EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1480
Commission Regulation (EU) 2018/1480 of 4 October 2018 amending, for the purposes of its adaptation to technical and scientific progress, Regulation (EC) No 1272/2008 of the European Parliament and of the Council on classification, labelling and packaging of substances and mixtures and correcting Commission Regulation (EU) 2017/776 (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta' Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta' Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/6348
OJ L 251, 5.10.2018, p. 1–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1480
tal-4 ta' Ottubru 2018
li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(5) u l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-Tabella 3.1 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I tal-istess Regolament. |
(2) |
Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi u għall-aġġornar jew it-tħassir tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi oħrajn lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Abbażi tal-opinjonijiet dwar dawk il-proposti maħruġa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija (RAC), u abbażi tal-kummenti li waslu mingħand il-partijiet konċernati, jixraq li jiġu introdotti, aġġornati jew imħassra l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tħassru b'effett mill-1 ta' Ġunju 2015. B'riżultat ta' dan, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 (4) biex tneħħiet it-Tabella 3.2. Dik l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2017. L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kien suġġett għal emendi ġodda, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (5) biex tħassru r-referenzi għat-Tabella 3.2, ir-referenzi għat-Tabella 3.1 inqalbu għal referenzi għat-Tabella 3 u tneħħew ir-referenzi għad-Direttivi mħassra. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/776, il-parti l-kbira ta' dawn l-emendi kellhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017, filwaqt li l-emendi li fadal ġew iddikjarati li japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2018. Madankollu, minħabba żvista, l-Artikolu 2(2) naqas milli jelenka żewġ emendi oħra li kellhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017, inkluż b'mod partikolari l-emenda li tbiddel l-isem tat-Tabella minn “Tabella 3.1” għal “Tabella 3”. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/776 jenħtieġ għalhekk jiġi kkoreġut sabiex jinkludi referenza għal dawn iż-żewġ emendi. Din il-korrezzjoni, għalkemm għandha l-effett li tapplika ż-żewġ emendi retroattivament, ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-manifatturi, l-importaturi, l-utenti downstream jew il-fornituri. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/776 emenda wkoll l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 biex żied il-valuri armonizzati tal-“Istima tat-Tossiċità Akuta” (ATE) fit-Tabella 3.1 bħala parti mill-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta' ċerti sustanzi għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni ta' taħlitiet. L-ATE introdotta għan-nikotina ġiet espressa f'mg/kg. Sabiex jiġi kkjarifikat kif it-taħlitiet li fihom in-nikotina għandhom jiġu kklassifikati, l-ATE għar-rotot orali u dermali għan-nikotina jenħtieġ, minflok, tiġi espressa “f'mg/kg bw” (6). L-ATEs għal tliet sustanzi oħra, jiġifieri l-kolekalċiferol, 1,2-diidrossibenżin u l-pinossaden jenħtieġ jiġu espressi wkoll bl-istess mod. Barra minn hekk, fit-titlu tal-kolonna ta' qabel tal-aħħar tat-Tabella 3.1, jenħtieġ tiżdied nota ta' qiegħ il-paġna li tindika xi tfisser l-abbrevjazzjoni “mg/kg bw”. |
(5) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/669 (7) jipprovdi traduzzjoni tal-ismijiet tas-sustanzi inklużi fit-Tabella 3.1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. B'konsegwenza ta' dan, it-titlu tat-tieni kolonna ta' dik it-Tabella, li attwalment tirreferi għal “Identifikazzjonijiet Internazzjonali tal-Kimiki”, jenħtieġ jiġi emendat biex iqis il-fatt li l-“Identifikazzjonijiet Internazzjonali tal-Kimiki” se jitilfu l-karattru internazzjonali tagħhom ladarba r-Regolament li jipprevedi t-traduzzjoni tagħhom fl-Anness VI ssir applikabbli. Għal raġunijiet ta' konsistenza, din l-emenda jenħtieġ tidħol fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ it-traduzzjoni tal-ismijiet fl-Anness VI. It-titolu l-ġdid għandu jirrifletti t-terminoloġija użata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(6) |
Il-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati ma għandhiex tkun meħtieġa minnufih, billi jenħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex il-fornituri jkunu jistgħu jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew reveduti u biex ibigħu l-ħażniet eżistenti. Dak il-perjodu ta' żmien se jkun neċessarju wkoll sabiex il-fornituri jadattaw għal obbligi leġiżlattivi oħra li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati għas-sustanzi u biex jikkonformaw magħhom, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 22(f) jew fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dawk stipulati fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew dawk tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu li dispożizzjonijiet ġodda jiġu applikati fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri jenħtieġ jitħallew japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati, u jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja sad-data tal-applikazzjoni ta' dawk il-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew aġġornati. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) 2017/776
Fir-Regolament (UE) 2017/776, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) jinbidel b'dan li ġej:
“Fl-Anness, il-punt (1), il-punt (2) u l-punti (a), (b) u (c) tal-punt (3) japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) u l-punt (a) tal-punt (2) tal-Anness japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2019.
Il-punti (b), (c), (d) u (e) tal-punt (2) tal-Anness japplikaw mill-1 ta' Mejju 2020.
B'deroga mit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu, is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu, qabel l-1 ta' Mejju 2020, jiġu klassifikati, ittikkettati u mballaġġati b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b'dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(3) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 tad-19 ta' Lulju 2016 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 11).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).
(6) Il-piż tal-ġisem
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/669 tas-16 ta' April 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 115, 4.5.2018, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti 1, l-intestatura tal-punt 1.1.1.4 tinbidel b'dan li ġej: “Isem kimiku”; |
(2) |
fil-Parti 3, it-Tabella 3.1 hija emendata kif ġej:
|