This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2249
Council Decision (CFSP) 2015/2249 of 3 December 2015 amending Decision 2014/486/CFSP on the European Union Advisory Mission for Civilian Security Sector Reform Ukraine (EUAM Ukraine)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)
ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2249
tat-3 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine). |
(2) |
Fis-17 ta' Novembru 2014, permezz tad-Deċiżjoni 2014/800/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jniedi l-EUAM Ukraine fl-1 ta' Diċembru 2014 u li jemenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK biex jipprovdi l-EUAM Ukraine b'ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2015. |
(3) |
Jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata biex tipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016. |
(4) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha tiġi emendata biex il-mandat tal-EUAM Ukraine jiġi estiż b'sena, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 14(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 14 400 000.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit minn dan li ġej: “Hija għandha tapplika sat-30 ta' Novembru 2017.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2015.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BRAZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42)
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/800/PESK tas-17 ta' Novembru 2014 li tniedi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 24).