EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0791

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/791 tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

C/2015/2802

OJ L 127, 22.5.2015, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/791/oj

22.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/791

tas-27 ta' April 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) jistipula reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali f'każ li jiġu adottati programmi ta'ġestjoni konġunta wara l-1 ta' Jannar 2014, fosthom għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, sabiex l-allokazzjonijiet li ma jkunux intużaw fl-2014 li jaqbżu l-limiti massimi tal-infiq korrispondenti jiġu ttrasferiti għas-snin ta' wara.

(2)

Il-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija u l-Iżvezja u ċerti programmi reġjonali tal-Belġju, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit ma kinux lesti biex jiġu adottati sa tmiem l-2014.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ġie rivedut kif xieraq permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 (3) li jittrasferixxi l-allokazzjonijiet korrispondenti tal-2014 tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali li ma ntużawx għal ġol-limiti massimi ta' nfiq tiegħu għall-2015 u l-2016.

(4)

Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li jistabbilixxi t-tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Peress li dan ir-Regolament huwa essenzjali għall-adozzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-programmi tal-iżvilupp rurali, huwa xieraq li dan jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

IT-TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (GĦALL-PERJODU MILL-2014 SAL-2020)

(prezzijiet attwali f'EUR)

 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL

2014-2020

Il-Belġju

40 855 562

97 243 257

109 821 794

97 175 076

97 066 202

102 912 713

102 723 155

647 797 759

Il-Bulgarija

 

502 807 341

505 020 057

340 409 994

339 966 052

339 523 306

338 990 216

2 366 716 966

Ir-Repubblika Ċeka

 

470 143 771

503 130 504

344 509 078

343 033 490

323 242 050

321 615 103

2 305 673 996

Id-Danimarka

90 287 658

90 168 920

136 397 742

144 868 072

153 125 142

152 367 537

151 588 619

918 803 690

Il-Ġermanja

664 601 903

1 498 240 410

1 685 574 112

1 404 073 302

1 400 926 899

1 397 914 658

1 394 588 766

9 445 920 050

L-Estonja

103 626 144

103 651 030

111 192 345

122 865 093

125 552 583

127 277 180

129 177 183

823 341 558

L-Irlanda

 

469 633 941

469 724 442

313 007 411

312 891 690

312 764 355

312 570 314

2 190 592 153

Il-Greċja

 

907 059 608

1 007 736 821

703 471 245

701 719 722

700 043 071

698 261 326

4 718 291 793

Spanja

 

1 780 169 908

1 780 403 445

1 185 553 005

1 184 419 678

1 183 448 718

1 183 394 067

8 297 388 821

Franza

4 353 019

2 336 138 618

2 363 567 980

1 665 777 592

1 668 304 328

1 671 324 729

1 675 377 983

11 384 844 249

Il-Kroazja

 

448 426 250

448 426 250

282 342 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

2 026 222 500

L-Italja

 

2 223 480 180

2 231 599 688

1 493 380 162

1 495 583 530

1 498 573 799

1 501 763 408

10 444 380 767

Ċipru

 

28 341 472

28 345 126

18 894 801

18 892 389

18 889 108

18 881 481

132 244 377

Il-Latvja

138 327 376

150 968 424

153 066 059

155 139 289

157 236 528

159 374 589

161 491 517

1 075 603 782

Il-Litwanja

230 392 975

230 412 316

230 431 887

230 451 686

230 472 391

230 483 599

230 443 386

1 613 088 240

Il-Lussemburgu

 

21 385 468

21 432 133

14 366 484

14 415 051

14 464 074

14 511 390

100 574 600

L-Ungerija

 

742 851 235

737 099 981

488 620 684

488 027 342

487 402 356

486 662 895

3 430 664 493

Malta

 

20 905 107

20 878 690

13 914 927

13 893 023

13 876 504

13 858 647

97 326 898

In-Netherlands

87 118 078

87 003 509

118 496 585

118 357 256

118 225 747

118 107 797

117 976 388

765 285 360

L-Awstrija

557 806 503

559 329 914

560 883 465

562 467 745

564 084 777

565 713 368

567 266 225

3 937 551 997

Il-Polonja

1 569 517 638

1 175 590 560

1 193 429 059

1 192 025 238

1 190 589 130

1 189 103 987

1 187 301 202

8 697 556 814

Il-Portugall

577 031 070

577 895 019

578 913 888

579 806 001

580 721 241

581 637 133

582 456 022

4 058 460 374

Ir-Rumanija

 

1 723 260 662

1 751 613 412

1 186 544 149

1 184 725 381

1 141 925 604

1 139 927 194

8 127 996 402

Is-Slovenja

118 678 072

119 006 876

119 342 187

119 684 133

120 033 142

120 384 760

120 720 633

837 849 803

Is-Slovakkja

271 154 575

213 101 979

215 603 053

215 356 644

215 106 447

214 844 203

214 524 943

1 559 691 844

Il-Finlandja

335 440 884

336 933 734

338 456 263

340 009 057

341 593 485

343 198 337

344 776 578

2 380 408 338

L-Iżvezja

 

386 944 025

378 153 207

249 386 135

249 552 108

249 710 989

249 818 786

1 763 565 250

Ir-Renju Unit

475 531 544

848 443 195

851 819 320

755 518 938

755 301 511

756 236 113

756 815 870

5 199 666 491

Total tal-UE-28

5 264 723 001

18 149 536 729

18 650 559 495

14 337 975 697

14 347 801 509

14 297 087 137

14 299 825 797

99 347 509 365

 

Assistenza teknika (0,25 %)

34 130 699

34 131 977

34 133 279

34 134 608

34 135 964

34 137 346

34 138 756

238 942 629

Total

5 298 853 700

18 183 668 706

18 684 692 774

14 372 110 305

14 381 937 473

14 331 224 483

14 333 964 553

99 586 451 994 ”


Top