EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2058

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2058 tal-10 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7431

OJ L 294, 11.11.2017, p. 29–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2058/oj

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2058

tal-10 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u għall-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-inċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta' azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 (6), li mbagħad ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 (7).

(3)

Billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jistipula li l-miżuri previsti fih għandhom jiġu riveduti sat-30 ta' Ġunju 2016, u biex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tas-sitwazzjoni u d-dejta ta' okkorrenza għall-2015 u għall-2016 dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (8) iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (10) u għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi għal dawn ir-Regolamenti kif xieraq.

(5)

Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li tqieset aktar minn 132 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fi prodotti alimentari għajr iċ-ċanga u aktar minn 527 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fiċ-ċanga, provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b'rabta mal-ħames u mas-sitt staġun ta' tkabbir (Jannar 2015 sa Diċembru 2016) wara l-inċident.

(6)

Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma ġie osservat l-ebda qbiż tal-livelli massimi ta' radjuattività f'għalf u f'ikel li joriġina minn Akita matul il-ħames u s-sitt staġun ta' tkabbir wara l-inċident u ma għadux neċessarju li jkun meħtieġ li jittieħdu kampjuni u li ssir analiżi tal-għalf u tal-ikel alimentari li joriġinaw fil-prefetturi ta' Akita fir-rigward tal-preżenza ta' radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(7)

Għal prodotti tal-għalf u tal-ikel alimentari li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-dejta ta' okkorrenza pprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi għas-snin 2014, 2015 u 2016, huwa xieraq li jitneħħa r-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għar-ross u prodotti derivati minnu. Għal għalf u prodotti alimentari oħra li joriġinaw f'dik il-prefettura, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(8)

Fir-rigward tal-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Iwate u Chiba, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ, il-ħut u l-prodotti tas-sajd u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u s-sitt staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal xi wħud minn dawk il-prodotti bażiċi tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw minn ċerti prefetturi, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(9)

Fir-rigward tal-prefetturi ta' Akita, Yamagata u Nagano, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li ma għadux meħtieġ li jittieħdu l-kampjuni u li ssir analiżi tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta' Akita u huwa xieraq li t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ma jkunux meħtieġa aktar qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, mill-prefetturi ta' Yamagata u Nagano.

(10)

Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun ta' tkabbir tipprovdi evidenza li huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta' Shizuoka, Yamanashi u Niigata.

(11)

Filwaqt li titqies id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun tat-tkabbir, huwa xieraq li jiġu strutturati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 b'mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li għalihom jibqa' l-obbligu tal-kampjunar u tal-analiżi qabel l-esportazzjoni fl-Unjoni tal-istess tip ta'għalf u prodotti alimentari.

(12)

Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unjoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma nstab ebda nuqqas ta' konformità għal aktar minn ħames snin. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm frekwenza baxxa ta' kontrolli waqt l-importazzjoni.

(13)

Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 meta r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi dwar il-preżenza ta' radjuattività tal-ikel u tal-għalf tas-seba' u tat-tmien staġuni ta' tkabbir (2017 u 2018) wara l-aċċident ikunu disponibbli, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2019.

(14)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel, inkluż ikel ta' importanza minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (*1) (‘il-prodotti’) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta':

(*1)  ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2”."

(2)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu (1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Kull kunsinna tal-għalf u tal-prodotti alimentari msemmija u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM msemmija fl-Anness II u tal-għalf kompost u tal-prodotti alimentari li jkun fiha aktar minn 50 % tat-tali għalf u prodotti alimentari li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida oriġinali mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6”;

(b)

Il-paragrafu (3)(c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-prodott huwa kkunsinnat iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u li ma jkunx ġie espost għal radjuattività matul it-tranżitu u l-proċessar; jew”

(c)

il-paragrafu (4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Ħut u prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness II li nqabdu jew inħasdu fl-ibħra tal-kosta tal-prefetturi ta' Fukushima, Gunma, Tochigi, Miyagi, Ibaraki, Chiba jew Iwate għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi, irrispettivament minn fejn jiġu żbarkati dawn il-prodotti.”

(3)

L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta' Ġunju 2019.”

(4)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(5)

L-Anness II jinbidel mit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Il-kunsinni tal-għalf u tal-prodotti alimentari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/6 li telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 qabel l-emenda tiegħu b'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011 (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta' Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta' Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 5).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'għalf wara inċident nukleari jew f'xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78)


ANNESS I

ANNESS I

Livelli massimi għall-ikel  (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Ikel għat-trabi u tfal żgħar

Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib

Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat

Ikel ieħor

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

50 (2)

50 (2)

10 (2)

100 (2)


Livelli massimi għall-għalf  (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat u għaż-żwiemel

Għalf maħsub għall-ħnieżer

Għalf maħsub għat-tjur

Għalf għall-ħut (5)

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

100 (4)

80 (4)

160 (4)

40 (4)


(1)  Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.

Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5.

Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux iffermentat. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te mnixxef huwa ta' 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta' 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxef jiżgura li l-livell fit-te msajjar ma jaqbiżx il-livell massimu ta' 10 Bq/kg.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.

(3)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

(4)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.

(5)  Bl-eċċezzjoni ta' għalf għall-ħut ornamentali.


ANNESS II

ANNESS II

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

(a)

prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta':

aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u aċċola ta' denbha isfar (Seriola spp.) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

aċċola (Seriola dumerili) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

awrata Ġappuniża (Pagrus major) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

trevall abjad (Pseudocaranx dentex) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

tonna (Thunnus orientalis) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

fażola tas-sojja u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1201 90 00, 1208 10 00 u 1507;

butterbur ġgant jew butterbur Ġappuniż (fuki) (Petasites japonicus) u prodotti derivati minnhom li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

rimja tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

felċi (Pteridium aquilinum) u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

kakì (Ġappuniż) (Diospyros sp.) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0810 70 00, ex 0811 90, ex 0812 90 u ex 0813 50;

(b)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Miyagi

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta':

aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u aċċola ta' denbha isfar (Seriola spp.) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

aċċola (Seriola dumerili)li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

awrata Ġappuniża (Pagrus major) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

trevall abjad (Pseudocaranx dentex) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

tonna (Thunnus orientalis) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

rimja tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

felċi (Pteridium aquilinum) u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(c)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Nagano

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(d)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Chiba jew Iwate:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta':

aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u aċċola ta' denbha isfar (Seriola spp.) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

ċervjola (Seriola dumerili) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

awrata Ġappuniża (Pagrus major) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

trevall abjad (Pseudocaranx dentex) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

tonna (Thunnus orientalis) li taqa' taħt il-kodiċijiet ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

rimja tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(e)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Yamanashi, Shizuoka jew Niigata:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(f)

prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (e) ta' dan l-Anness.


ANNESS III

ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top