This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0800
Council Decision 2014/800/CFSP of 17 November 2014 launching the European Union Advisory Mission for Civilian Security Sector Reform Ukraine (EUAM Ukraine) and amending Decision 2014/486/CFSP
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/800/PESK tas- 17 ta' Novembru 2014 li tniedi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/800/PESK tas- 17 ta' Novembru 2014 li tniedi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK
ĠU L 331, 18.11.2014, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/800/PESK
tas-17 ta' Novembru 2014
li tniedi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK. |
(2) |
Fl-20 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill approva l-pjan operattiv EUAM Ukraine. |
(3) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u wara li EUAM Ukraine kisbet kapaċità operattiva inizjali, EUAM Ukraine għandha tiġi mnedija fl-1 ta' Diċembru 2014. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK ipprevediet l-ammont ta' referenza finanzjarja ta' EUR 2 680 000 għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2014. Ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Diċembru 2014 għandu jiġi previst. Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha għalhekk tiġi emendata. |
(5) |
EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) għandha tiġi mnedija fl-1 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 2
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUAM Ukraine huwa b'dan awtorizzat b'effett immedjat li jagħti bidu għall-eżekuzzjoni tal-operazzjoni.
Artikolu 3
L-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun EUR 13 100 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.