |
x |
Nofs |
x |
||
Kwart |
x |
Kwart |
x |
||
Il-veloċità tat-tidwir (rpm) (4) |
Il-kapaċità tal-ħasil nominali |
x |
Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir (4) |
[A/B/C/D/E/F/G] (7) |
|
Nofs |
x |
||||
Kwart |
x |
||||
id-durata tal-programm “eco 40-60” (s:min) |
Il-kapaċità tal-ħasil nominali |
x:xx |
id-durata taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (s:min) |
Il-kapaċità nominali |
x:xx |
Nofs |
x:xx |
Nofs |
x:xx |
||
Kwart |
x:xx |
||||
L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-fażi tat-tidwir għaċ-ċiklu tal-ħasil “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (dB(A) re 1 pW) |
x |
Il-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja għall-fażi tat-tidwir għaċ-ċiklu tal-ħasil “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali |
[A/B/C/D] (7) |
||
Tip |
[inkorporata/indipendenti] |
|
|||
Modalità Mitfi (W) |
x,xx |
Modalità Standby (W) |
x,xx |
||
Bidu differit (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Standy man-Netwerk (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur (6): |
|||||
Dan il-prodott ġie ddisinjat biex jirrilaxxa l-joni tal-fidda waqt iċ-ċiklu tal-ħasil |
[IVA/LE] |
||||
|
|||||
Informazzjoni addizzjonali: |
|||||
Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (5): |
(1) għall-programm “eco 40-60”.
(2) il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(3) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ara l-paġna 285 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) għall-programm “eco 40-60”
(5) għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif
(6) il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(7) jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
ANNESS VI
Dokumentazzjoni teknika
1.
Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:
(a) |
l-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V; |
(b) |
l-informazzjoni kif stabbilit fit-Tabella 7; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX; Tabella 7 L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
|
(c) |
fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati; |
(d) |
fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati; |
(e) |
id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV; |
(f) |
lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, li tinkludi l-identifikatur tal-mudell. |
2.
Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:
(a) |
l-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness V; |
(b) |
l-informazzjoni kif stabbilit fit-Tabella 8; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX; Tabella 8 L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
|
(c) |
fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati; |
(d) |
fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati; |
(e) |
id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV; |
(f) |
lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, li tinkludi l-identifikatur tal-mudell. |
3.
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun inkisbet permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin, jew permezz tat-tnejn:
— |
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn fornitur differenti, |
— |
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess fornitur jew ta’ fornitur differenti, |
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, fil-materjal promozzjonali tekniku, fil-bejgħ mill-bogħod u fit-telepromozzjoni, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet
1.
Fir-reklami viżivi għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
2.
Fil-materjal promozzjonali tekniku għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
3.
Kull tip ta’ bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta, ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, irid juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
4.
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, bi:
(a) |
għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi: vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz; |
(b) |
għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi: vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għaċ-ċiklu sħiħ b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz; |
(c) |
il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika; |
(d) |
il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u, |
(e) |
id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura sewda ta’ 0,5 pt b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika. |
B’deroga, jekk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati b’kulur wieħed, il-kulur tal-vleġġa f’dawk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun b’kulur wieħed.
Figura 1
Vleġġa lejn il-lemin/xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
5.
Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu għat-tikketta u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web tal-bażi tad-data dwar il-prodotti, jew billi jitlob għal kopja stampata.
6.
Fis-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għax-xerrej li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
ANNESS VIII
Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet
1.
It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fl-Anness IV. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.
2.
L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:
(a) |
għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi: tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta; |
(b) |
għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi: tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ muri fuq it-tikketta; |
(c) |
tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs ta’ tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz; |
(d) |
ikollha l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli b’kulur 100 % iswed; u, |
(e) |
ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura viżibbli b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika. Figura 2 Vleġġa lejn il-lemin/xellug ikkulurita, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata ![]() |
3.
Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza tad-displej tat-tikketta għandha tkun kif ġej:
(a) |
l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott; |
(b) |
l-immaġni għandhom iservu ta’ link mat-tikketta kif stabbilit fl-Anness III; |
(c) |
it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili; |
(d) |
it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin; |
(e) |
għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili; |
(f) |
it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera; |
(g) |
it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, murija bl-istess daqs ta’ tipa bħal dak tal-prezz. |
4.
L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3, għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodotti, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.
ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott m’għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti. |
5. |
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9. |
6. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
7. |
Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 9, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 9
Tolleranzi tal-verifika
Parametru |
Tolleranzi tal-verifika |
EW,full, EW,½, EW,1/4, EWD,full, EWD,½ |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ EW,full, EW,½, EW,1/4, EWD,full u EWD,½, rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-enerġija ponderat (EW u EWD) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ EW u EWD rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
WW,full, WW,½ WW,1/4, WWD,full, WWD,½ |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ WW,full, WW,½ WW,1/4, WWD,full u WWD,½, rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-ilma ponderat (WW u WWD) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ WW u WWD rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
Indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil (IW u JW) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ IW u Jw rispettivament, b’aktar minn 8 %. |
L-effikaċja tat-tlaħliħ (IR u JR) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ IR u JR rispettivament, b’aktar minn 1,0 g/kg. |
id-durata tal-programm jew taċ-ċiklu |
Il-valur iddeterminat (*1) tad-durata tal-programm jew taċ-ċiklu ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 5 % jew b’aktar minn 10 minuti, liema minnhom ikun l-iżgħar. |
It-temperatura massima fil-ħwejjeġ (T) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valuri ddikjarati ta’ T b’aktar minn 5K u ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ T b’aktar minn 5K. |
Dfull, D½, D1/4 |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ Dfull, D½ u D1/4, rispettivament, b’aktar minn 10 %. |
Kontenut ta’ ndewwa residwali wara l-ħasil (D) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ D b’aktar minn 10 %. |
Kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla minn 3,0 %. |
Il-veloċità tad-dawrien (S) |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ S b’aktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità mitfi (Po) |
Il-valur iddeterminat (*1) tal-konsum tal-enerġija elettrika, Po, ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 0,10 W. |
Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità standby (Psm) |
Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Psm ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas. |
Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità Bidu Differit (Pds) |
Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Pds ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas. |
Emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 2 dB re 1 pW. |
(*1) Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.
ANNESS X
Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar
Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III, li jsegwu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stipulati fl-Anness IV, għandhom japplikaw għal kwalunkwe tanbur b’kapaċità nominali ta’ 2 kg jew aktar ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u għal kwalunkwe tanbur b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 2 kg jew aktar ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar.
Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III għandhom japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar b’mod indipendenti, għajr meta t-tnabar ikunu inkorporati fl-istess għeluq u jkunu jistgħu, fil-programm “eco 40-60” jew fiċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, joperaw simultanjament biss. F’dak il-każ, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar sħaħ jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar sħaħ, kif ġej:
(a) |
il-kapaċità tal-ħasil nominali hija l-ammont totali tal-kapaċitajiet tal-ħasil nominali ta’ kull tanbur; għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, il-kapaċità nominali hija l-ammont totali tal-kapaċitajiet nominali ta’ kull tanbur; |
(b) |
il-konsum tal-enerġija u tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar huwa l-ammont totali tal-konsum tal-enerġija, jew tal-konsum tal-ilma, ta’ kull tanbur; |
(c) |
il-konsum tal-enerġija u tal-ilma taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar huwa l-ammont totali tal-konsum tal-enerġija, jew tal-konsum tal-ilma, ta’ kull tanbur; |
(d) |
l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità tal-ħasil nominali u tal-konsum tal-enerġija; għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità nominali u tal-konsum tal-enerġija; |
(e) |
id-durata hija d-durata tal-itwal programm “eco 40-60”, jew tal-itwal ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, li jitħaddem f’kull tanbur; |
(f) |
il-kontenut ta’ ndewwa residwali wara l-ħasil jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata, skont il-kapaċità nominali ta’ kull tanbur; |
(g) |
għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, il-kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif jiġi mkejjel individwalment għal kull tanbur; |
(h) |
il-kejl ta’ modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja u tal-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja huwa applikabbli għall-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika sħiħa. |
L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jinkludu u jippreżentaw b’mod konġunt l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness V u l-Anness VI rispettivament, għat-tnabar kollha li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness.
Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi VII u VIII japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness.
Il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX tapplika għall-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar sħiħa u għall-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar sħiħa, u t-tolleranzi tal-verifika japplikaw għal kull wieħed mill-parametri ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ dan l-anness.