Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1659

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1659 tat-13 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (notifikata bid-dokument C(2016) 5748) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/5748

    ĠU L 247, 15.9.2016, p. 22–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1659/oj

    15.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/22


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1659

    tat-13 ta' Settembru 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali

    (notifikata bid-dokument C(2016) 5748)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16f tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ifformulata fl-24 ta' Novembru 2014 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Erbali,

    Billi:

    (1)

    Melaleuca alternifolia (Maiden u Betch) Cheel, M. linariifolia Smith, M. dissitiflora F. Mueller u/jew speċijiet oħrajn ta' Melaleuca, aetheroleum jistgħu jiġu kkunsidrati bħala sustanza erbali, preparazzjoni erbali jew kombinazzjoni tagħhom fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE u hija konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva.

    (2)

    Għalhekk jixraq li Melaleuca alternifolia (Maiden u Betch) Cheel, M. linariifolia Smith, M. dissitiflora F. Mueller u speċijiet oħrajn ta' Melaleuca, aetheroleum jiġu inklużi fil-lista tas-sustanzi erbali, preparazzjonijiet u kombinazzjonijiet tagħhom għall-użu fil-prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2).

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2008/911/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati b'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE tal-21 ta' Novembru 2008 li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42).


    ANNESS

    Id-Deċiżjoni 2008/911/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, is-sustanza li ġejja tiddaħħal wara Hamamelis virginiana L.:

    Melaleuca alternifolia (Maiden u Betch) Cheel, M. linariifolia Smith, M. dissitiflora F. Mueller u/jew speċijiet oħrajn ta' Melaleuca, aetheroleum”;

    (2)

    Fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata Hamamelis virginiana L.:

    “LISTA TAL-UNJONI DWAR MELALEUCA ALTERNIFOLIA (MAIDEN U BETCH) CHEEL, M. LINARIIFOLIA SMITH, M. DISSITIFLORA F. MUELLER U/JEW SPEĊIJIET OĦRAJN TA' MELALEUCA, AETHEROLEUM

    Isem xjentifiku tal-pjanta

    Melaleuca alternifolia (Maiden u Betch) Cheel, M. linariifolia Smith, M. dissitiflora F. Mueller u/jew speċijiet oħrajn ta' Melaleuca

    Familja botanika

    Myrtaceae

    Isem komuni tal-preparazzjoni erbali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

    BG (bălgarski): Чаено дърво, масло

    CS (čeština): silice kajeputu střídavolistého

    DA (dansk): Tetræolie

    DE (Deutsch): Teebaumöl

    EL (elliniká): Μελαλεύκης αιθέριο έλαιο

    EN (English): Żejt tal-Melaleuca (siġra tat-te)

    ES (español): Melaleuca alternifolia, aceite esencial de

    ET (eesti keel): teepuuõli

    FI (suomi): teepuuöljy

    FR (français): Mélaleuca (arbre à thé) (huile essentielle de)

    HR (hrvatski): eteričnog ulje australijskog čajevca

    HU (magyar): Teafa-olaj

    IT (italiano): Melaleuca essenza

    LT (lietuvių kalba): Arbatmedžių eterinis aliejus

    LV (latviešu valoda): Tējaskoka ēteriskā eļļa

    MT (Malti): Żejt tal-Melaleucae

    NL (Nederlands): Theeboomolie

    PL (polski): Olejek eteryczny drzewa herbacianego

    PT (português): Óleo esencial de melaleuca

    RO (română): Melaleuca (arbore de ceai) (ulei esențial)

    SK (slovenčina): Silica melaleuky

    SL (slovenščina): eterično olje melalevke

    SV (svenska): Teträdsolja

    NO (norsk): Tetreolje

    Preparazzjoni erbali

    Żejt essenzjali

    Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea

    01/2008:1837

    Indikazzjonijiet

    Indikazzjoni (a)

    Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għat-trattament ta' ġrieħi żgħar superfiċjali u gdim tal-insetti.

    Indikazzjoni (b)

    Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għat-trattament ta' infafet żgħar (furunkli u akne ħafifa).

    Indikazzjoni (c)

    Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għas-serħan mill-ħakk u mill-irritazzjoni f'każijiet ta' każ ħafif tal-fungu li jattakka s-sieq.

    Indikazzjoni (d)

    Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għal trattament sintomatiku ta' infjammazzjoni minuri tal-mukuża orali.

    Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-użu f'indikazzjoni esklussivament imsejsa fuq użu fit-tul.

    Tip ta' tradizzjoni

    Ewropea

    Qawwa speċifikata

    Jekk jogħġbok ara “Pożoloġija speċifikata”.

    Pożoloġija speċifikata

    Indikazzjoni (a)

    Adoloxxenti, adulti u anzjani

    Doża unika

    0,03-0,07 ml ta' żejt essenzjali mhux imħallat li għandu jiġi applikat fuq il-parti effettwata permezz ta' ballun tal-qoton minn 1 sa 3 darbiet kuljum.

    Preparazzjonijiet likwidi li fihom bejn 0,5 % sa 10 % ta' żejt essenzjali li jridu jiġu applikati fuq il-parti effettwata minn 1 sa 3 darbiet kuljum.

    Indikazzjoni (b)

    Adoloxxenti, adulti u anzjani

    Doża unika

    Preparazzjonijiet ta' likwidu żejtni jew semisolidi li fihom 10 % ta' żejt essenzjali li jridu jiġu applikati fuq il-parti effettwata minn 1 sa 3 darbiet kuljum, jew

    0,7-1 ml ta' żejt essenzjali imħallat ma' 100 ml ta' ilma fietel li għandu jiġi applikat permezz ta' garża imxappa fuq il-partijiet tal-ġidla effettwati. Żejt essenzjali mhux imħallat li għandu jiġi applikat fuq il-musmar permezz ta' ballun tal-qoton minn 2 sa 3 darbiet kuljum.

    Indikazzjoni (c)

    Adoloxxenti, adulti u anzjani

    Doża unika

    Preparazzjonijiet ta' likwidu żejtni jew semisolidi li fihom 10 % ta' żejt essenzjali li jridu jiġu applikati fuq il-parti effettwata minn 1 sa 3 darbiet kuljum. 0,17-0,33 ml ta' żejt essenzjali f'volum xieraq ta' ilma sħun biex ikopri s-saqajn. Għaddas is-saqajn minn 5 sa 10 minuti kuljum.

    Żejt essenzjali mhux imħallat li għandu jiġi applikat fuq il-parti effettwata permezz ta' ballun tal-qoton minn 2 sa 3 darbiet kuljum.

    Indikazzjoni (d)

    Adoloxxenti, adulti u anzjani

    0,17-0,33 ml ta' żejt essenzjali li jrid jitħallat ma' 100 ml ta' ilma għat-tlaħliħ jew għall-gargarizzar diversi drabi kuljum.

    Mhuwiex irrakkomandat li jintuża fuq tfal ta' taħt it-12-il sena (ara t-taqsima ‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’).

    Rotta tal-amministrazzjoni

    Indikazzjonijiet (a), (b) u (c)

    Użu fuq il-ġilda

    Indikazzjoni (d)

    Użu għal membrana mukuża tal-ħalq

    Tul ta' żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta' żmien tal-użu

    Indikazzjoni (a)

    Jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn ġimgħa (1) matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjonijiet (b) u (c)

    M'għandhiex tintuża għal aktar minn xahar (1).

    Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjoni (d)

    Jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn ħamest (5) ijiem ta' użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-użu sikur

    Kontraindikazzjonijiet

    Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-kolofonija.

    Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

    L-użu fit-tfal ta' taħt it-12-il sena għadu mhux stabbilit minħabba nuqqas ta' dejta adegwata.

    Jekk jirriżulta raxx, ieqaf użah.

    Ma għandux jintuża b'mod orali jew jiġi inalat.

    Ma għandux jintuża fl-għajnejn jew fil-widnejn.

    Jekk is-sintomi jaggravaw matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjoni (a)

    Jekk jiġi osservat id-deni jew sinjali ta' ħruxija ta' infezzjoni tal-ġilda, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjoni (b)

    F'każijiet ta' akne severa għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjoni (c)

    Għall-qerda ta' infezzjoni fungali għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjoni (d)

    Mhux biex tibilgħu.

    Interazzjonijiet ma' prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta' interazzjoni

    Ma ġie rrappurtat xejn.

    Fertilità, tqala u treddigħ

    Is-sikurezza matul it-tqala u t-treddigħ ma ġietx stabbilita. Fin-nuqqas ta' dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.

    Ma hemmx dejta disponibbli dwar il-fertilità.

    Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta' magni

    Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta' magni.

    Effetti mhux mixtieqa

    Ġew rapportati reazzjonijiet avversi tal-ġilda inkluż uġigħ kbir, ħakk tal-ġilda ħafif, sensazzjoni ta' ħruq, irritazzjoni, ħakk, tingiż, eritema, edema (dermatiti tal-kuntatt) jew reazzjonijiet allerġiċi oħrajn. Il-frekwenza mhix magħrufa.

    Ġew rapportati reazzjonijiet tal-ġilda qishom ħarqa. Il-frekwenza hija rari (< 1/1 000).

    Jekk jokkorru reazzjonijiet avversi oħrajn mhux imsemmija, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Doża eċċessiva

    Użu fuq il-ġilda:

    Ma ġie rrappurtat xejn.

    Użu għal membrana mukuża tal-ħalq:

     

    Doża eċċessiva aċċidentali tista' tikkawża depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali u dgħufija fil-muskli. Madankollu, fl-adulti dawn is-sintomi normalment jitilqu wara 36 siegħa.

     

    Jekk tokkorri l-inġestjoni, il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat u jiġi applikat trattament ta' appoġġ standard skont il-ħtieġa.

     

    Fit-tfal, l-inġestjoni taż-żejt tal-Melaleuca (siġra tat-te) huwa emerġenza medika li tirrikjedi trattatament immedjat fl-isptar u appoġġ respiratorju.

    Dettalji farmaċewtiċi (jekk meħtieġa)

    Aħżen f'kontenituri li jissiġillaw sew, ipproteġi mid-dawl u mis-sħana.

    Huma meħtieġa l-ħżin u l-ġestjoni kif suppost biex tiġi evitata l-formazzjoni ta' prodotti ta' ossidazzjoni li għandhom potenzjal ikbar għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda.

    Effetti farmakoloġiċi jew l-effikaċja plawżibbli abbażi ta' użu fit-tul u l-esperjenza (jekk neċessarji għall-użu sikur tal-prodott)

    Mhux applikabbli.”


    Top