EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0006

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta' Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 3, 6.1.2016, p. 5–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/11/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/6/oj

6.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/6

tal-5 ta' Jannar 2016

li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklide f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta' azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (3), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 (5), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (6).

(3)

Billi l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 322/2014 tistipula li l-miżuri previsti fih għandhom jiġu riveduti sal-31 ta' Marzu 2015, u biex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tas-sitwazzjoni u d-dejta ta' okkorrenza għall-2014 dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 u li jiġi adottat Regolament ġdid.

(4)

Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li ġiet meqjusa aktar minn 81 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel għajr iċ-ċanga u aktar minn 237 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fiċ-ċanga, provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b'rabta mar-raba' staġun ta' tkabbir wara l-inċident.

(5)

Xarbiet alkoħoliċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2203 sa 2208 ma għadhomx jiġu espliċitament esklużi mill-ambitu billi r-rekwiżiti fir-rigward tal-kampjunar u l-analiżi u tad-dikjarazzjoni japplikaw għal lista definita ta' għalf u ikel.

(6)

Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma għadhiex teħtieġ il-kampjunar u l-analiżi tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefetturi ta' Aomori u Saitama dwar il-preżenza ta' radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(7)

Għal prodotti tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima, il-kriterju ta' nuqqas ta' konformità li nstab mill-awtoritajiet Ġappuniżi għal sentejn konsekuttivi (2013 u 2014), ġie użat għar-reviżjoni attwali biex jitneħħa r-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għal dawk il-prodotti tal-għalf u tal-ikel. Għal ikel u għalf ieħor li joriġina f'dik il-prefettura, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(8)

Huwa xieraq li jiġu ppreżentati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament b'mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li minnhom l-istess għalf u ikel iridu jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(9)

Fir-rigward tal-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Iwate u Chiba, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ, prodotti tas-sajd, ir-ross, il-fażola tas-sojja, il-qamħ saraċin u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. L-istess rekwiżiti japplikaw għal oġġetti tal-ikel komposti li fihom aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti. Id-dejta tal-okkorrenza tar-raba' staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal għadd sinifikanti ta' dawk il-prodotti tal-għalf u tal-ikel, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(10)

Fir-rigward tal-prefetturi ta' Akita, Yamagata u Nagano, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tar-raba' staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal pjanta selvaġġa waħda li tittiekel, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma tiġi esportata lejn l-Unjoni. Min-naħa l-oħra, minħabba s-sejbiet ta' nuqqas ta' konformità fi pjanta selvaġġa waħda li tittiekel, huwa xieraq li jinħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' din il-pjanta selvaġġa li tittiekel li toriġina minn dawk il-prefetturi.

(11)

Id-dejta tal-okkorrenza tar-raba' staġun ta' tkabbir tipprovdi evidenza li huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi, qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta' Shizuoka, Yamanashi u Niigata. B'riżultat tas-sejba ta' nuqqas ta' konformità fi pjanta selvaġġa li tittiekel, huwa xieraq li jinħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' din il-pjanta selvaġġa li tittiekel li toriġina minn dawk il-prefetturi.

(12)

Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma nstab ebda nuqqas ta' konformità għal aktar minn tliet snin. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-frekwenza tal-kontrolli waqt l-importazzjoni tinżamm baxxa u li li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha.

(13)

Il-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża, stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 322/2014, ma għadhomx rilevanti għall-għalf u l-ikel attwalment importati mill-Ġappun u għalhekk ma għandhomx jissemmew aktar f'dan ir-Regolament.

(14)

Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi dwar il-preżenza ta' radjuattività tal-ikel u tal-għalf tal-ħames staġun ta' tkabbir (2015) wara l-inċident ikunu disponibbli, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2016. Il-kriterji tal-analiżi se jiġu ddeterminati fil-mument tal-analiżi.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (7) (“il-prodotti”) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta':

(a)

prodotti li jkunu nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011;

(b)

kunsinni personali ta' għalf u ikel li joriġinaw minn annimali li huma koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (8);

(c)

kunsinni personali tal-għalf u l-ikel ħlief dawk li joriġinaw mill-annimali li mhumiex kummerċjali u għal persuna naturali għal konsum u użu personali biss. F'każ ta' dubju, l-oneru tal-provi huwa fuq min jirċievi l-kunsinna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “kunsinna” tfisser:

Għal prodotti li għalihom huwa meħtieġ mill-Artikolu 5 il-kampjunar u l-analiżi, kwantità ta' kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, koperta mill-istess dokument/i, imwassla bl-istess mezz ta' trasport u ġejja mill-istess prefettura tal-Ġappun;

Għal prodotti oħra li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kwantità ta' kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, koperta mill-istess dokument/i, imwassla bl-istess mezz ta' trasport u ġejja minn prefettura waħda jew aktar tal-Ġappun, fil-limiti stipulati mid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

Il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss jekk huma konformi ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Livelli massimi ta' ċesju-134 u ċesju-137

Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livell massimu tat-total ta' ċesju-134 u ċesju-137 kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni ta' ċerti prodotti

1.   Kull kunsinna ta' faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd bl-eċċezzjoni ta' arzell, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniża), butterbur ġgant jew Ġappuniż (fuki), Aralia spp. rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew xi prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li joriġina jew li ġej mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun.

3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:

(a)

il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta' Marzu 2011; jew

(b)

il-prodott ma jkunx oriġina u ma jkunx ġie kkunsinnat minn xi wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II (9), li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott; jew

(c)

il-prodott huwa kkunsinnat iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u li ma ġiex espost għal radjuattività matul it-tranżitu; jew

(d)

il-prodott joriġina f'wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi; jew

(e)

meta mhijiex magħrufa l-oriġini tal-prodott jew tal-ingredjenti tiegħu preżenti f'aktar minn 50 %, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi.

4.   Ħut u prodotti tas-sajd li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi ta' Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Chiba jew Iwate għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi, irrispettivament minn fejn jiġu żbarkati dawn il-prodotti.

Artikolu 6

Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni

1.   Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness III.

2.   Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta' entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.

3.   Għall-prodotti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 5(4), id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi.

Artikolu 7

Identifikazzjoni

Kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul jew fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) u fuq id-dokument sanitarju li jakkumpanja l-kunsinna.

Artikolu 8

Postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u punti deżinjati tad-dħul

1.   Il-kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni mill-punti deżinjati tad-dħul skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (10) (minn hawn 'il quddiem “il-punt deżinjat tad-dħul”).

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (11). Dawn il-kunsinni għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni minn post tal-ispezzjoni fil-fruntiera fis-sens tal-punt (g) tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 9

Notifika minn qabel

1.   L-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel il-wasla ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1).

2.   Għall-fini tan-notifika minn qabel, l-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jimlew:

(a)

għall-prodotti ta' oriġini mhux mill-annimali: Il-Parti I tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (DKD) imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, filwaqt li jirreferu għan-noti gwida tad-DKD stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament; għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-Kaxxa I.13 tad-DKD jista' jkun fiha aktar minn kodiċi ta' komodità waħda.

(b)

għal ħut u prodotti tas-sajd: id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (DVKD) stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (12).

Id-dokument rispettiv għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-punt deżinjat tad-dħul jew fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, mill-anqas jumejn tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.

Artikolu 10

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera jew tal-punt deżinjat tad-dħul għandhom iwettqu dawn il-kontrolli fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1):

(a)

kontrolli tad-dokumenti tal-kunsinni kollha;

(b)

kontrolli aleatorji tal-identità u kontrolli aleatorji fiżiċi, inkluża analiżi laboratorja għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137. Ir-riżultati analitiċi għandhom ikunu disponibbli fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

2.   Jekk ir-riżultat tal-analiżi laboratorja jagħti evidenza li l-garanziji stipulati fid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies li mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u l-miżuri kollha li jittieħdu wara li jkun hemm nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel.

Artikolu 12

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentanti tagħhom, tad-DKD mimlija kif suppost mill-awtorità kompetenti wara li jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera jekk fil-kaxxa II.14 l-awtorità kompetenti tindika li taqbel ma' din id-deċiżjoni u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/78/KE. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-kunsinni għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 136/2004.

Artikolu 13

Prodotti li mhumiex konformi

Il-prodotti li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Dawn il-prodotti għandhom jintremew b'mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-Ġappun.

Artikolu 14

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel il-30 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 huwa mħassar.

Artikolu 16

Dispożizzjoni tranżitorja

B'deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

huma konformi mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014, u

(b)

ikunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew telqu mill-Ġappun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda qabel l-1 ta' Frar 2016 u huma akkumpanjati minn dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 li tkun inħarġet qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011. (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad- 29 ta' Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta' Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1).

(9)  Il-lista ta' prodotti fl-Anness II hija mingħajr preġudizju għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).


ANNESS I

Livelli massimi għall-ikel  (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Ikel għat-trabi u għal tfal żgħar

Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib

Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat

Ikel ieħor

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

50 (2)

50 (2)

10 (2)

100 (2)


Livelli massimi għall-għalf  (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat u ż-żwiemel

Għalf maħsub għall-ħnieżer

Għalf maħsub għat-tjur

Għalf għall-ħut (5)

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

100 (4)

80 (4)

160 (4)

40 (4)


(1)  Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.

Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5.

Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux iffermentat. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te mnixxef huwa ta' 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta' 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxef jiżgura li l-livell fit-te msajjar ma jaqbiżx il-livell massimu ta' 10 Bq/kg.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87.

(3)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

(4)  Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).

(5)  Bl-eċċezzjoni ta' għalf għall-ħut ornamentali.


ANNESS II

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju--134 u ċ-ċesju--137

(a)

prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 u 1605 ħlief għall-arzell li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 0307 21, 0307 29 u 1605 52 00;

ross u prodotti derivati minnu li jaqgħu fi taħt il-kodiċijiet NM 1006, 1102 90 50, 1103 19 50, 1103 20 50, 1104 19 91, 1104 19 99, 1104 29 17, 1104 29 30, 1104 29 59, 1104 29 89, 1104 30 90, 1901, 1904 10 30, 1904 20 95, 1904 90 10 u 1905 90;

fażola tas-sojja u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1201 90, 1208 10 u 1507;

butterbur ġgant jew butterbur Ġappuniż (fuki) (Petasites japonicus) u prodotti derivati minnhom li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

rema tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90, 2004 90 u 2005 91;

bracken (Pteridium aquilinum) u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

koxjabura (nibt tal-Eleuterococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

royal fern Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

kakì (Ġappuniż) (Diospyros sp.) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0810 70 00, 0810 90, 0811 90, 0812 90 and 0813 50;

(b)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Chiba jew Iwate:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 u 1605 ħlief għall-arzell li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 0307 21, 0307 29 u 1605 52 00;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

rema tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90, 2004 90 u 2005 91;

bracken (Pteridium aquilinum) u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

royal fern Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

koxjabura (nibt tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

(c)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Akita, Yamagata jew Nagano:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

rema tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90, 2004 90 u 2005 91;

royal fern Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

koxjabura (nibt tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

(d)

prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Yamanashi, Shizuoka jew Niigata:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80;

koxjabura (nibt tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

(e)

prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (d) ta' dan l-Anness.


ANNESS III

Dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta'

…(Prodott u pajjiż ta' oriġini)

Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-LottNumru tad-Dikjarazzjoni

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun wara l-inċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima,

(ir-rappreżentant awtorizzat imsemmi fil-paragrafi 2 jew 3 tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6)

JIDDIKJARA li … …(il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6) ta' din il-kunsinna magħmula minn: … …(deskrizzjoni tal-kunsinna, prodott, l-għadd u t-tip ta' pakketti, tal-piż gross jew nett) imbarkata fi …(il-post tal-imbarkazzjoni) fi …(id-data tal-imbarkazzjoni) minn …(identifikazzjoni tat-trasportatur) lejn …(il-post u l-pajjiż ta' destinazzjoni) li ġejja mill-istabbiliment … …(l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment)

hija konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137.

JIDDIKJARA li l-kunsinna tikkonċerna:

faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011;

faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li ma joriġinawx u li mhumiex ikkunsinnati minn waħda minn dawn il-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li għalihom huma meħtieġa t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' dan il-prodott;

faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li huma kkunsinnati minn, iżda ma joriġinawx f'waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li għalihom huma meħtieġa t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' dan il-prodott u ma ġewx esposti għal radjuattività matul it-tranżitu;

faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti, li joriġinaw f'waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li għalihom huma meħtieġa t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' dan il-prodottuli tteħdulhom kampjuni dwar …(data) u soġġetti għal analiżi laboratorja fi …(data) fil- …(isem il-laboratorju), biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż;

faqqiegħ, ħut u prodotti tas-sajd, ross, żrieragħ tas-sojja, kaki (Ġappuniż), butterbur ġgant Ġappuniż (fuki), Aralia spp., rema tal-bambù, bracken, royal fern Ġappuniż, fern tan-nagħma u koxjabura ta' oriġini mhix magħrufa jew prodotti derivati minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawk il-prodotti bħala ingredjent(i) ta' oriġini mhix magħrufa, li tteħdulhom kampjuni fil- …(data) u ġew soġġetti għal analiżi laboratorja fil- …(data) fil- …(isem il-laboratorju), biex jiġi determinat il-livell ta' radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż.

Magħmul fi …fi …

Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 6(2) jew (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6


Top