EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1100

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1100 tas-7 ta' Lulju 2015 dwar l-obbligi ta' rapportar tal-Istati Membri fil-qafas tal-monitoraġġ tas-suq ferrovjarju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 181, 9.7.2015, p. 1–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1100/oj

9.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1100

tas-7 ta' Lulju 2015

dwar l-obbligi ta' rapportar tal-Istati Membri fil-qafas tal-monitoraġġ tas-suq ferrovjarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tagħha,

Billi:

(1)

Għall-finijiet ta' monitoraġġ tas-suq ferrovjarju, l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/34/UE jimponi obbligu ta' rappurtar fuq l-Istati Membri fejn għandu x'jaqsam l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijet ta' qafas fis-settur ferrovjarju.

(2)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn dwar is-suġġetti msemmija fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2012/34/UE.

(3)

L-Istati Membri diġà kienu ilhom, għal għadd ta' snin, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa fuq bażi volontarja. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komparabbiltà bejn id-dejta ppreżentata mill-Istati Membri, jinħtieġu regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-format ta' dik id-dejta.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kwestjonarju li għandu jimtela kull sena mill-Istati Membri għall-fini ta' monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq fis-settur tat-trasport ferrovjarju tal-Unjoni.

(5)

Sabiex jiġbru d-dejta meħtieġa fil-kwestjonarju, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-imsieħba soċjali, mal-utenti, mal-korpi regolatorji u ma' awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra fil-livell nazzjonali.

(6)

Meta tittieħed deċiżjoni dwar il-kontenut tad-dejta li trid tiġi ppreżentata permezz tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tqis is-sorsi ta' dejta eżistenti u d-dejta diġà pprovduta skont l-obbligi ta' rappurtar attwali, sabiex ikun minimizzat il-piż addizzjonali għall-industrija ferrovjarja u għall-Istati Membri. B'mod partikolari, il-Kummissjoni, fejn ikun possibbli, tuża dejta rrappurtata skont l-atti legali li ġejjin:

Ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill (2), fir-rigward tad-dejta dwar l-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja,

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fejn għandha x'taqsam id-dejta dwar il-volumi ta' traffiku fuq in-netwerk ferrovjarju u d-dejta dwar l-aċċidenti,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 (4), b'mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, fejn għandha x'taqsam id-dejta dwar it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri,

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), fejn għandhom x'jaqsmu r-rapporti annwali li jridu jiġu ppubblikati minn impriżi ferrovjarji dwar il-prestazzjoni tal-kwalita tas-servizz, kif ukoll

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (6), fejn għandhom x'jaqsmu l-inventarji tal-assi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa.

(7)

In-Netwerk Ewropew ta' Korpi Regolatorji Ferrovjarji għandu jkun involut mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/34/UE kif ukoll fl-aġġornament tal-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta.

(8)

Il-kwestjonarju inkluż fl-Anness għandu jintuża biex tinġabar id-dejta mis-sena ta' rappurtar 2015. Għall-ewwel sentejn ta' rappurtar, jinħtieġ perjodu tranżizzjonali, billi jista' jkun li l-Istati Membri jkollhom jaġġustaw il-mekkaniżmi eżistenti tal-ġbir tad-dejta wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Sabiex tiġi evitata l-miżinterpretazzjoni, huwa importanti li matul il-perjodu tranżizzjonali l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni dwar id-differenzi fil-kontenut u fil-format tad-dejta, fit-taqsmiet rilevanti tal-kwestjonarju.

(9)

Fuq talba tal-impriża ferrovjarja kkonċernata, u jekk ikun iġġustifikat mill-ħtieġa għal kunfidenzjalità kummerċjali, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni d-dejta mitluba fil-punt 7 tal-kwestjonarju f'forma psewdonima.

(10)

Id-dejta miġbura skont dan ir-Regolament għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha, ħlief meta l-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali tipprekludi dan.

(11)

Il-metodoloġiji, id-definizzjonijiet u l-metodi ta' ġbir tad-dejta jistgħu jevolvu matul iż-żmien b'riżultat tal-progress tekniku u xjentifiku. Bl-istess mod, minħabba l-iżviluppi fis-suq ferrovjarju u t-titjib fid-disponibbiltà tad-dejta, jista' jkun xieraq li jitnaqqas jew jiġi estiż l-ambitu tal-kwestjonarju. Għaldaqstant, l-Anness ta' dan ir-Regolament irid jiġi aġġornat regolarment, sabiex jitqiesu dawn l-iżviluppi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3) tad-Direttiva 2012/34/UE.

(12)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-utenti u mal-imsieħba soċjali tas-settur ferrovjarju permezz tal-Grupp ta' Ħidma ta' Monitoraġġ tas-Suq Ferrovjarju. Hi kkonsultat ukoll man-Netwerk Ewropew tal-Korpi Regolatorji Ferrovjarji.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1) tad-Direttiva 2012/34/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kontenut u l-format tad-dejta li trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-obbligi ta' rappurtar tagħhom għall-finijiet ta' monitoraġġ tas-suq ferrovjarju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE għandhom japplikaw.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tariffi ta' aċċess għall-binarji” (TAC) tfisser it-tariffi miġbura għall-pakkett ta' aċċess minimu msemmi fil-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE;

(b)

“servizzi ta' veloċità għolja” tfisser is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri pprovduti minn vetturi ferrovjarji ta' veloċità għolja, inklużi ferroviji li jxaqilbu fuq naħa, li jivvjaġġaw b'mill-inqas 200 km/h għal mill-inqas parti tas-servizz; l-użu ta' infrastruttura b'veloċità għolja mhuwiex dejjem neċessarju;

(c)

“servizzi konvenzjonali fuq distanzi twal” tfisser servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri minbarra servizzi urbani, suburbani, reġjonali jew ta' veloċità għolja;

(d)

“stazzjon” tfisser post fuq linja ferrovjarja fejn servizz ferrrovjarju tal-passiġġieri jista' jibda, jieqaf jew jintemm;

(e)

“terminal tal-merkanzija” tfisser post mgħammar għat-trasbord u l-ħżin ta' unitajiet tat-trasport intermodali, fejn mill-inqas wieħed minn dawn il-modi ta' trasport huwa bil-ferrovija;

(f)

“total ta' kumpens mill-Istat” fil-kuntest ta' ftehimiet kuntrattwali tfisser l-ammont totali li l-Istat ikun aċċetta li jħallas lill-maniġer tal-infrastruttura bħala finanzjament matul il-perjodu kuntrattwali kollu;

(g)

“korp ta' monitoraġġ” tfisser korp li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jivverifika l-konformità tal-maniġer tal-infrastruttura mal-ftehim kuntrattwali;

(h)

“binarju” tfisser par linji ferrovjarji li fuqhom jistgħu jivvjaġġaw il-ferroviji;

(i)

“linja apposta ta' veloċità għolja” tfisser linja mibnija b'mod speċjali biex tippermetti t-traffiku jivvjaġġa b'veloċitajiet li ġeneralment ikunu daqs jew iktar minn 250 km/h fuq is-segmenti prinċipali tagħha; din tista' tinkludi l-kollegament ta' segmenti fejn il-veloċitajiet jitnaqqsu biex iqisu l-kundizzjonijiet lokali;

(j)

“nodu” tfisser punt importanti fuq in-netwerk ferrovjarju fejn diversi linji ferrovjarji huma interkonnessi;

(k)

“servizz internazzjonali tal-passiġġieri” tfisser servizz għall-passiġġieri fejn il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru u fejn is-servizz jittrasporta l-passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati differenti;

(l)

“servizz domestiku tal-passiġġieri” tfisser servizz għall-passiġġieri li jopera esklussivament fi ħdan il-fruntieri ta' Stat Membru wieħed;

(m)

“servizz domestiku tal-merkanzija” tfisser servizz tal-merkanzija li jopera esklussivament fi ħdan il-fruntieri ta' Stat Membru wieħed;

(n)

“l-allokazzjoni tal-mogħdijiet” tfisser deċiżjoni dwar l-allokazzjoni ta' mogħdija jew mogħdijiet tal-ferrovija individwali għall-operazzjonijiet; l-allokazzjoni tal-mogħdijiet għal kull servizz ferrovjarju li jopera bħala parti minn servizz regolari skedat tgħodd bħala allokazzjoni tal-mogħdijiet separata;

(o)

“mogħdija tal-ferrovija skedata”, tfisser mogħdija allokata skont ir-regoli tal-iskedar stipulati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(p)

“mogħdija tal-ferrovija ad hoc”, tfisser mogħdija allokata skont it-talba għal mogħdijiet kif imsemmi fl-Artikolu 48 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(q)

“allokazzjoni tal-mogħdijiet miċħuda” tfisser talba għal mogħdija li hija miċħuda mill-maniġer tal-infrastruttura wara l-proċess ta' koordinazzjoni stabbilit fl-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2012/34/UE; kull kanċellazzjoni ta' servizz ferrovjarju li jopera bħala parti minn servizz regolari skedat titqies bħala allokazzjoni tal-mogħdijiet separata;

(r)

“manutenzjoni” tfisser nefqa mhux kapitali li l-maniġer tal-infrastruttura jwettaq sabiex iżomm il-kundizzjoni u l-kapaċità tal-infrastruttura eżistenti;

(s)

“tiġdid” tfisser nefqa kapitali fuq xogħol ta' sostituzzjoni sostanzjali fuq l-infrastruttura eżistenti li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tagħha;

(t)

“titjib” tfisser nefqa kapitali fuq xogħol ta' tibdil sostanzjali tal-infrastruttura li ttejjeb il-prestazzjoni ġenerali tagħha;

(u)

“infrastruttura ġdida” tfisser l-infiq kapitali fuq il-proġetti għall-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet tal-infrastruttura ġodda;

(v)

“fondi pubbliċi” fil-kuntest tan-nefqa infrastrutturali tfisser il-fondi li ġejjin direttament minn għotjiet għall-investimenti pubbliċi;

(w)

“fondi proprji” tfisser fondi minn dħul iggwadanjat mill-maniġers tal-infrastruttura jew operaturi ta' faċilitajiet tas-servizz permezz ta' tariffi ta' aċċess u b'mezzi oħra;

(x)

“dħul” tfisser it-total ta' imposti miġbura mill-għoti ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju matul il-perjodu ta' rappurtar; dan jeskludi dħul ieħor bħal dħul mill-kejtering, mis-servizzi tal-istazzjonijiet u mis-servizzi abbord;

(y)

“tranżitu” tfisser trasport minn ġo pajjiż bejn il-post ta' tagħbija/imbarkazzjoni u l-post ta' ħatt/żbark, it-tnejn li huma barra minn dak il-pajjiż;

(z)

“it-traffiku ferrovjarju f'territorju nazzjonali” tfisser kull moviment ta' vetturi ferrovjarji fi ħdan il-fruntieri ta' pajjiż, irrispettivament mill-pajjiż li fih il-ferroviji jkunu ġew irreġistrati;

(aa)

“dewmien” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin speċifikat fl-iskeda ta' ferrovija u l-ħin reali li fih tgħaddi minn post speċifiku fuq ir-rotta tal-ferrovija fejn tiġi rreġistrata d-dejta tal-vjaġġ;

(bb)

“servizz ikkanċellat” tfisser ferrovija kkanċellata fil-fażi tal-operazzjonijiet minħabba raġunijiet relatati mas-servizz ferrovjarju, inkluż in-nuqqas ta' waqfa skedata jekk ferrovija tinbidlilha r-rotta jew is-sostituzzjoni ta' servizz ferrovjarju b'servizz fit-triq;

(cc)

“veloċità medja skont l-iskeda ta' żmien” tfisser il-veloċità kkalkulata billi wieħed jiddividi t-tul totali ta' vjaġġ bil-ħin li l-vjaġġ mistenni jieħu skont l-iskeda ta' żmien;

(dd)

“kumpens għall-obbligu ta' servizz pubbliku” jew “kumpens għal OSP” tfisser il-benefiċċji finanzjarji mogħtija, matul il-perjodu ta' rappurtar, direttament jew indirettament minn awtorità kompetenti mill-fondi pubbliċi għall-operat tas-servizzi ferrovjarji skont l-obbligu ta' servizz pubbliku;

(ee)

“servizzi kummerċjali” tfisser is-servizzi tal-passiġġieri kollha li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi pprovduti skont l-obbligi ta' servizz pubbliku;

(ff)

“impriża ferrovjarja prinċipali” tfisser l-ikbar impriża f'termini ta' passiġġier-km jew tunnellata-km;

(gg)

“liċenzja attiva” tfisser liċenzja mogħtija lil impriża ferrovjarja li tkun bdiet u ma waqqfitx l-operazzjonijiet fil-perjodi stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2012/34/UE;

(hh)

“liċenzja passiva” tfisser liċenzja mogħtija lil impriża ferrovjarja li ma tkunx bdiet jew tkun waqqfet l-operazzjonijiet fil-perjodi stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2012/34/UE, u l-liċenzji li ġew sospiżi jew irtirati;

(ii)

“tariffa għall-ksib ta' liċenzja” tfisser it-tariffi kollha mitluba minn awtorità tal-liċenzji fir-rigward tal-ipproċessar tal-applikazzjoni;

(jj)

“żmien biex tinkiseb liċenzja” tfisser it-tul ta' żmien bejn id-data meta titressaq applikazzjoni kompluta għal liċenzja u d-data tad-deċiżjoni finali;

(kk)

“ekwivalenti full-time” tfisser it-total ta' sigħat, inkluż l-over-time, maħduma f'impjieg f'sena diviżi bin-numru medju ta' sigħat maħduma kull sena f'impjieg full-time;

(ll)

“ċentru fejn jinġemgħu l-ferroviji tal-merkanzija” tfisser sit jew parti minn sit mgħammar b'għadd ta' binarji jew tagħmir ieħor użat għal operazzjonijiet biex jinġemgħu l-vetturi ferrovjarji, inkluż il-bdil tal-binarji.

Artikolu 3

Ġbir u sottomissjoni tad-dejta

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, id-dejta speċifikata fil-kwestjonarju inkluż fl-Anness fir-rigward tas-sena ta' qabel.

2.   Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni d-dejta marbuta mat-trasport ferrovjarju fit-territorju tiegħu.

3.   Meta impriża ferrovjarja topera f'aktar minn Stat Membru wieħed, din għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali b'dejta separata għal kull Stat Membru li fih topera.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiksbu d-dejta meħtieġa minn taħlita tas-sorsi li ġejjin:

(a)

l-istħarriġiet obbligatorji;

(b)

id-dejta amministrattiva, inkluża d-dejta miġbura mill-uffiċċji tal-istatistika u minn awtoritajiet oħra;

(c)

stimi statistiċi, bi spjegazzjoni tal-metodi użati;

(d)

id-dejta pprovduta minn organizzazzjonijiet tal-industrija rilevanti jew partijiet ikkonċernati oħrajn; kif ukoll

(e)

studji ad hoc.

L-entitajiet li jkollhom id-dejta rilevanti għandhom jipprovduha meta jintalbu jagħmlu dan.

5.   Sabiex tgħin lill-Istati Membri jiżguraw il-kwalità u l-komparabbiltà tad-dejta tagħhom, il-Kummissjoni tista' tiżviluppa materjali ta' gwida metodoloġika li jqisu l-aħjar prattiki adottati mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-organizzazzjonijiet professjonali fl-industrija ferrovijarja.

6.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dejta lill-Kummissjoni bl-użu ta' formola elettronika tal-kwestjonarju li l-Kummissjoni trid tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq il-websajt tagħha.

7.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni mogħtija lilhom.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti tal-ġbir tad-dejta tagħhom jippermettu li d-dejta tiġi rrappurtata skont il-kontenut u l-format definiti fl-Anness, sa mhux aktar tard mis-sena ta' rappurtar 2017. Meta l-Istati Membri jidentifikaw diffikultajiet sostanzjali fl-allinjament tal-arranġamenti tal-ġbir tad-dejta jew juru tħassib dwar ir-rilevanza jew in-neċessità ta' ċerti kategoriji ta' dejta, għandha tiġi vvalutata l-ħtieġa ta' aġġustament tal-Anness.

2.   Meta, matul il-perjodu tranżizzjonali, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jipprovdu d-dejta skont il-kontenut u l-format kif definiti fl-Anness, dawn għandhom jirrapportaw id-dejta fl-eqreb format disponibbli u jindikaw id-diskrepanzi meta jissottomettu d-dejta.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 tal-4 ta' Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta' kontabilità dwar l-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 4).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta' Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).


ANNESS

KWESTJONARJU DWAR IL-MONITORAĠĠ TAS-SUQ FERROVJARJU

Informazzjoni ta' sfond

Stat Membru:

☐ BE ☐ BG ☐ CZ ☐DK ☐ DE ☐ EE ☐ IE ☐ EL ☐ ES ☐ FR ☐ HR ☐ IT ☐ CY ☐ LV ☐ LT ☐ LU ☐ HU ☐ MT ☐ NL ☐ AT ☐ PL ☐ PT ☐ RO ☐ SI ☐ SK ☐ FI ☐ SE ☐ UK

☐ NO

Perjodu tar-rappurtar: ☐☐/☐☐/☐☐ — ☐☐/☐☐/☐☐

Awtorità responsabbli:

Indirizz elettroniku ta' kuntatt:

L-Istati Membri li l-munita nazzjonali tagħhom mhijiex l-euro, għandhom jużaw ir-rata tal-kambju medja tul il-perjodu ta' rappurtar biex jikkonvertu l-valuri monetarji mill-munita tagħhom għall-euro. Ir-rata tal-kambju użata għandha tiġi indikata hawn taħt.

1 ☐☐☐ = ☐,☐☐☐☐ EUR

Il-mistoqsijiet immarkati b'asterisk (*), huma fakultattivi.

Meta l-obbligi ta' rappurtar f'dan l-Anness jirreferu għall-impriżi ferrovjarji, dawn ma għandhomx japplikaw għal impriżi ferrovjarji li joperaw biss servizzi urbani, suburbani jew reġjonali fuq netwerks awtonomi lokali u reġjonali kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/34/UE.

1.   Imposti tal-infrastruttura

1.1.   L-imposti medji tal-aċċess għall-binarji (TACs) għal kull kilometru tal-ferrovija għal kategoriji differenti ta' ferroviji

It-tabella għandha timtela biss għall-kategoriji ta' ferrovija f'użu fl-Istat Membru relatur. Fejn ma jistgħux jiġu kkalkulati l-medji aritmetiċi, tista' tingħata stima tat-TACs ta' kategoriji differenti tal-ferrovija. Il-metodu użat għall-kalkolu jew għall-istima tat-TACs għandu jiġi spjegat fil-kaxxa 1.5 (1).

Kategorija tal-ferrovija

(jekk qed tintuża fl-Istat Membru relatur biss)

Imposta għall-aċċess għall-binarji, minbarra l-mark-ups

(euros/kilometri tal-ferrovija)

Servizzi ta' trasport tal-passiġġieri:

Ferrovija tal-passiġġieri li tipprovdi servizzi suburbani u reġjonali.

☐☐☐,☐☐

Ferrovija tal-passiġġieri li tipprovdi servizzi konvenzjonali fuq distanzi twal.

☐☐☐,☐☐

Ferrovija tal-passiġġieri li tipprovdi servizzi ta' veloċità għolja fuq linji apposta ta' veloċità għolja

☐☐☐,☐☐

Servizzi ta' trasport tal-merkanzija:

Ferrovija tal-merkanzija ta' 1 000 tunnellata gross

☐☐☐,☐☐

Ferrovija tal-merkanzija ta' 1 600 tunnellata gross

☐☐☐,☐☐

Ferrovija tal-merkanzija ta' 6 000 tunnellata gross

☐☐☐,☐☐

1.2.   Dħul tal-maniġers tal-infrastruttura mill-infrastruttura, imposti tal-istazzjon u tat-terminal

Għandhom bżonn jiġu rrappurtati biss l-imposti miġbura mill-maniġers tal-infrastruttura. Dawn jinkludu imposti miġbura għall-faċilitajiet fl-istazzjon u għat-terminals tal-merkanzija li jkunu proprjetà tal-maniġers tal-infrastruttura jew huma mmaniġġjati minnhom.

 

Dħul

(f'eluf ta' euro)

Servizzi ta' trasport tal-passiġġieri:

Dħul totali minn imposti tal-aċċess għall-binarji, li jinkludu l-mark-ups

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Dħul totali minn imposti tal-istazzjon

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Li minnu:

Imposti tal-istazzjon għal ferroviji suburbani u reġjonali (*)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Imposti tal-istazzjon għal ferroviji konvenzjonali fuq distanzi twal u ta' veloċità għolja (*)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Imposti oħra miġbura mill-operaturi tal-ferroviji tal-passiġġieri

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Servizzi ta' trasport tal-merkanzija:

Dħul totali minn imposti tal-aċċess għall-binarji, li jinkludu l-mark-ups

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Dħul totali minn imposti tat-terminals tal-merkanzija

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Imposti oħra miġbura mill-operaturi tal-ferroviji tal-merkanzija

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Dħul totali miġbur mill-maniġers tal-infrastruttura

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

1.3.   Il-karatteristiċi ewlenin fil-ftehimiet kuntrattwali konklużi skont l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2012/34/UE

Maniġer tal-infrastruttura

(isem)

Tul tan-netwerk kopert

(km)

Data tal-bidu

Data tat-tmiem

Intlaħaq qbil dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni (2)?

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika

Il-kumpens totali mill-Istat (f'eluf ta' euro)

L-eżistenza ta' korp ta' monitoraġġ tal-kuntratt?

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika

(isem)

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

 

☐☐☐☐☐☐

☐ IVA ☐ LE

 

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

 

☐☐☐☐☐☐

☐ IVA ☐ LE

 

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

 

☐☐☐☐☐☐

☐ IVA ☐ LE

 

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

 

☐☐☐☐☐☐

☐ IVA ☐ LE

 

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

 

☐☐☐☐☐☐

☐ IVA ☐ LE

 

1.4.   Tnaqqis tal-istorbju

Jeżistu regoli obbligatorji (jew fis-seħħ jew li se jiġu introdotti) li jobbligaw lill-operaturi ferrovjarji u/jew lill-maniġers tal-infrastruttura jieħdu miżuri biex jitnaqqas l-esponiment tal-popolazzjoni għall-istorbju ferrovjarju? Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu limiti fuq il-volumi tat-traffiku, lqugħ kontra l-istorbju jew TACs differenzjati għall-istorbju bl-għan li jitħaffef l-immodernizzar ta' vaguni tal-merkanzija bi blokok tal-brejk “silenzjużi”.

☐ IVA ☐ LE

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika:

1.5.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor dwar il-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Spjega kif ġew ikkalkulati t-TACs medji għal kull kilometru tal-ferrovija fit-Tabella 1.1, inkluż liema komponenti tal-imposti huma inklużi,

Speċifika jekk humiex applikati mark-ups fuq it-TACs irrappurtati,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Indika jekk ġewx applikati TACs differenzjati tal-ERTMS (3).

 

2.   Allokazzjoni tal-kapaċità

2.1.   Sezzjonijiet ta' konġestjoni tal-infrastruttura

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam ma' sezzjonijiet ta' konġestjoni, kif definit fl-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, fir-rigward tas-sitwazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar.

Tul totali tal-binarji affettwati mill-konġestjoni (km)

☐☐☐☐☐☐

Li minnu:

Linji apposta ta' veloċità għolja (km)

☐☐☐☐☐☐

Kurituri ferrovjarji tal-merkanzija (km)

☐☐☐☐☐☐

 

Numru ta' punti ta' konġestjoni

☐☐☐

2.2.   Servizzi ta' prijorità

Jekk jogħġbok agħti l-klassifikazzjoni (1 ifisser l-ogħla prijorità) tas-servizzi ferrovjarji meta l-Istat Membru relatur għandu jagħti prijorità lill-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura, eż. fil-proċess ta' skedar u ta' koordinazzjoni, u fil-każijiet ta' disturb jew limitazzjonijiet temporanji tal-kapaċità. Jekk xi wieħed mis-servizzi elenkati ma jkunx eliġibbli għar-regoli ta' prijorità, jekk jogħġbok agħmel salib (“x”) fil-kaxxa.

Servizzi pprovduti skont l-obbligi tas-servizz pubbliku (OSP)

Servizzi domestiċi ta' veloċità għolja

Servizzi domestiċi oħra tat-trasport tal-passiġġieri

Servizz internazzjonali ta' trasport tal-passiġġieri

Servizzi domestiċi ta' trasport tal-merkanzija

Servizzi internazzjonali ta' trasport tal-merkanzija

Oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika:

2.3.   Allokazzjonijiet tal-mogħdijiet li rnexxew jew li ġew irrifjutati għal diversi servizzi

It-tabella għandha timtela biss għall-kategoriji ta' ferrovija f'użu fl-Istat Membru relatur. Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar is-sitwazzjoni wara l-iskedar u l-proċessi ta' koordinazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 45 u 46 tad-Direttiva 2012/34/UE.

Servizz

Mogħdijiet tal-ferrovija skedati

Mogħdijiet tal-ferrovija ad hoc

Allokazzjonijiet tal-mogħdijiet li rnexxew

(numru)

Allokazzjonijiet tal-mogħdijiet li ġew irrifjutati

(numru)

Allokazzjonijiet tal-mogħdijiet li rnexxew

(numru)

Allokazzjonijiet tal-mogħdijiet li ġew irrifjutati

(numru)

Total tas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri:

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Suburbani u reġjonali domestiċi

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Konvenzjonali u domestiċi fuq distanza twila

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Domestiċi ta' veloċità għolja

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Internazzjonali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Total tas-servizzi ta' trasport tal-merkanzija:

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Merkanzija domestika

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Merkanzija internazzjonali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Li minnhom:

Mogħdijiet allokati mal-punti uniċi ta' servizz tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

2.4.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-kriterji ta' prijorità li jintużaw mill-maniġers tal-infrastruttura għal allokazzjonijiet tal-mogħdija marbuta maċ-ċirkustanzi li fihom jiġu applikati dawn il-kriterji, eż. fil-proċess ta' skedar u ta' koordinazzjoni, u fil-każ ta' disturb jew limitazzjoni temporanja tal-kapaċità,

Speċifika jekk intużatx l-iskarsezza ta' imposti, kif previst fl-Artikolu 31(4) tad-Direttiva 2012/34/UE,

Speċifika jekk ġewx ippreparati u implimentati pjanijiet għat-titjib tal-kapaċità, kif previst fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2012/34/UE.

 

3.   Nefqa marbuta mal-infrastruttura

Jekk jogħġbok indika l-ispejjeż imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar mill-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja prinċipali u minn sidien oħra ta' stazzjonijiet u terminals għat-trasport tal-merkanzija. Fi swieq frammentati, l-ambitu tar-rappurtar jista' jkun limitat għan-nefqa tas-sidien tal-istazzjonijiet ewlenin u tat-terminals tal-merkanzija (4). Għall-istazzjonijiet u t-terminals intermodali, inkludi biss parti min-nefqa marbuta mat-trasport ferrovjarju.

3.1.   Ħarsa ġenerali lejn in-nefqa marbuta mal-infrastruttura ferrovjarja

(f'eluf ta' EUR)

 

Manutenzjoni

Tiġdid

Titjib

Infrastruttura ġdida

Linji konvenzjonali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Linji apposta ta' veloċità għolja

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Stazzjonijiet ewlenin

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Terminals ewlenin tal-merkanzija

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Nefqa totali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

3.2.   Sors ta' finanzjament għan-nefqa marbuta ma' komponenti differenti tal-infrastruttura  (5)

(f'eluf ta' EUR)

 

Fondi pubbliċi

Fondi tal-UE

Fondi proprji

Infrastruttura eżistenti, inklużi stazzjonijiet ewlenin u terminals għat-trasport tal-merkanzija

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Infrastruttura ġdida

Linji konvenzjonali u apposta ta' veloċità għolja

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Stazzjonijiet ewlenin

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Terminals ewlenin tal-merkanzija

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Nefqa totali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

3.3.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Irreferi għall-istrateġija ta' żvilupp tal-infrastruttura nazzjonali ppubblikata skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2012/34/UE.

 

4.   Dħul u volumi ta' traffiku

4.1.   Dħul u volumi ta' servizzi ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija

Sabiex jiġi żgurat li l-volum ta' servizzi u dħul irrappurtat jikkorrispondu, f'din it-tabella għandu jiġi rrappurtat biss id-dħul iġġenerat mit-traffiku tal-ferroviji f'territorju nazzjonali ta' pajjiż. Jistgħu jintużaw stimi statistiċi, jekk ikun meħtieġ. Jekk l-istatistika uffiċjali dwar il-volumi tat-traffiku tkun għadha mhijiex disponibbli, jistgħu jingħataw valuri preliminari, u mbagħad jiġu aġġustati f'data aktar tard.

Servizzi ta' trasport tal-passiġġieri:

Dħul totali tal-impriżi ferrovjarji mis-servizzi ta' trasport (f'eluf ta' euro)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Volum totali ta' servizzi (f'eluf ta' kilometri tal-ferrovija)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi (f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi domestiċi (f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi internazzjonali (f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi ta' tranżitu (*) (f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri)

☐☐☐☐☐☐,☐

Dħul minn u volumi ta' OSP u ta' servizzi kummerċjali

Servizzi tal-OSP:

Dħul minn tariffi (f'eluf ta' euro)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Kumpens għall-OSP (f'eluf ta' euro) (6)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Volum tas-servizzi (f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri) (7)

☐☐☐☐☐☐,☐

Servizzi kummerċjali:

Dħul minn tariffi (f'eluf ta' euro)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Volum tas-servizzi (f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri)

☐☐☐☐☐☐,☐

Servizzi ta' trasport tal-merkanzija:

Dħul totali tal-impriżi ferrovjarji mis-servizzi ta' trasport (f'eluf ta' euro)

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Volum totali ta' servizzi (f'eluf ta' kilometri tal-ferrovija)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi (f'miljuni ta' tunnellati-km)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi domestiċi (f'miljuni ta' tunnellati-km)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum totali ta' servizzi internazzjonali (f'miljuni ta' tunnellati-km)

☐☐☐☐☐☐,☐

Volum ta' servizzi ta' tranżitu (f'miljuni ta' tunnellati-km)

☐☐☐☐☐☐,☐

4.2.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Iddikjara jekk il-valuri pprovduti għad-dħul iġġenerat mit-traffiku ferrovjarju f'territorju nazzjonali humiex iċ-ċifri jew l-istimi rrappurtati. Meta jkunu ttieħdu kampjuni jew intużaw stimi, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Speċifika jekk kienx hemm xi lakuni jew inkonsistenzi fid-dejta tal-input.

 

5.   Kwalità tas-servizzi ferrovjarji

It-tabelli għandhom jimtlew biss għall-kategoriji ta' ferrovija f'użu fl-Istat Membru relatur.

5.1.   Puntwalità u kanċellazzjonijiet tas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri

Servizzi ta' trasport tal-passiġġieri:

Numru totali ta' servizzi

Numru ta' ferroviji li jaslu fil-ħin

(dewmien ta' 5 minuti jew anqas)

Numru ta' servizzi kkanċellati

Servizzi suburbani u reġjonali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Servizzi konvenzjonali fuq distanza twila u ta' veloċità għolja

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

5.2.   Puntwalità u kanċellazzjonijiet tas-servizzi ta' trasport tal-merkanzija  (8)

Servizzi ta' trasport tal-merkanzija:

Numru totali ta' servizzi

Numru ta' ferroviji li jaslu fil-ħin

(dewmien ta' 15-il minuta jew anqas)

Numru ta' servizzi kkanċellati

Servizzi domestiċi

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Servizzi internazzjonali

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

5.3.   Veloċità skedata medja tas-servizzi ta' trasport tal-merkanzija (*)

Servizzi ta' trasport tal-merkanzija:

Veloċità skedata medja (km/h)

Servizzi domestiċi

☐☐☐

Servizzi internazzjonali

☐☐☐

5.4.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Spjega kif tkejjel id-“dewmien” ta' ferrovija (eż. fl-aħħar waqfa biss jew bħala medja fuq il-waqfiet skedati kollha),

Ipprovdi referenzi għar-rapporti tal-prestazzjoni u l-istħarriġ tas-sodisfazzjon ippubblikati mill-bord maniġerjali tal-kuritur tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

Ipprovdi referenza għal kwalunkwe stħarriġ ieħor dwar il-kwalità tas-servizzi ta' trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri li twettqu reċentement.

 

6.   Obbligi ta' servizz pubbliku (OSP)

6.1.   Il-volum ta' servizzi u l-kumpens imħallas għal servizzi pprovduti skont l-OSP f'segmenti differenti tas-suq

It-tabella għandha timtela biss għall-kategoriji ta' ferrovija f'użu fl-Istat Membru relatur.

 

Volum ta' servizzi

(f'miljuni ta' kilometri tal-passiġġieri)

Volum tas-servizzi (f'eluf ta' kilometri tal-ferrovija)

Kumpens għal OSP (10) (f'eluf ta' euro)

Total

Li minnhom:

Offruti b'mod kompetittiv

Mogħtija direttament

Servizzi totali tal-OSP

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Li minnhom:

Suburbani u reġjonali

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Fuq distanzi twal u konvenzjonali

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Ta' veloċità għolja

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

Li minnu:

Servizzi internazzjonali pprovduti skont l-OSP

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐,☐

☐☐☐☐☐☐☐☐☐

6.2.   Aċċess għall-vetturi ferrovjarji fil-kuntest tas-servizzi tal-OSP

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar kull kuntratt OSP mogħti matul il-perjodu tar-rappurtar.

 

Deskrizzjoni (reġjuni jew linji koperti)

Tul ta' żmien (snin)

Volum tal-kuntratt (f'eluf ta' kilometri tal-ferrovija/sena)

Operatur (isem)

Il-kuntratt ġie offrut b'mod kompetittiv?

Arranġamenti għall-provvediment tal-vetturi ferrovjarji

Definiti fl-ispeċifikazzjoni tal-offerta?

Deskrizzjoni (11)

1.

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

☐ IVA ☐ LE

 

2.

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

☐ IVA ☐ LE

 

3.

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

☐ IVA ☐ LE

 

 

 

 

 

☐ IVA ☐ LE

☐ IVA ☐ LE

 

6.3.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat.

 

7.   Grad tal-ftuħ tas-suq

Lista ta' impriżi ferrovjarji li għandhom sehem mis-suq ta' 1 % jew aktar. Fejn ikun hemm aktar minn għaxar impriżi b'sehem mis-suq ta' 1 % jew aktar, elenka biss l-akbar 10. Is-sehem mis-suq li jkollhom l-impriżi ferrovjarji oħrajn jista' jingħata bħala total taħt “Oħrajn”.

Jekk għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità kummerċjali l-isem ta' impriża ferrovjarja ma jkunx jista' jiġi indikat, jekk jogħġbok uża l-psewdonomi, eż. “RU 1”, “RU 2”. Jekk dan ma jkunx biżżejjed biex isolvi l-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità, l-ishma mis-suq ta' impriża ferrovjarja, ħlief dawk tal-impriża ferrovjarja prinċipali jew preeżistenti, jistgħu jiġu raggruppati aktar.

7.1.   Suq tal-passiġġieri — Servizzi OSP

Impriża ferrovjarja

(isem jew psewdonimu)

Sehem mis-suq tas-servizzi OSP

(perċentwal)  (12)

Impriża ferrovjarja prinċipali jew preeżistenti:

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

Impriżi ferrovjarji oħrajn:

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

Oħrajn:

☐☐☐,☐ %

7.2.   Suq tal-passiġġieri — servizzi kummerċjali

Impriża ferrovjarja

(isem jew psewdonimu)

Sehem mis-suq tas-servizzi kummerċjali

(perċentwal)  (13)

Impriża ferrovjarja prinċipali jew preeżistenti:

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

Impriżi ferrovjarji oħrajn:

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

Oħrajn:

☐☐☐,☐ %

7.3.   Suq tat-trasport tal-merkanzija

Impriża ferrovjarja

(isem jew psewdonimu)

Sehem mis-suq tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija

(perċentwal)  (14)

Impriża ferrovjarja prinċipali jew preeżistenti:

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

Impriżi ferrovjarji oħrajn:

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

 

☐☐☐,☐ %

Oħrajn:

☐☐☐,☐ %

7.4.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Indika jekk daħlux xi impriżi ferrovjarji kbar ġodda fis-suq tal-passiġġieri jew tal-merkanzija matul il-perjodu tar-rappurtar.

 

8.   Grad ta' armonizzazzjoni u żviluppi leġiżlattivi (*)

L-informazzjoni dwar il-grad tal-armonizzazzjoni legali diġà hija disponibbli għall-Kummissjoni, billi l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta jittrasponu l-leġiżlazzjoni.

Din it-taqsima tippermetti lill-Istati Membri jikkummentaw dwar kull kwistjoni pendenti relatata mas-suq ferrovjarju tal-UE jew l-iżvilupp fil-liġijiet nazzjonali dwar il-ferroviji.

8.1.   Kummenti addizzjonali (*):

 

9.   Liċenzjar

9.1.   Numru ta' liċenzji maħruġa lill-impriżi ferrovjarji  (15)

Numru ta' liċenzji attivi fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtar (A)

☐☐☐☐

Numru ta' liċenzji sospiżi jew irtirati matul il-perjodu tar-rappurtar (16) (B)

☐☐☐☐

Numru ta' liċenzji mogħtija matul il-perjodu tar-rappurtar (C).

☐☐☐☐

Numru ta' liċenzji attivi fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar (A – B + C)

☐☐☐☐

 

Numru ta' liċenzji passivi fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar

☐☐☐☐

9.2.   Tariffi u żmien meħtieġ biex tinkiseb liċenzja

Tariffa medja biex tinkiseb liċenzja (f'euro)

☐☐☐☐☐☐

Żmien medju biex tinkiseb liċenzja (f'jiem kalendarji)

☐☐☐

9.3.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat.

 

10.   Kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol

10.1.   L-impjegati fis-settur ferrovjarju skont il-ġeneru u l-grupp tal-età

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sitwazzjoni fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar. Meta kwalunkwe waħda mill-impriżi tipprovdi wkoll servizzi għal setturi oħra minbarra s-settur ferrovjarju, l-għadd ta' impjegati jista' jiġi ddikjarat abbażi ta' stima tal-proporzjon tat-total tal-impjegati involuti fil-forniment tas-servizzi relatati mas-settur ferrovjarju.

 

Total

(ekwivalenti ta' full-time)

Irġiel (%)

Nisa (%)

 

< 30 sena (%)

30-50 sena (%)

> 50 sena (%)

Total ta' persunal tal-impriżi ferrovjarji preeżistenti jew ewlenin oħra (17)

☐☐☐☐☐☐

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

 

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

Li minnu:

sewwieqa tal-ferroviji

☐☐☐☐☐☐

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

Total tal-persunal ta' impriżi ferrovjarji oħrajn

☐☐☐☐☐☐

 

Li minnu:

sewwieqa tal-ferroviji

☐☐☐☐☐☐

Total tal-persunal tal-maniġers tal-infrastruttura prinċipali

☐☐☐☐☐☐

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

 

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

Total tal-persunal ta' maniġers tal-infrastruttura oħrajn

☐☐☐☐☐☐

 

Il-persunal ta' kumpaniji oħrajn li jipprovdu servizzi relatati mat-trasport ferrovjarju (*) (18)

☐☐☐☐☐☐

Li minnu:

 

Stazzjonijiet (*)

☐☐☐☐☐☐

 

Terminals tal-merkanzija (*)

☐☐☐☐☐☐

Manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji (*)

☐☐☐☐☐☐

Manutenzjoni tal-infrastruttura (*)

☐☐☐☐☐☐

Organizzazzjonijiet ta' taħriġ speċjalizzat (*)

☐☐☐☐☐☐

Lokazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji (*)

☐☐☐☐☐☐

Provvista tal-enerġija (*)

☐☐☐☐☐☐

Servizzi ta' tindif tal-vetturi ferrovjarji (*)

☐☐☐☐☐☐

Oħrajn (*)

☐☐☐☐☐☐

10.2.   Impjegati skont it-tip ta' kuntratt

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sitwazzjoni fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar.

 

Kuntratti permanenti

A (19)

(%)

Kuntratti temporanji

B

(%)

 

Kuntratti part-time

(%)

Apprendisti u persuni li jitħarrġu

(%)

Total ta' persunal tal-impriżi ferrovjarji preeżistenti jew ewlenin oħra (20)

☐☐☐,☐ %

☐☐☐,☐ %

 

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

Li minnu:

sewwieqa tal-ferroviji

☐☐☐,☐ %

☐☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

Total tal-persunal tal-maniġers tal-infrastruttura prinċipali

☐☐☐,☐ %

☐☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

☐☐,☐ %

10.3.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Meta ttieħdu kampjuni jew intużaw estimi għall-kompilazzjoni tad-dejta, spjega fil-qosor l-approċċ użat,

Agħti d-dettalji tal-programmi tat-taħriġ jew l-attivitajiet immirati lejn l-impjegati tal-ferrovija,

Speċifika jekk l-awtorità kompetenti użatx id-dritt mogħti lilha fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) fir-rigward tad-drittijiet tal-impjegati u tal-istandards soċjali applikabbli għall-operaturi tas-servizz pubbliku,

Jekk fit-Tabella 10.1 ġiet irrappurtata d-dejta dwar “persunal ta' kumpaniji oħrajn li jipprovdu servizzi relatati mat-trasport ferrovjarju”, spjega fil-qosor liema kumpaniji ġew inklużi.

 

11.   Faċilitajiet tas-servizzi

11.1.   Sjieda u mmaniġġjar tal-faċilitajiet tas-servizzi prinċipali

Għall-fini ta' dan il-kwestjonarju, il-faċilitajiet tas-servizzi huma kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE. Jekk jogħġbok indika l-għadd ta' faċilitajiet operati taħt kull tip ta' sjieda jew operatur.

Faċilità tal-infrastruttura

Sjieda

Operatur

Impriża ferrovjarja preeżistenti u kumpaniji relatati magħha (22)

Kumpaniji oħra

Impriża ferrovjarja preeżistenti u kumpaniji relatati magħha

Kumpaniji oħra

Maniġers tal-infrastruttura

Impriżi ferrovjarji

Kumpaniji integrati (23)

Gvern (24)

Oħrajn

Maniġers tal-infrastruttura

Impriżi ferrovjarji

Kumpaniji integrati

Gvern

Oħrajn

Stazzjonijiet totali

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Stazzjonijiet li jservu aktar minn 25 000 vjaġġatur kuljum

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Stazzjonijiet li jservu bejn 10 000 u 25 000 vjaġġatur kuljum

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Stazzjonijiet li jservu bejn 1 000 u 10 000 vjaġġatur kuljum

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Stazzjonijiet li jservu inqas minn 1 000 vjaġġatur kuljum

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

 

Terminals tal-merkanzija

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Ċentri fejn jinġemgħu l-vetturi ferrovjarji

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Faċilitajiet ta' manutenzjoni

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Faċilitajiet tal-portijiet interni u marittimi konnessi mas-servizzi ferrovjarji

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

Faċilitajiet għar-riforniment tal-fjuwil

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

☐☐☐

11.2.   Għadd ta' ilmenti relatati mal-faċilitajiet tas-servizzi

Jekk jogħġbok iddikjara l-għadd ta' ilmenti li saru dwar l-aċċess għall-faċilitajiet, il-livell tal-imposti jew il-kwalità tas-servizzi fornuti.

Ilmenti li qed jiġu pproċessati bħalissa mill-korp regolatorju

☐☐☐

Deċiżjonijiet meħuda dwar ilmenti matul il-perjodu tar-rappurtar

☐☐☐

11.3.   Deskrizzjoni tal-ilmenti:

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira u ġenerali tal-każijiet ewlenin (mhux aktar minn għaxra) li dwarhom ittieħdet deċiżjoni matul il-perjodu tar-rappurtar. Indika jekk kienx hemm xi ilmenti li qajmu dubji dwar l-interpretazzjoni tal-acquis ferrovjarju Ewropew u ddeskrivi l-azzjonijiet proposti biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

1.

 

2.

 

3.

 

4.

 

5.

 

6.

 

7.

 

8.

 

9.

 

10.

 

11.4.   Kummenti addizzjonali (*):

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe kumment ieħor, inklużi l-punti li ġejjin:

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament, agħti l-informazzjoni f'każ li d-dejta rrappurtata ma tikkonformax bis-sħiħ mal-kontenut u/jew mal-format mitluba,

Speċifika jekk qatt ġewx ikkonsultati l-korpi regolatorji ta' Stati Membri oħra.

 


(1)  Minħabba l-varjetà ta' approċċi possibbli li jistgħu jittieħdu meta jiġu kkalkulati t-TACs, id-dejta pprovduta f'din it-tabella minn Stati Membri differenti mhux neċessarjament tkun komparabbli u se tkun utli prinċipalment għall-monitoraġġ tax-xejriet f'kull Stat Membru.

(2)  Kifspeċifikat fil-punt 3 tal-Anness V tad-Direttiva 2012/34/UE.

(3)  Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju.

(4)  Għall-fini ta' dan il-kwestjonarju, l-istazzjonijiet li jservu aktar minn 10 000 passiġġier għal kull ġurnata tal-ġimgħa jitqiesu bħala “stazzjonijiet ewlenin”, u t-terminals tal-merkanzija b'kapaċità ta' aktar minn 100 000 kontejner kull sena jew aktar minn 1 miljun tunnellata fis-sena jitqiesu bħala “terminals tal-merkanzija ewlenin”.

(5)  Ġeneralment in-nefqa totali rrappurtata fit-tabelli 3.1 u 3.2 għandha tkun bejn wieħed u ieħor indaqs.

(6)  Iċ-ċifra rrappurtata hawn għandha tkun l-istess bħal dik irrappurtata fit-Tabella 6.1. Il-pagamenti ta' konċessjoni minn operatur lil awtorità pubblika għandhom jiġu ttrattati bħala kumpensi “negattivi” għall-OSP.

(7)  Iċ-ċifra rrappurtata hawn għandha tkun l-istess bħal dik irrappurtata fit-Tabella 6.1.

(8)  Għal servizzi skedati biss.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

(10)  Il-pagamenti ta' konċessjoni minn operatur lil awtorità pubblika għandhom jiġu ttrattati bħala kumpens “negattiv” għall-OSP.

(11)  Arranġament miftiehma għall-provvediment tal-vetturi ferrovjarji għal kull kuntratt, eż., ikunu proprjetà tal-awtorità kontraenti jew issussidjati jew iggarantiti minnha; ipprovduti mill-impriża ferrovjarja jew mogħtija b'lokazzjoni.

(12)  Fuq il-bażi tal-kilometri tal-passiġġieri fornuti fit-territorju nazzjonali matul il-perjodu tar-rappurtar. It-total tal-kolonna għandu jkun 100 %.

(13)  Fuq il-bażi tal-kilometri tal-passiġġieri fornuti fit-territorju nazzjonali matul il-perjodu tar-rappurtar. It-total tal-kolonna għandu jkun 100 %.

(14)  Fuq il-bażi ta' tunnellati-km fornuti fit-territorju nazzjonali matul il-perjodu tar-rappurtar. It-total tal-kolonna għandu jkun 100 %.

(15)  L-Istati Membri mhux se jkunu obbligati iktar jimlew din it-taqsima ladarba l-informazzjoni dwar il-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji hija disponibbli għall-Istati Membri kollha fil-Bażi tad-Dejta tal-Interoperabbiltà u s-Sikurezza tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERADIS).

(16)  Minbarra l-liċenzji riattivati matul il-perjodu tar-rappurtar.

(17)  L-ambitu tar-rappurtar għandu jkopri mill-inqas 50 % tas-suq (abbażi tal-kilometri tal-passiġġieri u tat-tunnellati-km).

(18)  Meta ma jkunx inkluż mal-persunal tal-impriża ferrovjarja jew tal-maniġer tal-infrastruttura mogħtija hawn fuq.

(19)  A + B = 100 %.

(20)  L-ambitu tar-rappurtar għandu jkopri mill-inqas 50 % tas-suq (abbażi tal-kilometri tal-passiġġieri u tat-tunnellati-km).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(22)  Inklużi l-maniġers tal-infrastruttura integrata u kumpaniji azzjonarji.

(23)  Inklużi l-impriżi ferrovjarji mhux preeżistenti u l-maniġers tal-infrastruttura, li huma parti minn kumpanija integrata.

(24)  Gvern nazzjonali, reġjonali jew lokali.


Top