This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0761
Council Decision (CFSP) 2019/761 of 13 May 2019 amending Decision 2014/486/CFSP on the European Union Advisory Mission for Civilian Security Sector Reform Ukraine (EUAM Ukraine)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/761 tat-13 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/761 tat-13 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
ST/8004/2019/INIT
ĠU L 125, 14.5.2019, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/761
tat-13 ta' Mejju 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine). |
(2) |
Fl-20 ta' Novembru 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2161 (2), li estendiet il-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta' Mejju 2019 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja għall-istess perijodu. Fit-18 ta' Diċembru 2017 dak l-ammont ta' referenza żdied permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2371 (3). |
(3) |
Fil-5 ta' Marzu 2019, wara r-rieżami strateġiku tal-EUAM Ukraine, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-EUAM Ukraine tiġi estiża sal-31 ta' Mejju 2021. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/486/PESK jenħtieġ li tiġi estiża sal-31 ta' Mejju 2021. |
(5) |
L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Mejju 2021 għandu jkun ta' EUR 54 138 700.”; |
(2) |
fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandha tapplika sal-31 ta' Mejju 2021.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2161 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 48).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2371 tat-18 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 34).