This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0086
Council Decision (CFSP) 2019/86 of 21 January 2019 amending Decision (CFSP) 2018/1544 concerning restrictive measures against the proliferation and use of chemical weapons
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/86 tal-21 ta' Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/86 tal-21 ta' Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
ST/15749/2018/INIT
ĠU L 18I, 21.1.2019, p. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 18/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/86
tal-21 ta' Jannar 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1). |
(2) |
Minħabba t-theddida kontinwa ppreżentata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi, jenħtieġ li disa' persuni u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544. |
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta' Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25).
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544:
“A. PERSUNI FIŻIĊI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
||
|
magħruf ukoll bħala: Tarq Yasmina Sess: raġel Titlu: Kurunell; Nazzjonalità: Sirjana |
Tariq Yasmina jaġixxi bħala l-uffiċjal ta' kuntatt bejn is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) u l-Palazz Presidenzjali, u, bħala tali, huwa mdaħħal fl-użu u t-tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Mohammed Khaled Nasri; Haled Natsri;
Sess: raġel Titlu: Kap tal-Istitut 1000 tal-SSRC; Nazzjonalità: Sirjana |
Khaled Nasri huwa d-Direttur tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Zughib, Zgha'ib, Zughayb; Titlu: Dottor, Kap tal-Istitut 2000 tal-SSRC; Sess: raġel Nazzjonalità: Sirjana |
Walid Zughaib huwa d-Direttur tal-Istitut 2000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp mekkaniku u l-produzzjoni għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Ahmad; Titlu: Kurunell, Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà fl-Istitut 1000 tal-SSRC; Sess: raġel Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1967; Nazzjonalità: Sirjana |
Firas Ahmed huwa d-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. Kien imdaħħal fit-trasferiment u l-ħabi ta' materjali marbuta ma' armamenti kimiċi wara l-adeżjoni tas-Sirja mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa'id Sa'id, Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 5000) tal-SSRC; Sess: raġel Data tat-twelid: 11 ta' Diċembru 1955 |
Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 5000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
||
|
Анатолий Владимирович ЧЕПИГА, magħruf ukoll bħala Ruslan BOSHIROV Sess: raġel Dati tat-twelid: 5 ta' April 1979; 12 ta' April 1978 Postijiet tat-twelid: Nikolaevka, Amur Oblast, Russja; Dushanbe, Taġikistan |
Anatoliy Chepiga (magħruf ukoll bħala Ruslan Boshirov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkuża lil Ruslan Boshirov b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; bl-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; bl-użu u l-pussess ta' Novichok; u b'offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
||
|
Александр Евгеньевич МИШКИН, magħruf ukoll bħala Alexander PETROV Sess: raġel Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1979 Postijiet tat-twelid: Loyga, Russja; Kotlas, Russja |
Alexander Mishkin (magħruf ukoll bħala Alexander Petrov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkużah b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; l-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; użu u pussess ta' Novichok; u offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
||
|
Владимир Степанович АЛЕКСЕЕВ Sess: raġel Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU |
Vladimir Stepanovich Alexseyev huwa L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU). Minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu fil-GRU, Alexseyev huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
||
|
Игорь Олегович КОСТЮКОВ Sess: raġel Titlu: Kap tal-GRU |
Igor Olegovich Kostyukov, minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU) f'dak iż-żmien, huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
B. PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
|||||
|
magħruf ukoll bħala Centre d'Études et de Recherches Scientifiques (CERS), Centre de Recherche de Kaboun Indirizz:
|
Is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) huwa l-entità prinċipali tar-reġim Sirjan għall-iżvilupp ta' armamenti kimiċi. L-SSRC huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi, kif ukoll il-missili li jġorruhom, li jintużaw f'għadd ta' siti fis-Sirja. |
21.1.2019” |