Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0107

Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad- 9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

OJ L 359, 16.12.2014, p. 1–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/107/oj

16.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 359/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/107/UE

tad-9 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali. Dħul li ma jiġix irrappurtat u ntaxxat qiegħed inaqqas konsiderevolment id-dħul nazzjonali mit-taxxi. Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja fil-ġbir tat-taxxi hija waħda urġenti. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' Azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u iskambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet ta' taxxa.

(2)

L-importanza tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala mezz għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali ġiet rikonoxxuta reċentement ukoll fil-livell internazzjonali (G20 u G8). Wara n-negozjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u bosta pajjiżioħra, inklużi l-Istati Membri kollha, dwar ftehimiet bilaterali ta' skambju awtomatiku biex tiġi implimentata l-Att ta' Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin tal-Istati Uniti (komunement magħruf bħala “FATCA”), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ingħatat il-mandat mill-G20 biex tibni fuq dawn il-ftehimiet biex tiżviluppa standard globali uniku għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar it-taxxa.

(3)

Il-Kunsill Ewropew fit-22 ta' Mejju 2013 talab l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fil-livelli tal-Unjoni u globali bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew laqa' wkoll l-isforzi kontinwi li qed isiru fil-G20 u fl-OECD biex jiġi żviluppat standard globali għal skambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet ta' taxxa.

(4)

Fi Frar 2014, l-OECD irrilaxxat l-elementi prinċipali ta' standard globali għal skambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji għal kwistjonijiet ta' taxxa, jiġifieri Ftehim Mudell ta' Awtorità Kompetenti u Standard ta' Rappurtar Komuni, li sussegwentement ġew approvati mill-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali tal-G20. F'Lulju 2014, il-Kunsill tal-OECD irrilaxxa l-istandard globali sħiħ, inkluż l-elementi pendenti tiegħu, jiġifieri l-Kummentarji dwar il-Ftehim Mudell ta' Awtorità Kompetenti u l-Istandard ta' Rappurtar Komuni u l-Modalitajiet tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-istandard globali. Il-pakkett standard globali kollu ġie approvat mill-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali tal-G20 f'Settembru 2014.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2) diġà tipprovdi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ċerti kategoriji ta' dħul u kapital, l-iktar ta' natura mhux finanzjarja, li min iħallas it-taxxa jkollu fi Stati Membri minbarra l-Istat ta' residenza tagħhom. Hi tistabbilixxi wkoll approċċ pass pass għat-tisħiħ tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni permezz tal-estensjoni progressiva tagħha għal kategoriji ġodda ta' dħul u ta' kapital u t-tneħħija tal-kondizzjoni li l-informazzjoni għandha tiġi skambjata biss jekk disponibbli. Bħalissa, minħabba li żdiedu l-opportunitajiet biex wieħed jinvesti barra f'firxa wiesgħa ta' prodotti finanzjarji, l-istrumenti ta' kooperazzjoni amministrattiva eżistenti internazzjonali u tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni saru inqas effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali.

(6)

Kif enfasizzat mit-talba tal-Kunsill Ewropew, huwa xieraq li titmexxa 'l quddiem l-estensjoni ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni diġà prevista fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward ta' residenti fi Stati Membri oħrajn. Inizjattiva tal-Unjoni ser tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv mifrux mal-Unjoni kollha għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fis-suq intern li jwassal għal iffrankar tal-ispejjeż kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi.

(7)

Il-fatt li l-Istati Membri kkonkludew jew jinsabu qrib li jikkonkludu ftehimiet mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar FATCA jfisser li dawk l-Istati Membri jkunu qed jipprovdu jew ser jipprovdu għal kooperazzjoni usa' skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/16/UE, u huma, jew ser ikunu, b'obbligu li jipprovdu tali kooperazzjoni usa' lill-Istati Membri l-oħra wkoll.

(8)

Il-konklużjoni ta' ftehimiet paralleli u mhux koordinati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/16/UE tista' twassal għal distorsjonijiet li jkunu ta' detriment għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Skambju awtomatiku tal-informazzjoni usa' fuq il-bażi ta' strument leġislattiv għall-UE kollha jipprevjeni l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jinvokaw dak l-Artikolu, bil-għan li jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jistgħu jitqiesu xierqa dwar l-istess suġġett fl-assenza ta' leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(9)

Sabiex jiġu mminimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi, huwa kruċjali wkoll li jiġi żgurat li l-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fl-Unjoni jkun konformi mal-iżviluppi internazzjonali. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji tagħhom biex jimplimentaw regoli ta' rappurtaġġ u ta' diliġenza dovuta li jkunu konsistenti bis-sħiħ ma' dawk stipulati fl-Istandard ta' Rappurtar Komuni żviluppat mill-OECD. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jiġi estiż biex jinkludi l-istess informazzjoni kopert mill-Ftehim Mudell ta' Awtorità Kompetenti u l-Istandard ta' Rappurtar Komuni tal-OECD. Huwa mistenni li kull Stat Membru jkollu biss lista waħda ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u ta' Kontijiet Esklużi ddefiniti b'mod domestiku li dan juża' kemm għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll għall-applikazzjoni ta' ftehimiet oħra li jimplimentaw l-istandard globali.

(10)

Il-kategoriji ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u kontijiet rapportabbli koperti minn din id-Direttiva huma mfassla biex jillimitaw l-opportunatijiet għal min iħallas it-taxxa biex jevitaw li jiġu rrappurtati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Madankollu, ċerti Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ġeneralment, ma għandhomx jiġu inklużi limiti f'din id-Direttiva għax jistgħu faċilment jinħarbu billi l-kontijiet jinqasmu f'Istituzzjonijiet Finanzjarji differenti. L-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġ li tiġi rrappurtata u skambjata ma għandhiex tikkonċerna biss id-dħul rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ minn Assi Finanzjarji, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn min iħallas it-taxxa jfittex jaħbi kapital li huwa stess jirrappreżenta dħul jew assi li fir-rigward tiegħu tkun saret evażjoni tat-taxxa. Għalhekk, l-ipproċessar ta' informazzjoni taħt din id-Direttiva huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-ammnistrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw b'mod korrett u inekwivoku lill-persuni li jħallsu t-taxxa kkonċernati, jamministraw u jinforzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom f'sitwazzjonijiet transkonfinali, biex jevalwaw kemm hu possibbli li ssir evażjoni tat-taxxa biex jiġu evitati aktar investigazzjonijiet mhux meħtieġa.

(11)

L-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' informazzjoni tagħhom lejn Persuni Rapportabbli individwali billi jsegwu l-arranġamenti dettaljati dwar il-komunikazzjoni, fosthom il-frekwenza tagħha, prevista mill-proċeduri interni tagħhom skont il-liġi domestika tagħhom.

(12)

L-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-Istati Membri li jibagħtu u l-Istati Membri li jirċievu, fil-kapaċità tagħhom bħala kontrolluri tad-data, m'għandhomx iżommu informazzjoni pproċessata f'konformità ma' din id-Direttiva aktar milli meħtieġ biex jiksbu l-finijiet tagħha. Minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri, il-perijodu massimu ta' kemm iżommuha għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-istatut ta' limitazzjonijiet provdut mil-leġislazzjoni domestika tat-taxxa ta' kull kontrollur tad-data.

(13)

Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Kummentarji dwar il-Ftehim Mudell ta' Awtorità Kompetenti u l-Istandard ta' Rappurtar Komuni, żviluppati mill-OECD, bħala sors ta' deskrizzjoni jew interpretazzjoni u sabiex jiżguraw konsistenza fl-applikazzjoni fl-Istati Membri kollha. L-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam għandha tkompli tieħu kont partikolari tal-iżviluppi futuri fil-livell tal-OECD.

(14)

Il-kondizzjoni li l-iskambju awtomatiku jista' jiġi soġġett għad-disponibbiltà tal-informazzjoni mitluba kif provdut fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE ma għandhiex tapplika għall-partiti ġodda kif introdotti minn din id-Direttiva fid-Direttiva 2011/16/UE.

(15)

Ir-referenza għal limitu minimu fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha titneħħa billi limitu minimu bħal dan ma jidhirx li hu maniġġabbli fil-prattika.

(16)

ir-rieżami tal-kondizzjoni ta' disponibbiltà li għandu jsir fl-2017 għandu jiġi estiż għall-ħames kategoriji kollha msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE, sabiex il-każ għall-iskambju ta' informazzjoni mill-Istati Membri kollha fuq dawk il-kategoriji kollha jkun jista' jiġi eżaminat.

(17)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji li huma rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tal-protezzjoni ta' data personali.

(18)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mal-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq suffiċjentament mill-Istati Membri iżda iktarx tista', minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa,tjintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(19)

Fid-dawl tad-differenzi strutturali eżistenti, l-Awstrija għandha titħalla tiskambja informazzjoni b'mod awtomatiku skont din id-Direttiva għall-ewwel darba sat-30 ta' Settembru 2018 minflok sat-30 ta' Settembru 2017.

(20)

Id-Direttiva 2011/16/UE għandha b'hekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-punt 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.

‘skambju awtomatiku’ tfisser il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel dwar residenti fi Stati Membri oħrajn lill-Istati Membru rilevanti ta' residenza mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Fil-kuntest tal-Artikolu 8, l-informazzjoni disponibbli tirreferi għal informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jkun qed jikkomunika l-informazzjoni, li tista' tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f'dak l-Istat Membru. Fil-kuntest tal-Artikolu 8(3a), l-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 25(2) u (3) kwalunkwe terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu skont id-definizzjonijiet korrispondenti stipulati fl-Anness I.”

(2)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tindika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar waħda mill-kategoriji tad-dħul u l-kapital imsemmija fil-paragrafu 1 jew bosta minnhom. Hija għandha wkoll tinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Stat Membru jista' jitqies li ma jixtieqx jirċievi informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1, jekk ma jinformax lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kategorija speċifika li fir-rigward tagħha huwa jkollu informazzjoni disponibbli.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti tiegħu li jwettqu r-regoli ta' rappurtaġġ u ta' diliġenza dovuta inklużi fl-Annessi I u II u biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità ma', tali regoli f'konformità mat-Taqsima IX tal-Anness I.

Skont ir-regoli ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta li jinsabu fl-Annessi I u II, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika sa mhux iktar tard mid-data ta' skadenza stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 6, lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-informazzjoni segwenti fir-rigward tal-perijodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2016 dwar Kont Rapportabbli:

(a)

l-isem, l-indirizz, it-TINs ud-data u l-post ta' twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

(b)

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru tal-kont);

(c)

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

il-bilanċ tal-kont jew il-valur (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul tali sena jew perijodu, l-għeluq tal-kont;

(e)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(i)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u

(ii)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-ammortament ta' Assi Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

(f)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u

(g)

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fil-punt (e) jew fil-punt (f), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' ammortament magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor.

Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni skont dan il-paragrafu, sakemm mhux provdut mod ieħor f'dan il-paragrafu jew fl-Annessi, l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom jipprevalu fuq il-punt (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe strument legali ieħor tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (*), sal-punt li l-iskambju ta' informazzjoni inkwistjoni jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe strument legali ieħor tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2003/48/KE.

(*)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).”"

;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Qabel l-1 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti u l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dan. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill rigward il-kategoriji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, inkluża l-kondizzjoni li l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra jew l-elementi msemmija fil-paragrafu 3a, jew it-tnejn li huma, tkun disponibbli.

Meta jkun qed jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta t-tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u t-titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprovdi li:

(a)

l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni rigward perijodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2017 rigward ir-residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital elenkati fil-paragrafu 1, kif għandhom jinftiehmu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni; u

(b)

il-listi ta' kategoriji u partiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3a jiġu estiżi biex jinkludu kategoriji u elementi oħra, inklużi d-drittijiet tal-awtur.”

;

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni għandha ssir skont kif ġej:

(a)

għall-kategoriji stipulati fil-paragrafu 1: tal-inqas darba fis-sena, fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena tat-taxxa tal-Istat Membru li matulha l-informazzjoni tkun saret disponibbli;

(b)

għall-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 3a: annwalment, fi żmien disa' xhur minn tmiem is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li għalih tirrelata l-informazzjoni.”

;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a.   Għall-finijiet tas-subparagrafi B.1(c) u C.17(g) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, kull Stat Membru għandu, sal-31 ta' Lulju 2015, jipprovdi lill-Kummissjoni dwar il-lista ta' entitajiet u kontijiet li għandhom jiġu ttrattati, rispettivament, bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi. Kull Stat Membru għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil li jsir f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista kompilata tal-informazzjoni riċevuta u għandha taġġorna l-lista kif ikun meħtieġ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tipi ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha elenkati fis-subparagrafi B.1(c) u C.17(g) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, u b'mod partikolari li l-istatus ta' Istituzzjoni Finanzjarja bħala Istituzzjoni Finanzjarja mhux Rapportanti jew l-istatus ta' kont bħala Kont Eskluż ma jxekklux il-finijiet ta' din id-Direttiva.”

.

(3)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-iskambji awtomatiċi ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8 għandhom jintbagħtu bl-użu ta' format standard elettroniku mmirat li jiffaċilita tali skambju awtomatiku u bbażat fuq il-format elettroniku skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/48/KE, li għandu jintuża għat-tipi kollha ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni, adottat mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”

.

(4)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tan-netwerk CCN li jkun meħtieġ biex jippermetti l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bejn l-Istati Membri u biex tiżgura s-sigurtà tan-netwerk CCN.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tas-sistemi tagħhom li jkun meħtieġ biex dik l-informazzjoni tiġi skambjata permezz tan-netwerk CCN u għall-iżgurar tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull Persuna Rapportabbli individwali tiġi avżata bil-ksur tas-sigurtà fir-rigward tad-data tagħha meta dak il-ksur x'aktarx li jaffettwa l-protezzjoni tad-data personali jew il-privatezza tagħha.

L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw il-pretensjonijiet kollha għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ħlief, fejn adatt, fir-rigward ta' tariffi mħallsa lill-esperti.”

.

(4)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test attwali tal-Artikolu 25 isir il-paragrafu 1.

(b)

jiddaħħlu il-paragrafi li ġejjin:

“2.   L-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tad-data għall-finijiet tad-Direttiva 95/46/KE.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jiżgura li kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tgħarraf lil kull Persuna Rapportabbli individwali kkonċernata li l-informazzjoni marbuta magħha msemmija fl-Artikolu 8(3a) ser tinġabar u tiġi trasferita f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tiżgura li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tagħti lil dak l-individwu kull informazzjoni li hu intitolat għaliha skont il-leġislazzjoni domestika tagħha li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE fi żmien biżżejjed biex l-individwu jħaddem id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data tiegħu u, ikun x'ikun il-każ, qabel ma l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti kkonċernata tirrapporta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3a) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tiegħu.

4.   L-informazzjoni pproċessata f'konformità ma' din id-Direttiva m'għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet ta' din id-Direttiva, u jkun x'ikun il-każ skont ir-regoli domestiċi ta' kull kontrollur tad-data dwar l-istatut tal-limitazzjonijiet.”

;

(6)

Jiżdiedu l-Annessi I u II, li t-tesi tagħhom huma stipulati fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   Minkejja l-punt (b) tal-punt (2) tal-Artikolu 1 u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awstrija għandha tapplika d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2017, fir-rigward tal-perijodi taxxabbli minn dik id-data.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 68.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

REGOLI TA' RAPPURTAR U DILIĠENZA DOVUTA GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR KONTIJIET FINANZJARJI

Dan l-Anness jistipula r-regoli ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta li għandhom jiġu applikati mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju awtomatiku, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3a) ta' din id-Direttiva. Dan l-Anness jiddeskrivi wkoll ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità ma', il-proċeduri ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta li jinsabu hawn taħt.

TAQSIMA I

REKWIŻITI ĠENERALI TA' RAPPURTAR

A.

Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli ta' tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:

1.

l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta' residenza, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid (fil-każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura ta' diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i u (jekk ikun hemm) ġurisdizzjoni(jiet) oħra ta' residenza u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta' residenza, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

2.

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);

3.

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

4.

il-bilanċ tal-kont jew il-valur (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul tali sena jew perijodu, l-għeluq tal-kont;

5.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(a)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u

(b)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-ammortament ta' Assi Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

6.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depositarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u

7.

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' fidi magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor.

B.

L-informazzjoni rappurtata trid tidentifika l-munita li fiha tkun iddenominata kull ammont.

C.

Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, it-TIN(s) jew id-data ta' twelid ma tkunx meħtieġa li tiġi rappurtata jekk tali TIN(s) jew data ta' twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma tkunx tinħtieġ li tinġabar b'mod ieħor minn tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi domestika jew kwalunkwe strument legali tal-Unjoni. Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija mitluba tagħmel sforzi raġonevoli biex tikseb it-TIN(s) u d-data ta' twelid fir-rigward ta' Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha tali Kontijiet ikunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Minkejja s-subparagrafu A(1), it-TIN ma jkunx meħtieġ li jiġi rappurtat jekk ma jinħariġx TIN mill-Istat Membru rilevanti jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza.

E.

Minkejja s-subparagrafu A(1), il-post ta' twelid ma jkunx meħtieġ li jiġi rappurtat dment li:

(1)

l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tiksbu u tirrappurtah mod ieħor skont il-liġi domestika jew l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun jew kienet meħtieġa tiksbu u tirrappurtah mod ieħor skont kwalunkwe strument legali tal-Unjoni fis-seħħ jew li kien fis-seħħ fil-5 ta' Jannar 2015; u

(2)

ikun disponibbli fid-data li tista' titfittex b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

TAQSIMA II

REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA

A.

Kont jibda jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli fid-data li jiġi identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII u, sakemm mhux previst mod ieħor, informazzjoni fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandha tiġi rapportata annwalment fis-sena kalendarja wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni.

B.

Il-bilanċ jew il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor.

C.

Fejn livell ta' bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja, il-bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tal-perijodu ta' rappurtaġġ li jintemm fi jew fi ħdan dik is-sena kalendarja.

D.

Kull Stat Membru jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif ikkontemplati fil-liġi domestika, iżda dawn l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti.

E.

Kull Stat Membru jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn Stat Membru jippermetti proċeduri ta' diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid li jintużaw għal Kontijiet Preeżistenti, ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli mod ieħor għal Kontijiet Preeżistenti.

TAQSIMA III

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI

A.

Introduzzjoni. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikar ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet Individwali Preeżistenti.

B.

Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx.

1.

Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz għal finijiet ta' determinazzjoni jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna Rapportabbli.

2.

Tiftix Elettroniku ta' Rekords. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentarja kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li tista' titfittex b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6):

(a)

identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta' Stat Membru;

(b)

indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali) fi Stat Membru;

(c)

numru tat-telefon wieħed jew aktar fi Stat Membru u l-ebda numru tat-telefon fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depositarju) biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum fi Stat Membru;

(e)

prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz fi Stat Membru; jew

(f)

istruzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ fi Stat Membru jew l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont.

3.

Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fit-tiftixa elettronika, imbagħad l-ebda azzjoni ulterjuri mhija meħtieġa sakemm ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'waħda jew aktar indicia li jiġu assoċjati mal-kont, jew il-kont isir Kont ta' Valur Għoli.

4.

Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafu B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fit-tiftixa elettronika, jew ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'waħda jew aktar indicia li jiġu assoċjati mal-kont, imbagħad l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal finijiet ta' taxxa ta' kull Stat Membru li għalih ikun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu japplika fir-rigward ta' dak il-kont.

5.

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ jiġi skopert fit-tiftixa elettronika u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkat fis-subparagrafu B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar adatta għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa analoga tar-rekords deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta' Kont. Jekk it-tiftixa analoga ma tistabbilixxix indicium u l-attentat ta' ksib tal-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata ma jkunx suċċess, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha bħala kont mhux dokumentat.

6.

Minkejja sejba ta' indicia skont is-subparagrafu B(2), Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba tittratta Detentur ta' Kont bħala resident ta' Stat Membru jekk:

(a)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha indirizz postali jew ta' residenza attwali f'dak l-Istat Membru, numru tat-telefon wieħed jew aktar f'dak l-Istat Membru (u l-ebda numru tat-telefon fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi għal kont miżmum fi Stat Membru, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew eżaminat minn qabel u żżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-Istat(i) Membru/i jew ġurisdizzjoni(jiet) oħra ta' residenza ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix dak l-Istat Membru; u

(ii)

Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus nonrapportabbli tad-Detentur ta' Kont;

(b)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz f'dak l-Istat Membru u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun eżaminata minn qabel u żżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-Istat(i) Membru/i jew ġurisdizzjoni(jiet) oħra ta' residenza ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix dak l-Istat Membru; jew

(ii)

Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus nonrapportabbli tad-Detentur ta' Kont.

C.

Proċeduri ta' Eżami mtejjeb għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri ta' eżami mtejjeb li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli.

1.

Tiftix Elettroniku ta' Rekords. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li tista' titfittex b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2).

2.

Tiftix Analogu tar-Rekords. Jekk id-databases li jistgħu jitfittxu b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jinkludu oqsma għal, u jaqbdu l-informazzjoni kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), imbagħad ma tkunx meħtieġa tiftixa analoga ulterjuri tar-rekords. Jekk id-databases elettroniċi ma jaqbdux din l-informazzjoni kollha, imbagħad fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina wkoll il-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sal-punt li ma jinsabx fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li ġejjin assoċjati mal-kont u miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti fl-aħħar ħames snin għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2):

(a)

l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont;

(b)

il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;

(c)

id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra;

(d)

kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment fis-seħħ; u

(e)

kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depositarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment fis-seħħ.

3.

Eċċezzjoni Għall-Punt Li Databases Ikun Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba twettaq it-tiftixa analoga tar-rekords deskritta fis-subparagrafu C(2) sal-punt li l-informazzjoni li tista' titfittex b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi li ġej:

(a)

l-istatus ta' residenza ta' Detentur ta' Kont;

(b)

l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(c)

in-numru(i) tat-telefon ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun hemm, mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji minbarra Kontijiet Depositarju, jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja oħra);

(e)

jekk ikun hemm struzzjoni attwali ta' ‘in-care-of’ jew ‘hold mail’ jew għad-Detentur ta' Kont; u

(f)

jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont.

4.

Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għall-Għarfien Attwali. Minbarra t-tiftix elettroniku u analogu deskritt fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta' Kont ikun Persuna Rapportabbli.

5.

Effett ta' Sejbien ta' Indicia.

(a)

Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u l-kont ma jiġix identifikat bħala miżmum minn Persuna Rapportabbli fis-subparagrafu C(4), imbagħad ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'indicium wieħed jew aktar li jiġu assoċjati mal-kont.

(b)

Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'indicium wieħed jew aktar jiġu assoċjati mal-kont, imbagħad l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Stat Membru li għalih indicium jkun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

(c)

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care of’ jiġi skopert fl-eżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritta fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja, din għandha tirrapporta l-kont lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha bħala kont mhux dokumentat.

6.

Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli fil-31 ta' Diċembru 2015, iżda jsir Kont ta' Valur Għoli fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikkompleta l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk, abbażi ta' dan ir-rieżami tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

7.

Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa tapplika mill-ġdid tali proċeduri, minbarra r-rikjesta tal-maniġer għall-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4), għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti sakemm il-kont ikun mhux dokumentat f'liema każ l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat.

8.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli li tirriżulta f'wieħed jew aktar indicia deskritti fis-subparagrafu B(2) li jkunu qed jiġu assoċjati mal-kont, imbagħad l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Stat Membru li għalih indicium huwa identifikat sakemm ma jagħżilx li japplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

9.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri biex tiżgura li maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali ġdid fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb d-dokumentazzjoni xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont.

D.

Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2016. Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Inqas għandu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2017.

E.

Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli taħt din it-Taqsima għandu jkun trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

TAQSIMA IV

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Ġodda.

A.

Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri AML/KYC.

B.

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll it-TIN tad-Detentur tal-Kont fir-rigward ta' tali Stat Membru (soġġett għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid.

C.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont.

TAQSIMA V

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.

A.

Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rappurtati. Sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament, fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet, Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew valur li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000, mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja.

B.

Kontijiet ta' Entità soġġetti għal Eżami. Kont ta' Entità Preeżistenti li għandu bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000, u Kont ta' Entità Preeżistenti li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu eżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.

C.

Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex ikun ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Tiddetermina Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

L-informazzjoni tal-eżami li tinżamm għal finijiet regolatorji jew ta' kuntatti mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont il-proċeduri AML/KYC) biex jiġi determinat jekk l-informazzjoni tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti fi Stat Membru. Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti fi Stat Membru tinkludi post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz fi Stat Membru.

(b)

Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli tiddetermina abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli.

2.

Tiddetermina Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar adatta taħt iċ-ċirkustanzi.

(a)

Jiġi ddeterminat jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

(b)

Jiġu determinati l-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC.

(c)

Jiġi determinat jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq:

(i)

informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar bi bilanċ tal-kont jew tal-valur aggregat li ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000; jew

(ii)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti tal-Istat(i) Membru(i) jew ġurisdizzjoni(jiet) oħra fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa.

E.

L-għażla ta' żmien tar-Rieżami u Proċeduri Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti

1.

L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000, irid jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2017.

2.

L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000 iżda jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta' Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha l-bilanċ tal-kont jew valur aggregat jaqbeż tali ammont.

3.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma' kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.

TAQSIMA VI

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika dawn il-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Tiddetermina Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

Tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i) tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta mal-ftuħ tal-kont, inkluż kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiġi determinata r-residenza tad-Detentur tal-Kont.

(b)

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli, sakemm hija raġonevolment tiddetermina abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli għall-pubbliku li d-Detentur tal-Kont ma jkunx Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali Stat Membru.

2.

Tiddetermina Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Ġdid (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar adatta taħt iċ-ċirkustanzi.

(a)

Jiġi ddeterminat jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li abbażi tagħha tista' raġonevolment tiddetermina li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

(b)

Jiġu determinati l-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC.

(c)

Jiġi determinat jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet ta' determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti.

TAQSIMA VII

REGOLI TA' DILIĠENZA DOVUTA SPEĊJALI

Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:

A.

Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija żbaljata jew mhux affidabbli.

B.

Proċeduri alternattivi għal Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità u għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità li jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ikollha għarfien dwar il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun attwalment taf, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri fil-paragrafu B tat-Taqsima III.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont lill-impjegat/id-detentur taċ-ċertifikat jew il-benefiċjarju, jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew aktar;

(ii)

l-impjegat/id-detenturi ta' ċertifikat huma intitolati jirċievu kwalunkwe valur tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u jinnominaw benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt tal-impjegat; u

(iii)

l-ammont aggregat pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew benefiċjarju ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000.

It-terminu ‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp’ ifisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor; u (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta' klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp.

It-terminu ‘Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp’ ifisser Kuntratt ta' Annwalità li taħtu l-interessati huma individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor.

C.

Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita

1.

Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Għall-finijiet biex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hi meħtieġa li tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew TIN, u jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għandu jiġi attribwit l-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

2.

Aggregazzjoni tal-Kontijiet ta' Entità. Għall-finijiet biex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hi meħtieġa li tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew TIN, u jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

3.

Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers tal-Kuntatti. Għall-finijiet biex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex ikun determinat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hi meħtieġa wkoll, fil-każ ta' kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun direttament jew indirettament jappartjeni lil, ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, biex jiġbor flimkien dawn il-kontijiet kollha.

4.

Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra. L-ammonti kollha denominati fil-munita domestika ta' kull Stat Membru għandhom jinqraw li jinkludu ammonti ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġi domestika.

TAQSIMA VIII

TERMINI MFISSRA

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:

A.   Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti

1.

It-terminu ‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ jfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti. It-terminu ‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru’ jfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun residenti fi Stat Membru, iżda jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li ma tinsabx f'dak l-Istat Membru, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx residenti fi Stat Membru, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dak l-Istat Membru.

2.

It-terminu ‘Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni’ jfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, iżda jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li ma tinsabx barra dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

3.

It-terminu ‘Istituzzjoni Finanzjarja’ jfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpannija tal-Assigurazzjoni Speċifika.

4.

It-terminu ‘Istituzzjoni Finanzjarja’ jfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpannija tal-Assigurazzjoni Speċifika. Entità żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perijodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perijodu tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perijodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.

5.

It-terminu ‘Istituzzjoni Depożitorja’ jfisser kwalunkwe Entità li taċċetta depożiti fil-kors ordinarju tan-negozju bankarju jew wieħed simili.

6.

It-terminu ‘Entità tal-Investiment’ ifisser kwalunkwe entità:

(a)

li primarjament twettaq bħala negozju wieħed jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew f'isem klijent:

(i)

kummerċ fi strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati, eċċ.); kambju barrani, kambju, rati tal-interess u strumenti tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju fi futures tal-komoditajiet;

(ii)

ġestjoni individwali jew kollettiva tal-portafoll; jew

(iii)

inkella investiment, amministrar, jew maniġġar ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra;

jew

(b)

li l-introjtu gross tiegħu huwa primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpannija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6)(a).

Entità tiġi trattata bħala li tkun qed primarjament tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perijodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perijodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. It-terminu ‘Entità tal-Investiment’ ma jinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa kwalunkwe kriterju fis-subparagrafi D(8)(d) sa (g).

Dan il-paragrafu għandu jkun interpretat b'mod li jkun konsistenti ma' lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta' ‘istituzzjoni finanzjarja’ fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja.

7.

It-terminu ‘Ass Finanzjarju’ jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess benefiċjarju titolari fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva miżmuma b'mod wiesa' jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap (pereżempju, swaps tar-rata ta' interess, swaps ta' munita, basis swaps, caps fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta' ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Annwalità, jew kwalunkwe interess (inklużi futures jew kuntratt jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap, Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Annwalità. It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.

8.

It-terminu ‘Kumpanija Speċifikata tal-Assigurazzjoni’ jfisser Entità li tkun kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija holding ta' kumpanija tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta', Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità.

B.   Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti

1.

It-terminu ‘Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti’ jfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:

(a)

entità governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija Speċifikata tal-Assigurazzjoni, Istituzzjoni ta' Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja;

(b)

fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu;

(c)

kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża biex tevadi t-taxxa, ikollha karatteristiċi sostanzjalment simili għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi B(1)(a) u (b), u tkun inkluża fil-lista ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Nonrapportanti msemmija fl-Artikolu 8(7a) ta' din id-Direttiva, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti ma tiffrustrax l-għanijiet ta' din id-Direttiva;

(d)

mezz Kollettiv ta' Investiment Eżentat; jew

(e)

trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust tkun Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li tiġi rappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha tat-trust.

2.

It-terminu ‘Entità Governattiva’ jfisser il-gvern ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew mezz strumentali b'appartenenza totali ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, ‘Entità Governattiva’). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali, l-entitajiet ikkontrollati, u s-suddiviżjonijiet politiċi ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra.

(a)

‘Parti integrali’ ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li tikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew kontijiet oħra tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludix xi individwu li huwa sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew personali.

(b)

‘Entità kkontrollata’ tfisser Entità li hija separata fil-forma minn Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra jew li inkella tikkostitwixxi entità ġuridika separata, dment li:

(i)

l-Entità tappartjeni kompletament u hija kkontrollata minn Entità Governattiva waħda jew aktar direttament jew minn entità kkontrollata waħda jew aktar;

(ii)

il-qligħ nett tal-Entità jkunu akkreditati fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta' Entità Governattivawaħda jew aktar, u ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u

(iii)

mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità huma vestiti f'Entità Governattivawaħda jew aktar.

(c)

L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta' programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benessri komuni jew jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern., Minkejja dan ta' hawn fuq, l-introjtu jitqies li jkun għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità Governattiva biex tmexxi negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.

3.

It-terminu ‘Organizzazzjoni Internazzjonali’ jfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew mezz strumentali tagħha. Din il-kategorija tinkludi organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (i) li hi primarjament magħmula minn gvernijiet; (ii) li għandha fil-fatt kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru; u (iii) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati.

4.

It-terminu ‘Bank Ċentrali’ jfisser istituzzjoni li hija bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-Istat Membru stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, irrispettivament jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru.

5.

It-terminu ‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa’jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, għal benefiċjarji li huma attwalment jew preċedentement impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' wieħed jew aktar impjegaturi f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:

(a)

ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 % tal-assi tal-fond;

(b)

huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi informazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet tat-taxxa; u

(c)

jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu mill-investiment, jew it-tassazzjoni ta' tali introjtu jkun differit jew intaxxat b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan tal-irtirar jew tal-pensjoni;

(ii)

il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet ta' rtirar u pensjonijiet deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jisponsorjaw;

(iii)

Id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar, diżabbiltà, jew mewt (ħlief distribuzzjonijiet imġedda għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew kontijiet ta' rtirar u pensjonijiet deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)), jew japplikaw penali għad-distribuzzjonijiet jew ġbid ta' flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew

(iv)

il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat jew ma jistax jaqbeż, annwalment, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000, bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita.

6.

It-terminu ‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata’ jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm:

(a)

il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant;

(b)

il-fond huwa sponsorjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi;

(c)

il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u ta' impjegatur għall-fond (għajr trasferimenti ta' assi minn kontijiet ta' rtirar u pensjonijiet deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament;

(d)

il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u

(e)

il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi informazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet tat-taxxa.

7.

It-terminu ‘Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali’ jfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li ma jkunux impjegati attwali jew preċedenti, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali.

8.

It-terminu ‘Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu’ jfisser Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix immedjatament irritornat lill-klijent; u

(b)

fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, f'kull każ jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-ritorn ta' merkanzija.

9.

It-terminu ‘Mezz Kollettiv ta' Investiment Eżentat’ ifisser Entità tal-Investiment li tkun regolata bħala mezz kollettiv ta' investiment, sakemm l-interessi kollha fil-mezz kollettiv ta' investiment huma miżmuma minn jew permezz ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli.

Entità tal-Investiment li hija rregolat bħala mezz kollettiv ta' investiment ma għandhiex ma tikkwalifikax taħt is-subparagrafu B(9) bħala Mezz Kollettiv ta' Investiment Eżentat, unikament minħabba li l-mezz kollettiv ta' investiment ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma ta' bearer, sakemm li:

(a)

il-mezz kollettiv ta' investiment ma jkunx ħareġ, u ma joħroġx, xi ishma anonimi wara l-31 ta' Diċembru 2015;

(b)

il-mezz kollettiv ta' investiment jirtira l-ishma kollha bħal dawn maċ-ċessjoni;

(c)

il-mezz kollettiv ta' investiment iwettaq il-proċeduri ta' diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u jirrapporta kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li tiġi rrapportata fir-rigward ta' kwalunkwe sehem bħal dan meta tali ishma jkunu ppreżentati għal ammortament jew pagament ieħor; u

(d)

il-mezz kollettiv ta' investiment ikollu fis-seħħ linji politiċi u proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta' Jannar 2018.

C.   Kont Finanzjarju

1.

It-terminu ‘Kont Finanzjarju’ jfisser kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, u jinkludi Kont Depożitorju, Kont ta' Kustodja u:

(a)

fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda interess fuq ekwità jew dejn f'Entità li tkun Entità tal-Investiment sempliċiment minħabba li (i) tagħti pariri dwar l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment, maniġġjar, jew amministrazzjoni ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità;

(b)

fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li jiġi evitat ir-rappurtar skont it-Taqsima I; u

(c)

kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta' Annwalità maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, għajr annwalità immedjata tal-ħajja mhux marbuta ma' investiment u mhux trasferibbli li tinħareġ lil individwu u tiffissal-valur fi flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst taħt kont li jkun Kont Eskluż.

It-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż.

2.

It-terminu ‘Kont Depożitorju’ jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, ta' ċċekkjar, ta' tifdil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu, ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment, ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed simili. Kont Depożitorju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpanija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu.

3.

It-terminu ‘Kont ta' Kustodja’ jfisser kont (minbarra Kuntratt ta' Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Annwalità) li jkollu Ass Finanzjarju wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra.

4.

It-terminu ‘Interess fuq Ekwità’ jfisser, fil-każ ta' sħubija li hija Istituzzjoni Finanzjarja jew interess fuq kapital jew fuq il-qligħ fi sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.

5.

It-terminu ‘Kuntratt ta' Assigurazzjoni’ jfisser kuntratt (minbarra Kuntratt ta' Annwalità) li taħtu l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.

6.

It-terminu ‘Kuntratt ta' Annwalità’ jfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta' żmien determinat fl-intier jew f'parti b'referenza għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta' Annwalità skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-kuntratt inħareġ, u taħt liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin.

7.

It-terminu ‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus’ ifisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.

8.

It-terminu ‘Valur fi Flus’ ifisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta jiġi ċedut jew terminat il-kuntratt (determinat mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista' jissellef taħt jew rigward il-kuntratt. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Valur fi Flus’ ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:

(a)

unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat taħt kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(b)

bħala korriment personali jew benefiċċju tal-mard jew benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;

(c)

bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (naqqas l-ispiża tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le) taħt kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' annwalità) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perijodu effettiv tal-kuntratt, jew b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;

(d)

bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni) sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni li taħtu l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu C(8)(b); jew

(e)

bħala dħul ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li ser ikun pagabbli taħt il-kuntratt.

9.

It-terminu ‘Kont Preeżistenti’ jfisser:

(a)

Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru 2015;

(b)

kwalunkwe Kont Finanzjarju ta' Detentur tal-Kont, irrispettivament mid-data meta tali Kont Finanzjarju nfetaħ, jekk:

(i)

id-Detentur tal-Kont iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti (jew ma' Entità Relatata fl-istess Stat Membru bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) Kont Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti taħt is-subparagrafu C(9)(a);

(ii)

l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti (u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess Stat Membru bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat bħala Kont Preeżistenti taħt il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku sabiex jissodisfa l-istandards tar-rekwiżiti ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta japplikaw kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kont;

(iii)

fir-rigward ta' Kont Finanzjarju li huwa suġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u

(iv)

il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida, addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

10.

It-terminu ‘Kont Ġdid’ ifisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti miftuħ fi jew wara l-1 ta' Jannar 2016 sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont Preeżistenti taħt is-subparagrafu C(9)(b).

11.

It-terminu ‘Kont Individwali Preeżistenti’ jfisser Kont Preeżistenti miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

12.

It-terminu ‘Kont Individwali Ġdid’ ifisser Kont Ġdid miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

13.

It-terminu ‘Kont ta' Entità Preeżistenti’ jfisser Kont Preeżistenti miżmum minn Entità waħda jew aktar.

14.

It-terminu ‘Kont ta' Valur Aktar Baxx’ifisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat mill-31 ta' Diċembru 2015 li ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000.

15.

It-terminu ‘Kont ta' Valur Għoli’ jfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta' Diċembru 2015, jew mill-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena sussegwenti, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000.

16.

It-terminu ‘Kont ta' Entità Ġdid’ ifisser Kont Ġdid miżmum minn Entità waħda jew aktar.

17.

It-terminu ‘Kont Eskluż’ ifisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin:

(a)

kont ta' rtirar jew pensjoni li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont ta' rtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew pensjoni rreġistrat jew irregolat għall-provvista ta' benefiċċji ta' rtirar jew pensjoni (inklużi benefiċċji ta' diżabilità jew mewt);

(ii)

il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li nkella jkunu soġġetti għat-taxxa jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

ir-rappurtar tal-informazzjoni huwa meħtieġ għall-awtoritajiet tat-taxxa fir-rigward tal-kont;

(iv)

il-ġbid tal-flus huwa bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar speċifika, id-diżabilità, jew mewt, jew penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li sar qabel dawn l-avvenimenti speċifiċi; u

(v)

jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 jew inqas, jew (ii) hemm limitu ta' kontribuzzjoni massima tul il-ħajja għall-kont ta' ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 jew inqas, f'kull każ japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li nkella jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(a)(v) mhux ser jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).

(b)

kont li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil għal finijiet oħra għajr għall-irtirar;

(ii)

il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li nkella jkunu soġġetti għat-taxxa jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

il-ġbid tal-flus huwa bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil (pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u

(iv)

il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 jew inqas, billi japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li nkella jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux ser jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).

(c)

kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perijodu ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perijodu li l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, skont liema jkun l-iqsar;

(ii)

il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus, self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt;

(iii)

l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt) pagabbli malli jiġi kanċellat jew jintemm il-kuntratt ma jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt, mingħajr is-somma ta' mortalità, morbożità, u ħlasijiet għal spejjeż (jekk attwalment imposti jew le) għall-perijodu jew il-perijodi tal-eżistenza tal-kuntratt u kwalunkwe ammont imħallas qabel jiġi kanċellat jew jintemm il-kuntratt; u

(iv)

il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju għal valur.

(d)

kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk id-dokumentazzjoni għal kont bħal dan tinkludi kopja tat-testment jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna mejta.

(e)

kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ordni jew sentenza tal-qorti.

(ii)

bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà reali jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

il-kont huwa ffinanzjat biss bi ħlas parzjali, kapparra, depożitu f'ammont xieraq biex jiġi żgurat obbligu direttament marbut mat-tranżazzjoni, jew ħlas simili, jew huwa ffinanzjat b'Ass Finanzjarju li hu ddepożitat fil-kont b'konnessjoni mal-bejgħ, l-iskambju, jew il-kiri tal-proprjetà;

il-kont huwa stabbilit u użat biss biex jiġi żgurat l-obbligu tax-xerrej li jħallas il-prezz għax-xiri tal-proprjetà, li l-bejjiegħ iħallas kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, jew li s-sid jew il-kerrej iħallas għal kwalunkwe dannu li jirrigwarda l-proprjetà mikrija kif miftiehem skont il-kuntratt tal-kera;

l-assi tal-kont, inkluż l-introjtu rikavat fuqhom, jitħallsu jew b'xi mod ieħor jitqassmu għall-benefiċċju tax-xerrej, il-bejjiegħ, is-sid, jew il-kerrej (inkluż biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta' din il-persuna) meta tinbiegħ, tiġi skambjata jew ċeduta l-proprjetà, jew tintemm il-kirja;

il-kont mhuwiex marġni jew kont simili stabbilit b'rabta ma' bejgħ jew skambju ta' Ass Finanzjarju; u

il-kont mhuwiex assoċjata ma' kont deskritt fis-subparagrafu C(17)(f).

(iii)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli fi żmien aktar tard.

(iv)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi fi żmien aktar tard.

(f)

Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont jeżisti biss minħabba li klijent jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta ta' kreditu jew faċilità ta' overdraft oħra u l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u

(ii)

fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, f'kull każ jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-ritorn ta' merkanzija.

(g)

kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju baxx biex jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu sostanzjalment karatteristiċi simili għal kwalunkwe wieħed mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa inkluż fil-lista ta' Kontijiet Esklużi msemmija fl-Artikolu 8(7a) ta' din id-Direttiva, sakemm l-istatus ta' kont bħal dan bħala Kont Eskluż ma jxekkilx il-finijiet ta' din id-Direttiva.

D.   Kont Rapportabbli

1.

It-terminu ‘Kont Rapportabbli’ jfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru u minn waħda jew aktar Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'waħda jew aktar Persuni Kontrollanti li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet II sa VII.

2.

It-terminu ‘Persuna Rapportabbli’ jfisser Persuna ta' Stat Membru għajr: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi regolarment kummerċjalizzat f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti; (ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja.

3.

It-terminu ‘Persuna ta' Stat Membru’ fir-rigward ta' kull Stat Membru jfisser individwu jew Entità li hija residenti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skont il-liġijiet tat-taxxa ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor. Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li m'għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha.

4.

It-terminu ‘Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ fir-rigward ta' kull Stat Membru jfisser:

(a)

kwalunkwe Stat Membru ieħor;

(b)

kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru konċernat għandu ftehim fis-seħħ li skontu dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru u nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea;

(c)

kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru konċernat għandu ftehim fis-seħħ li skontu dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.

5.

It-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ jfisser persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti ma' Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

6.

It-terminu ‘NFE’ jfisser kull Entità li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja.

7.

It-terminu ‘NFE Passiva’ jfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew (ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

8.

It-terminu ‘NFE Attiva’ jfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-‘NFE’ matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu għall-produzzjoni ta' introjtu passiv;

(b)

l-istokk tal-NFE jiġi regolarment innegozjat f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta' Entità li l-istokk tagħha jiġi regolarment innegozjat f'suq tat-titoli stabbilit;

(c)

l-NFE hija Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità kollha kemm hi proprjetà ta' wieħed jew aktar minn ta' qabel;

(d)

sostanzjalment l-attivitajiet kollha tal-NFE jikkonsistu miż-żamma (totalment jew parzjalment) tal-istokk pendenti ta', jew li jipprovdu finanzjament u servizzi lil, waħda jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, ħlief li Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta' kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta' investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja kumpanniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpanniji bħala assi kapitali għal finijiet ta' investiment;

(e)

l-NFE għadha mhux qed tħaddem negozju u ma għandha l-ebda storja ta' tħaddim minn qabel, iżda qed tinvesti f'assi kapitali bl-intenzjoni li tħaddem negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-NFE;

(f)

l-NFE ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u hija fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja;

(g)

l-NFE primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil kwalunkwe Entità li mhijiex Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew

(h)

l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

hija stabbilita u kienet topera fl-Istat Membru tagħha jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u kienet topera fl-Istat Membru tagħha jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benesseri soċjali;

(ii)

hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fl-Istat Membru tagħha jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza;

(iii)

hija ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandhom dritt jew interess benefiċjali fl-introjtu jew tal-assi tagħha;

(iv)

il-liġijiet applikabbli tal-Istat Membru tal-NFE jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu l-ebda introjtu jew assi tal-NFE li jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta', persuna privata jew Entità mhux ta' karità għajr skont l-aġir tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens raġonevoli għal servizzi mogħti, jew bħala ħlas li jirrappreżenta l-valur tas-suq ġust ta' proprjetà li tkun xtrat l-NFE; u

(v)

il-liġijiet applikabbli tal-Istat Membru tal-NFE jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta' qligħ, jew escheat lill-Gvern tal-Istat Membru tal-NFE jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza jew kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha.

E.   Mixxellanji

1.

It-terminu ‘Detentur ta' Kont’ ifisser il-persuna elenkata jew identifikati bħala detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra bħala aġent, kustodju, nominata, firmatarja, konsulent tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u din il-persuna hija ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata għal aċċess għall-Valur fi Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma tista' taċċessal-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid fil-kuntratt u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, kull persuna intitolata li tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur tal-Kont.

2.

It-terminu ‘Proċeduri tal-AML/KYC’ jfisser proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

3.

It-terminu ‘Entità’ jfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni.

4.

Entità hija ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk (i) kwalunkwe Entità tikkontrolla l-Entità l-oħra; (ii) iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (iii) iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi ta' diliġenza dovuta ta' dawn l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità.

5.

It-terminu ‘TIN’ ifisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent).

6.

It-terminu ‘Evidenza Dokumentata’ jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti;

(b)

fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni.

(c)

fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata.

(d)

kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur tat-titoli.

Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jistgħu jużaw bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra (ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija żbaljata jew mhux affidabbli. It-terminu ‘sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata’ jfisser sistema ta' kodiċi użata għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa.

TAQSIMA IX

IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA

Skont l-Artikolu 8(3a) ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità ma', ir-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq inkluż:

(1)

regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja, persuna jew intermedjarju milli jadottaw prattiki maħsuba biex jiġu evitati r-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta;

(2)

regoli li jirrikjedu li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u kwalunkwe prova invokata għat-twettiq tal-proċeduri ta' hawn fuq u miżuri adegwati biex jinkisbu dawk ir-rekords;

(3)

proċeduri amministrattivi biex jivverifikaw il-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mar-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta; proċeduri amministrattivi biex tkun segwita Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati;

(4)

proċeduri amministrattivi biex jiżguraw li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi domestika bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa; u

(5)

dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità.

TAQSIMA X

DATI TA' IMPLIMENTAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI RAPPORTANTI LI JINSABU FL-AWSTRIJA

Fil-każ tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jinsabu fl-Awstrija, ir-referenzi kollha għall-‘2016’ u l-‘2017’ f'dan l-Anness għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘2017’ u l-‘2018’ rispettivament.

Fil-każ tal-Kontijiet Preeżistenti miżmumin minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jinsabu fl-Awstrija, ir-referenzi kollha għall-‘31 ta' Diċembru 2015’ f'dan l-Anness għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘31 ta' Diċembru 2016’.

ANNESS II

RAPPURTAR KOMPLEMENTARI U REGOLI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI TA' KONT FINANZJARJU

1.   Bidla fiċ-ċirkustanzi

'Bidla fiċ-ċirkostanzi' tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew inkella konflitti ma' tali status ta' persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkustanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni għall-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni għal kwalunkwe kont assoċjati ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont.

Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti bbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sa aktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtar xieraq oħra, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkustanzi, biex tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tfittxija tar-rekords elettronika deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I.

2.   Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda

Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġdida, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti.

3.   Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja

Istituzzjoni Finanzjarja hija ‘residenti’ fi Stat Membru jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru (jiġifieri, l-Istat Membru jista' jinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dan l-Istat Membru u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont din id-Direttiva fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Stat Membru ieħor għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Stat Membru ieħor. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattat bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), hija meqjusa bħala soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru jekk:

(a)

hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru;

(b)

għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni effettiva) fl-Istat Membru; jew

(c)

hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat Membru.

Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Stati Membri jew aktar, tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Istat Membru li fih hija żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju(i).

4.   Kont miżmum

B'mod ġenerali, kont jitqies li huwa miżmuma minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:

(a)

fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluż Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm assi f'isem ta' triq għal Detentur ta' Kont f'tali istituzzjoni).

(b)

fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont (bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja).

(c)

fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta' dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali Istituzzjoni Finanzjarja.

(d)

fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Annwalità, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt.

5.   Trusts li huma NFEs Passivi

Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li m'għandha l-ebda residenza għall-finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu D(3) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huwa meqjus ‘simili’ għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli fi Stat Membru skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dak l-Istat Membru. Madankollu, sabiex jiġi evitat rapportar doppju (minħabba l-ambitu wiesgħa tat-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala arranġament legali simili.

6.   Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità

Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità.


Top